|
5.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/6 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tal-25 ta’ Mejju 2016
li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE
(Il-Każ AT.39792 — Barraxa tal-azzar)
(Notifikat bid-dokument C(2016) 3121)
(It-test bl-Ingliż biss hu awtentiku)
(2016/C 366/06)
Fil-25 ta’ Mejju 2016, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-isem tal-parti u l-kontenut prinċipali tad-Deċiżjoni, inkluż kull penalità imposta, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.
1. INTRODUZZJONI
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tikkonċerna l-parteċipazzjoni tal-impriża Pometon S.p.A. (“Pometon”) fi ksur wieħed u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE fis-settur tal-barraxa tal-azzar. Il-ksur fil-każ ta’ Pometon dam sejjer mit-3 ta’ Ottubru 2003 sas-16 ta’ Mejju 2007 u kien jikkonsisti minn prattika miftiehma għall-koordinazzjoni tal-ipprezzar ta’ barraxa tal-azzar. |
|
(2) |
Il-barraxa tal-azzar huma partiċelli maħlula tal-azzar, li jkunu jew f’forma tonda (boċċi tal-azzar) jew angulari (naqal tal-azzar), li jintużaw prinċipalment fl-industriji tal-azzar, tal-awtovetturi, tal-metallurġija, tal-petrokimika u tal-qtugħ tal-ġebel. Dawn jiġu manifatturati permezz tal-atomizzazzjoni ta’ azzar maħlul minn fdalijiet tal-azzar, u wara jsiru diversi proċessi ta’ trattament termali u mekkanimu sabiex jieħdu l-karatteristiċi finali tagħhom. L-aġir antikompetittiv identifikat f’dan il-każ ikopri kemm il-boċċi tal-azzar kif ukoll in-naqal tal-azzar fil-gradi kollha tagħhom. |
|
(3) |
F’dan il-każ ġew adottati żewġ deċiżjonijiet: fuq naħa waħda deċiżjoni dwar l-erba’ impriżi li ppreżentaw talba formali ta’ saldu (2) u li kienu d-destinatarji tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ April 2014 (id-“Deċiżjoni ta’ Saldu”) (3), jiġifieri (i) Ervin (ii) Winoa; (iii) Metalltechnik Schmidt u (iv) Eisenwerk Würth, u, min-naħa l-oħra, deċiżjoni għal Pometon, li ma ppreżentatx talba ta’ saldu. Dan is-sommarju huwa marbut mad-deċiżjoni indirizzata lil Pometon. |
2. DESKRIZZJONI TAL-KAŻ
2.1. Il-Proċedura
|
(4) |
Il-każ infetaħ abbażi ta’ applikazzjoni ta’ immunità minn Ervin. Il-Kummissjoni għamlet spezzjonijiet għall-għarrieda bejn il-15 u s-17 ta’ Ġunju 2010 fil-proprjetajiet ta’ diversi produtturi tal-barraxa tal-azzar. |
|
(5) |
Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni bagħtet ukoll diversi talbiet għal informazzjoni skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. |
|
(6) |
Fis-16 ta’ Jannar 2013, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 kontra d-destinatarja tad-Deċiżjoni kif ukoll kontra erba’ impriżi oħra bil-għan li tidħol f’diskussjonijiet dwar saldu. Il-laqgħat għal saldu saru bejn Frar 2013 u Diċembru 2013. Fi tmiem in-negozjati, Pometon iddeċidiet li ma tippreżentax talba għal saldu u għalhekk il-Kummissjoni marret lura għall-proċedura standard tal-kartell. |
|
(7) |
Fit-3 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet indirizzata lil Pometon. |
|
(8) |
Wara li ngħatat aċċess sħiħ għall-fajl, Pometon wieġbet bil-miktub għad-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet fis-16 ta’ Frar 2015, u pparteċipat f’seduta orali li saret fis-17 ta’ April 2015. |
