|
1.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 449/102 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Istitut
(2016/C 449/19)
INTRODUZZJONI
|
1. |
L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (minn hawn ’il quddiem “l-Istitut”, magħruf ukoll bħala l-“EIGE”), li jinsab f’Vilnius, ġie stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompitu tal-Istitut huwa li jiġbor, janalizza u jxerred informazzjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u li jiżviluppa, janalizza, jevalwa u jxerred għodod ta’ metodoloġija sabiex jappoġġa l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politika kollha tal-Unjoni u l-politika nazzjonali li tirriżulta. |
|
2. |
It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Istitut (2). Tabella Iċ-ċifri ewlenin għall-Istitut
|
|||||||||||||
INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI
|
3. |
L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Istitut. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment. |
|
DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI
Ir-responsabbiltà tal-maniġment
Ir-responsabbiltà tal-awditur
Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
|
11. |
Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti. |
KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA
|
12. |
Il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati taħt it-Titolu III baqa’ għoli f'rata ta' 61 % (2014: 54 %). Dan jirriżulta prinċipalment min-natura ta' attivitajiet tal-Istitut li jinvolvu l-akkwist ta' studji li jdumu għaddejjin ħafna xhur, spiss jibqgħu sejrin anke wara tmiem is-sena. |
SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI
|
13. |
Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-13 ta’ Settembru 2016.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(1) ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.
(2) Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Istitut hija disponibbli fuq is-sit web tiegħu: www.eige.europa.eu.
(1) Il-persunal jinkludi uffiċjali, aġenti temporanji u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.
Sors: data pprovduta mill-Istitut.
(3) Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.
(4) Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.
(5) L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).
(6) Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.
(7) L-Artikolu 107 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013.
(8) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
ANNESS
Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti
|
Sena |
Kumment tal-Qorti |
Status tal-azzjoni korrettiva (Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A) |
|
2014 |
Il-livell ta' riporti għal approprjazzjonijiet impenjati kien għoli għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) f’livell ta’ EUR 1,8 miljun, jiġifieri 54 % (2013: EUR 2,0 miljun, jiġifieri 56 %). Ir-raġunijiet prinċipali kienu akkwisti, ta' stħarriġiet u studji, li ddewmu, u studji li għadhom għaddejjin u li huma mistennija jiġu ffinalizzati kif ippjanat fl-2015. |
M/A |
IT-TWEĠIBA TAL-AĠENZIJA
|
12. |
L-Istitut jaqbel. Għalkemm l-EIGE jagħmel l-isforzi kollha biex jitnaqqas l-ammont ta’ riporti fil-baġit operattiv, id-dewmien operattiv iseħħ minħabba ċirkostanzi li spiss ma jkunux fil-kontroll tal-EIGE, eż. deċiżjoni tardiva mill-Presidenza tal-Kunsill tal-UE rigward is-suġġett ta’ studju. |