Strasburgu, 25.10.2016

COM(2016) 686 final

2016/0338(CNS)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-KUNSILL

dwar Mekkaniżmi għas-Soluzzjoni tat-Tilwim dwar it-Tassazzjoni Doppja fl-Unjoni Ewropea

{SWD(2016) 343 final}
{SWD(2016) 344 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Mill-ewwel jum tal-mandat tagħha, din il-Kummissjoni poġġiet fil-quċċata tal-aġenda politika tagħha l-ħolqien tal-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment. Biex tilħaq dawn il-prijoritajiet ġenerali, il-Kummissjoni, fost l-oħrajn, imbuttat aġenda ta’ riforma ambizzjuża għal suq intern aktar profond u ġust, bħala pedament essenzjali biex tinbena ekonomija tal-UE aktar b’saħħitha u kompetittiva.

Fir-rigward tat-tassazzjoni, dawn l-għanijiet jittraduċu ruħhom fil-ħtieġa li tinbena sistema ta’ taxxa korporattiva ġusta u effiċjenti fl-UE.

Sabiex tassigura s-sens ta’ ġustizzja tas-sistemi tat-taxxa, il-Kummissjoni għamlet il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa prijorità ewlenija u imbuttat aġenda attiva ħafna ta’ riformi. F’dan il-kuntest il-Kummissjoni - f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u bl-appoġġ tal-Parlament Ewropew - qed tibni struttura solida ta’ difiża kontra l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa fl-Ewropa, sistema ta’ reazzjoni robusta kontra t-theddidiet esterni għall-bażijiet tat-taxxa tal-Istati Membri u triq ċara lejn tassazzjoni aktar ġusta għaċ-ċittadini u għan-negozji kollha tal-UE. Fl-istess ħin, jeħtieġ li jiġi assigurat li s-sistemi tat-taxxa jkunu wkoll effiċjenti, sabiex ikunu jistgħu jappoġġaw ekonomija aktar b’saħħitha u kompetittiva. Dan għandu jsir billi jinħoloq ambjent tat-taxxa aktar favorevoli għan-negozji li jnaqqas l-ispejjeż ta’ konformità u l-piżijiet amministrattivi, u jassigura ċ-ċertezza tat-taxxa. B’mod partikolari, l-importanza taċ-ċertezza tat-taxxa fil-promozzjoni tal-investiment u fl-istimular tat-tkabbir dan l-aħħar kienet rikonoxxuta mill-mexxejja tal-G20 u saret il-fokus globali ġdid fil-qasam tat-tassazzjoni.

Għalhekk il-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa, fuq livell kemm tal-UE kif ukoll globali, trid timxi id f’id mal-ħolqien ta’ ambjent tat-taxxa kompetittiv għan-negozji. Dawn huma ż-żewġt uċuħ tal-istess munita. Sistema tat-taxxa ġusta mhijiex biss waħda li tassigura li l-profitt jiġi fil-fatt intaxxat fejn ikun iġġenerat, iżda hija wkoll waħda li tassigura li l-profitt ma jiġix intaxxat darbtejn.

Waħda mill-problemi ewlenin li n-negozji li joperaw bejn il-fruntieri qed jaffaċċjaw bħalissa hija t-tassazzjoni doppja. Diġà hemm fis-seħħ mekkaniżmi li jittrattaw is-soluzzjoni tat-tilwim dwar it-tassazzjoni doppja. Dawn huma l-Proċeduri ta’ Ftehim Reċiproku (MAP) li huma previsti fil-Konvenzjonijiet kontra t-Taxxa Doppja (DTCs) konklużi mill-Istati Membri kif ukoll fil-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ tal-Unjoni 1 dwar l-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja b'rabta mal-aġġustament tal-profitt ta’ intrapriżi assoċjati. Il-Kummissjoni timmonitorja l-għadd ta’ każijiet li jiġu ttrattati mill-Istati Membri u r-riżultati rispettivi fuq bażi annwali. L-analiżi turi li hemm każijiet li ma jitħallewx jidħlu fil-mekkaniżmi eżistenti, li mhumiex koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ tal-Unjoni jew mid-DTCs, li jeħlu mingħajr ma l-kontribwent jiġi infurmat dwar ir-raġunijiet jew li ma jiġux solvuti.

Għalkemm il-mekkaniżmi eżistenti jaħdmu tajjeb f’ħafna każijiet, hemm bżonn li dawn jaħdmu aħjar fir-rigward tal-aċċess tal-kontribwenti għal dawk il-mekkaniżmi, il-kopertura, il-puntwalità u l-konklussività. Barra minn hekk, il-metodi tradizzjonali ta’ soluzzjoni tat-tilwim ma għadhomx jgħoddu kompletament għall-kumplessità u r-riskji tal-ambjent tat-taxxa globali attwali.

Għalhekk hemm bżonn li jittejbu l-mekkaniżmi eżistenti għas-soluzzjoni tat-tilwim dwar it-tassazzjoni doppja fl-UE bil-għan li titfassal sistema tat-taxxa ġusta u effiċjenti li żżid iċ-ċertezza tad-dritt. Dan huwa kontribut ewlieni għall-ħolqien ta’ sistema tat-taxxa ġusta kif ukoll jassigura li s-suq intern tal-UE jibqa’ żona attraenti għall-investiment.

Id-direttiva proposta tiffoka fuq in-negozju u l-kumpaniji, il-partijiet ikkonċernati ewlenin affettwati minn sitwazzjonijiet ta’ tassazzjoni doppja. Din tibni fuq il-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ tal-Unjoni eżistenti, li diġà tipprevedi mekkaniżmu obbligatorju u vinkolanti ta’ arbitraġġ, iżda twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha għal oqsma li attwalment mhumiex koperti u żżid blokok immirati ta’ infurzar sabiex tindirizza n-nuqqasijiet ewlenin identifikati fir-rigward tal-infurzar u tal-effettività ta’ dan il-mekkaniżmu.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Pjan ta’ Azzjoni għal Sistema tat-Taxxa Korporattiva Ġusta u Effiċjenti fl-UE, li kienet adottata fis-17 ta’ Ġunju 2015 2 identifikat ħames oqsma ewlenin għal azzjoni. Wieħed minn dawn l-oqsma kien jirrigwarda l-ħolqien ta’ ambjent tat-taxxa aħjar għan-negozju fl-UE, sabiex jiġu promossi t-tkabbir u l-impjiegi fis-Suq Uniku. Il-Komunikazzjoni identifikat li l-proposta għal Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva (BKKTK), ippjanata li tiġi adottata fl-istess jum ta' din il-proposta, se tkun pass importanti lejn ambjent tat-taxxa aħjar għan-negozju iżda rrikonoxxiet li, sadanittant, inizjattivi oħra għandhom itejbu l-ambjent tat-taxxa tal-UE għan-negozju.

Din il-proposta tikkumplimenta dik dwar il-BKKTK. Billi l-konsolidazzjoni hija biss parti mit-tieni fażi tal-approċċ il-ġdid għall-BKKTK, xorta jkunu meħtieġa mekkaniżmi effettivi għas-soluzzjoni tat-tilwim. Barra minn hekk, għalkemm il-BKKTK meta tkun kompletament adottata hija mfassla biex tassigura li l-profitti jiġu ntaxxati fejn ikunu ġġenerati, mhux il-kumpaniji kollha se jkunu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni obbligatorju tal-BKKTK. Għalhekk, wieħed jista’ jistenna li anki wara se jkomplu jinqalgħu għadd ta’ tilwimiet dwar it-tassazzjoni doppja, li għalihom irid ikun hemm fis-seħħ mekkaniżmi xierqa.

Barra minn hekk, din il-proposta tibni fuq id-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika, b’mod partikolari l-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ tal-Unjoni. Id-Direttiva proposta għandha l-għan li twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni u ttejjeb il-proċeduri u l-mekkaniżmi fis-seħħ mingħajr ma tibdilhom. Dan huwa mod biex jiġi assigurat li minn naħa l-Istati Membri jiġu pprovduti b'dispożizzjonijiet proċedurali aktar dettaljati għall-eliminazzjoni tat-tilwim dwar it-tassazzjoni doppja iżda fl-istess ħin titħallielhom biżżejjed flessibbiltà sabiex jiftiehmu bejniethom dwar mekkaniżmu tal-għażla tagħhom. Is-sitwazzjoni għall-kontribwent titjieb f’diversi aspetti. Skont id-Direttiva proposta, il-kontribwenti jiksbu drittijiet imtejba sabiex jinfurzaw – soġġetti għal ċerti kriterji - l-istabbiliment ta’ mekkaniżmi ta’ soluzzjoni, se jkunu infurmati aħjar dwar il-proċedura u jistgħu jserrħu moħħhom li l-Istati Membri se jkunu sfurzati jiksbu riżultati vinkolanti.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Din il-proposta taqa’ fil-kamp ta' applikazzjoni tal-inizjattivi tal-Kummissjoni għal tassazzjoni aktar ġusta u aktar effettiva. Hija tikkontribwixxi għall-eliminazzjoni tal-ostakoli tat-taxxa, li joħolqu distorsjonijiet li jfixklu l-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Għalhekk tikkontribwixxi għal suq intern aktar profond u ġust.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-leġiżlazzjoni dwar it-taxxa diretta taqa’ fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE (TFUE). Il-klawżola tistipula li l-miżuri legali tal-approssimazzjoni skont dak l-artikolu għandhom ikunu fil-forma legali ta’ Direttiva.

Sussidjarjetà

Din il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. In-natura tas-suġġett teħtieġ inizjattiva komuni fis-suq intern. Ir-regoli ta’ din id-Direttiva għandhom l-għan li jtejbu l-effettività u l-effiċjenza tal-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim dwar it-tassazzjoni doppja billi joħolqu xkiel serju għal Suq Intern li jiffunzjona tajjeb. Il-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim dwar it-tassazzjoni doppja huma min-natura tagħhom proċeduri bilaterali jew multilaterali, li jeħtieġu azzjoni kkoordinata bejn l-Istati Membri. L-Istati Membri huma interdipendenti meta japplikaw il-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim dwar it-tassazzjoni doppja: anki jekk ikunu disponibbli l-mekkaniżmi rilevanti għas-soluzzjoni tat-tilwim dwar it-tassazzjoni doppja, in-nuqqasijiet identifikati bħaċ-ċaħdiet tal-aċċess jew it-tul tal-proċedura jiġu solvuti effettivament biss jekk jiġu indirizzati u maqbula b’mod reċiproku mill-Istati Membri.

