15.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/110


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH)

(Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati skont l-annotazzjoni 27 tal-Anness XVII tar-REACH)

(Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 014/04)

ESO (1)

Ir-referenza u t-titlu tal-istandard

(u d-dokument ta’ referenza)

Referenza tal-istandard li ġie sostitwit

CEN

EN 1811:2011+A1:2015

Metodu ta’ referenza ta’ ttestjar għat-tisfija ta’ nikil minn tagħmir magħmul minn diversi partijiet li jiddaħħal f’partijiet imtaqqbin tal-ġisem uman u artikoli maħsubin biex jiġu f’kuntatt dirett u fit-tul mal-ġilda

EN 1811:2011

CEN

EN 12472:2005+A1:2009

Metodu għas-simulazzjoni ta’ xedd u korrożjoni biex wieħed jinduna bit-tisfija ta’ nikil minn oġġetti miżbugħin

EN 12472:2005

CEN

EN 16128:2011

Metodu ta’ referenza ta’ ttestjar għat-tisfija ta’ nikil minn dawk il-partijiet ta’ frejms ta’ nuċċalijiet u nuċċalijiet tax-xemx maħsubin biex ikunu f’kuntatt mill-qrib u fit-tul mal-ġilda

EN 1811:1998 + A1:2008

EN 16128:2011: L-istandard il-ġdid jieħu post l-istandard sostitwit fl-istess metodi ta’ ttestjar għat-turija tal-konformità mal-kundizzjonijiet tar-restrizzjoni fl-annotazzjoni 27 tal-Anness XVII tar-REACH sakemm jiġi żviluppat standard ġdid għall-frejmijiet tan-nuċċalijiet tal-vista u għan-nuċċalijiet tax-xemx.

NOTA:

Kwalunkwe informazzjoni dwar id-disponibbiltà tal-istandards tista’ tinkiseb jew mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni jew mill-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni, li l-lista tagħhom hija ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 (2).

L-istandards jiġu adottati mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni bl-Ingliż (is-CEN u s-CENELEC jippubblikaw ukoll bil-Franċiż u l-Ġermaniż). Sussegwentement, it-titli tal-istandards jiġu tradotti fil-lingwi uffiċjali meħtieġa l-oħrajn kollha tal-Unjoni Ewropea mill-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni. Il-Kummissjoni Ewropea mhix responsabbli mill-korrettezza tat-titli li tressqu għall-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali.

Ir-referenzi għall-Corrigenda “…/AC:YYYY” jiġu ppubblikati biss għall-informazzjoni. Corrigendum ineħħi l-iżbalji tal-istampar, dawk lingwistiċi jew żbalji simili mit-test ta' standard u jista' jkun jirreferi għal verżjoni ta' lingwa waħda jew iktar (bl-Ingliż, bil-Franċiż u/jew bil-Ġermaniż) ta' standard kif adottat minn xi organizzazzjoni Ewropea għall-istandardizzazzjoni.

Il-pubblikazzjoni tar-referenzi f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ma timplikax li l-istandards huma disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea.

Din il-lista tieħu post il-listi kollha preċedenti pubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta l-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni Ewropea tiżgura l-aġġornament ta’ din il-lista.

Aktar informazzjoni dwar standards armonizzati u standards oħra Ewropej tinsab fl-Internet fuq

http://ec.europa.eu/growth/single-market/european-standards/harmonised-standards/index_en.htm


(1)  ESO: Organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni:

CEN: Avenue Marnix 17, B-1000, Brussels, Tel. +32 2 5500811; faks + 32 2 5500819 (http://www.cen.eu)

CENELEC: Avenue Marnix 17, B-1000, Brussels, Tel. +32 2 5196871; faks + 32 2 5196919 (http://www.cenelec.eu)

ETSI: 650, route des Lucioles, F-06921 Sophia Antipolis, Tel. +33 492 944200; faks +33 493 654716, (http://www.etsi.eu)

(2)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.