|
26.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 74/14 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tat-30 ta' Marzu 2015
li tiddikkjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u l-funzjonamnet tal-Ftehim ŻEE
(Il-Każ M.7265 — Zimmer/Biomet)
(notifikat bid-dokument C(2015) 2111)
(il-verżjoni bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 74/08)
Fit-30 ta' Marzu 2015il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni f'każ ta' fużjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (1) , u partikolarment l-Artikolu 8(2) ta' dak ir-Regolament. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni sħiħa tista' tinstab fil-lingwa awtentika tal-każ fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fuq dan l-indirizz: http://ec.europa.eu/comm/competition/index_en.html
1. INTRODUZZJONI
|
(1) |
Fit-3 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”) li permezz tagħha l-impriża Zimmer Holdings, Inc. (“Zimmer” jew il-“Parti Notifikanti”, l-Istati Uniti) takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta' Biomet, Inc. (“Biomet”, l-Istati Uniti) permezz ta’ xiri ta’ ishma. Minn issa 'l quddiem Zimmer u Biomet se jkunu riferuti bħala l-“Partijiet”. |
|
(2) |
Fil-11 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni ddikjarat in-notifika tat-3 ta’ Ġunju 2014 bħala mhux kompluta permezz ta' deċiżjoni skont l-Artikolu 5(2). Il-Parti Notifikanti ressqet notifika abbozz rivedut fl-4 ta’ Lulju 2014. Fil-15 ta’ Awwissu, fit-18 ta’ Awwissu u fid-29 ta’ Awwissu 2014, il-Parti Notifikanti ressqet informazzjoni kumplimentari, wara talba għal informazzjoni fl-14 ta’ Lulju 2014. In-notifika tqieset effettiva mid-29 ta’ Awwissu 2014. |
2. PROĊEDURA
|
(3) |
Wara li eżaminat in-notifika u wara l-ewwel fażi ta' investigazzjoni tas-suq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-operazzjoni taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar L-Għaqdiet u qajmet dubji serji dwar il-kompatibiltà tagħha mas-suq komuni u mal-Ftehim ŻEE. Il-Parti Notifikanti ma ressqitx impenji matul l-ewwel fażi tal-investigazzjoni. Il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tagħti bidu għal proċedimenti skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet fit-3 ta' Ottubru 2014 (id-“Deċiżjoni skont l-Artikolu 6(1)(c)”). |
|
(4) |
Fit-22 ta' Ottubru 2014, il-Parti Notifikanti ressqet il-kummenti bil-miktub tagħha għad-Deċiżjoni skont l-Artikolu 6(1)(c) (it-“Tweġiba għad-Deċiżjoni skont l-Artikolu 6(1)(c)”). |
|
(5) |
It-tieni fażi tal-perjodu ta’ eżami ġie estiż bi 15-il jum ta' xogħol fid-9 ta’ Ottubru 2014 u b’ħamest ijiem oħra ta' xogħol fis-17 ta’ Novembru 2014, skont l-ewwel u t-tielet sentenza rispettivament tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Fit-18 ta’ Novembru 2014, il-Kummissjoni talbet lill-Parti Notifikanti għal informazzjoni (“RFI Q34”) skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. L-iskadenza stabbilita mill-Kummissjoni biex tingħata l-informazzjoni kienet l-24 ta’ Novembru 2014. Din l-iskadenza ġiet estiża mill-Kummissjoni fuq talba tal-Parti Notifikanti sal-1 ta’ Diċembru 2014. Fit-3 ta’ Diċembru, il-Kummissjoni ħarġet deċiżjoni skont l-Artikolu 11(3), li rriżultat f’sospensjoni tat-tieni fażi tal-proċedimenti mit-2 ta’ Diċembru 2014. Il-proċedimenti tkomplew fl-10 ta’ Frar 2015 wara li l-Parti Notifikanti ppreżentat l-informazzjoni mitluba. |
|
(6) |
Il-Parti Notifikanti ressqet l-ewwel sett ta’ impenji fit-3 ta’ Diċembru 2014. Il-Kummissjoni wettqet eżami tas-suq ta’ dawn l-impenji fil-5 ta’ Diċembru. Ir-riżultati tal-eżami tas-suq ġew diskussi mal-Partijiet waqt laqgħa dwar is-Sitwazzjoni Attwali li saret fit-18 ta’ Diċembru 2014. Il-Parti Notifikanti ressqet verżjoni riveduta informali tat-tieni pakkett ta’ impenji fl-24 ta’ Jannar 2015, li fir-rigward tagħhom reġgħu ġew ikkonsultati l-parteċipanti fis-suq. Abbażi ta’ dan, il-Parti Notifikanti formalment ippreżentat rimedji riveduti fid-9 ta’ Frar 2015. |
3. DEFINIZZJONI TAS-SUQ TAL-PRODOTTI
|
(7) |