Iċ-ċertezza tad-dritt u l-prevedibbiltà fil-livell tal-kontribwent jistgħu jiġu indirizzati biss permezz ta’ sett komuni ta’ regoli li jistabbilixxu obbligu ċar ta’ riżultat, it-termini u l-kundizzjonijiet tal-eliminazzjoni effettiva tat-tassazzjoni doppja u li jassiguraw l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim dwar it-tassazzjoni doppja b’mod konsistenti madwar l-UE. Barra minn hekk, inizjattiva tal-UE żżid il-valur, meta mqabbla mar-regoli nazzjonali jew mat-trattati bilaterali eżistenti billi toffri qafas ikkoordinat u flessibbli.

Għalhekk, dan l-approċċ huwa skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TFUE.

Proporzjonalità

Il-miżura prevista ma tmurx lil hinn minn dak li hu strettament meħtieġ sabiex jinkisbu l-għanijiet tagħha. Hija tibni fuq il-mekkaniżmi eżistenti u żżid għadd limitat ta’ regoli sabiex ittejjibhom. Dawn ir-regoli huma mfasslin apposta sabiex jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati. Id-Direttiva tirreferi wkoll għal mekkaniżmi ta’ Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim (ADR) u proċeduri ta’ rikors li diġà jeżistu f’oqsma oħra. Fl-aħħar nett, id-Direttiva tassigura l-livell essenzjali ta’ koordinazzjoni fi ħdan l-Unjoni.

L-għanijiet ta’ din il-proposta jistgħu jinkisbu bi spejjeż minimi għan-negozji u għall-Istati Membri, filwaqt li jiġu evitati l-ispejjeż tat-taxxa u ta’ konformità għall-kumpaniji kif ukoll l-ispejjeż amministrattivi bla bżonn għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri.

Fid-dawl ta’ dan, il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet tagħha u għaldaqstant hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità.

Għażla tal-istrument

Il-proposta hija bbażata fuq Direttiva, l-istrument disponibbli taħt il-bażi legali tal-Artikolu 115 tat-TFUE.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati

Mis-17 ta’ Frar sal-10 ta’ Mejju 2016, il-Kummissjoni Ewropea għamlet konsultazzjoni pubblika fejn talbet feedback dwar l-istatus quo, l-għanijiet, it-tip ta’ azzjoni possibbli u l-għażliet previsti. B’kollox waslu 87 sottomissjoni.

L-inizjattiva rċeviet appoġġ ġenerali mill-gruppi ta’ partijiet ikkonċernati tan-negozju u minn għadd ta’ Stati Membri li huma kkonċernati primarjament dwar l-impatt negattiv ta’ nuqqas ta’ azzjoni fuq livell tal-UE. L-organizzazzjonijiet mhux governattivi, individwi privati u persuni oħra li wieġbu l-konsultazzjoni ma esprimewx pożizzjoni negattiva iżda b’kuntrast issottolinjaw l-impatt pjuttost pożittiv ta’ inizjattivi oħra bħall-BKKTK.

Il-maġġoranza kbira ta' dawk li wieġbu ħassew li għandu jkun hemm fis-seħħ miżuri effettivi sabiex jassiguraw li titneħħa t-tassazzjoni doppja fi ħdan l-UE u li l-mekkaniżmi eżistenti mhumiex suffiċjenti fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tas-soluzzjoni obbligatorja u vinkolanti għat-tilwim, l-infurzar u l-effiċjenza. Huma ħassew li s-sitwazzjoni attwali hija detrimentali għat-tkabbir, toħloq ostakoli u tipprevjeni lill-investituri barranin milli jinvestu fis-suq intern tal-UE. Dawk li wieġbu, b’mod ġenerali kkonfermaw li kien jeħtieġ li tittieħed azzjoni fl-UE u li din għandha tibni fuq il-mekkaniżmi eżistenti. Filwaqt li l-għanijiet għandhom jassiguraw l-eliminazzjoni tat-tassazzjoni vdoppja, ikunu kompatibbli mal-iżviluppi internazzjonali u jipprovdu rwol aktar b’saħħtu għall-kontribwenti.

Ġbir u użu tal-kompetenzi

Is-servizzi tal-Kummissjoni organizzaw laqgħa tal-Forum Konġunt tal-UE dwar il-Prezzijiet ta’ Trasferiment (UE JTPF) u l-Pjattaforma għall-Governanza Tajba tat-Taxxa (Pjattaforma tal-UE) fit-18 ta’ Frar 2016 u fil-15 ta’ Marzu 2016 3 rispettivament sabiex jiddiskutu s-suġġett mal-partijiet ikkonċernati rilevanti u mal-Istati Membri. Rapport fil-qosor dwar l-attivitajiet kollha ta’ konsultazzjoni li twettqu mill-Kummissjoni Ewropea biex tappoġġa din l-inizjattiva jinsab fis-sit web tal-Kummissjoni Ewropea. Fis-26 ta' Lulju 2016, l-inizjattiva kienet diskussa ulterjorment ukoll ma’ rappreżentanti tal-Istati Membri.

Valutazzjoni tal-impatt

Il-proposta hija appoġġata minn valutazzjoni tal-impatt li kienet rieżaminata mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju fis-7 ta’ Settembru 2016. Il-Bord ħareġ opinjoni pożittiva.

Il-proposta hija bbażata fuq l-għażla preferuta identifikata fil-valutazzjoni tal-impatt, jiġifieri li jiġi stabbilit mekkaniżmu vinkolanti u obbligatorju effettiv għas-soluzzjoni tat-tilwim, jiġifieri Proċedura ta’ Ftehim Reċiproku flimkien ma’ fażi ta’ arbitraġġ, b’limitu ta’ żmien ċar u b'obbligu ta’ riżultat għall-Istati Membri kollha. Il-proposta tapplika għall-kontribwenti kollha li huma soġġetti għal waħda mit-taxxi fuq l-introjtu elenkati fuq il-profitti tan-negozju.

F’termini ta’ impatt ekonomiku, il-proposta se tnaqqas il-piż ta’ konformità u litigazzjoni għall-kumpaniji li joperaw fl-UE fir-rigward tal-attivitajiet tagħhom bejn il-fruntieri. Hija se ttaffi wkoll kemm l-ispejjeż esterni kif ukoll l-ispejjeż tal-amministrazzjoni interna relatati mal-ġestjoni ta’ dawn it-tilwimiet. Din se tiffaċilita d-deċiżjonijiet ta’ investiment fl-UE billi tipprovdi aktar ċertezza u prevedibbiltà lill-investituri fir-rigward tan-newtralizzazzjoni tal-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw mit-tassazzjoni doppja. Fil-livell tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa, il-proposta għandha tnaqqas id-dewmien u l-ispejjeż tal-proċedura, iżda wkoll isservi ta' inċentiv qawwi biex jiġu aġġustati l-kapaċità amministrattiva u l-proċeduri interni b’mod ottimali. Għalhekk se ttejjeb l-effiċjenza. Il-proposta għandu jkollha effett pożittiv fuq il-ġbir tat-taxxi fuq terminu medju u twil, peress li għandha tixpruna t-tkabbir u l-investiment fl-Unjoni Ewropea iżda ttejjeb ukoll il-kunfidenza tal-kontribwenti fis-sistema tat-taxxa b’mod ġenerali, u b’hekk tistimula l-konformità volontarja.

F’termini ta’ benefiċċji soċjali, din l-inizjattiva twieġeb għall-aspettattiva akbar mill-pubbliku għal sistema tat-taxxa ġusta u effettiva. Hija se tassigura l-konsistenza fit-trattament tat-tilwim dwar it-tassazzjoni doppja għat-tranżazzjonijiet transfruntiera fil-livell tal-UE u tipprovdi wkoll għal aktar trasparenza dwar kif jiġu solvuti dawn il-każijiet li hemm nuqqas ta' qbil dwarhom.

Drittijiet fundamentali

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tassigura r-rispett sħiħ tad-dritt għal proċess ġust, billi tagħti aċċess lill-kontribwenti għall-qorti nazzjonali kompetenti tagħhom fl-istadju ta’ Soluzzjoni tat-Tilwim f’każ ta’ ċaħda tal-aċċess jew meta l-Istat Membru jonqos milli jistabbilixxi Kummissjoni Konsultattiva. Hija tissalvagwardja wkoll il-libertà ta’ intrapriża.

4.IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

L-impatt tal-proposta fuq il-baġit tal-UE huwa ppreżentat fid-dikjarazzjoni finanzjarja li takkumpanja l-proposta u se jiġi ssodisfat fi ħdan ir-riżorsi disponibbli.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

Il-Kummissjoni se twettaq monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva f’kooperazzjoni mal-Istati Membri. L-informazzjoni rilevanti se tinġabar primarjament mill-Istati Membri.

Il-monitoraġġ attwali tal-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ tal-Unjoni fil-livell tal-UE JTPF huwa propost li jiġi estiż għall-każijiet kollha ta’ tilwim dwar it-tassazzjoni doppja f’sitwazzjonijiet transfruntiera koperti mill-istrument legali ġdid u miġbura fuq bażi annwali. L-informazzjoni miġbura li ġejja se tippermetti li l-Kummissjoni tivvaluta jekk ikunux qegħdin jintlaħqu l-għanijiet:

l-għadd ta’ każijiet mibdija/ magħluqa/ pendenti madwar l-UE

it-tul ta’ żmien tal-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim, inklużi r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ adeżjoni mal-iskedi ta’ żmien previsti

l-għadd ta’ istanzi fejn ikun ġie miċħud l-aċċess minn Stat Membru

l-ammonti ta’ taxxa involuti fil-każijiet (b’mod ġenerali u għal dawk li jmorru għall-arbitraġġ)

l-għadd ta’ istanzi ta’ arbitraġġ mitluba.

