15.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 214/23


Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

(2016/C 214/07)

Skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) qed jiġu emendati kif ġej:

Fil-paġna 45, fin-Noti ta’ Spjega għall-Kapitolu 7, bejn l-intestatura tas-suġġett “Ġenerali” u t-test eżistenti tagħha (“Fergħ …”), jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“Is-smit mhuwiex permess f’dan il-Kapitlu, ħlief għal dawn li ġejjin:

Veġetali (mhux imsajrin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma), friżati, tal-intestatura 0710;

Veġetali leguminużi mnixxfin, imqaxxrin, kemm jekk mingħajr qoxra ta’ ġewwa jew maqsumin kif ukoll jekk le, tal-intestatura 0713.”


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(2)  ĠU C 76, 4.3.2015, p. 1.