|
23.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 108/22 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2016/C 108/09)
Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt li wieħed jopponi għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONI TA’ ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
“HUILE D’OLIVE DE HAUTE-PROVENCE”
Nru tal-UE: FR-PDO-0105-01340 — 27.5.2015
DOP ( X ) IĠP ( )
1. Grupp applikant u interess leġittimu
|
Syndicat AOP Huile d’olive de Haute-Provence |
|
Chambre d’Agriculture |
|
Avenue Charles Richard |
|
04700 Oraison |
|
FRANCE |
|
Tél: +33 492305787 |
|
Fax: +33 492787000 |
|
Email: contact@aochuiledolive-hauteprovence.com |
Il-grupp tal-produtturi tad-DOP “Huile d’olive de Haute-Provence”, grupp professjonali rregolat mil-liġi emendata tal-21 ta’ Marzu 1884, huwa magħmul minn produtturi taż-żebbuġ u minn proċessuri (madwar 400 operatur) u għandu interess leġittimu li jippreżenta l-applikazzjoni.
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Franza
3. Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda(i)
|
— |
☐ |
Isem-il prodott |
|
— |
☒ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
|
— |
☒ |
Żona ġeografika |
|
— |
☒ |
Prova tal-oriġini |
|
— |
☒ |
Metodu ta’ produzzjoni |
|
— |
☐ |
Rabta |
|
— |
☒ |
Tikkettar |
|
— |
☒ |
Oħrajn (kontrolli, dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti u strutturi ta’ kontrolli, rabta) |
4. Tip ta’ emenda(i)
|
— |
☒ |
Emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP reġistrata li ma għandhiex titqies bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
|
— |
☐ |
Emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP reġistrata li għaliha ma ġiex ippubblikat Dokument Uniku (jew l-ekwivalenti) li ma għandhiex titqies bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
5. Emenda(i)
Deskrizzjoni tal-prodott:
Id-deskrizzjoni tal-prodott ġiet aġġornata bil-għan li tispeċifika aktar l-ispeċifiċità tal-prodott, il-karatteristiċi analitiċi u sensorjali tiegħu:
|
— |
il-kulur taż-żejt taż-żebbuġa huwa speċifikat (aspett viżiv isfar bi sfumaturi ħodor li jistgħu jgħibu gradwalment) biex jinkludi n-natura ħadra taż-żejt li tista’ tiċċara maż-żmien, b’mod speċjali minħabba d-degradazzjoni tal-pigmenti klorofilljani fiż-żejt; |
|
— |
għal raġunijiet tal-aqwa preżervazzjoni tal-kwalità taż-żejt taż-żebbuġa, il-kontenut massimu ta’ aċidità libera tnaqqas għal 0,8 g/100 g minflok 1 g/100 g. L-analiżijiet fiżikokimiċi mwettqa fil-qafas tal-kontroll tad-denominzazzjoni ta’ oriġini wrew li ż-żjut ma jaqbżux dan il-proporzjon.; |
|
— |
il-karatteristiċi aromatiċi huma speċifikati fuq il-bażi tat-testijiet sensorjali mwettqa mill-grupp applikant u miċ-Ċentru tekniku tas-Siġra taż-Żebbuġ (CTO): dwar ir-riħa, huwa speċifikat li l-aromi dominanti jistgħu jkunu mħalltin jew waħidhom. Żdiedu l-aromi tal-banana, tal-ħaxix maqtugħ frisk u tal-lewż frisk filwaqt li tneħħew dawk tal-lanġas. F’dak li għandu x’jaqsam mat-togħma, huwa speċifikat li t-togħmiet dominanti huma dawk tal-qaqoċċ nej u magħhom żdiedu t-togħmiet sekondarji tal-banana, tal-ħaxix, tat-tuffieħ u tal-lewż frisk, imħalltin jew waħidhom. |
|
— |
il-livelli ta’ mrar (≥ 1 fuq l-iskala tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ — Conseil oléicole international/COI) u tal-pikkanti (≥ 2 fuq l-iskala tal-COI) huma ddefiniti u introdotti fl-ispeċifikazzjoni: Dawn jiġu applikati qabel ma ż-żejt jitqiegħed għall-ewwel darba fis-suq u b’hekk jispeċifikaw il-kunċett tat-togħma taħraq iżda wkoll it-togħma “ħelwa” u “ftit morra” indikata fil-bidu. |
Barra minn hekk, minħabba l-preżervazzjoni tal-kwalità għall-konsumatur, l-indiċi tal-perossidu tnaqqas għal massimu ta’ 15-il milliekwivalenti ta’ perossidu tal-ossiġenu għal kull kilo ta’ żejt minflok 20 milliekwivalenti kif kien inizjalment.