Billi d-dejta statistika diġà tinġabar u għandha tkompli tinġabar fuq bażi annwali, mistenni li l-ispejjeż ta’ din l-attività ma jinbidlux kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-Kummissjoni.

Ħames snin wara l-implimentazzjoni tal-istrument, il-Kummissjoni se tevalwa s-sitwazzjoni fir-rigward tas-soluzzjoni tat-tassazzjoni doppja f’sitwazzjonijiet transfruntiera għall-kumpaniji fl-UE fir-rigward tal-għanijiet u l-impatti ġenerali fuq il-kumpaniji u s-suq intern.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Fil-biċċa l-kbira d-Direttiva tibni fuq it-termini tal-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in konnessjoni mal-aġġustament tal-qligħ ta’ intrapriżi assoċjati (90/436/KEE) 4 , il-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ tal-Unjoni, li hija parti mill-acquis tal-UE. Ladarba tiġi implimentata, id-Direttiva se tirrinforza s-soluzzjoni vinkolanti u obbligatorja tat-tilwim fl-UE.

Hija għandha twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tal-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim għas-sitwazzjonijiet transfruntiera kollha soġġetti għat-tassazzjoni doppja fuq l-introjtu imposta fuq il-profitti tan-negozju (l-Artikolu 1). L-għan tal-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja u s-sitwazzjonijiet speċifiċi li dan għandu jkopri huma ddikjarati mill-ġdid fl-istess termini bħal fil-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ tal-Unjoni. Madankollu, id-Direttiva proposta żżid obbligu espliċitu ta’ riżultat għall-Istati Membri kif ukoll limitu ta’ żmien definit b’mod ċar. Mill-banda l-oħra, huma esklużi sitwazzjonijiet li jikkaratterizzaw nontassazzjoni doppja jew każijiet ta’ frodi, inadempjenza volontarja jew negliġenza gravi (l-Artikolu 15).

B’konformità mal-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ tal-Unjoni, id-Direttiva tippermetti Proċedura ta’ Ftehim Reċiproku (MAP), mibdija mill-ilment tal-kontribwent, li biha l-Istati Membri għandhom jikkooperaw b’mod liberu u jilħqu qbil dwar it-tilwima tat-tassazzjoni doppja fi żmien sentejn (l-Artikolu 4). Jekk il-MAP ma tirnexxix, din twassal awtomatikament għal proċedura ta’ soluzzjoni tat-tilwim bil-ħruġ ta’ deċiżjoni vinkolanti u obbligatorja finali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri involuti.

Id-dijagramma ta’ hawn taħt tippreżenta fil-qosor it-tliet stadji proċedurali ewlenin, l-ilment, il-MAP u l-proċedura ta’ soluzzjoni tat-tilwim:

L-Artikoli 3 sa 5 jipprovdu regoli formali sabiex jiġu kkjarifikati l-kundizzjonijiet li bihom ilment għandu jkun ammissibbli għall-MAP, jiġifieri l-perjodu taż-żmien għall-ilment, l-ispjegazzjoni tas-sitwazzjoni ta’ tassazzjoni doppja mill-kontribwent u l-għoti tal-informazzjoni sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jeżaminaw il-każ u jikkunsidraw l-ammissibbiltà tiegħu. Huma jsaħħu wkoll l-informazzjoni mogħtija lill-kontribwent u jistabbilixxu obbligi għall-Istati Membri sabiex jibagħtu notifiki jekk każ jiġi miċħud jew jitqies bħala mhux ammissibbli.

Id-dijagrammi ta’ hawn taħt jippreżentaw fil-qosor il-passi differenti segwiti fl-istadju tal-ilment u l-konnessjoni maż-żewġ passi sussegwenti, jiġifieri l-fażi tal-MAP jew ta’ soluzzjoni tat-tilwim:

 

L-Artikoli 6 sa 7 jikkumplimentaw il-fażi inizjali tal-MAP bi proċedura awtomatika ta’ arbitraġġ li tipprevedi s-soluzzjoni tat-tilwim permezz ta’ arbitraġġ fi żmien ħmistax-il xahar f’każ li l-Istati Membri jonqsu milli jilħqu ftehim matul il-fażi bonarja inizjali. Sitwazzjonijiet fejn iż-żewġ Stati Membri ma jaqblux dwar l-ammissibbiltà tal-każ tal-kontribwent għall-fażi tal-MAP jistgħu jiġu sottomessi wkoll għall-arbitraġġ fi stadju aktar bikri, sabiex jiġi solvut dan il-kunflitt dwar l-ammissibbiltà tal-każ (ċaħda potenzjali tal-aċċess), bil-kundizzjoni li l-kontribwent jitolbu u jistabbilixxi li jkun irrinunzja għar-rimedji domestiċi jew li l-perjodu ta’ rikors għal dawn ir-rimedji jkun skada. Taħt din il-proċedura ta’ arbitraġġ supplimentari u skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva, irid jinħatar bord ta’ bejn tlieta u ħames persuni indipendenti (arbitri) (wieħed jew tnejn għal kull Stat Membru flimkien ma’ president indipendenti), flimkien ma’ żewġ rappreżentanti ta’ kull Stat Membru. Din il-“Kummissjoni Konsultattiva” toħroġ opinjoni finali dwar l-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja fil-każ ikkontestat, li tkun vinkolanti għall-Istati Membri, sakemm dawn ma jaqblux dwar soluzzjoni alternattiva għat-tneħħija tat-tassazzjoni doppja (l-Artikolu 13).

F’każijiet fejn il-Kummissjoni Konsultattiva ma tiġix stabbilita fi żmien ċertu perjodu, jinħoloq mekkaniżmu awtomatiku ta’ infurzar rapidu sorveljat mill-qrati nazzjonali kompetenti ta’ kull Stat Membru involut (l-Artikolu 7). Il-kontribwent ikollu l-possibbiltà li jirreferi għall-qorti nazzjonali f’dan il-każ, biex taħtar il-persuni indipendenti li mbagħad jagħżlu l-president. Il-persuni indipendenti u l-president jintgħażlu minn lista stabbilita minn qabel miżmuma mill-Kummissjoni Ewropea.

Id-dijagrammi li ġejjin jiddeskrivu l-fażi ta’ soluzzjoni tat-tilwim kif ukoll il-proċess ġdid ta’ soluzzjoni stabbilit f’każ ta’ ċaħda tal-aċċess fi stadju bikri b’riżultat ta’ Stat Membru wieħed biss li jiċħad l-aċċettazzjoni jew l-ammissibbiltà tal-ilment filwaqt li l-Istat Membru l-ieħor jaċċetta:

 

 

Dan il-mekkaniżmu ta’ infurzar u ħatra awtomatika għat-tribunal tal-arbitraġġ huwa mmudellat fuq mekkaniżmi eżistenti fl-Istati Membri tal-UE li skonthom il-qrati nazzjonali jaħtru l-arbitri meta l-partijiet li jkunu daħlu fi ftehim ta’ arbitraġġ jonqsu milli jagħmlu dan. Il-qorti nazzjonali kompetenti li tintgħażel mill-Istati Membri tindirizza speċifikament il-każijiet li jikkorrispondu għan-nuqqasijiet identifikati fil-valutazzjoni tal-impatt, jiġifieri ċ-ċaħda tal-aċċess fejn l-Istati Membri ma jaqblux dwar l-ammissibbiltà tat-tilwim dwar it-tassazzjoni doppja, proċedura imblukkata u mtawla li taqbeż sentejn.

L-Artikolu 8 isegwi r-rekwiżiti maqbula fil-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ tal-Unjoni dwar l-istabbiliment ta’ Kummissjoni Konsultattiva u t-termini u l-kundizzjonijiet li bihom il-lista ta’ persuni indipendenti li jistgħu jkunu membri tal-Kummissjoni Konsultattiva tiġi stabbilita u miżmuma mill-Kummissjoni Ewropea. L-Artikolu 6 jipprevedi l-possibbiltà li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jaqblu dwar forma alternattiva ta’ korp għas-soluzzjoni tat-tilwim u jistabbilixxuha, li tista’ ssolvi l-każ billi tuża tekniki oħra għas-soluzzjoni tat-tilwim, bħall-medjazzjoni, il-konċiljazzjoni, il-kompetenzi u kwalunkwe teknika xierqa u effettiva oħra.

L-Artikolu 10 jipprovdu qafas ta’ funzjonament għall-Kummissjoni Konsultattiva, ir-Regoli ta’ Funzjonament (RoF). Dawn ikopru aspetti sostanzjali bħad-deskrizzjoni tal-każ, id-definizzjoni tal-bażi legali sottostanti u l-kwistjonijiet li għandhom jiġu indirizzati mill-Kummissjoni Konsultattiva u xi aspetti loġistiċi u organizzattivi ewlenin. Dawn jinkludu l-iskeda ta’ żmien, l-organizzazzjoni tal-laqgħat u s-seduti ta’ smigħ, l-iskambju tad-dokumenti, il-lingwa ta’ ħidma u l-amministrazzjoni tal-ispejjeż.

L-Artikolu 12 jirrifletti l-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ tal-Unjoni u jittratta r-rekwiżiti ta’ informazzjoni u aspetti proċedurali tal-Kummissjoni Konsultattiva.

L-Artikoli 13 u 14 isegwu l-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ tal-Unjoni fir-rigward tat-termini u l-kundizzjonijiet, li jinkludu l-iskeda ta’ żmien limitata, li skontha l-Kummissjoni Konsultattiva għandha toħroġ l-opinjoni tagħha, li għandha tkun ir-referenza għad-deċiżjoni finali u vinkolanti sussegwenti tal-awtoritajiet kompetenti. L-obbligi speċifiċi tal-Istati Membri fir-rigward tal-ispejjeż huma pprovduti fl-Artikolu 11 u dawn jirriflettu d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ tal-Unjoni dwar dawn l-aspetti.