Il-fużjoni proposta għandha impatt fuq għadd ta’ swieq tal-industrija ta’ apparat ortopediku u, aktar preċiżament, fuq (a) il-proteżijiet rikostruttivi tal-ġogi: proteżijiet tal-irkoppa, tal-minkeb, tal-ġenb u tal-ispalla, li jintużaw biex ġogi ħżiena jiġu sostitwiti b’komponenti prostetiċi, u (b) prodotti oħrajn: siment tal-għadam, li jintuża sabiex jgħin l-iffissar ta' proteżijiet rikostruttivi, aċċessorji tas-siment tal-għadam, li jintuża sabiex jgħin fl-applikazzjoni tas-siment tal-għadam, ħasil ippulsat, li huwa sistema ta' irrigazzjoni bi pressa qawwija għall-feriti li tintuża fil-kirurġija ortopedika, apparat għas-sinsla, li jintuża sabiex jikkoreġi diversi kundizzjonijiet tas-sinsla, apparat għat-trawma, li jintuża biex jittratta l-fratturi fl-għadam, u proteżijiet dentali, li huma forma ta' prostetika dentali. |
Proteżiiet tal-irkoppa
|
(8) |
F'deċiżjonijiet passati (2), il-Kummissjoni qieset tliet modi possibbli biex taqsam is-suq għall-proteżijiet tal-irkoppa: (i) skont it tip ta' intervent li jintużaw għalih (interventi primarji jew ta' reviżjoni); (ii) skont il-metodu ta' ffissar (proteżijiet bis-siment jew mingħajru); u (iii) skont it-tip ta' support (support fiss jew mobbli). Fl-aħħar mill-aħħar, fid-Deċiżjoni Smith&Nephew/Centerpulse, il-Kummissjoni wettqet il-valutazzjoni tagħha abbażi ta' suq tal-prodotti uniku għall-proteżijiet tal-irkoppa (3). |
|
(9) |
Il-Parti Notifikanti issostni li s-suq tal-prodotti rilevanti huwa suq globali għall-proteżijiet kollha tal-irkoppa minħabba li l-karatteristiċi tas-suq juru s-sostituzzjoni kemm min-naħa tad-domanda kif ukoll min-naħa tal-provvista. |
|
(10) |
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-proteżijiet patellofemorali tal-irkoppa (li jintużaw biex jissostitwixxu il-parti ta' wara tal-patella) u l-proteżijiet unikondulari tal-irkoppa (li jintużaw biex jissostitwixxu biss parti mill-ġog, jiġifieri kondil femorali) jikkostitwixxu żewġt iswieq tal-prodotti separati, distinti mill-proteżijiet totali tal-irkoppa. |
|
(11) |
Rigward il-proteżijiet totali tal-irkoppa (kirurġija użata li taffettwa l-ġog kollu), il-Kummissjoni tikkonkludi wkoll li l-kunsiderazzjonijiet min-naħa tad-domanda u min-naħa tal-provvista ma jappoġġjawx li jinstab suq wieħed ġenerali għall-proteżijiet totali tal-irkoppa li jkopri l-proteżijiet primarji u ta' reviżjoni. Għaldaqstant, il-valutazzjoni kompetittiva tivvaluta l-fużjoni fir-rigward tas-swieq tal-prodotti separati għal proteżijiet tal-irkoppa f'intervent primarju u proteżijiet tal-irkoppa f'intervent ta' reviżjoni. |
|
(12) |
Fir-rigward ta' proteżijiet ortopediċi estremi (li jissostitwixxu l-biċċa l-kbira tar-riġel), il-Kummissjoni tikkonkludi li dawn il-proteżijiet ma jiffurmawx parti mis-suq għal proteżijiet tal-irkoppa f'intervent ta' reviżjoni. Madankollu, l-ambitu preċiż ta’ dan is-suq tal-prodott jitħalla miftuħ għall-finijiet ta’ din id-deċiżjoni billi l-fużjoni mhux se timpedixxi l-kompetizzjoni b’mod sinifikanti skont id-definizzjoni tas-suq l-aktar stretta, jiġifieri, fir-rigward ta' żewġ swieq separati għal proteżijiet tal-irkoppa b'ċirniera u proteżijiet ta' salvataġġ tar-riġel. |
Proteżijiet tal-minkeb
|
(13) |
Sostituzzjoni totali tal-minkeb hija proċedura kirurġika li biha l-ġog tal-minkeb jiġi sostitwit bi proteżi prostetika. Hemm żewġ tipi ta’ proteżijiet tal-minkeb: proteżiiet mhux ristretti u dawk parzjalment ristretti. Bil-proteżijiet mhux ristretti ma hemm l-ebda konnessjoni fiżika li żżomm il-partijiet tal-proteżi flimkien. Il-proteijiet parzjalment ristretti għandhom firxa aktar limitata ta’ moviment, madankollu dawn jeħtieġu inqas tneħħija ta’ stokk tal-għadam għall-impjantazzjoni u bħala riżultat huma indikati għal varjetà wiesgħa ta’ pazjenti. |
|
(14) |
Il-Parti Notifikanti tiddikjara li hemm suq wieħed rilevanti ta’ prodotti għall-proteżijiet totali tal-minkeb kollha u li aktar segmentazzjoni bbażata fuq il-patoloġija jew fuq il-metodu ta’ ffissar (mhux ristrett u parzjalment ristrett) mhijiex rilevanti. |
|
(15) |