Il-limitu għall-indiċi K270 tħassar minħabba li dan il-parametru huwa kkorrelat ħafna mal-aċidità u mal-indiċi tal-perossidu. It-tħassir tiegħu ma għandu l-ebda impatt fuq il-kwalità u l-karatteristiċi taż-żejt diment li l-valuri massimi awtorizzati tal-aċidità u l-indiċi tal-perossidu jkunu ddefiniti.
L-indikazzjoni tan-natura “verġni” taż-żejt tneħħiet peress li l-kwalità tirrigwarda biss il-karatteristiċi analitiċi taż-żejt u ż-żejt jista’ jappartjeni għall-kategorija “verġni” jew għal dik “extra verġni”.
Żona ġeografika
Il-limiti taż-żona ġeografika tad-denominazzjoni ma ġewx emendati iżda d-definizzjoni tagħha ġiet ikkjarifikata. Dawn il-kjarifiki jikkonsistu fl-introduzzjoni tal-lista eżawrjenti tal-muniċipalitajiet fiż-żona ġeografika (muniċipalitajiet raggruppati, meta jkun possibbli, skont il-canton tad-Dokument Uniku).
Barra minn hekk, il-modalitajiet ta’ identifikazzjoni tal-irqajja ta’ raba’, ġew speċifikati fl-ispeċifikazzjoni, skont il-proċeduri nazzjonali l-ġodda.
Minbarra dan, ġew iċċarati l-istadji li jridu jseħħu fiż-żona ġeografika tad-denominazzjoni, jiġifieri “l-attività kollha mill-kultivazzjoni taż-żebbuġ sal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li ssir fiż-żona ġeografika”.
Prova tal-oriġini:
Fir-rigward tal-iżviluppi leġiżlattivi u regolamentari nazzjonali, it-taqsima “Elementi li jagħtu prova li l-prodott joriġina miż-żona ġeografika” ġiet emendata u issa tiġbor biss ir-rekwiżiti dikjarattivi u ż-żamma ta’ rekords relatati mat-traċċabbiltà tal-prodott u mas-segwitu tal-kundizzjonijiet tal-produzzjoni. Ir-referenza għall-modalitajiet ta’ kontroll ġiet introdotta wkoll. L-elementi kollha relatati mal-istorja u mar-reputazzjoni tal-prodott li jidhru fil-bidu ta’ din it-taqsima tal-ispeċifikazzjoni ġew eliminati.