L-interazzjoni mal-proċedimenti ġudizzjarji domestiċi u l-appelli hija ttrattata fl-Artikolu 15 b’mod simili għall-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ tal-Unjoni. Huwa jinkludi dispożizzjonijiet dwar każijiet eċċezzjonali li ma għandhomx jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-proċedura (jiġifieri il-każijiet ta’ frodi, ta' inadempjenza volontarja jew ta' negliġenza gravi huma esklużi).

Iż-żieda fit-trasparenza hija waħda mill-għanijiet tad-Direttiva proposta. L-Artikolu 16 jinkludi d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ tal-Unjoni f’dan ir-rigward, li jistabbilixxu li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippubblikaw id-deċiżjoni finali tal-arbitraġġ u informazzjoni aktar dettaljata, soġġett għall-qbil mill-kontribwent.

L-Artikolu 17 jiddefinixxi r-rwol tal-Kummissjoni Ewropea fil-proċedura, b’mod partikolari fir-rigward taż-żamma tal-lista ta’ persuni indipendenti skont l-Artikolu 8(4).

L-Artikolu 18 jipprevedi li l-Kummissjoni Ewropea tadotta l-arranġamenti prattiċi neċessarji għall-funzjonament xieraq tal-proċeduri introdotti b’din id-Direttiva, bl-assistenza ta’ Kumitat dwar is-soluzzjoni tat-tilwim dwar it-tassazzjoni doppja.

L-Artikolu 19 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni Ewropea li tadotta atti legali kif definiti mill-Artikolu 20 biex taġġorna l-Annessi I u II sabiex jieħdu kont taċ-ċirkustanzi ġodda.

2016/0338 (CNS)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-KUNSILL

dwar Mekkaniżmi għas-Soluzzjoni tat-Tilwim dwar it-Tassazzjoni Doppja fl-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 115 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew 5 ,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 6 ,

Filwaqt li jaġixxi f’konformità ma’ proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)Sitwazzjonijiet, li fihom Stati Membri differenti jintaxxaw l-istess introjtu jew kapital darbtejn jistgħu joħolqu ostakoli tat-taxxa serji għan-negozji li joperaw bejn il-fruntieri. Minbarra li joħolqu piż tat-taxxa eċċessiv għan-negozji, x'aktarx jikkawżaw distorsjonijiet u ineffiċjenzi ekonomiċi kif ukoll impatt negattiv fuq l-investiment u t-tkabbir transfruntiera.

(2)Għal din ir-raġuni, huwa neċessarju li l-mekkaniżmi disponibbli fl-Unjoni jassiguraw is-soluzzjoni tat-tilwim dwar it-tassazzjoni doppja u l-eliminazzjoni effettiva tat-tassazzjoni doppja involuta.

(3)Il-mekkaniżmi attwalment eżistenti previsti fi trattati bilaterali dwar it-taxxa, ma jiksbux il-provvediment ta’ ħelsien sħiħ mit-tassazzjoni doppja fil-ħin fil-każijiet kollha. Il-Konvenzjoni eżistenti dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in konnessjoni mal-aġġustament tal-qligħ ta’ intrapriżi assoċjati (90/436/KEE) 7 ("il-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ tal-Unjoni") għandha kamp ta’ applikazzjoni limitat billi tapplika biss għat-tilwim dwar l-ipprezzar ta’ trasferiment u l-attribuzzjoni tal-profitt lil stabbilimenti permanenti. L-eżerċizzju ta’ monitoraġġ imwettaq bħala parti mill-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ tal-Unjoni żvela xi nuqqasijiet importanti, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-proċedura u t-tul u l-konklużjoni effettiva tal-proċedura.

(4)Sabiex jinħoloq ambjent tat-taxxa aktar ġust, jeħtieġ li jittejbu r-regoli dwar it-trasparenza u li jissaħħu l-miżuri kontra l-evitar tat-taxxa. Fl-istess ħin fl-ispirtu ta’ sistema ta’ tassazzjoni ġusta, huwa neċessarju li jiġi assigurat li l-kontribwenti ma jiġux intaxxati darbtejn fuq l-istess introjtu u li l-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim ikunu komprensivi, effettivi u sostenibbli. Huwa neċessarju wkoll it-titjib fil-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim dwar it-tassazzjoni doppja sabiex iwieġeb għar-riskju ta’ żieda fl-għadd ta’ tilwim dwar it-tassazzjoni doppja jew it-tassazzjoni multipla fir-rigward ta' ammonti kbar potenzjali minħabba prattiki ta’ awditjar aktar regolari u ffukati stabbiliti mill-amministrazzjonijiet tat-taxxa.

(5)Għalhekk, -introduzzjoni ta’ qafas effettiv u effiċjenti għas-soluzzjoni tat-tilwim dwar it-taxxa, li jassigura ċ-ċertezza tad-dritt u ambjent favorevoli għan-negozju u għall-investimenti, hija azzjoni kruċjali sabiex tinkiseb sistema tat-taxxa korporattiva ġusta u effiċjenti fl-Unjoni. Il-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim dwar it-tassazzjoni doppja għandhom joħolqu wkoll qafas armonizzat u trasparenti għas-soluzzjoni ta’ kwistjonijiet dwar it-tassazzjoni doppja u b'hekk jipprovdu benefiċċji għall-kontribwenti kollha.

(6)L-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja għandha tinkiseb permezz ta’ proċedura li bħala l-ewwel pass, il-każ jiġi ppreżentat lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri kkonċernati bil-għan li t-tilwima tiġi solvuta permezz tal-Proċedura ta’ Ftehim Reċiproku. Jekk ma jintlaħaqx ftehim f'perjodu ta' żmien speċifiku, , il-każ għandu jiġi ppreżentat lil Kummissjoni Konsultattiva jew lil Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim, magħmula kemm minn rappreżentanti tal-awtoritajiet tat-taxxa kkonċernati kif ukoll minn persuni indipendenti ta’ reputazzjoni. L-awtoritajiet tat-taxxa għandhom jieħdu deċiżjoni vinkolanti finali b’referenza għall-opinjoni tal-Kummissjoni Konsultattiva jew tal-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim.

(7)Il-mekkaniżmu mtejjeb għas-soluzzjoni tat-tilwim dwar it-tassazzjoni doppja għandu jibni fuq is-sistemi eżistenti fl-Unjoni, inkluża l-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ tal-Unjoni. Madankollu, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għandu jkun aktar wiesa’ minn dak tal-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ tal-Unjoni, li hija limitata biss għat-tilwim dwar l-ipprezzar ta’ trasferiment u l-attribuzzjoni tal-profitti lil stabbilimenti permanenti. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-kontribwenti kollha li huma soġġetti għat-taxxi fuq l-introjtu minn profitti tan-negozju fir-rigward tat-tranżazzjonijiet transfruntiera tagħhom fl-Unjoni. Barra minn hekk, għandha tissaħħaħ il-fażi tal-arbitraġġ. B’mod partikolari, huwa neċessarju li jiġi pprovdut limitu ta’ żmien għat-tul tal-proċeduri sabiex jissolva t-tilwim dwar it-tassazzjoni doppja u li jiġu stabbiliti t-termini u l-kundizzjonijiet tal-proċedura għas-soluzzjoni tat-tilwim għall-kontribwenti.

(8)Sabiex jiġu żgurati l-istess kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 8 .

(9)Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tiżgura r-rispett totali għad-dritt ta’ proċess ġust u għal-libertà ta’ intrapriża.

(10)Peress li l-għan ta’ din id-Direttiva li jistabbilixxi proċedura effettiva u effiċjenti għas-soluzzjoni tat-tilwim dwar it-tassazzjoni doppja fil-kuntest tal-funzjonament xieraq tas-suq intern ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jista’ minflok, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan.

(11)Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva wara perjodu ta’ ħames snin u l-Istati Membri għandhom jipprovdu input xieraq lill-Kummissjoni biex jappoġġaw din ir-reviżjoni,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar il-mekkaniżmi sabiex jiġi solvut tilwim bejn l-Istati Membri dwar kif għandha tiġi eliminata t-tassazzjoni doppja fuq l-introjtu min-negozju u d-drittijiet tal-kontribwenti f’dan il-kuntest.

Din id-Direttiva tapplika għall-kontribwenti kollha li huma soġġetti għal waħda mit-taxxi fuq l-introjtu min-negozju elenkati fl-Anness I, inklużi stabbilimenti permanenti li jinsabu fi Stat Membru wieħed jew aktar li l-uffiċċju prinċipali tagħhom ikun jew fi Stat Membru jew f’ġurisdizzjoni barra mill-Unjoni.

Din id-Direttiva ma tapplika għall-ebda introjtu jew kapital fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjoni mit-taxxa jew li għalihom tapplika r-rata tat-taxxa żero skont ir-regoli nazzjonali.

Din id-Direttiva ma għandhiex tipprekludi l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tad-dispożizzjonijiet ta’ ftehimiet internazzjonali meta dan ikun meħtieġ għall-prevenzjoni tal-evażjoni tat-taxxa, tal-frodi tat-taxxa jew tal-abbuż.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.“awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità ta’ Stat Membru li tkun inħatret bħala tali mill-Istat Membru kkonċernat;

2.“qorti kompetenti” tfisser il-qorti ta’ Stat Membru li tkun inħatret mill-Istat Membru kkonċernat;

3.“tassazzjoni doppja” tfisser l-impożizzjoni tat-taxxi elenkati fl-Anness I ta’ din id-Direttiva minn żewġ ġurisdizzjonijiet tat-taxxa (jew aktar) fir-rigward tal-istess introjtu jew kapital taxxabbli mill-awtoritajiet nazzjonali jew ġudizzjarji tagħhom meta din twassal jew għal (i) taxxa addizzjonali, (ii) żieda fl-obbligazzjonijiet tat-taxxa jew (iii) kanċellazzjoni jew tnaqqis tat-telf, li seta’ jintuża biex jiġi paċut il-profitt taxxabbli;

4.“kontribwent” tfisser kull persuna jew stabbiliment permanenti soġġetta għat-taxxi fuq l-introjtu elenkati fl-Anness I ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 3

Ilment

1.Kull kontribwent soġġett għal tassazzjoni doppja għandu jkollu d-dritt li jissottometti lment li fih jitlob is-soluzzjoni tat-tassazzjoni doppja lil kull waħda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati fi żmien tliet snin minn meta jirċievi l-ewwel notifika tal-azzjoni li tirriżulta f’tassazzjoni doppja, irrispettivament minn jekk jużax ir-rimedji disponibbli fil-liġi nazzjonali ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri kkonċernati. Il-kontribwent għandu jindika fl-ilment tiegħu lil kull awtorità kompetenti rispettiva l-Istati Membri l-oħra li jkunu kkonċernati.