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-definizzjoni eżatta tas-suq tal-prodotti tista’ titħalla miftuħa billi l-fużjoni proposta ma timpedix b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva skont kwalunkwe definizzjoni alternattiva plawżibbli tas-swieq tal-prodotti rilevanti għal dan il-każ (jiġifieri, fir-rigward ta’ (i) suq ġenerali li jinkludi il-proteżijiet tal-minkeb mhux ristretti jew parzjalmnt ristretti; u (ii) f’suq li jikkonsisti fi proteżijiet tal-minkeb parzjalment ristretti biss). Fi kwalunkwe każ, l-impenji mressqa mill-Parti Notifikanti jirrimedjaw it-tħassib kemm fis-suq ġenerali tal-minkeb kif ukoll fis-suq potenzjalment aktar strett għall-proteżijiet parzjalment ristretti. Għaldaqstant, mhuwiex meħtieġ li tintlaħaq konklużjoni definittiva f’dan ir-rigward. |
Proteżijiet tal-ġenb
|
(16) |
F'deċiżjonijiet passati (4), il-Kummissjoni qieset dawn is-segmentazzjonijiet tas-suq għall-proteżijiet tal-ġenb: (i) skont il-filosofij tat-tfassil kirurġiku; (ii) skont il-patoloġija (fratturi u kundizzjonijiet deġenerattivi); (iii) skont il-metodu ta' ffissar (bis-siment jew mingħajru); u (iv) skont it-tip ta’ intervent (primarju, ta' reviżjoni, parzjali, totali u kisi mill-ġdid). Madankollu, fl-aħħar mill-aħħar il-Kummissjoni ddefiniet suq tal-prodotti uniku għall-proteżijiet tal-ġenb. |
|
(17) |
Il-Parti Notifikanti temmen li ma hemm l-ebda raġuni biex wieħed jitbiegħed mill-approċċ segwit mill-Kummissjoni f’deċiżjonijiet preċedenti, jiġifieri, li hemm suq tal-prodotti rilevanti uniku li jkopri l-proteżijiet kollha tal-ġenb. |
|
(18) |
Il-Kummissjoni tqis li t-taħlit u tqabbil komuni bejn il-komponenti tal-istess fornitur skont it-tip (primarju, reviżjoni) u l-livell (totali, parzjali) ta’ intervent jissuġġerixxi s-sostitwibbiltà min-naħa tad-domanda u anke min-naħa tal-provvista, sa fejn l-atturi kollha jkollhom sistemi ta' impjanti tal-ġenb li jippermettu din il-modularità. |
|
(19) |
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-suq tal-prodotti rilevanti huwa s-suq ġenerali għall-proteżijiet tal-ġenb. |
Proteżijiet tal-ispalla
|
(20) |
Fil-passat (5), il-Kummissjoni ħalliet miftuħa l-kwistjoni dwar jekk is-suq tal-prodott rilevanti għandux jitqies bħala suq ġenerali tal-proteżijiet tal-ispalla jew jekk dan is-suq għandux jinqasam fi tliet kategoriji abbażi ta’ tliet patoloġiji korrispondenti. Il-Kummissjoni wettqet il-valutazzjoni tagħha fuq il-bażi ta' suq ġenerali għall-proteżijiet tal-ispalla kif ukoll fuq il-bażi ta' swieq aktar stretti għal kull waħda mit-tliet patoloġiji: (i) sostituzzjoni ta' spalla wara frattura, (ii) sostituzzjoni ta' spalla deġenerattiva, u (iii) sostituzzjoni inversa tal-ispalla. Madankollu, il-Kummissjoni kkonkludiet li subsegmentazzjoni ulterjuri skont il-livell ta’ intervent (totali, parzjali, mingħajr virga, kisi mill-ġdid jew reviżjoni) f'kull waħda mit-tliet kategoriji ta’ patoloġija ma kinitx plawżibbli. |
|
(21) |
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tqis li d-definizzjoni eżatta tas-suq tal-prodotti tista’ titħalla miftuħa billi l-fużjoni proposta ma timpedix b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni skont kwalunkwe definizzjoni alternattiva plawżibbli tas-swieq tal-prodotti, jiġifieri (i) is-suq ġenerali għas-sostituzzjoni tal-ispalla, ii) is-suq għas-sostituzzjoni tal-ispalla wara frattura; iii) is-suq għas-sostituzzjoni tal-ispalla deġenerattiva u iv) is-suq għas-sostituzzjoni inversa tal-ispalla. |
Prodotti oħrajn
Siment tal-għadam
|
(22) |
Is-siment tal-għadam jintuża biex jgħin l-iffissar ta' proteżijiet rikostruttivi ta' ġogi kbar (il-ġenb u l-irkoppa) u ġogi żgħar (l-ispalla, il-minkeb u l-għaksa). |
|
(23) |
Il-karatteristiċi tas-siment tal-għadam jistgħu jvarjaw skont dawn il-fatturi:
|
|
(24) |
Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni kompetittiva bbażata fuq suq ġenerali ta’ siment tal-għadam. Il-valutazzjoni ma tinbidilx b’mod sinifikanti jekk is-suq ikompli jiġi segmentat, b’kont meħud ta' jekk is-siment tal-għadam huwiex imħallat mal-antibijotiċi jew le u jekk is-siment tal-għadam għandux viskożità għolja, medja jew baxxa billi s-siment tal-għadam bl-antibijotiċi b'viskożità għolja jirrappreżenta aktar minn 90 % tas-suq. |
Aċċessorji tas-siment tal-għadam
|
(25) |
