26.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 271/5 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2016/C 271/05)
Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt li wieħed jopponi għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONI TAL-ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
“POMODORO DI PACHINO”
Nru tal-UE: PGI-IT-02131 — 5.4.2016
DOP ( ) IĠP ( X )
1. Grupp applikant u interess leġittimu
Consorzio di Tutela dell’IGP Pomodoro di Pachino
Indirizz: |
|
|||
Tel. |
+39 0931595106 |
|||
Fax |
+39 0931595106 |
|||
Posta elettronika: |
segreteria@igppachino.it |
Il-“Consorzio di Tutela dell’IGP Pomodoro di Pachino” (il-Konsorzju għall-ħarsien tal-IĠP) huwa intitolat li jressaq applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 13(1) tad-Digriet Nru 12511 tal-14 ta’ Ottubru 2013 tal-Ministeru tal-Politika tal-Agrikoltura, tal-Ikel u tal-Forestrija.
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
L-Italja
3. Titlu fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwat mill-emenda
— |
☐ |
Isem tal-prodott |
— |
☒ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
— |
☐ |
Żona ġeografika |
— |
☐ |
Prova tal-oriġini |
— |
☒ |
Metodu tal-produzzjoni |
— |
☐ |
Rabta |
— |
☐ |
Tikkettar |
— |
☒ |
Oħrajn: Referenza ġuridika aġġornata |
4. Tip ta’ emenda
— |
☒ |
Emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
— |
☐ |
Emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għaliha ma jkun ġie rreġistrat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti) u li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
5. Emenda/emendi
Deskrizzjoni tal-prodott
L-Artikolu 2 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
1. |
Is-sentenza: “Pomodoro di Pachino IĠP jinkludi t-tipi li ġejjin:
għandha tinbidel kif ġej: “Pomodoro di Pachino IĠP jinkludi t-tipi li ġejjin:
|
L-Artikolu 2 ġie emendat biż-żieda ta’ tip ġdid ta’ frotta: tadama għanbaqra u tadama għanbaqra ċkejkna. Dan huwa tip ta’ tadam f’għenieqed tajjeb għaz-zlazi u l-insalati mħalltin; il-frotta hija tawwalija u għandha forma li tixbaħ dik tat-tamal jew tal-għanbaqra. Il-piż ta’ frotta individwali jvarja bejn 15 u 35 gramma, skont il-varjetà.
Il-produtturi talbu li tiżdied it-tadama tat-tip għanbaqra u għanbaqra ċkejkna sabiex ma ssirx diskriminazzjoni kontra l-bdiewa li jinsabu fiż-żona ta’ produzzjoni tal-Pomodoro di Pachino IGP li ġiet identifikata bħala “Żona Ġeografika delimitata”.
It-tadama tat-tip għanbaqra u għanbaqra ċkejkna ilha titkabbar mis-snin tmenin, għalkemm fi kwantitajiet żgħar, u bħat-tliet tipi ta’ tadam ċkejken (jew cherry), it-tadam miċ-ċatt u t-tadam tond lixx, għandha l-istess karatteristiċi pożittivi tal-produzzjoni ta’ din iż-żona ġeografika.
Minħabba l-popolarità tagħha fis-suq, it-tadama tat-tip għanbaqra u għanbaqra ċkejkna llum il-ġurnata laħqet sehem konsiderevoli ta’ produzzjoni, daqs dik tat-tipi l-oħra ta’ tadam Pachino bil-marka IĠP. Biż-żieda tad-tadama tat-tip għanbaqra u għanbaqra ċkejkna l-prodott jiġi protett billi ssir ir-rabta maż-żona ta’ produzzjoni u jitjieb l-isem IĠP peress li l-konsumatur ikollu garanzija dwar l-oriġini tal-prodott.
Għaldaqstant qed tintalab emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott u tad-Dokument Uniku.