2.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonfermaw ir-riċevuta tal-ilment fi żmien xahar minn meta jirċievu l-ilment. Huma għandhom jinfurmaw ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati dwar ir-riċevuta tal-ilment.

3.L-ilment ikun ammissibbli jekk il-kontribwent jipprovdi l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti ta’ kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati.

(a)l-isem, l-indirizz, in-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa u informazzjoni oħra neċessarja għall-identifikazzjoni tal-kontribwent(i) li jkun(u) ippreżenta(w) l-ilment lill-awtoritajiet kompetenti u ta’ kwalunkwe kontribwent ieħor direttament affettwat;

(b)il-perjodi tat-taxxa kkonċernati;

(c)id-dettalji tal-fatti u ċ-ċirkustanzi rilevanti tal-każ (inklużi d-dettalji tal-istruttura tat-tranżazzjoni u tar-relazzjonijiet bejn il-kontribwent u l-partijiet l-oħra fit-tranżazzjonijiet rilevanti) u b’mod aktar ġenerali, in-natura u d-data tal-azzjonijiet li jwasslu għat-tassazzjoni doppja kif ukoll l-ammonti relatati fil-muniti tal-Istati Membri kkonċernati, b’kopja ta’ kull dokument ta’ sostenn;

(d)ir-regoli nazzjonali u t-trattati kontra t-tassazzjoni doppja applikabbli;

(e)l-informazzjoni li ġejja pprovduta mill-kontribwent li jkun ippreżenta l-ilment lill-awtoritajiet kompetenti, b’kopja ta’ kull dokument ta’ sostenn;

(i)    spjegazzjoni tar-raġunijiet għaliex il-kontribwent iqis li jkun hemm tassazzjoni doppja;

(ii)    id-dettalji ta’ kwalunkwe appell u litigazzjoni mibdija mill-kontribwenti rigward it-tranżazzjonijiet rilevanti u ta’ kwalunkwe deċiżjoni tal-qorti fir-rigward tal-każ;

(iii) impenn mill-kontribwent li jwieġeb bl-aktar mod sħiħ u malajr possibbli għat-talbiet xierqa kollha li jsiru minn awtorità kompetenti u li jipprovdi kwalunkwe dokumentazzjoni meta jintalab mill-awtoritajiet kompetenti;

(iv)    kopja tal-avviżi ta’ valutazzjoni tat-taxxa, rapport ta’ verifika tat-taxxa jew ekwivalenti li jwasslu għall-allegata tassazzjoni doppja u ta’ kwalunkwe dokument ieħor maħruġ mill-awtoritajiet tat-taxxa fir-rigward tat-tassazzjoni doppja kkontestata.

(f)kwalunkwe informazzjoni addizzjonali speċifika mitluba mill-awtoritajiet kompetenti.

4.L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu jitolbu l-informazzjoni msemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 3 fi żmien xahrejn minn meta jirċievu l-ilment.

5.L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jieħdu deċiżjoni dwar l-aċċettazzjoni u l-ammissibbiltà tal-ilment ta’ kontribwent fi żmien sitt xhur minn meta jirċevuh. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-kontribwent u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra bid-deċiżjoni tagħhom.

Artikolu 4

Deċiżjoni li taċċetta lment – Proċedura ta’ Rikonoxximent Reċiproku

1.Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jiddeċiedu li jaċċettaw l-ilment skont l-Artikolu 3(5), huma għandhom jagħmlu ħilithom biex jeliminaw it-tassazzjoni doppja permezz ta’ proċedura ta’ rikonoxximent reċiproku fi żmien sentejn, li jibdew mill-aħħar notifika tad-deċiżjoni ta’ wieħed mill-Istati Membri dwar l-aċċettazzjoni tal-ilment.

Il-perjodu ta’ sentejn imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista’ jiġi estiż b’massimu ta' sitt xhur fuq talba tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru kkonċernat, jekk l-awtorità kompetenti li tagħmel it-talba tipprovdi ġustifikazzjoni bil-miktub. Dik l-estensjoni għandha tkun soġġetta għall-aċċettazzjoni mill-kontribwenti u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra.

2.It-tassazzjoni doppja għandha titqies bħala eliminata fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)l-introjtu soġġett għat-tassazzjoni doppja jkun inkluż fil-komputazzjoni tal-introjtu taxxabbli fi Stat Membru wieħed biss;

(b)it-taxxa debitabbli fuq dan l-introjtu fi Stat Membru partikolari titnaqqas b’ammont ugwali għat-taxxa debitabbli fuqu fi kwalunkwe Stat Membru ieħor ikkonċernat.

3.Ladarba l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkunu laħqu ftehim biex jeliminaw it-tassazzjoni doppja fi ħdan il-perjodu previst fil-paragrafu 1, kull awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandha tittrażmetti dan il-ftehim lill-kontribwent bħala deċiżjoni li tkun vinkolanti fuq l-awtorità u infurzabbli mill-kontribwent, bil-kundizzjoni li l-kontribwent jirrinunzja d-dritt għal kwalunkwe rimedju domestiku. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi implimentata irrispettivament minn kwalunkwe limitu ta’ żmien preskritt mil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati.

4.Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati ma jkunux laħqu ftehim biex jeliminaw it-tassazzjoni doppja fi ħdan il-perjodu previst fil-paragrafu 1, kull awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandha tinforma lill-kontribwenti fejn tindika r-raġunijiet għaliex ma ntlaħaqx ftehim.

Artikolu 5

Deċiżjoni li tiċħad l-ilment

1.L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu jiddeċiedu li jiċħdu l-ilment meta l-ilment ma jkunx ammissibbli jew ma jkun hemm l-ebda tassazzjoni doppja jew ma jiġix irrispettat il-perjodu ta’ tliet snin stabbilit fl-Artikolu 3(1).

2.Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati ma jkunux ħadu deċiżjoni dwar l-ilment fi żmien sitt xhur wara li jirċievu lment minn kontribwent, l-ilment għandu jitqies daqslikieku ġie miċħud.

3.F’każ ta’ ċaħda tal-ilment, il-kontribwent għandu jkollu d-dritt li jappella kontra d-deċiżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont ir-regoli nazzjonali.

Artikolu 6

Soluzzjoni tat-tilwim minn Kummissjoni Konsultattiva

1.L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu Kummissjoni Konsultattiva skont l-Artikolu 8 jekk l-ilment jiġi miċħud skont l-Artikolu 5(1) minn awtorità kompetenti waħda biss tal-Istati Membri kkonċernati.

2.Il-Kummissjoni Konsultattiva għandha tadotta deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà u l-aċċettazzjoni tal-ilment fi żmien sitt xhur mid-data ta’ notifika tal-aħħar deċiżjoni li tiċħad l-ilment skont l-Artikolu 5(1) mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati. B’inadempjenza ta’ kwalunkwe deċiżjoni notifikata fil-perjodu ta’ sitt xhur, l-ilment jitqies li ġie miċħud.

Fejn il-Kummissjoni Konsultattiva tikkonferma l-eżistenza tat-tassazzjoni doppja u l-ammissibbiltà tal-ilment, il-proċedura ta’ ftehim reċiproku prevista fl-Artikolu 4 għandha tinbeda fuq talba ta’ waħda mill-awtoritajiet kompetenti. L-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tinnotifika dik it-talba lill-Kummissjoni Konsultattiva, lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kkonċernati u lill-kontribwenti. Il-perjodu ta’ sentejn previst fl-Artikolu 4(1) għandu jibda mid-data tad-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni Konsultattiva dwar l-aċċettazzjoni u l-ammissibbiltà tal-ilment.

Fejn l-ebda waħda mill-awtoritajiet kompetenti ma titlob li tinbeda l-proċedura ta’ rikonoxximent reċiproku fi żmien tletin jum kalendarju, il-Kummissjoni Konsultattiva għandha tipprovdi opinjoni dwar l-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja kif previst fl-Artikolu 13(1).

3.Il-Kummissjoni Konsultattiva għandha tiġi stabbilita mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati meta dawn ma jkunux laħqu ftehim biex jeliminaw it-tassazzjoni doppja bil-proċedura ta’ rikonoxximent reċiproku fil-limitu ta’ żmien previst fl-Artikolu 4(1).

Il-Kummissjoni Konsultattiva għandha tiġi stabbilita skont l-Artikolu 8 u għandha tagħti opinjoni dwar l-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja skont l-Artikolu 13(1).

4.Il-Kummissjoni Konsultattiva għandha tiġi stabbilita sa mhux aktar tard minn ħamsin jum kalendarju wara tmiem il-perjodu ta’ sitt xhur previst fl-Artikolu 3(5), jekk il-Kummissjoni Konsultattiva tiġi stabbilita skont il-paragrafu 1.

Il-Kummissjoni Konsultattiva għandha tiġi stabbilita sa mhux aktar tard minn ħamsin jum kalendarju wara tmiem il-perjodu previst fl-Artikolu 4(1) jekk il-Kummissjoni Konsultattiva tiġi stabbilita skont il-paragrafu 2.