L-aċċessorji tas-siment tal-għadam intużaw biex jgħinu fl-applikazzjoni tas-siment tal-għadam fil-proċeduri ta' sostituzzjoni tal-ġogi bis-siment u proċeduri oħrajn bħal vertebroplastija. |
|
(26) |
Skont il-Parti Notifikanti, hemm suq wieħed rilevanti ta’ prodotti għall-aċċessorji kollha tas-siment tal-għadam billi (i) l-aċċessorji differenti tas-siment tal-għadam jintużaw kollha b’rabta ma’ xulxin meta jiġi applikat is-siment tal-għadam waqt il-kirurġija u (ii) l-aċċessorji kollha tas-siment tal-għadam huma disponibbli minn manifatturi ta’ parti terza. |
Għodda kirurġiċi (Ħasil ippulsat)
|
(27) |
Il-ħasil ippulsat, jew il-ħasil bil-pulsazzjonijiet ta' ġett, hija sistema ta’ irrigazzjoni bi pressa qawwija għall-feriti li tintuża komunement fil-kirurġija ortopedika u fit-trattament tal-feriti. |
|
(28) |
Il-Parti Notifikanti ssostni li s-suq tal-prodott rilevanti huwa mill-inqas wiesa’ daqs il-ħasil ippulsat, jew saħansitra usa’, u dan ifisser li l-ħasil ippulsat jappartjeni għal suq għal aċċessorji kirurġiċi jew għal sistemi ta’ tindif tal-feriti. |
|
(29) |
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tqis li d-definizzjoni eżatta tas-suq tal-prodotti u b’mod partikolari l-kwistjoni dwar jekk il-ħasil ippulsat jappartjenix għal suq usa’ li jinkludi aċċessorji kirurġiċi jew sistemi oħrajn ta’ tindif ta' feriti oħrajn tistax titħalla miftuħa billi l-fużjoni proposta ma timpedix b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni taħt kwalunkwe definizzjoni alternattiva plawżibbli tas-suq tal-prodott. |
|
(30) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, f’din id-Deċiżjoni l-Kummissjoni tivvaluta s-suq għall-ħasil ippulsat li huwa meqjus bħala l-aktar segmentazzjoni stretta possibbli plawżibbli. |
Apparat għas-sinsla
|
(31) |
L-apparati għas-sinsla jintuża fi proċeduri kirurġiċi għat-tiswija tal-vertebri u tad-diski interertebrali fil-kolonna tad-dahar. |
|
(32) |
F’J&J/Synthes, il-Kummissjoni ħalliet id-definizzjoni tas-suq għall-apparati għas-sinsla miftuħa. Il-Kummissjoni identifikat tliet segmenti wiesa' ta' prodotti ta' proteżijiet għas-sinsla (i) tagħmir ta' fużjoni, (ii) tagħmir mhux ta' fużjoni (jew ta' moviment) u (iii) sistemi ta' Fratturi kkawżati minn Kompressjoni Vertebrali ("Vertebral Compression Fractures, VCF). Il-Kummissjoni identifikat aktar segmentazzjonijiet f'dawn it-tliet kategoriji wiesgħa ta’ prodotti. |
|
(33) |
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tqis li d-definizzjoni eżatta tas-suq tal-prodotti tista’ titħalla miftuħa billi l-fużjoni proposta ma timpedix b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni skont kwalunkwe definizzjoni alternattiva plawżibbli tas-swieq tal-prodotti. |
Apparat għat-trawma
|
(34) |
L-apparat għat-trawma jintuża biex jittratta fratturi tal-għadam matul l-iskeletru appendikulari, jiġifieri, l-estremitajiet ta’ fuq (inklużi l-id u l-polz), l-estremitajiet ta’ isfel (inklużi s-sieq u l-għaksa), iċ-ċintura skapulari u ċ-ċintura pelvika. |
|
(35) |
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tqis li d-definizzjoni eżatta tas-suq tal-prodotti tista’ titħalla miftuħa billi l-fużjoni proposta ma timpedix b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni skont kwalunkwe definizzjoni alternattiva plawżibbli tas-swieq tal-prodotti. |
Tagħmir dentali
|
(36) |
Il-proteżijiet dentali huma forma ta’ dentistrija prostetika (sostituzzjoni artifiċjali). |
|
(37) |
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tqis li d-definizzjoni eżatta tas-suq tal-prodotti tista’ titħalla miftuħa billi l-fużjoni proposta ma timpedi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni skont l-ebda definizzjoni alternattiva plawżibbli tas-swieq tal-prodotti. |
4. DEFINIZZJONI TAS-SUQ ĠEOGRAFIKU
|
(38) |
Fil-każijiet preċedenti li jikkonċernaw l-apparat mediku ortopediku, il-Kummissjoni qieset is-swieq għall-apparat mediku ortopediku bħala nazzjonali (6). |
|
(39) |
L-investigazzjoni tas-suq ipprovdiet evidenza li s-swieq għall-apparat mediku huma nazzjonali fl-ambitu tagħhom, speċjalment minħabba l-istrutturi tas-swieq differenti (pereżempju, is-sistemi pubbliċi ta’ rimborż, l-imġiba tal-xiri tal-isptarijiet) minn pajjiż għal ieħor u l-importanza ta' forza tal-bejgħ lokali/nazzjonali (7). |
