7.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/4


Avviż tal-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping

(2016/C 329/04)

1.   Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), il-Kummissjoni tinnotifika li, sakemm ma jinbediex rieżami skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri antidumping imsemmija hawn taħt jiskadu fid-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

2.   Proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx li twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u ħsara. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni jingħataw l-opportunità li jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami.

3.   Limitu ta’ żmien

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, li għandha tasal għand: European Commission, Directorate-General for Trade (Unit H-1), CHAR 4/39, 1049 Brussels, il-Belġju (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.

4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

Prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta’ skadenza (3)

Aċidu ossaliku

L-Indja

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Dazju antidumping

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 325/2012 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku li joriġina mill-Indja u mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 106, 18.4.2012, p. 1).

19.4.2017


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  TRADE-Defence-Complaints@ec.europa.eu

(3)  Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.