Artikolu 7

Ħatriet mill-qrati nazzjonali

1.Jekk il-Kummissjoni Konsultattiva ma tiġix stabbilita sal-perjodu previst fl-Artikolu 6(4), l-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontribwenti jistgħu jirreferu għal qorti nazzjonali kompetenti.

Jekk l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tkun naqset milli taħtar mill-inqas persuna indipendenti waħda ta’ reputazzjoni u s-sostitut tagħha, il-kontribwent jista’ jitlob lill-qorti kompetenti f’dak l-Istat Membru biex taħtar persuna indipendenti u s-sostitut tagħha mil-lista msemmija fl-Artikolu 8(4).

Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha jkunu naqsu milli jagħmlu dan, il-kontribwent jista’ jitlob lill-qrati kompetenti ta’ kull Stat Membru biex jaħtru ż-żewġ persuni indipendenti ta’ reputazzjoni skont it-tieni u t-tielet subparagrafi. Il-persuni indipendenti ta’ reputazzjoni maħtura b’dan il-mod għandhom jaħtru l-president billi jtellgħuh bix-xorti mil-lista ta' persuni indipendenti li jikkwalifikaw bħala president skont l-Artikolu 8(4).

Il-kontribwenti għandhom jissottomettu r-rinviju tagħhom biex jaħtru l-persuni indipendenti ta’ reputazzjoni u s-sostituti tagħhom lil kull wieħed mill-istati ta’ residenza jew ta’ stabbiliment rispettivi tagħhom, jekk ikunu involuti żewġ kontribwenti, jew lill-Istati Membri li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikunu naqsu milli jaħtru mill-inqas persuna indipendenti waħda ta’ reputazzjoni u s-sostitut tagħha, jekk ikun involut kontribwent wieħed biss.

2.Il-ħatra tal-persuni indipendenti u tas-sostituti tagħhom skont il-paragrafu 1 għandha tiġi riferuta lil qorti kompetenti ta’ Stat Membru biss wara t-tmiem tal-perjodu ta’ ħamsin jum imsemmi fl-Artikolu 6(4) u fi żmien ġimagħtejn wara t-tmiem ta’ dak il-perjodu.

3.Il-qorti kompetenti għandha tadotta deċiżjoni skont il-paragrafu 1 u tinnotifikaha lill-applikant. Il-proċedura applikabbli għall-qorti kompetenti biex taħtar il-persuni indipendenti meta l-Istati Membri jonqsu milli jaħtruhom għandha tkun l-istess bħal dik applikabbli skont ir-regoli nazzjonali fi kwistjonijiet ta’ arbitraġġ ċivili u kummerċjali meta l-qrati jaħtru l-arbitri f’każijiet fejn il-partijiet jonqsu milli jaqblu f’dan ir-rigward. Il-qorti kompetenti għandha tinforma wkoll lill-awtoritajiet kompetenti li inizjalment ma jkunx inrexxielhom jistabbilixxu l-Kummissjoni Konsultattiva. Dan l-Istat Membru għandu jkollu d-dritt li jappella deċiżjoni tal-qorti, bil-kundizzjoni li jkollu d-dritt li jagħmel dan skont il-liġi nazzjonali tiegħu. F’każ ta’ ċaħda, l-applikant għandu jkollu d-dritt li jappella kontra d-deċiżjoni tal-qorti skont ir-regoli proċedurali nazzjonali.

Artikolu 8

Il-Kummissjoni Konsultattiva

1.Il-Kummissjoni Konsultattiva msemmija fl-Artikolu 6 għandha tkun magħmula kif ġej:

(a)president wieħed;

(b)żewġ rappreżentanti ta’ kull awtorità kompetenti kkonċernata;

(c)persuna jew żewġ persuni indipendenti ta’ reputazzjoni li għandhom jinħatru minn kull awtorità kompetenti mil-lista ta’ persuni msemmija fil-paragrafu 4.

In-numru tar-rappreżentanti msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu jista’ jitnaqqas għal wieħed bi ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti.

Il-persuni msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu għandhom jinħatru minn kull awtorità kompetenti mil-lista ta’ persuni msemmija fil-paragrafu 4.

2.Wara l-ħatra tal-persuni indipendenti ta’ reputazzjoni għandu jinħatar sostitut għal kull wieħed minnhom skont ir-regoli għall-ħatra tal-persuni indipendenti f'każ li l-persuni indipendenti jitwaqqfu milli jwettqu dmirijiethom.

3.Meta ssir għażla bix-xorti, kull waħda mill-awtoritajiet kompetenti tista’ toġġezzjona għall-ħatra ta’ kwalunkwe persuna indipendenti ta’ reputazzjoni partikolari fi kwalunkwe ċirkustanza maqbula minn qabel bejn l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jew f’xi waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)meta dik il-persuna tkun tagħmel parti minn waħda mill-amministrazzjonijiet tat-taxxa kkonċernati jew tkun qiegħda taħdem f'isimha;

(b)meta dik il-persuna jkollha jew ikun kellha parteċipazzjoni importanti f'wieħed jew f'kull wieħed mill-kontribwenti, jew tkun jew kienet impjegata jew konsulenta ta’ wieħed jew ta' kull wieħed mill-kontribwenti;

(c)meta dik il-persuna ma toffrix garanzija suffiċjenti ta’ oġġettività għas-soluzzjoni tat-tilwima jew tat-tilwim li jkun irid jiġi deċiż.

4.Il-lista tal-persuni indipendenti ta’ reputazzjoni għandha tikkonsisti mill-persuni indipendenti kollha nominati mill-Istati Membri. Għal dan il-għan, kull Stat Membru għandu jinnomina ħames persuni.

Il-persuni indipendenti ta’ reputazzjoni jridu jkunu ċittadini ta’ Stat Membru u residenti fi ħdan l-Unjoni. Huma jridu jkunu kompetenti u indipendenti.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-ismijiet tal-persuni indipendenti ta’ reputazzjoni li jkunu nnominaw. Fin-notifika l-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw liema mill-ħames persuni li jkunu innominaw jista’ jinħatar bħala president. Huma għandhom jipprovdu wkoll lill-Kummissjoni b'informazzjoni sħiħa u aġġornata dwar l-isfond professjonali u akkademiku, il-kompetenza, l-għarfien espert u l-kunflitti ta’ interess tagħhom. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni bi kwalunkwe tibdil fil-lista tal-persuni indipendenti.

5.Ir-rappreżentanti ta’ kull awtorità kompetenti u l-persuni indipendenti ta’ reputazzjoni maħtura skont il-paragrafu 1 għandhom jeleġġu president mil-lista tal-persuni msemmija fil-paragrafu 4.

Artikolu 9

Il-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim

1.L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu jaqblu li jistabbilixxu Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim minflok il-Kummissjoni Konsultattiva biex tagħti opinjoni dwar l-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja skont l-Artikolu 13.

2.Il-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim tista’ tkun differenti fir-rigward tal-kompożizzjoni u tal-forma tagħha mill-Kummissjoni Konsultattiva u tapplika konċiljazzjoni, medjazzjoni, għarfien espert, aġġudikazzjoni jew kwalunkwe proċess jew metodu ieħor ta’ soluzzjoni tat-tilwim biex issolvi t-tilwima.

3.L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jaqblu dwar ir-Regoli ta’ Funzjonament skont l-Artikolu 10.

4.L-Artikoli 11 sa 15 għandhom japplikaw għall-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim, ħlief ir-regoli dwar il-maġġoranza stabbiliti fl-Artikolu 13(3). L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu jaqblu dwar regoli differenti dwar il-maġġoranza fir-Regoli ta’ Funzjonament tal-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim.

Artikolu 10

Regoli ta’ Funzjonament

1.L-Istati Membri għandhom jipprovdu li fi żmien il-perjodu ta’ ħamsin jum kalendarju kif previst fl-Artikolu 6(4), kull awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati tinnotifika lill-kontribwenti dwar dan li ġej:

(a)ir-Regoli ta’ Funzjonament għall-Kummissjoni Konsultattiva jew għall-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim;

(b)data li fiha tkun se tiġi adottata l-opinjoni dwar l-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja;

(c)referenza għal kwalunkwe dispożizzjoni legali applikabbli fil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri u kwalunkwe konvenzjoni applikabbli kontra t-tassazzjoni doppja.

Id-data msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi stabbilita mhux aktar tard minn 6 xhur wara t-twaqqif tal-Kummissjoni Konsultattiva jew tal-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim.

2.Ir-Regoli ta’ Funzjonament għandhom jiġu ffirmati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri involuti fit-tilwima.

Ir-Regoli ta’ Funzjonament għandhom jipprovdu b’mod partikolari:

(a)id-deskrizzjoni u l-karatteristiċi tal-każ ta’ tassazzjoni doppja kkontestat;

(b)it-termini ta’ referenza li fuqhom l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jaqblu dwar il-kwistjonijiet li għandhom jiġu solvuti;

(c)il-forma, jew Kummissjoni Konsultattiva jew Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim;

(d)il-qafas ta’ żmien għall-proċedura ta’ soluzzjoni tat-tilwim;

(e)il-kompożizzjoni tal-Kummissjoni Konsultattiva jew tal-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim;

(f)it-termini u l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tal-kontribwenti u ta’ partijiet terzi, l-iskambji ta’ memoranda, l-informazzjoni u l-evidenza, l-ispejjeż, it-tip ta’ proċess ta’ soluzzjoni u kwalunkwe aspett proċedurali jew organizzattiv rilevanti ieħor.

Jekk il-Kummissjoni Konsultattiva tiġi stabbilita biex tagħti opinjoni dwar iċ-ċaħda kkontestata jew l-ammissibbiltà tal-ilment kif previst fl-Artikolu 6(1), fir-Regoli ta’ Funzjonament għandha tiġi stabbilita biss l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (d), (e) u (f) tat-tieni subparagrafu.