|
(40) |
Barra minn hekk, l-istess bħal setturi mediċi oħrajn, il-preżenza ta’ sistemi pubbliċi ta’ rimborż f’għadd kbir ta’ Stati Membri qasmu s-swieq fil-livell nazzjonali. |
|
(41) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, is-swieq tal-prodotti meqjusa f’din id-Deċiżjoni huma analizzati fil-livell nazzjonali. |
5. VALUTAZZJONI KOMPETITTIVA
Adozzjoni ta’ sistema ta’ filtrazzjoni
|
(42) |
F’konformità mal-każijiet ta' apparat mediku u ortopediku riċenti, għall-finijiet tal-valutazzjoni, is-swieq affettwati inġabru fi tliet kategoriji (8): — Swieq nazzjonali tal-Grupp 1: is-sehem mis-suq ikkombinat tal-Partijiet jaqbeż il-35 % u ż-żieda taqbeż il-1 %; — Swieq nazzjonali tal-Grupp 2: is-sehem mis-suq ikkombinat tal-Partijiet jaqbeż il-35 % iżda ż-żieda taqbeż il-1 %; u — Swieq nazzjonali tal-Grupp 3: is-sehem tas-suq kombinat tal-Partijiet huwa bejn 20 % u 35 %. |
|
(43) |
Fir-rigward tas-swieq nazzjonali tal-Grupp 2 u Grupp 3, il-Kummissjoni tqis li l-fużjoni ma tqajjimx dubji serji dwar il-kompatibbiltà tal-fużjoni mas-suq komuni u l-Ftehim ŻEE. Dan huwa minħabba, fost affarijiet oħra, iż-żidiet insinifikanti u l-preżenza ta’ kompetituri sinifikanti. Barra minn hekk, l-investigazzjoni tas-suq ma żvelat l-ebda indikazzjoni li tipponta lejn tħassib possibbli dwar il-kompetizzjoni fis-swieq nazzjonali tal-Grupp 2 jew 3. |
|
(44) |
Għaldaqstant, għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, il-valutazzjoni kompetittiva tiffoka fuq is-swieq nazzjonali tal-Grupp 1 għall-proteżijiet rikostruttivi tal-ġogi (il-proteżijiet tal-ġenb, tal-irkoppa, tal-minkeb u tal-ispalla) kif ukoll għas-siment tal-għadam, l-aċċessorji tas-siment tal-għadam, il-ħasil ippulsat, l-apparat għas-sinsla, l-apparat għat-trawma, u l-proteżijiet dentali. |
Valutazzjoni orizzontali
|
(45) |
Skont l-Artikolu 2(2) u (3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk konċentrazzjoni proposta timpedix b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f’parti sostanzjali minnha, b’mod partikolari minħabba l-ħolqien jew it-tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti. |
|
(46) |
It-tieni fażi tal-investigazzjoni konġunti ffukat fuq is-swieq tal-proteżijiet tal-ġogi u s-swieq għas-siment tal-għadam, għall-aċċessorji tas-siment tal-għadam u għall-ħasil ippulsat. Il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn is-swieq għandhom karatteristiċi differenti u li l-pożizzjonijiet tal-Partijiet u tal-kompetituri tagħhom f’kull wieħed minn dawn is-swieq huma differenti wkoll. |
|
(47) |
Aktar preċiżament, f’termini ta’ daqs, is-swieq ġenerali tal-proteżijiet tal-ġenb u tal-irkoppa huma kbar b’bejgħ totali li jaqbeż il-biljun euro. |
|
(48) |
F’termini ta’ maturità tas-suq, is-suq għall-proteżijiet tal-ġenb huwa l-aktar wieħed matur, segwit mis-suq għall-proteżijiet tal-irkoppa (bl-eċċezzjoni ta’ xi taqsimiet minnu) u mill-proteżijiet tal-ispalla u tal-minkeb. Is-swieq għall-proteżijiet tal-ispalla u tal-minkeb huma swieq aktar ġodda u li qed jikbru b’pass aktar mgħaġġel. Is-siment tal-għadam u l-aċċessorji tas-siment tal-għadam huma kkunsidrati wkoll bħala swieq maturi. Is-suq tal-proteżijiet tal-ġenb huwa l-aktar wieħed popolat b’għadd kbir ta’ kompetituri preżenti. Fil-fatt, id-daqs u l-livell ta’ maturità tiegħu jirriżultaw f’ostakoli għad-dħul aktar baxxi milli fis-swieq li jifdal għall-proteżijiet tal-ġogi. L-ostakoli għad-dħul huma ogħla fis-suq tal-proteżijiet tal-ġogi li jifdal li huma inqas maturi u aktar innovattivi, partikolarment f’dawk is-swieq li huma iżgħar fid-daqs, kif jixhed l-għadd limitat ta’ kompetituri preżenti, jiġifieri s-swieq tal-proteżijiet tal-minkeb u tal-irkoppa unikondilari. |
|
(49) |
Rigward il-pożizzjoni tal-Partijiet fis-swieq tal-proteżijiet tal-ġogi differenti, l-investigazzjoni tas-suq ipprovdiet indikazzjonijiet li Zimmer u Biomet mhumiex kompetituri partikolarment qrib ta’ xulxin fis-swieq tal-proteżijiet tal-ġenb u tal-ispalla. Madankollu, Zimmer u Biomet huma kompetituri qrib ta' xulxin fis-swieq tal-proteżijiet tal-irkoppa u tal-minkeb, partikolarment f’ċerti taqsimiet tas-suq tal-proteżijiet ġenerali tal-irkoppa u f’xi swieq ġeografiċi. |
