|
17.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 101/1 |
Aġġornament tal-Anness II u tat-Tabelli 1 u 2 tal-Anness IIIb fir-rigward tal-valuri applikabbli tal-euro f’konformità mal-Artikolu 10a tad-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendata bid-Direttiva 2011/76/UE
(2016/C 101/01)
L-Anness II tad-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi (1), huwa aġġornat kif ġej:
“ANNESS II
AMMONTI MASSIMI F’EURO TA’ PAGAMENTI FUQ L-UTENTI, INKLUŻI SPEJJEŻ AMMINISTRATTIVI, LI HEMM REFERENZA GĦALIHOM FL-ARTIKOLU 7(7)
Annwali
|
|
massimu ta’ tliet fusien |
massimu ta’ erba’ fusien |
|
EURO 0 |
1 478 |
2 478 |
|
EURO I |
1 286 |
2 145 |
|
EURO II |
1 119 |
1 866 |
|
EURO III |
972 |
1 622 |
|
EURO IV u li jniġġsu inqas |
884 |
1 475 |
Fix-xahar u fil-ġimgħa
Rati massimi fix-xahar u fil-ġimgħa huma fi proporzjon għat-tul tal-użu magħmul mill-infrastruttura.
Kuljum
Il-pagament ta’ kuljum impost fuq l-utent għall-kategoriji kollha ta’ vetturi jammonta għal EUR 13.”
L-Anness IIIb tad-Direttiva 1999/62/KE kif emendat bid-Direttiva 2011/76/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), huwa aġġornat kif ġej:
“ANNESS IIIb
TARIFFA MEDJA PPEŻATA MASSIMA GĦALL-ISPIŻA ESTERNA
Dan l-Anness jistabbilixxi l-parametri li għandhom jintużaw biex tiġi kkalkolata t-tariffa medja ppeżata massima għall-ispiża esterna.
1. Spiża massima għat-tniġġis tal-arja minħabba t-traffiku:
Tabella 1
Spiża massima li għandha titħallas għat-tniġġis tal-arja
|
ċent./kilomentru tal-vettura |
Toroq suburbani (inklużi l-awtostradi) |
Toroq interurbani (inklużi l-awtostradi) |
|
EURO 0 |
17,8 |
13,4 |
|
EURO I |
12,2 |
8,9 |
|
EURO II |
10,1 |
7,9 |
|
EURO III |
7,9 |
6,8 |
|
EURO IV |
4,5 |
3,5 |
|
EURO V wara l-31 ta’ Diċembru 2013 |
0 |
0 |
|
3,5 |
2,3 |
|
|
EURO VI wara l-31 ta’ Diċembru 2017 |
0 |
0 |
|
2,3 |
1,2 |
|
|
Iniġġsu inqas minn EURO VI |
0 |
0 |
Il-valuri tat-Tabella 1 jistgħu jiġu mmultiplikati b’fattur ta’ mhux aktar minn 2 f’żoni muntanjużi dment li dan ikun iġġustifikat mill-pendil tat-toroq, l-altitudni u/jew l-inverżjonijiet tat-temperatura.
2. Spiża massima għat-tniġġis mill-istorbju minħabba t-traffiku
Tabella 2
Spiża massima li għandha titħallas għall-istorbju
|
ċent./kilometru tal-vettura |
Ġurnata |
Lejl |
|
Toroq suburbani (inklużi l-awtostradi) |
1,22 |
2,23 |
|
Toroq interurbani (inklużi l-awtostradi) |
0,23 |
0,35 |
Il-valuri fit-Tabella 2 jistgħu jiġu mmultiplikati b’fattur mhux akbar minn 2 fiż-żoni muntanjużi dment li dan ikun iġġustifikat mill-pendil tat-toroq, l-inverżjonijiet tat-temperatura u/jew l-effett ta’ anfiteatru tal-widien.”
(1) ĠU L 187, 20.7.1999, p. 42.
(2) ĠU L 269, 14.10.2011, p. 1.