Metodu ta’ produzzjoni:
|
— |
Is-sentenza introduttorja “Iż-żejt għandu jiġi miż-żebbuġ maqtugħ mill-imsaġar identifikati fiż-żona ta’ produzzjoni definita. Il-kriterji ta’ identifikazzjoni tal-irqajja tal-art jeskludu ż-żoni mhux utli għat-tkabbir ta’ żebbuġ ta’ kwalità.” tneħħiet minn din it-taqsima tal-ispeċifikazzjoni, billi l-proċedura ta’ identifikazzjoni tal-irqajja ta’ raba’ ġiet żviluppata fit-taqsima “Żona ġeografika” tal-istess speċifikazzjoni |
|
— |
Varjetajiet awtorizzati: Il-kunċetti ta’ “varjetà prinċipali” u “varjetajiet sekondarji” għandhom jitneħħew diment li l-perċentwali minimi jew massimi tal-preżenza ta’ varjetajiet differenti jkunu ġew stabbiliti. Il-perċentwal massimu (5 %) tal-preżenza ta’ varjetajiet magħrufa bħala “dakkara” kif ukoll il-mod ta’ tħawwil tagħhom (mxerrda fir-roqgħa tal-art ikkunsidrata) huma speċifikati u dan jgħin biex jiżgura l-oriġini tal-varjetà mixtieqa għaż-żejt taż-żebbuġa. Biex tiġi evitata kull interpretazzjoni matul il-kontroll, huwa speċifikat ukoll il-mod ta’ kif tiġi evalwata l-konformità tat-tħawwil tal-varjetà użata relatata mal-perċentwali fissi: “il-konformità tat-tħawwil ta’ varjetà hija evalwata fuq l-irqajja ta’ raba’ kollha li jipproduċu d-denominazzjoni tal-oriġini, ħlief il-varjetajiet dakkara li għalihom huwa evalwat kull roqgħa art ikkunsidrata”. Huwa speċifikat ukoll li fost il-varjetajiet imsemmija fil-bidu, il-varjetajiet colombale, estoublaisse, filaïre, grappier, u rosée-du-Mont-d’Or jagħmlu parti mill-varjetajiet magħrufa bħala “lokali antiki” minħabba li tħawlu qabel il-ġlata tal-1956 iżda huma rrappreżentati minn numru ta’ siġar sinfikanti fiż-żona ta’ produzzjoni. |
|
— |
varjetà aglandau: Il-limitu ta’ żmien stabbilit fl-2014 — indikat fil-bidu tas-sinteżi u l-ispeċifikazzjoni biex jintlaħaq il-perċentwal mimimu ta’ 80 % tal-varjetà prinċipali tneħħa peress li dan il-limitu taż-żmien intlaħaq. |
|
— |
densità ta’ tħawwil: Id-dispożizzjoni oriġinali “kull bażi teħtieġ żona ta’ mhux inqas minn 24 metru kwadru” ġiet iċċarata u ssupplimentata sabiex tiġi evitata kull ambigwità u jiġu ffaċilitati l-kontrolli. Għalhekk, it-terminu “siġra” jieħu post it-terminu “bażi”, b’mod aktar xieraq, il-modalitajiet tal-kalkolu tad-densità huma speċifikati (“l-erja tinkiseb bil-multiplikazzjoni taż-żewġ distanzi bejn ir-ringieli u l-ispazju ta’ bejn is-siġar”), speċjalment fil-każ ta’ tħawwil magħruf bħala “imtarraġ” (id-distanza minima bejn is-siġar tinkludi l-kejl tal-għoli mtarraġ), u hija introdotta wkoll id-distanza minima bejn is-siġar (4 metri). |
|
— |