|
(9) |
Il-Kumitat Konsultattiv fil-Qasam tal-Prattiki Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fil-25 ta’ April u fit-23 ta’ Mejju 2016 u l-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni fil-25 ta’ Mejju 2016. |
2.2. Sommarju tal-ksur
|
(10) |
Id-Deċiżjoni tikkonċerna kartell li l-għan aħħari tiegħu kien li jikkoordina l-prezzijiet ta’ barraxa tal-azzar u li jirrestrinġi l-kompetizzjoni fil-prezzijiet. Sabiex jilħqu l-għan tagħhom il-partijiet daħlu f’kuntatti antikompetittivi bilaterali u multilaterali. Dawn il-kuntatti ntużaw mill-partijiet biex jiddiskutu l-elementi ewlenin tal-prezz applikabbli għall-bejgħ kollu tagħhom fiż-ŻEE ta’ barraxa tal-azzar. B’mod partikolari, Pometon użat dawn il-kontatti biex:
|
|
(11) |
L-ambitu ġeografiku tal-komportament kien madwar iż-ŻEE kollha. |
2.3. Rimedji
|
(12) |
Id-Deċiżjoni tapplika l-Linji-Gwida tal-2006 dwar il-Multi (4) u timponi multi fuq Pometon. |
2.3.1. Ammont bażiku tal-multa
|
(13) |
Fil-kalkolu tal-multi, il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni l-bejgħ ta’ Pometon fis-swieq ikkonċernati fl-aħħar sena qabel it-tmiem tal-kartell, il-fatt li l-arranġamenti ta’ koordinazzjoni tal-prezzijiet huma fost ir-restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni l-iktar serji, it-tul tal-ksur u li kopriet iż-ŻEE kollha. L-ammont bażiku tal-multa ġie ffissat għal 16 % tal-valur tal-bejgħ relevanti kif definiti hawn fuq u l-ammont addizzjonali ta’ 16 % sabiex l-impriżi jiġu skoraġġiti milli jidħlu fi prattiki ta’ koordinazzjoni tal-prezzijiet. |
2.3.2. Aġġustamenti tal-ammont bażiku: ċirkostanzi aggravanti jew mitiganti
|
(14) |
Il-Kummissjoni ma applikat l-ebda ċirkostanza aggravanti. Il-Kummissjoni kkunsidrat li fil-każ ta’ Pometon japplikaw ċirkustanzi mitiganti peress li l-evidenza wriet li hija kkontribwiet f’livell anqas minn partijiet oħra fiż-żamma tal-arranġamenti dwar il-koordinazzjoni fil-każ ta’ klijenti individiwali. |
2.3.3. Adozzjoni tal-ammont bażiku aġġustat
|
(15) |
Fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ dan il-każ, il-Kummissjoni eżerċitat id-diskrezzjoni tagħha skont il-punt 37 tal-Linji Gwida dwar il-multi tal-2006 u adattat il-multa ta’ Pometon f’livell li huwa proporzjonali mal-ksur u li jikseb effett suffiċjenti ta’ deterrent. |
2.3.4. Applikazzjoni tal-limitu massimu tal-10 % tal-fatturat
|
(16) |
L-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 jipprovdi li l-multa imposta għal kull ksur ma għandhiex taqbeż 10 % tal-fatturat totali ta’ impriża fis-sena ta’ negozju li tiġi qabel id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni. |
|
(17) |
F’dan il-każ, il-multa ma’ teċċedix 10 % tal-fatturat totali ta’ Pometon għall-2015. |
3. KONKLUŻJONI
|
(18) |
Ġiet imposta l-multa li ġejjia skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003:
|
(2) L-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004, kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 622/2008, għar-rigward tat-tmexxija ta’ proċeduri ta’ saldu f’każijiet li jikkonċernaw il-kartelli.
(3) C(2014) 2074 final (ĠU C 362, 14.10.2014, p. 8).