|
(50) |
Fir-rigward tal-proteżijiet tal-irkoppa parzjali, il-Kummissjoni kkonkludiet, fuq il-bażi tal-investigazzjoni tas-suq tagħha, li l-Partijiet huma żewġ atturi ewlenin u kompetituri mill-qrib. Hemm bdil limitat għal kompetituri oħra u ostakoli għoljin għad-dħul. |
|
(51) |
Rigward il-proteżijiet tal-minkeb, il-fużjoni se tgħaqqad iż-żewġ kompetituri ewlenin, li jirriżultaw f’ishma mis-suq ta’ aktar minn [60-70] %, li f’xi pajjiżi huma għoljin anki sa [90-100] %. Hemm ftit kompetituri residwi u dawn mhumiex meqjusa suffiċjenti sabiex jissostitwixxu r-restrizzjoni kompetittiva li l-Partijiet attwalment jeżerċitaw fuq xulxin. |
|
(52) |
Rigward il-proteżijiet tal-irkoppa totali, il-Kummissjoni tinnota li l-fużjoni se tgħaqqad żewġ kompetituri ewlenin li jikkompetu ma’ xulxin mill-qrib. Fid-Danimarka (fir-rigward tas-suq tal-proteżijiet tal-irkoppa totali u kemm is-suq tal-irkoppa f'intervent primarju kif ukoll dak ta' reviżjoni potenzjali), l-entità fuża se żżomm sehem mis-suq ta’ aktar minn [50-60] % u l-għadd ta’ kompetituri se jitnaqqas minn tlieta għal tnejn. Bl-istess mod, il-fużjoni se toħloq mexxej tas-suq fl-Iżvezja, telimina kompetitur mill-qrib fir-rigward tas-suq tal-proteżijiet totali tal-irkoppa u s-suq tal-irkoppa f'intervent primarju potenzjali. |
|
(53) |
Wara l-investigazzjoni fil-fond tas-suq tagħha, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-fużjoni proposta timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva permezz tal-ħolqien jew it-tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti f'dawn is-swieq:
|
6. IMPENJI
|
(54) |
Fit-3 ta’ Diċembru 2014, il-Parti Notifikanti formalment ippreżentat l-impenji skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, li għandhom l-iskop li jindirizzaw it-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-fużjoni proposta (“l-Impenji tat-3 ta’ Diċembru 2014”) fir-rigward tas-swieq tal-proteżijiet nazzjonali parzjali tal-irkoppa, tal-minkeb u s-swieq tal-proteżijiet totali (f'interventi primarji jew ta' reviżjoni) tal-irkoppa. Il-Kummissjoni ssuġġettat dawn l-impenji għal eżami tas-suq. L-eżami tas-suq indika li l-impenji ma kinux biżżejjed biex jeliminaw kompletament it-tħassib li tqajjem mill-fużjoni proposta. Il-Kummissjoni kkomunikat ir-riżultati tal-eżami tas-suq lill-Parti Notifikanti fit-18 ta’ Diċembru 2014. |
|
(55) |
Sabiex tindirizza l-kwistjonijiet li tqajmu fl-eżami tas-suq, il-Parti Notifikanti ppreżentat b'mod informali l-impenji riveduti fl-24 ta’ Jannar 2015. Il-Kummissjoni kkonsultat diversi parteċipanti fis-suq fuq għadd ta’ aspetti ta’ dawn ir-reviżjonijiet informali. |
|
(56) |
Sussegwentement, il-Parti Notifikanti ppreżentat b'mod formali t-tieni sett rivedut ta’ impenji fid-9 ta’ Frar 2015 (“l-Impenji Finali”). |
Sustanza tal-proposta
|
(57) |
In-Negozji Ċeduti jikkonsistu:
|
|
(58) |
In-Negozji Ċeduti ZUK, Discovery Elbow u Vanguard Knee jinkludu, b’mod partikolari, dawn l-assi tanġibbli u intanġibbli ewlenin:
|
|
(59) |
Il-Parti Notifikanti ddeskriviet l-assi intanġibbli fl-Annessi tal-Impenji Finali. L-Anness 3 tal-Impenji Finali jelenka l-privattivi u l-applikazzjonijiet għall-privattivi li jintużaw esklużivament għan-Negozju Ċedut, filwaqt li l-Anness 6 jelenka l-privattivi u l-applikazzjonijiet għall-privattivi li mhumiex esklużivi għan-Negozju Ċedut iżda li huma meħtieġa għall-manifattura tal-prodotti (l-Anness 3 jiġi trasferit lix-xerrej u l-Anness 6 jiġi pprovdut taħt liċenzja mhux esklużiva). L-Anness 4 tal-Impenji Finali jelenka tliet marki kummerċjali Komunitarji li jintużaw f’konnessjoni man-Negozju Ċedut Vanguard Knee, iżda li mhumiex esklużivi għan-Negozju Ċedut Vanguard Knee. |
|
(60) |
Il-Parti Notifikanti tiddikjara li l-lista sħiħa tal-assi tanġibbli u intanġibbli relatati man-Negozji Ċeduti hija pprovduta mal-Impenji Finali. Għaldaqstant, l-Impenji Finali jkopru l-assi kollha tanġibbli u intanġibbli meħtieġa sabiex jagħmluha possibbli għax-xerrej(ja) biex jimmanifattura(w) u jikkummerċjalizza(w) il-prodotti tan-Negozji Ċeduti, kif applikabbli, u fiż-żmien tal-Għeluq. |