kulturi intermedji: Qiegħda tiġi introdotta projbizzjoni tal-preżenza ta’ kulturi intermedji fl-imsaġar li jgawdu mid-DOP b’tali mod li tiġi evitata l-kompetizzjoni mas-siġar taż-żebbuġ speċjalment meta jkunu żgħar. Madankollu, skont l-użu lokali, il-preżenza ta’ siġar tal-frott imxerrda fil-masġar, meqjusa li ma għandhomx konsegwenzi fuq il-kwalità finali tal-prodott, hija awtorizzata bil-kundizzjoni li n-numru ta’ dawn is-siġar ma jaqbiżx il-5 % tan-numru ta’ siġar fir-roqgħa art ikkunsidrata. |
|
— |
żbir: Sabiex jiġu riflessi l-aħjar prattiki ta’ żbir, huwa speċifikat li l-iskart miż-żbir irid jitneħħa mill-imsaġar qabel il-ħsad li jkun imiss u li jkun hemm ukoll il-possibbiltà li jitgħaffġu fuq il-post. |
|
— |
irrigazzjoni: L-aħħar data tal-irrigazzjoni, inizjalment stabbilita skont id-data tal-bidla fil-kulur ta’ kull varjetà, hija sostitwita b’data fissa, it-30 ta’ Settembru, sabiex jiġu ffaċilitati l-implimentazzjoni u l-kontroll. |
|
— |
l-età tal-produzzjoni tas-siġar: għall-finijiet ta’ kjarifika tal-abbozz, huwa speċifikat li l-età tad-dħul fil-produzzjoni tas-siġar tad-denominazzjoni ta’ oriġini, hija ta’ 5 snin, jiġifieri minn “wara t-tħawwil tas-siġra fir-roqgħa art” (ir-roqgħa art identifikata tad-denominazzjoni ta’ oriġini). |
|
— |
rendiment: Il-metodu għall-kalkolu tar-rendiment ġie speċifikat sabiex tiġi evitata kull interpretazzjoni. Għaldaqstant, ġie indikat li dan ir-rendiment għandu jiġi kkalkulat skont “il-produzzjoni tal-ħsad” (u mhux skont il-produzzjoni totali tas-siġra li tinkludi ż-żebbuġ li jkun waqa’ mal-art u ma nġabarx u li ma jgawdix mid-denominazzjoni), “irrispettivament mid-destinazzjoni taż-żebbuġ” u “l-medja” tal-azjenda. |
|
— |
ħsad: Huma introdotti dispożizzjonijiet differenti relatati mal-ħsad: ir-regoli għall-ftuħ u l-għeluq tal-istaġun tal-ħsad biex jiġi żgurat ħsad ta’ żebbuġ fl-istat mixtieq ta’ maturità suffiċjenti, it-tekniki tal-ħsad awtorizzati (il-mezzi mekkaniċi awtorizzati għall-ħsad, il-projbizzjoni tal-użu ta’ xbieki msejħa “permanenti”) li jippermettu s-sostenibbiltà tal-użu lokali tal-produzzjoni ta’ żejt ta’ kwalità li jkun ġej minn żebbuġ b’saħħtu li jżomm l-integrità tiegħu. |
|
— |
il-maturità u l-kwalità tas-saħħa taż-żebbuġ magħsur u l-perjodu tal-kunsinna: Sabiex tiġi żgurata l-ispeċifiċità tal-prodott fir-rigward ta’, fost oħrajn, l-istat tal-maturità taż-żebbuġ maqtugħ, il-livell ta’ maturità taż-żebbuġ magħsur huwa speċifikat skont il-perjodu tal-ħsad tradizzjonali taż-żebbuġ f’Haute-Provence: il-lottijiet ma jinkludux aktar minn 30 % taż-żebbuġ iswed. Id-dispożizzjoni dwar il-karattru b’saħħtu taż-żebbuġ magħsur hija kompluta bid-definizzjoni tal-livelli massimi ta’ żebbuġ imħassar: “Il-kwantità totali taż-żebbuġ imdewwed, imnaqqar, bil-ġlata jew b’tikek tal-kannella hija inqas minn 10 % taż-żebbuġ f’kull lott magħsur. Iż-żebbuġ immuffat jew iffermentat ma għandux jibbenefika mid-denominazzjoni ta’ oriġini.” Din id-dispożizzjoni għandha l-għan li tiċċara l-kunċett ta’ “żebbuġ b’saħħtu” sabiex tiżgura aktar il-kwalità finali tal-prodott Il-perjodi ta’ iż-żmien “bejn il-ħsad u l-kunsinna” u “qabel jingħasar” tnaqqsu għal massimu ta’ 3 ijiem u 6 ijiem rispettivament minflok 4 u 7 tijiem biex jirriflettu l-użu attwali tal-produzzjoni ta’ żejt ta’ kwalità. |
