|
Tqiesu għażliet ta’ politika kemm leġiżlattivi kif ukoll mhux leġiżlattivi għall-promozzjoni tal-iskjerament tal-ER. Il-Valutazzjoni tal-Impatt (VI) li għamlet analiżi dettaljata ta’ kull għażla politika b’approċċ gradwali minn xenarju ta’ bażi (Għażla 0) sa mizuri aktar komprensivi fil-livell tal-UE. L-ebda għażla preferuta ma ntgħażlet, ħalli tħalliet bla mittiefsa d-diskrezzjoni politika tal-Kummissjoni li tiddeċiedi minn fost l-għażliet mifruxa fuq dawn il-ħames oqsma li ġejjin:
(i) Għażliet li jżidu l-ER fis-settur tal-elettriku (RES-E)
Qafas komuni Ewropew għall-iskemi ta’ appoġġ: 1 l-użu biss ta’ mekkaniżmi tas-suq; 2 kjarifikazzjoni tar-regoli permezz ta’ sett ta’ għodda; 3 mixja obbligatorja lejn għajnuna tal-investiment.
Approċċ reġjonali aktar koordinat: 1 appoġġ reġjonali obbligatorju; 2 ftuħ parzjali obbligatorju ta’ skemi ta’ appoġġ b'parteċipazzjoni krosskonfinali.
Strument finanzjarju ffukat fuq is-sorsi rinnovabbli: 1 strument finanzjarju fil-livell tal-UE bi kriterji tal-eliġibbiltà wesgħin; 2 strument finanzjarju fil-livell tal-UE li jappoġġja proġetti tar-RES bl-aktar riskju għoli.
Is-simplifikazzjoni amministrattiva: 1 dispożizzjonijiet imsaħħa b’punt wieħed minn fejn tinqeda għal kollox, meded ta’ żmien u proċeduri ffaċilitati għar-repowering; 2 il-permess ta’ proċeduri li jkunu limitati biż-żmien, permezz ta’ approvazzjoni awtomatika u notifika sempliċi fil-każ ta’ proġetti żgħar.
(ii) Għażliet li jżidu l-ER fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ (RES-H&C)
L-integrazzjoni tas-sorsi rinnovabbli fil-provvista tat-tisħin u t-tkessiħ: 1 obbligu dwar ir-RES H&C fuq il-fornituri tal-karburantis fossili; 2 l-istess obbligu imma fuq il-fornituri tal-karburanti kollha.
L-iffaċilitar tal-adozzjoni tal-ER u s-sħana mormija fis-sistemi tad-DHC: 1 qsim tal-aħjar prattiki; 2 ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija u l-ħolqien ta’ aċċess għal H&C lokali; 3 miżuri skont 2 + qafas addizzjonali dwar drittijiet tal-konsumaturi msaħħa.
(iii) Għażliet li jżidu l-ER fis-settur tat-trasport (RES-T)
L-integrazzjoni tas-sorsi rinnovabbli fis-settur tat-trasport: 1 obbligu ta’ inkorporazzjoni tal-UE fil-każ tal-karburanti rinnovabbli avvanzati; 2 obbligu ta’ inkorporazzjoni tal-UE fil-każ tal-karburanti rinnovabbli kkunsmati fit-trasport flimkien ma’ tneħħija gradwali tal-bijokarburanti imsejsa fuq l-ikel (subgħażliet: 2A tneħħija gradwali parzjali tal-bijokarburanti imsejsa fuq l-ikel sal-2030; 2B tneħħija gradwali totali ta’ dawn il-bijokarburanti sal-2030; 2C tneħħija gradwali aktar malajr tal-bijokarburanti imsejsa fuq l-ikel u ffrankar akbar tal-gassijiet b’effett ta’ serra sal-2030); 3 L-għażliet preċedenti flimkien ma’ obbligu ta’ inkorporazzjoni tal-UE speċifiku għall-karburanti rinnovabbli kkunsmati fis-settur marittimu u f'dak tal-avjazzjoni. 4 Obbligu ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta’ serra (FQD) (subgħażliet: 4B obbligu ta’ tnaqqis tal-gassijiet b'effett ta’ serra kumplessiv mill-karburanti u l-elettriku; 4C karburanti avvanzati u obbligu ta’ tnaqqis tal-gassijiet b'effett ta’ serra mill-elettriku; 4D karburanti u elettriku avvanzati u karburanti konvenzjonali b’anqas gassijiet b'effett ta’ serra).
(iv) Għażliet biex il-konsumaturi tal-ER jiġu infurmati u mogħtija s-setgħa:
Is-setgħa lill-konsumaturi li jiġġeneraw l-awtokonsum u jaħżnu l-elettriku rinnovabbli: 1 gwida tal-UE dwar l-awtokonsum; 2 is-setgħa tal-awtokonsum u tal-ħażna tal-elettriku rinnovabbli liċ-ċittadini; 3 awtokonsum fuq distanza għall-muniċipalitajiet.
L-iżvelar ta’ informazzjoni fil-każ tal-elettriku rinnovabbli: 1 tisħiħ tas-sistema tal-GO; 2 miżuri skont 1 + l-obbligu tal-iżvelar tal-GOs; 3 miżuri skont 2 + l-estensjoni tal-GOs għas-sorsi kollha tal-ġenerazzjoni tal-elettriku.
L-ittraċċar tal-karburanti minn sorsi rinnovabbli użati fit-tisħin u t-tkessiħ u t-trasport: 1 GOs estiżi għall-karburanti gassużi rinovabbli; 2 GOs estiżi għall-karburanti likwidi u gassużi rinnovabbli; 3 it-tiswir ta’ sistema tal-ittraċċjar alternattiva għall-karburanti rinnovabbli likwidi u gassużi.
(v) Għażliet għall-iżgurar tal-kisba ta’ mill-inqas 27 % ta’ ER fl-2030:
Il-miri nazzjonali tal-2020: Il-miri nazzjonali tal-2020 bħala bażi vs bażi ta’ referenza.
Perkors: Lineari vs mhux lineari.
Mekkaniżmi li jevitaw distakk fl-ambizzjoni għall-mira tal-UE fl-ER: 1 reviżjoni tal-ambizzjoni tal-pjanijiet nazzjonali; 2 inklużjoni ta’ klawsola ta’ rieżami għall-proponiment ta’ mekkaniżmi ta’ provvista addizzjonali fil-livell tal-UE fi stadju aktar tard jekk ikun meħtieġ; 3 żieda tal-ambizzjoni lejn miżuri mal-UE kollha; 4 introduzzjoni ta’ miri nazzjonali obbligatorji.
Evitar u mili ta’ distakk fl-ambizzjoni: 1 reviżjoni tal-pjanijiet nazzjonali; 2 inklużjoni ta’ klawsola ta’ rieżami għall-proponiment ta’ mekkaniżmi ta’ provvista addizzjonali fil-livell tal-UE fi stadju aktar tard jekk ikun meħtieġ; 3 żieda tal-ambizzjoni lejn miżuri mal-UE kollha; 4 introduzzjoni ta’ miri nazzjonali obbligatorji.
|