6.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/3


Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

(2016/C 121/03)

Skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) qed jiġu emendati kif ġej:

Jiddaħħal dan it-test fil-paġna 167, wara t-test tan-Nota ta’ Spjega għas-subintestatura tan-NM “3403 19 90 Oħrajn”:

“Fost l-oħrajn, din is-subintestatura tinkludi preparazzjonijiet ibbażati fuq lubrikanti sintetiċi. B’mod partikolari, din tirreferi għal preparazzjonijiet ibbażati fuq wieħed jew aktar minn dawn il-kostitwenti:

poli(alfaolefini) jew poli(isobutilini) li anqas minn 60 % tagħhom bil-volum jiddistilla fi 300 °C, wara konverżjoni għal 1 013 mbar meta jintuża metodu ta’ distillazzjoni bi pressjoni mnaqqsa;

alkilaromatiċi b’katina twila;

esteri;

poliglikoli;

silikoni.”


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(2)  ĠU C 76, 4.3.2015, p. 1.