|
— |
produzzjoni taż-żejt: It-temperatura massima tal-pejst taż-żebbuġ tnaqqset minn 30 °C għal 27 °C (f’kull parti tal-katina tal-ipproċessar) biex jiġu kkunsidrati bidliet fir-regolament dwar il-kliem “għasir kiesaħ”. Il-proċeduri u t-trattamenti awtorizzati huma elenkati (“l-ebda trattament qabel l-estrazzjoni, ħlief il-ħasil u t-tneħħija tal-għadma, u wara l-estrazzjoni, ħlief id-dekantazzjoni, iċ-ċentrifugazzjoni u l-filtrazzjoni ma huwa awtorizzat”) biex b’hekk tiġi ċċarata l-possibbiltà tat-tneħħija tal-għadma taż-żebbuġ qabel l-estrazzjoni taż-żejt. Huwa speċifikat li l-“Huile d’olive de Haute-Provence” ġej minn ħafna varjetajiet, fuq l-istess skala bħal dawk stabbiliti għall-imsaġar tal-frott. Il-produzzjoni taż-żejt ta’ varjetà waħda, dik ta’ aglandua, hija awtorizzata. |
Tikkettar:
Il-kliem speċifiku fuq it-tikketti dwar id-denominazzjoni inġieb konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Is-simbolu tal-Unjoni Ewropea għad-DOP, kif ukoll il-frażi “appellation d’origine protégée” (denominazzjoni ta’ oriġini protetta) huma fost ir-referenzi li jridu jkunu inklużi fuq it-tikketti tal-prodotti koperti bid-denominazzjoni ta’ oriġini “Huile d’olive de Haute-Provence”.
Oħrajn: kontrolli, aġġornament tad-dettalji ta’ kuntatt tal-istrutturi ta’ kontroll u dawk tal-grupp, u rabta
|
— |
Minħabba l-bidiet leġiżlattivi u regolamentari nazzjonali, it-taqsima “Rekwiżiti nazzjonali” hija ppreżentata fil-forma ta’ tabella tal-punti ewlenin li għandhom jiġu vverifikati, il-valuri ta’ referenza u l-metodi ta’ evalwazzjoni tagħhom. |
|
— |
It-taqsimiet “referenzi dwar l-istrutturi tal-kontroll” u “servizz kompetenti tal-Istat Membru”: l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-korpi uffiċjali ta’ kontroll kif ukoll dawk tal-grupp ġew aġġornati. |
|
— |
Rabta: l-elementi relatati mal-istorja tad-denominazzjoni li tneħħew mit-taqsima “Prova tal-oriġini” ġew ittrasferiti parzjalment, għat-taqsima “Rabta maż-żona ġeografika” u, li ġiet organizzata mill-ġdid b’tali mod li tispjega l-ispeċifiċitajiet taż-żona ġeografika, dawk tal-prodott u r-rabta kawżali bejn l-ispeċifiċitajiet taż-żoni ġeografiċi u l-ispeċifiċitajiet tal-prodott. |
DOKUMENT UNIKU
“HUILE D’OLIVE DE HAUTE-PROVENCE”
Nru tal-UE: FR-PDO-0105-01340 – 27.5.2015
DOP ( X ) IĠP ( )
1. Isem
“Huile d’olive de Haute-Provence”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Franza
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.5. — Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.)