3.Fin-nuqqas jew l-inkompletezza tan-notifika tar-Regoli ta’ Funzjonament lill-kontribwenti, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-persuni indipendenti u l-president għandhom ilestu r-Regoli ta’ Funzjonament skont l-Anness II u jibagħtuhom lill-kontribwent fi żmien ġimagħtejn mid-data ta’ skadenza tal-ħamsin jum kalendarju prevista fl-Artikolu 6(4). Meta l-persuni indipendenti u l-president ma jaqblux dwar ir-Regoli ta’ Funzjonament jew ma jinnotifikawhomx lill-kontribwenti, il-kontribwenti jistgħu jirreferu għall-qorti kompetenti tal-istat ta’ residenza jew ta’ stabbiliment tagħhom sabiex jisiltu l-konsegwenzi legali kollha u jimplimentaw ir-Regoli ta’ Funzjonament.

Artikolu 11

Spiża tal-proċedura

L-ispejjeż tal-proċedura tal-Kummissjoni Konsultattiva jew tal-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim, għajr dawk imġarrba mill-kontribwenti, għandhom jinqasmu b’mod indaqs bejn l-Istati Membri.

Artikolu 12

Informazzjoni, Evidenza u Smigħ

1.Għall-finijiet tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 6, il-kontribwenti ikkonċernati jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni Konsulattiva jew lill-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim kwalunkwe informazzjoni, evidenza jew dokumenti li jistgħu jkunu rilevanti għad-deċiżjoni. Il-kontribwenti u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprovdu kwalunkwe informazzjoni, evidenza jew dokumenti meta jintalbu mill-Kummissjoni Konsultattiva jew mill-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim. Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti ta’ kwalunkwe Stat Membru jistgħu jirrifjutaw li jagħtu informazzjoni lill-Kummissjoni Konsultattiva fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)il-kisba tal-informazzjoni tkun teħtieġ it-twettiq ta’ miżuri amministrattivi li jmorru kontra l-liġi nazzjonali

(b)l-informazzjoni ma tkunx tista’ tinkiseb skont il-liġi nazzjonali tiegħu;

(c)l-informazzjoni tkun tirrigwarda sigriet kummerċjali, tan-negozju, industrijali jew professjonali jew proċess kummerċjali;

(d) id-divulgazzjoni tal-informazzjoni tmur kontra l-ordni pubbliku.

2.Kull wieħed mill-kontribwenti jista’, fuq talba tiegħu, jidher jew ikun rappreżentat quddiem il-Kummissjoni Konsultattiva jew il-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim. Fuq talba mill-Kummissjoni Konsultattiva jew mill-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim, kull wieħed mill-kontribwenti għandu jidher jew ikun rappreżentat quddiemha.

3.Fil-kapaċità tagħhom bħala membri tal-Kummissjoni Konsultattiva jew tal-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim, il-persuni indipendenti ta’ reputazzjoni jew kwalunkwe membru ieħor għandhom ikunu soġġetti għall-obbligu tas-segretezza professjonali skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati. L-Istati Membri għandhom jadottaw dispożizzjonijiet xierqa sabiex jissanzjonaw kwalunkwe ksur tal-obbligi tas-segretezza.

Artikolu 13

L-Opinjoni tal-Kummissjoni Konsultattiva jew tal-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim

1.Il-Kummissjoni Konsultattiva jew il-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim għandha tagħti l-opinjoni tagħha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-data li fiha tkun ġiet stabbilita.

2.Meta jkunu qegħdin ifasslu l-opinjoni tagħhom, il-Kummissjoni Konsultattiva jew il-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim għandhom jikkunsidraw ir-regoli nazzjonali u t-trattati kontra t-tassazzjoni doppja applikabbli. Fin-nuqqas ta’ trattat kontra t-tassazzjoni doppja jew ftehim bejn l-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni Konsultattiva jew il-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim, meta jkunu qegħdin ifasslu l-opinjoni tagħhom, jistgħu jirreferu għall-prattika internazzjonali fi kwistjonijiet tat-taxxa bħall-aħħar Mudell ta’ Konvenzjoni dwar it-Taxxa tal-OECD.

3.Il-Kummissjoni Konsultattiva jew il-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim għandhom jadottaw l-opinjoni tagħhom b’maġġoranza sempliċi tal-membri tagħhom. Meta ma tkunx tista’ tintlaħaq maġġoranza, il-vot tal-president għandu jiddetermina l-opinjoni finali. Il-president għandu jikkomunika l-opinjoni tal-Kummissjoni Konsultattiva jew tal-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim lill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 14

Deċiżjoni Finali

1.Fi żmien sitt xhur min-notifika tal-opinjoni tal-Kummissjoni Konsultattiva jew tal-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jaqblu dwar l-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja.

2.L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu deċiżjoni, li tiddevja mill-opinjoni tal-Kummissjoni Konsultattiva jew tal-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim. Jekk ma jilħqux qbil sabiex jeliminaw it-tassazzjoni doppja, huma għandhom ikunu marbuta b’dik l-opinjoni.

3.L-Istati Membri għandhom jipprovdu li d-deċiżjoni finali li telimina t-tassazzjoni doppja tiġi trażmessa minn kull awtorità kompetenti lill-kontribwenti fi żmien tletin jum kalendarju mill-adozzjoni tagħha. Meta ma jiġix innotifikat bid-deċiżjoni fi żmien il-perjodu ta’ tletin jum kalendarju, il-kontribwent jista’ jappella fl-Istat Membru ta’ residenza jew ta’ stabbiliment tiegħu skont ir-regoli nazzjonali.

4.Id-deċiżjoni finali għandha tkun vinkolanti fuq l-awtorità u infurzabbli mill-kontribwent, bil-kundizzjoni li l-kontribwent jirrinunzja għad-dritt ta' kwalunkwe rimedju domestiku. Hija għandha tiġi implimentata skont il-liġi nazzjonali tal-Istati Membri li b’riżultat tad-deċiżjoni finali jkollhom jemendaw it-tassazzjoni inizjali tagħhom, irrispettivament minn kwalunkwe limitu ta’ żmien preskritt mil-liġi nazzjonali. Fejn id-deċiżjoni finali ma tkunx ġiet implimentata, il-kontribwenti jistgħu jirreferu għall-qorti nazzjonali tal-Istat Membru, li jkun naqas milli jimplimentaha.

Artikolu 15

Interazzjoni ma’ proċedimenti u derogi nazzjonali

1.Il-fatt li deċiżjoni li tikkawża tassazzjoni doppja, meħuda minn Stat Membru ssir finali skont il-liġi nazzjonali, ma għandux iwaqqaf lill-kontribwenti milli jirrikorru għall-proċeduri previsti f’din id-Direttiva.

2.Is-sottomissjoni tat-tilwima għall-proċedura ta’ ftehim reċiproku jew għall-proċedura ta’ soluzzjoni tat-tilwim ma għandhiex twaqqaf Stat Membru milli jibda jew ikompli proċedimenti ġudizzjarji jew proċedimenti għal penali amministrattivi u kriminali fir-rigward tal-istess kwistjonijiet.

3.Il-kontribwenti jistgħu jirrikorru għar-rimedji disponibbli għalihom skont il-liġi nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati. Madankollu, fejn il-każ ikun ġie sottomess quddiem qorti jew tribunal, id-dati li ġejjin għandhom jiżdiedu mad-data li fiha tkun ingħatat is-sentenza tal-qorti finali:

(a)is-sitt xhur imsemmija fl-Artikolu 3(5);

(b)is-sentejn imsemmija fl-Artikolu 4(1);

4.Fejn il-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru ma tippermettix li deċiżjoni għas-soluzzjoni tat-tilwim tidderoga mid-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet ġudizzjarji tiegħu, il-proċedura skont l-Artikoli 6(1) u 6(2) ma għandhiex tkun disponibbli għall-kontribwent jekk ma jkunux bdew il-proċedimenti ġudizzjarji li jikkonċernaw it-tassazzjoni doppja. Madankollu, jekk il-kontribwent ikun beda dawn il-proċediment ġudizzjarji, il-proċedura xorta waħda tibqa' disponibbli jekk ma tkun ittieħdet l-ebda deċiżjoni finali u l-kontribwent jirtira l-azzjoni tiegħu dwar it-tassazzjoni doppja.

5.Is-sottomissjoni tal-każ għall-proċedura ta’ soluzzjoni tat-tilwim skont l-Artikolu 6 għandha ttemm kwalunkwe proċedura oħra ta’ ftehim reċiproku jew ta’ soluzzjoni tat-tilwim li tkun għaddejja dwar l-istess tilwima f’każ li jkunu kkonċernati l-istess Stati Membri, b’effett fid-data tal-ħatra tal-Kummissjoni Konsultattiva jew tal-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim.

6.B’deroga mill-Artikolu 6, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jiċħdu l-aċċess għall-proċedura ta’ soluzzjoni tat-tilwim f’każijiet ta’ frodi tat-taxxa, inadempjenza volontarja jew negliġenza gravi.

Artikolu 16

Pubbliċità

1.Il-Kummissjoni Konsultattiva u l-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim għandhom joħorġu l-opinjoni tagħhom bil-miktub.

2.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw id-deċiżjoni finali msemmija fl-Artikolu 14 soġġett għall-kunsens ta’ kull wieħed mill-kontribwenti kkonċernati.

3.Meta kontribwent ma jagħtix il-kunsens tiegħu għall-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni finali fl-intier tagħha, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw astratt tad-deċiżjoni finali b’deskrizzjoni tal-kwistjoni u s-suġġett, id-data, il-perjodi tat-taxxa involuti, il-bażi legali, is-settur tal-industrija u deskrizzjoni fil-qosor tal-eżitu finali.

Qabel ma tiġi ppubblikata, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibagħtu lill-kontribwenti l-informazzjoni li trid tiġi ppubblikata skont l-ewwel subparagrafu. Fuq talba ta' kontribwent, l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jippubblikaw informazzjoni li tirrigwarda kwalunkwe sigriet kummerċjali, tan-negozju, industrijali jew professjonali jew proċess kummerċjali, jew li tmur kontra l-ordni pubbliku.

4.Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi formoli standard għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).

5.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni l-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata skont il-paragrafu 3.