Metodu tal-produzzjoni
L-Artikolu 4 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
2. |
Is-sentenza:
għandha tinbidel kif ġej:
|
3. |
Is-sentenza: “Il-produzzjoni massima għall-isem IĠP ‘Pomodoro di Pachino’ ma tistax taqbeż il-kwantitajiet li ġejjin skont it-tip: — tadama tonda lixxa: 120 tunnellata għal kull ettaru; — tadama miċ-ċatti: 90 tunnellata għal kull ettaru; — tadama ċkejkna (cherry): 70 tunnellata għal kull ettaru;” għandha tinbidel kif ġej: “Il-produzzjoni massima għall-isem IĠP ‘Pomodoro di Pachino’ ma tistax taqbeż il-kwantitajiet li ġejjin skont it-tip: — tadama tonda lixxa: 120 tunnellata għal kull ettaru; — tadama miċ-ċatti: 90 tunnellata għal kull ettaru; — tadama ċkejkna (cherry): 70 tunnellata għal kull ettaru; — tadama tat-tip għanbaqra u għanbaqra ċkejkna: 90 tunnellata għal kull ettaru;” |
Għaldaqstant l-Artikolu 4 għandu jiġi emendat wara li jiżdied tip ġdid ta’ tadama biex fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott jiġi indikat it-tħawwil mill-ġdid u l-ammonti massimi ta’ produzzjoni.
It-tadama tat-tip għanbaqra u għanbaqra ċkejkna tibqa’ tipproduċi frott ta’ kwalità għolja anki sa 90 tunnellata kull ettaru, u bħal fil-każ tat-tadama ċkejkna (cherry), tista’ tixxettel mill-ġdid is-sena kollha.
Oħrajn [Referenza ġuridika aġġornata]
Ir-referenzi għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (2) ġew aġġornati bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
DOKUMENT UNIKU
“POMODORO DI PACHINO”
Nru tal-UE: PGI-IT-02131 — 5.4.2016
DOP ( ) IĠP ( X )
1. Isem
“Pomodoro di Pachino”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
L-Italja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.6. Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1
L-indikazzjoni ġeografika protetta “Pomodoro di Pachino” IĠP tirreferi għal tadam frisk imkabbar fiż-żona definita, li jikkorrispondi għall-ispeċi botanika Lycopersicum esculentum Mill.
Il-“Pomodoro di Pachino” IĠP jinkludi t-tipi li ġejjin:
— |
tond lixx, |
— |
ċatt, |
— |
ċkejken (jew cherry) |
— |
għanbaqra u għanbaqra ċkejkna |
Il-karatteristiċi ewlenin tal-“Pomodoro di Pachino” huma li ġejjin:
— |
polpa soda, |
— |
kavità tal-plaċenta żgħira, |
— |
kontenut għoli ta’ sukrożju, imkejjel abbażi ta’ kwantità ta’ solidi li jinħallu ta’ livell ogħla minn Brix 4,5. |
Il-frott irid ikun ġej mill-kategoriji ta’ prodotti tas-suq “extra” u “primi” u jrid ikun:
— |
sħiħ, |
— |
frisk fid-dehra, |
— |
f’kundizzjoni tajba (mhux aċċettat frott li jkun beda jitranġat jew jiddeterjora u għalhekk m’għadux tajjeb għall-konsum), |
— |
nadif, mingħajr materjal barrani viżibbli, |
— |
mingħajr irwejjaħ u/jew togħmiet barranin. |
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
—
3.4. Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-kultivazzjoni tal-“Pomodoro di Pachino” trid isseħħ fiż-żona ġeografika definita, f’ambjent protett (serer u/jew mini mgħottija b’rita tal-polietilen jew kopertura oħra); meta l-kultivazzjoni ssir fis-sajf ix-xtieli jistgħu jkunu protetti bi strutturi adattati miksija bi xbieki ta’ lqugħ kontra l-insetti.
Mhix permessal-kultivazzjoni barra mill-ħamrija.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
Il-“Pomodoro di Pachino” IĠP jista’ jitqiegħed f’pakketti fl-impriża agrikola jew f’post tal-imballaġġ adattat, l-istess jum li jinġabar.
Il-ġbir u l-imballaġġ iridu jseħħu f’faċilitajiet li jinsabu ġewwa t-territorji tal-muniċipalitajiet li jagħmlu parti, anke parzjalment, miż-żona tal-produzzjoni. L-imballaġġ irid iseħħ fiż-żona sabiex jiġi evitat it-telf fl-istadju tat-tqegħid fis-suq minħabba l-ħsara fil-qoxra tat-tadama li tista’ twassal għall-moffa u li minħabba fiha l-prodott ma jinbiegħx.