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Il-“Huile d’olive de Haute-Provence” huwa tip ta’ żejt taż-żebbuġa kkaratterizzat minn:
|
— |
aspett viżiv isfar bi sfumaturi ħodor li jgħibu gradwalment; |
|
— |
riħa qawwija ddominata minn aromi ta’ qaqoċċ nej, tuffieħ, banana, ħaxix maqtugħ frisk, lewż frisk, imħalltin jew waħidhom; |
|
— |
f’dak li għandu x’jaqsam mat-togħma, it-togħmiet fini u dominanti huma dawk tal-qaqoċċ nej u t-togħmiet sekondarji tal-banana, tal-ħaxix, tat-tuffieħ u tal-lewż frisk, imħalltin jew waħidhom. |
Qabel ma ż-żejt jitqiegħed għall-ewwel darba fis-suq, il-pikkanti, jew togħma taħraq (imsejjaħ “ħruq” fil-bqija tad-dokument) huwa aktar minn jew ugwali għal 2 u l-imrar huwa aktar minn jew ugwali għal 1 skont l-iskala organolettika tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ (COI).
L-aċidità libera, espressa f’aċidu olejku, hija massimu ta’ 0,8 grammi għal kull 100 gramma taż-żejt taż-żebbuġa. Il-valur tal-perossidu huwa limitat għal 15-il milliekwivalenti ta’ perossidu tal-ossiġnu għal kull kilogramma ta’ żejt taż-żebbuġa meta ż-żejt jitqiegħed għall-ewwel darba fis-suq.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Il-“Huile d’olive de Haute-Provence” ġej miż-żebbuġ jew miż-żjut li ġejjin minn dawn il-varjetajiet:
|
— |
aglandau (minn 80 sa 100 %) |
|
— |
picholine, bouteillan, tanche u varjetajiet antiki lokali (varjetajiet imħawla qabel il-ġlata tal-1956, b’għadd sinifikanti ta’ siġar fiż-żona ta’ produzzjoni) (minn 0 sa 20 %). |
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
L-attività kollha mill-kultivazzjoni taż-żebbuġ sal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa ssir fiż-żona ġeografika identifikata.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ., tal-prodott li għalih jirreferi l-isem
—
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li għalih jirreferi l-isem
It-tikkettar taż-żjut li jgawdu mid-denominazzjoni ta’ oriġini tal-“Huile d’olive de Haute-Provence” jinkludi:
|
— |
l-isem tad-denominazzjoni “Huile d’olive de Haute-Provence” u l-kelmiet “denominazzjoni ta’ oriġini protetta”. Dawn ir-referenzi huma miġbura fl-istess kamp viżiv fuq l-istess tikketta. Huma ppreżentati f’karattri viżibbli, leġibbli, li ma jitħassrux u kbar biżżejjed li jidħlu tajjeb fil-kwadru li fuqu jiġu stampati sabiex dawn ir-referenzi jiddistingwu b’mod sinfikanti l-indikazzjonijiet l-oħrajn kollha kemm miktubin kif ukoll l-informazzjoni grafika; |
|
— |
is-simbolu DOP tal-Unjoni Ewropea. |
4. Deskrizzjoni fil-qosor tal-limiti taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika tinfirex fuq it-territorji tal-muniċipalitajiet li ġejjin:
Id-Département ta’ Alpes-de-Haute-Provence:
|
— |
Il-muniċipalitajiet ta’ Digne-les-Bains, Entrepierres, Revest-des-Brousses, Simiane-la-Rotonde, Sisteron; |
|
— |
Il-muniċipalitajiet tal-cantons ta’ Digne-les-Bains-Ouest ħlief il-muniċipalitajiet ta’ Castellard-Mélan, Hautes-Duyes u Thoard, Forcalquier, Manosque-Sud-Est, Manosque-Nord, Manosque-Sud-Ouest, Les Mées, Mézel ħlief il-muniċipalità ta’ Majastres, Moustiers-Sainte-Marie ħlief La Palud-sur-Verdon, Peyruis, Reillanne, Riez, Saint-Étienne-les-Orgues ħlief il-muniċipalitajiet ta’ Lardiers u ta’ Saint-Étienne-les-Orgues, Valensole, Volonne. |
Id-Département ta’ Bouches-du-Rhône: Jouques, Saint-Paul-lès-Durance.