|
(61) |
Zimmer offriet ukoll dawn l-arranġamenti addizzjonali fir-rigward tan-Negozji Ċeduti ZUK, Discovery Elbow u Vanguard Knee (fuq bażi raġonevoli tal-kost b'addenda) (11):
|
|
(62) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Liċenzja taż-ŻEE għal Vanguard Knee tal-Impenji jinkludu, b'mod partikulari: (i) assi tanġibbli għall-użu esklużiv fiż-ŻEE, inklużi kopji tal-fajls tal-istorja tat-tfassil u kopji tar-rapporti ta' riċerka tas-suq ta' ttestjar u dejta klinika disponibbli pubblikamentmaterjal fiż-żmien tal-Għeluq; u (ii) assi intanġibbli, bħal liċenzja mhux esklużiva għad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali applikabbli (esklużivament u mhux esklużivament) għal-linja tal-prodotti Vanguard fiż-ŻEE u li huma meħtieġa għall-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni jew il-bejgħ tal-prodotti kopja soġġetti għal-liċenzja taż-ŻEE ta' Vanguard fiż-ŻEE, liċenzja mhux esklużiva għall-għarfien kollu tekniku u ta' manifattura, is-sigrieti kummerċjali u t-tfassil li jintużaw esklużivament għal-linja tal-prodotti Vanguard fiż-ŻEE, liċenzja mhux esklużiva għad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali li huma meħtieġa għall-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni jew il-bejgħ tal-polietilen ARCOM, għal kopji tal-linja tal-prodotti Vanguard fiż-ŻEE u liċenzja mhux esklużiva għad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u l-għarfien meħtieġ għall-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni jew il-bejgħ tal-istrumenti li jintużaw f’konnessjoni mal-kopja tal-linja tal-prodotti ta' Vanguard fiż-ŻEE, iżda li mhumiex esklużivi għalihom. |
|
(63) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Liċenzja taż-ŻEE għal Vanguard Knee jinkludu wkoll dawn l-arranġamenti ta’ forniment tranżizzjonali: forniment tranżizzjonali sa sentejn jew ftehim ta’ manifattura, meta x-xerrej ikun beda jimmanifattura l-kopja ta' Vanguard għaż-ŻEE, fuq bażi tal-kost b'addenda raġonevoli, li jippermetti li x-xerrej jingħata aċċess kontinwu għall-polietilen ARCOM, għar-Regenerex Porous Titanium Construct u għall-E1, fir-rigward tal-produzzjoni ta’ kopji tal-linja tal-prodotti ta' Vanguard fiż-ŻEE. |
Valutazzjoni tal-Kummissjoni
|
(64) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-adegwatezza tal-Impenji Finali sabiex telimina kompletament it-tħassib identifikat fir-rigward tas-swieq rilevanti meta l-Kummissjoni sabet impediment sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva. |
|
(65) |
Rigward in-Negozju Ċedut ZUK, l-Impenji Finali jiżguraw li x-xerrej jakkwista l-pożizzjoni li Zimmer għandha bħalissa fis-suq tal-proteżijiet parzjali tal-irkoppa. Bl-istess mod, rigward in-Negozju Ċedut Discovery Elbow, l-Impenji Finali jiżguraw li x-xerrej jakkwista l-pożizzjoni li Biomet għandha bħalissa fis-suq tal-protezijiettal-minkeb. Fl-aħħar nett, Vanguard Knee hija l-proteżi tal-irkoppa li tinbiegħ l-aktar fid-Danimarka u fl-Iżvezja, b’aktar minn […] unitajiet mibjugħa, li jirrappreżentaw [60-70] % tal-bejgħ tagħha fid-Danimarka u [90-100] % tal-bejgħ tagħha fl-Iżvezja (13). Għaldaqstant, ir-rimedju propost se jnaqqas b'mod sostanzjali s-sehem mis-suq wara l-fużjoni ta' Zimmer f’dan is-suq f’dawn iż-żewġ pajjiżi, b'hekk tiġi trasferita l-parti l-kbira mis-sehem ta' Biomet lil kompetitur, u dan jirrimedja kwalunkwe tħassib dwar il-kompetizzjoni f’dawn iż-żewġ pajjiżi (14). |
|
(66) |
Il-Kummissjoni ssib li r-rimedji għal ZUK u Discovery Elbow mhux biss huma diretti lejn is-swieq nazzjonali tal-Grupp 1 iżda huma mifruxin maż-ŻEE kollha fl-ambitu tagħhom. Il-Kummissjoni tinnota li ċ-ċessjonijiet huma permanenti, u li l-pakkett jinkludi dak kollu li jista’ jkun meħtieġ biex jiġu trasferiti b’mod effettiv in-Negozji Ċeduti lix-xerrej(ja) u biex jiġi żgurat li x-xerrej(ja) jista'/jistgħu jieħ(d)u r-rwol ta’ Zimmer/Biomet malajr u b'mod effettiv (bħal forniment tranżizzjonali jew arranġamenti ta’ manifattura, assistenza teknika, taħriġ u assistenza dwar il-prodott ċedut, u anke l-Persunal Ewlieni relatat mal-prodotti tan-Negozji Ċeduti). |