Il-“Pomodoro di Pachino” IĠP li jkun se jitqiegħed fis-suq irid ikun f’imballaġġ ġdid ta’ tipi varji, li jista’ jintuża darba biss, u li ma jistax jaqbeż l-10 kg, kif jippermettu r-regoli fis-seħħ.
Il-kopertura tal-imballaġġ trid tkun tat-tip li t-tadam ma jistax jinħareġ minnha mingħajr ma tiċċarrat. Il-prodott jista’ wkoll jitqiegħed fis-suq f’imballaġġ miftuħ sakemm il-frott individwali jkun identifikat b’tikketti li jeħlu li juru l-logo Pomodoro di Pachino IĠP.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li jirreferi għalih l-isem irreġistrat
Dawn li ġejjin iridu jidhru fuq l-imballaġġ:
— |
il-logo distintiv muri hawn taħt:
|
— |
l-isem tal-imballaġġatur u/jew tat-trasportatur, |
— |
il-karatteristiċi kummerċjali: it-tip, il-kategorija, il-piż tal-imballaġġ, |
— |
il-kliem: pomodoro prodotto in coltura protetta (tadam prodott suġġett għal indikazzjoni ġeografika protetta), |
— |
is-simbolu tal-Unjoni. |
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
It-tadam “Pomodoro di Pachino” jikber fiż-żona li tinkludi l-muniċipalitajiet intiera ta’ Pachino u Portopalo di Capo Passero u parti mill-muniċipalitajiet ta’ Noto (Provinċja ta’ Sirakuża) u Ispica (Provinċja ta’ Ragusa), li jinsabu fix-Xlokk ta’ Sqallija.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Ir-reġjun fejn jikber it-tadam “Pomodoro di Pachino” għandu l-ogħla temperatura fl-Ewropa kontinentali matul is-sena, fuq medja, u jieħu l-ikbar ammont ta’ radjazzjoni solari (id-dejta ġiet ipprovduta mis-satelliti Land sat u Meteosat). Il-fatt li l-baħar huwa viċin ifisser li l-klima taż-żona hija medja u l-ġlata tar-rebbiegħa u l-ħarifa hija rari.
Dawn il-fatturi flimkien mal-kwalità tal-ilma użat għall-irrigazzjoni, fejn il-livell ta’ salinità jvarja bejn 1 500 sa 10 000 μS/cm, iddeterminaw l-iżvilupp tal-uċuħ tar-raba’ tas-serer, u kienu fattur deċisiv dwar liema wċuħ tar-raba’ setgħu jutilizzaw il-produtturi fiż-żona u fl-istess ħin ukoll għall-kwalitajiet organolettiċi distintivi tal-“Pomodoro di Pachino”.
Il-karatteristika li stabbilixxit ir-reputazzjoni tal-“Pomodoro di Pachino” kienet il-maturazzjoni bikrija tiegħu, li ġiet osservata mill-bdiewa lokali meta nżera’ għall-ewwel darba. Il-karatteristiċi addizjonali li ġew rikonoxxuti matul iż-żmien mill-konsumatur, bħat-togħma, il-konsistenza tal-polpa, kemm ileqq il-frott u kemm jibqa’ tajjeb fit-tul wara l-ħsad, kienu tali, li stabbilixxew il-“Pomodoro di Pachino” fis-suq.
It-tadama hija l-prodott tipiku fl-ortikultura ta’ Pachino. It-tadam ġie kkultivat għall-ewwel darba fl-1925 f’impriżi agrikoli li jinsabu max-xatt u li għandhom provvistà tal-ilma għall-irrigazzjoni mill-bjar ta’ taħt l-art.
L-esperjenza bikrija turi li t-tadam li tkabbar f’din iż-żona kien lest għall-ħsad xi 15-20 jum iktar kmieni minn żoni oħrajn tal-produzzjoni.
