12.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 57/113


Stqarrija tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni

(2016/C 057/05)

Il-Kummissjoni tfakkar li l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni rrikonoxxew, fid-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tagħhom tas-27 ta’ Ottubru 2011 dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni, li l-informazzjoni li l-Istati Membri jagħtu lill-Kummissjoni rigward it-traspożizzjoni tad-direttivi fil-liġi nazzjonali “għandha tkun ċara u preċiża” sabiex tiffaċilita l-kisba tal-inkarigu tal-Kummissjoni li tissorvelja l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni. Fil-każ preżenti, id-dokumenti ta’ spjegazzjoni setgħu kienu utli għal dan il-għan. Il-Kummissjoni jiddispjaċiha li t-test finali ma jinkludix dispożizzjonijiet dwar dan.