|
(67) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li l-arranġamenti tranżizzjonali, flimkien mal-kriterji tax-xerrejja addizzjonali se jiżguraw li x-xerrej se jkun jista' jidħol fis-swieq rilevanti malajr u jikkompeti b’mod effettiv mal-entità fuża. Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Impenji Finali huma adatti biex jeliminaw l-impediment sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva. Il-Kummissjoni tqis li l-Impenji Finali huma vijabbli, komprensivi u effettivi u l-Impenji jistgħu jiġu implimentati b’mod effettiv f'perjodu qasir ta’ żmien. Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-klawsola tax-xerrej inizjali li tinsab fl-Impenji Finali tippermetti li l-Kummissjoni tkun tista’ tikkonkludi bil-livell meħtieġ ta' ċertezza li l-Impenji Finali se jiġu implimentati b’mod sħiħ u li l-kompetizzjoni effettiva se tinżamm fis-swieq rilevanti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li l-kriterji stretti tax-xerrejja fl-Impenji Finali huma xierqa sabiex jiżguraw l-adegwatezza tax-xerrejja proposti. |
7. KONKLUŻJONI U PROPOSTA
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tipproponi li tiddikjara l-konċentrazzjoni bħala modifikata mill-impenji tad-9 ta' Frar 2015 bħala kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE, f'konformità mal-Artikoli 2(2) u mal-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ottubru 1998 fil-Każ M.1286 — Johnson &Johnson/DePuy, il-paragrafi 10 u dawk sussegwenti; u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Mejju 2003 fil-Każ M.3146 — Smith &Nephew/Centerpulse, il-paragrafi 13-14.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Mejju 2003 fil-Każ M.3146 — Smith &Nephew/Centerpulse, il-paragrafi 13-14.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ottubru 1998 fil-Każ M.1286 — Johnson & Johnson / DePuy, il-paragrafi 12-13 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Mejju 2003 fil-Każ M.3146 — Smith&nephew / Centerpulse, il-paragrafi 11-12.
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ April 2012 fil-Każ M.6266 — Johnson&Johnson/Synthes, il-paragrafi 89 - 96.
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ April 2012 fil-Każ Nru. M.6266 — Johnson&Johnson/Synthes, il-paragrafu 118; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ottubru 1998 fil-Każ Nru M.1286 — Johnson & Johnson/DePuy, il-paragrafi 16-20 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Mejju 2003 fil-Każ Nru M.3146 - Smith&Nephew/Centerpulse, il-paragrafu 16.
(7) It-tweġibiet għall-Kwestjonarju Q1 lill-kompetituri, il-mistoqsija 91, u t-Tweġibiet għall-Kwestjonarju Q2 lill-klijenti, il-mistoqsija 21.
(8) Dan l-approċċ ġie applikat f’każijiet oħrajn fil-qasam ta’ appart mediku ortopediku u prodotti farmaċewtiċi. Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Lulju 2013 fil-Każ M.6851 — Baxter International/Gambro, il-paragrafu 117; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Awwissu 2011 fil-Każ M.6293 — Thermo Fisher/Phadia, il-paragrafi 26-27; u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ April 2012 fil-Każ M.6266 — Johnson&Johnson/Synthes, il-paragrafi 139-140.
(9) F’każ ta’ żvestiment globali, ċerti għodod u muntaġġi ta’ ZUK u Discovery se jiġu offruti wkoll. L-ebda għodod u muntaġġi bħal dawn ma huma offruti għal Vanguard Knee billi Zimmer se tkompli timmanifattura l-prodott.
(10) Meta l-kunsens minn partijiet terzi jista' jkun meħtieġ, Zimmer se jagħmel kull sforz raġonevoli biex jinkiseb dak il-kunsens.
(11) Dawn l-arranġamenti tranżitorji jiġu offruti fuq bażi raġonevoli tal-kost b’addenda.
(12) Din l-assistenza tista’ tinkludi għajnuna lix-xerrej biex jistabbilixxi proċessi ta’ manifattura, ġestjoni tal-inventarju, ħżin u distribuzzjoni, fatturazzjoni u kollezzjonijiet, ġestjoni tal-fornituri u appoġġ regolatorju.
(13) Il-bqija tas-sehem ta' Biomet fid-Danimarka u l-Iżvezja hija relatata ma’ AGC Knee […].
(14) Il-Parti Notifikanti, il-Formola RM, id-9 ta’ Frar 2015.