Id-Département ta’ Var: Ginasservis, Rians, Saint-Julien, Vinon-sur-Verdon.
Id-Département ta’ Vaucluse: La Bastide-des-Jourdans, Beaumont-de-Pertuis, Grambois, Mirabeau, Peypin-d’Aigues, Vitrolles-en-Lubéron.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Speċifiċità taż-żona ġeografika
Il-karatteristiċi ewlenin taż-żona ġeografika tad-denominazzjoni huma minn naħa, l-unità ġeografika li tikkostitwixxi l-Vallée de la Durance u, min-naħa l-oħra, l-altitudni tagħha (minn 400 sa 750 m).
Il-ħamrija taż-żona ġeografika għandha karatteristiċi komuni li huma r-rikkezza fil-ġebel (konglomerati tal-oligoċenu, ċagħaq, elementi angulari u ċatti li spiss huma magħmula minn biċċiet tal-ġebel imkissra bil-ġlata), u l-kontentut tal-franka (il-ħamrija kollha fiha kontenut tal-karbonat).
Barra minn hekk l-Haute-Provence għandha klima Mediterranja ta’ Provence b’influwenza kontinentali kkaratterizzata minn sjuf sħan u nixfin iżda wkoll minn temperaturi ta’ billejl u tax-xitwa kultant baxxi u ferm negattivi, minn amplitudnijiet annwali għoljin ħafna (b’medja ta’ bejn 17 °C u 18 °C) kif ukoll amplitudnijiet ta’ kuljum importanti u fenomeni ta’ bdil fit-temperatura.
It-tkabbir taż-żebbuġ fl-Alpes-de-Haute-Provence kien diġà msemmi fil-Medju Evu. Huwa laħaq il-punt massimu tiegħu bejn il-perjodu tas-seklu tmintax u dsatax fejn huwa rreżista ħafna aktar minn qabel għall-ġlati serji.
Matul is-sekli, in-nies saru jafu kif jagħżlu l-varjetajiet l-aktar adattati għal klima lokali, speċjalment l-aglandau li saret l-aktar popolari. Is-siġra taż-żebbuġ hija kkultivata f’għelieqi mtarrġa (rqajja ta’ raba’ kważi orizzontali suċċessivi mifrudin b’ħitan ta’ sostenn magħmul minn ġebel niexef, mingħajr sustanza li tinkolla, li jippermetti l-inklinar naturali tal-art). Tradizzjonalment, iż-żebbuġ jinqata’ aħdar sew matul ix-xahar ta’ Novembru, fuq perjodu pjuttost qasir ta’ massimu 55 ġurnata fiż-żona ġeografika kollha.
Il-“Huile d’olive de Haute-Provence” huwa apprezzat ħafna mill-konsumatur minħabba l-isem u l-kwalitajiet tiegħu. Għal ħafna żmien, il-kwalità tal-“Huile d’olive de Haute-Provence” ġiet spiss rikonoxxuta u ppremjata f’diversi konkorsi fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali.
Speċifiċità tal-prodott
L-ispeċifiċità tal-“Huile d’olive de Haute-Provence” hija l-użu wiesgħa tal-varjetà aglandau li tirrappreżenta 80 % sa 100 % tal-varjetajiet taż-żejt. Iż-żejt li jinkiseb huwa ta’ struttura tajba, fina u għandu ħafna aromi kkaratterizzati mill-qaqoċċ nej, it-tuffieħ, il-banana, il-ħaxix maqtugħ frisk u l-lewż frisk. Ġeneralment, it-togħma taħraq dominanti hija aktar qawwija mill-imrar u l-kulur safrani bi sfumaturi ħodor huwa tipiku speċjalment fil-bidu tal-istaġun tal-qtugħ.
