|
9.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 49/6 |
Avviż li jikkonċerna l-miżuri antidumping fis-seħħ fir-rigward ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ nitrat tal-ammonju li joriġina mir-Russja: bdil tal-isem ta’ kumpanija suġġetta għal impenn
(2016/C 49/08)
Permezz tar-Regolament (KE) Nru 2022/95 (1), il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 3102 30 90 u 3102 40 90 u li joriġinaw mir-Russja (2).
Bid-Deċiżjoni 2008/577/KE (3), il-Kummissjoni Ewropea aċċettat l-offerti tal-impenn b’limitu kwantitattiv minn, fost l-oħrajn, il-produtturi Russi Open Joint Stock Company (JSC bir-Russu OAO) Acron u JSC Dorogobuzh, membri ta’ Acron Holding Group. Il-miżuri antidumping eżistenti ġew estiżi għal 5 snin oħra, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (4), permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 999/2014 (5). L-impenn ikompli jkun fis-seħħ wara l-estensjoni tal-miżuri.
JSC Dorogobuzh hija kumpanija li tinsab fir-Russja, membru tal-“Acron” Holding Company, li l-esportazzjonijiet tagħha lejn l-Unjoni Ewropea tan-nitrat tal-ammonju huma soġġetti għal impenn bid-Deċiżjoni msemmija hawn fuq. Il-kumpanija għarrfet lill-Kummissjoni li fl-24 ta’ Awwissu 2015 hija bidlet isimha għal Public Joint Stock Company (PJSC bl-Ingliż u ПАО bir-Russu) Dorogobuzh. Hija sostniet li l-bidla tal-isem ma taffettwax id-drittijiet tagħha li tibbenefika mill-impenn applikat lilha taħt l-isem preċedenti tagħha ta’ JSC Dorogobuzh.
Il-Kummissjoni eżaminat l-informazzjoni mogħtija u kkonkludiet li l-bidla fl-isem ma taffettwa bl-ebda mod is-sejbiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 999/2014 u d-Deċiżjoni 2008/577/KE. Għalhekk, ir-referenza għal “JSC Acron, Veliky Novgorod, ir-Russja u JSC Dorogobuzh, Dorogobuzh, ir-Russja, membri tal-‘Acron’ Holding Company” għandha tinqara bħala “JSC Acron, Veliky Novgorod, ir-Russja u PJSC Dorogobuzh, Dorogobuzh, ir-Russja, membri tal-‘Acron’ Holding Compan” fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2008/577/KE.
Il-kodiċi addizzjonali TARIC A532 li qabel kien attribwit lil “JSC Acron” u “JSC Dorogobuzh”, japplika għal “JSC Acron” u “PJSC Dorogobuzh” rispettivament.
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2022/95 tas-16 ta’ Awwissu 1995 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju li joriġina mir-Russja (ĠU L 198, 23.8.1995, p. 1).
(2) Għad-dettalji kollha tal-istorja tal-miżuri ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 999/2014 tat-23 ta’ Settembru 2014 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 280, 24.9.2014, p. 19).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/577/KE tal-4 ta’ Lulju 2008 li taċċetta l-impenji offruti b’rabta mal-proċediment antidumping fir-rigward tal-importazzjoni tan-nitrat tal-ammonju li joriġina fir-Russja u fl-Ukrajna (ĠU L 185, 12.7.2008, p. 43).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 999/2014 tat-23 ta’ Settembru 2014 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li joriġina mir-Russja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 280, 24.9.2014, p. 19).