Madankollu, l-interess fit-tkabbir ta’ din il-pjanta kien limitat minħabba l-kultivazzjoni mifruxa ħafna tad-dwieli. Madwar is-snin ħamsin, il-kultivazzjoni tat-tadam ġiet estiża għal żona ħafna ikbar iżda li tinsab dejjem max-xatt, fejn intużaw tekniki għat-trobbija u l-protezzjoni tal-uċuħ tar-raba’ fl-istadji tal-bidu. L-ambjent taż-żona kostali, minkejja l-kundizzjonijiet termometriċi favorevoli, huwa suxxettibbli għal bidliet kbar f’daqqa fit-termperatura bejn il-lejl u n-nhar, liema bidliet okkażjonalment kienu responsabbli għall-qerda ta’ kultivazzjonijiet ortikoli sħaħ.
L-iżjed mezz mifrux ta’ protezzjoni kienet l-għata individwali għall-pjanti individwali magħmula mill-weraq ċatt tal-bajtar tax-xewk jew tisqif jew għotin multipli li jikkonsistu minn tessuti meħjutin bix-xlief u l-wajer tal-ħadid u li jserrħu fuq il-qasab. Fil-bidu tas-sittinijiet dehru l-ewwel serer li kienu jikkonsistu minn strutturi tal-qasab koperti b’rita tal-polietilen. Fis-snin sussegwenti l-istrutturi tas-serer bdew isiru dejjem iżjed sodi fejn il-qasab ġie sostitwit minn stikek tal-injam tal-qastan u qafas tal-injam tal-abjad. It-tkabbir protett tal-uċuħ tar-raba’ huwa għalhekk ir-riżultat ta’ proċess ta’ żvilupp li beda f’mod sempliċi u kważi naturali biex seħħu l-kultivazzjoni u l-ħsad tat-tadam.
Il-problemi serji li ffaċċat il-vitikultura fis-sebgħinijiet wasslu biex f’ħafna żoni saret bidla rapida għall-kultivazzjoni fis-serer u l-istabbilment tal-ewwel assoċjazzjonijiet li bdew t-tqegħid fis-suq ta’ prodott bl-isem taż-żona tal-oriġini “Pachino”.
It-tekniki tat-tkabbir tjiebu permezz tal-użu ta’ sistemi moderni ta’ irrigazzjoni lokalizzata u beda jiżdied l-użu tas-serer tal-metall galvanizzat.
Għalhekk, matul iż-żmien il-“Pomodoro di Pachino” sar rinomat fis-swieq nazzjonali u barranin minħabba l-karatteristiċi kwalitattivi distinti tiegħu.
Il-kundizzjonijiet partikolari tal-ħamrija u tal-klima fiż-żona ta’ produzzjoni jiffurmaw dawn il-karatteristiċi kwalitattivi fil-prodott li flimkien mat-tekniki ta’ prodozzjoni adottati mill-produtturi jipproduċu din il-pjanta tipika taż-żona ġeografika.
Il-kwalitajiet tat-tadam “Pomodoro di Pachino” huma marbuta mal-karatteristiċi intrinsiċi, li jiddistingwuh: it-togħma tiegħu, il-konsistenza tal-polpa, kemm ileqq il-frott u kemm idum tajjeb wara l-ħsad; dawn il-kwalitajiet kollha huma apprezzati mill-konsumatur meta jixtri l-Pomodoro di Pachino fis-suq, li minħabba fihom it-tadam għandu reputazzjoni kemm fl-Italja kif ukoll barra mill-Italja.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
Il-Ministeru nieda l-proċedura ta’ oġġezzjoni nazzjonali bil-pubblikazzjoni tal-proposta għar-rikonoxximent tad-DOP “Pomodoro di Pachino” fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Taljana Nru 40 tad-19 ta’ Frar 2016.
It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab fuq is-sit tal-Internet li ġej: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335
jew:
billi żżur il-paġna uffiċjali tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, Alimentari u l-Forestrija (www.politicheagricole.it) u tagħfas fuq “Prodotti DOP e IGP” (fin-naħa ta’ fuq fil-lemin tal-iskrin), u wara fuq “Prodotti DOP, IGP e STG” (fil-ġenb, fuq in-naħa tax-xellug tal-iskrin) u fl-aħħar tagħfas fuq “Disciplinari di produzione all’esame dell’UE”.
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU L 335M, 13.12.2008, p. 213.