Rabta kawżali
It-topografija, li tirrizulta mill-pożizzjoni fl-altitudni taż-żona ġeografika, kif ukoll il-karatteristiċi tal-klima Mediterranja b’influwenza kontinentali ta’ din iż-żona, jimponu li t-tkabbir tas-siġra taż-żebbuġ isir l-aktar f’għelieqi mtarrġa. Il-ħitan magħmulin mill-ġebel niexef li jservi bħala sostenn għall-għelieqi mtarrġa, jippermettu l-iskular tal-ilma żejjed mill-ħamrija f’perjodi umdi; madankollu iżommu l-ilma f’perjodu ta’ nixfa (bil-kondensazzjoni tal-umidità tal-arja ambjentali matul il-lejl). Huma jirregolaw it-temperatura billi jaħżnu l-enerġija solari, u b’hekk jipproteġu l-ħsad matul l-ewwel jiem kesħin kif ukoll iż-żamma tas-siġra taż-żebbuġ li tkun affettwata mill-perjodi l-aktar kesħin taż-żona ġeografika, ġeneralment fix-xahar ta’ Frar. Il-ħamrija li fiha ħafna ġebel, karbonati li għandhom taħlita fina ta’ lom jew lom imrammel, karatteristiċi taż-żona ġeografika hija partikolarment tajba għat-tkabbir taż-żebbuġ li jgawdi mill-ħamriji arjużi u porużi. Matul is-sekli, it-taħlita tal-karatteristiċi tal-ħamrija u tal-klima eżerċitat pressjoni selettiva ta’ varjetà li fiha tinsab il-varjetà aglandau. Fil-fatt, minkejja l-maturità tardiva tagħhom, il-frott tal-aglandau maqtugħ matul ix-xahar ta’ Novembru jirreżisti sew għall-ġlata li sseħħ fi żmien il-ħsad. Il-ġlati ta’ intensità qawwija li seħħew darbtejn jew 3 darbiet kull seklu, żguraw is-suċċess progressiv tal-aglandau. Din il-varjetà tinsab kważi kullimkien fi Provence iżda tinsab l-aktar fil-Haute-Provence.
Il-preżenza tal-aglandau fl-imsaġar kif ukoll il-kompożizzjoni taż-żejt, li tammonta għal mill-inqas 80 % tal-varjetajiet preżenti, għandhom impatt kbir fuq il-karatteristiċi taż-żejt u dan jagħmilha differenti sew minn żjut oħrajn. Fil-fatt minkejja l-maturità tardiva fil-kulur tagħha, fiż-żmien tal-ħsad il-frotta ta’ din il-varjetà ikollha ftit kontenut ta’ ilma u konċentrazzjoni taż-żejt, u dan jiżgura reżistenza tajba għall-ewwel ġlati tal-ħarifa li ma jbiddlux il-kwalità taż-żejt. Madankollu, iż-żebbuġ jinqata’ qabel il-ġlati intensivi li ħafna drabi jseħħu fl-aħħar ġimagħtejn ta’ Diċembru. Minħabba f’hekk, il-proporzjon taż-żebbuġ li jkun għadu aħdar huwa ta’ spiss wieħed għoli matul il-ħsad. Fl-ewwel ġimgħat wara l-ipproċessar tiegħu, il-klorofill li jinħall fix-xaħam, jagħti liż-żejt l-isfumaturi ħodor tipiċi tiegħu. Maż-żmien iż-żejt jitlef l-isfumaturi ħodor tiegħu mingħajr ma jinbidlu l-karatteristiċi organolettiċi ta’ dawn iż-żjut, imbagħad ikollu sfumaturi lewn id-deheb. Fil-fatt il-pigmenti klorofiljani jitħassru minħabba l-effett tad-dawl. Iż-żjut fihom ukoll ħafna polifenoli, elementi ta’ togħma taħraq u tal-imrar, li jiżguraw konservazzjoni tajba ta’ dawn iż-żjut fuq medda ta’ żmien.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-5703c586-9a23-41bb-8b07-0b449c7ecead
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.