Artikolu 17

Rwol tal-Kummissjoni u appoġġ Amministrattiv

1.Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli onlajn u żżomm aġġornata l-lista tal-persuni indipendenti ta’ reputazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(4), u tindika liema minn dawk il-persuni jistgħu jinħatru bħala president. Dik il-lista għandha tinkludi biss l-ismijiet ta’ dawk il-persuni.

2.L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li jkunu ħadu sabiex jissanzjonaw kwalunkwe ksur tal-obbligu tas-segretezza previst fl-Artikolu 12. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra dwarhom.

3.Il-Kummissjoni għandha żżomm repożitorju ċentrali li fih tiġi arkivjata u magħmula disponibbli onlajn l-informazzjoni li tiġi ppubblikata skont l-Artikoli 16(2) u (3).

Artikolu 18

Proċedura ta’ kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-soluzzjoni tat-tilwim dwar it-tassazzjoni doppja. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 19

Lista tat-taxxi u r-Regoli ta’ Funzjonament

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 20 fir-rigward tal-aġġornament tal-listi tat-taxxi skont l-Anness I u r-Regoli ta’ Funzjonament skont l-Anness II biex temendahom sabiex jirriflettu ċ-ċirkustanzi ġodda.

Artikolu 20

Eżerċizzju ta’ setgħat delegati

1.Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 19 għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-data msemmija fl-Artikolu 22.

3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 19 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm d-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.Att delegat adottat skont l-Artikolu 19 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew xi oġġezzjoni fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jiġi estiż b’xahrejn b’inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 21

Traspożizzjoni

1.L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2017. Huma għandhom jikkomunikaw mingħajr dewmien it-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir din ir-referenza.

2.L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 22

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 23

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu,

   Għall-Kunsill

   Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura tal-ABM/ABB

1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

1.4.Għan(ijiet)

1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.6.Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 

3.1.L-intestatura(i) tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja(i) baġitarja(i) tan-nefqa affettwati

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva 

Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar it-titjib tal-Mekkaniżmi għas-Soluzzjoni tat-Tilwim dwar it-Tassazzjoni Doppja (DTRMs) fl-Unjoni Ewropea

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat/i fl-istruttura ABM/ABB 9  

14

14.03

1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva 

 Il-proposta/l-inizjattiva hija marbuta ma’ azzjoni ġdida 

 Il-proposta/l-inizjattiva hija marbuta ma’ azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 10  

 Il-proposta/l-inizjattiva hija marbuta mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 Il-proposta/l-inizjattiva hija marbuta ma’ azzjoni ridiretta lejn azzjoni ġdida 

1.4.Għan(ijiet)

1.4.1.L-għan(ijiet) strateġiku/ċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva 

Il-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2015 jelenka fost il-prijoritajiet tiegħu dik ta’ Approċċ Aktar Ġust lejn it-Tassazzjoni. B’segwitu għal dan, qasam wieħed relatat għal azzjoni fil-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2016 huwa t-titjib tal-Mekkaniżmu għas-Soluzzjoni tat-Tilwim dwar it-Tassazzjoni Doppja.

1.4.2.Għan(ijiet) speċifiku/ċi u attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernati 

Għan speċifiku Nru

Li tittejjeb l-effettività u l-effiċjenza tas-sistema DTDRM fis-Suq Intern, bil-għan li tiġi assigurata s-soluzzjoni effettiva tat-tilwim dwar it-tassazzjoni doppja (ara l-Valutazzjoni tal-Impatt ippreparata mis-Servizzi tal-Kummissjoni fir-rigward tal-proposta).

Attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

ABB 3

1.4.3.Riżultat(i) u impatt(i) mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Mekkaniżmu effettiv għas-Soluzzjoni tat-Tilwim dwar it-Tassazzjoni Doppja b’mod ġenerali jtejjeb l-ambjent tan-negozju fl-UE; jagħti spinta lill-investiment, it-tkabbir u l-impjiegi. Fil-fatt, huwa jassigura aktar ċertezza u prevedibbiltà għan-negozji u l-kumpaniji u għalhekk jipprovdi bażi aktar stabbli u ċerta għall-kummerċ u għat-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ investiment.

Maż-żmien, id-dħul mit-taxxa tal-Istati Membri jiżdied b’riżultat ta’ żieda fl-attività ekonomika u l-ġbir tat-taxxi. L-eliminazzjoni attwali tat-tassazzjoni doppja permezz ta’ soluzzjoni effettiva għat-tilwim iżżid ukoll il-livell ta’ konformità tal-Istati Membri mal-obbligi internazzjonali tagħhom u tnaqqas l-ispejjeż amministrattivi tagħhom.

Tissaħħaħ il-fiduċja tal-pubbliku, taċ-ċittadini u tal-kontribwenti b’mod ġenerali lejn is-sens ta’ ġustizzja u l-affidabbiltà tas-sistemi tat-taxxa.

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt 

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

L-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni huma spjegati fid-dettall fil-Valutazzjoni tal-Impatt (taqsima 7).

1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq medda qasira jew medda twila ta’ żmien 

Biex jiġu protetti l-kumpaniji fi tranżazzjonijiet transfruntiera kontra l-konsegwenzi negattivi ta’ tassazzjoni doppja jew multipla mhux solvuta.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Biex tkun żgurata l-konsistenza u biex jiġu evitati d-diskrepanzi permezz ta’ regoli u proċeduri komuni fl-Istati Membri kollha. Nuqqas ta’ konsistenza u lakuni fl-implimentazzjoni mill-Istati Membri jipperikolaw is-suċċess tal-proġett kollu.

Il-valur miżjud tal-UE huwa bbażat fuq il-fatt li hija meħtieġa implimentazzjoni uniformi u kkoordinata sabiex is-soluzzjoni tat-tilwim tiġi mtejba b’mod effettiv. Huwa neċessarju wkoll li dawn jiġu indirizzati b’mod konsistenti fil-kuntest preżenti tal-ġlieda globali kontra l-evitar u l-evażjoni tat-taxxa. Il-qafas tal-Ipprezzar ta’ Trasferiment tal-UE se jittejjeb f’termini ta’ effiċjenza u infurzar meta jiġi kombinat mas-soluzzjoni proposta.

1.5.3.Tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Fl-1976, il-Kunsill kien diġà ssottometta proposta dwar l-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja in konnessjoni mal-aġġustament tal-qligħ bejn intrapriżi assoċjati (proċedura ta’ arbitraġġ). Dan wassal għall-iffirmar fl-1990 tal-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in konnessjoni mal-aġġustament tal-qligħ ta’ intrapriżi assoċjati (90/436/KEE).

1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Il-proposta hija parti minn pakkett li jinkludi diversi inizjattivi. Effetti pożittivi ta’ sinerġija jistgħu jinkisbu mill-interazzjoni bejn il-miżuri fil-pakkett u bil-proposti li jidhru fil-Pakkett dwar it-Trasparenza ta’ Marzu 2015 u l-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Ġunju 2015.

1.6.Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju 

 Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien limitat

   Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

 Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien mhux limitat

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu minn SSSS sa SSSS,

u wara tħaddim fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 11  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

☒ mid-dipartimenti tagħha, inkluż il-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi l-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit jiġu fdati lil:

◻ pajjiżi terzi jew il-korpi nnominati minnhom;

◻ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

◻il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

◻ il-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

◻ korpi rregolati bil-liġi pubblika;

◻ korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sa fejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk ikun indikat aktar minn metodu wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

Il-proposta hija ta’ natura leġiżlattiva. Xi kompiti ta’ ġestjoni u implimentazzjoni tal-baġit għall-Kummissjoni jirrigwardaw il-kompiti ta’ amministrazzjoni li ġejjin:

- L-amministrazzjoni, l-istabbiliment u ż-żamma tal-lista ta’ persuni indipendenti maħtura mill-Istati Membri

- Il-kompiti amministrattivi relatati mal-aspetti tat-trasparenza tal-proposta u biex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri

- L-attivitajiet ta’ monitoraġġ

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar 

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Xejn

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll 

2.2.1.Riskju/i identifikat(i) 

Xejn

2.2.2.Tagħrif dwar l-istabbiliment tas-sistema ta’ kontroll intern

Xejn

2.2.3.Stima tal-ispejjeż u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta’ żball 

Mhux Applikabbli

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti.

Mhux Applikabbli

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 

3.1.L-intestatura(i) tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja(i) baġitarja(i) tan-nefqa affettwati 

Il-linji baġitarji eżistenti

Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
1AIntestatura Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

Diff./Mhux diff 12 .

minn pajjiżi tal-EFTA 13

minn pajjiżi kandidati 14

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

14.0301

Diff.

LE

LE

LE

LE

Linji baġitarji ġodda mitluba Xejn

Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
Xejn

Diff./Mhux diff.

minn pajjiżi tal-EFTA

minn pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

Xejn

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

[Din it-taqsima għandha timtela bl-użu ta’ spreadsheet dwar id-dejta tal-baġit ta’ natura amministrattiva (it-tieni dokument fl-Anness ta' din id-dikjarazzjoni finanzjarja) u tittella’ fuq is-CISNET għal skopijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.]

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa 

EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

Numru

1A Intestatura Kompetittività għat-Tkabbir u l-impjiegi

DĠ: <TAXUD>

Sena
N 15

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

• Approprjazzjonijiet operattivi

Numru tal-linja baġitarja

Impenji

(1)

Mhux Applikabbli

Pagamenti

(2)

Mhux Applikabbli

Numru tal-linja baġitarja

Impenji

(1a)

Pagamenti

(2a)

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 16  

Mhux Applikabbli

Numru tal-linja baġitarja

(3)

Approprjazzjonijiet TOTALI
għad-DĠ <TAXUD>

Impenji

=1+1a +3

Mhux Applikabbli

Pagamenti

=2+2a

+3

Mhux Applikabbli






Approprjazzjonijiet operattivi TOTALI

Impenji

(4)

Mhux Applikabbli

Pagamenti

(5)

Mhux Applikabbli

• Approprjazzjonijiet TOTALI ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

Mhux Applikabbli

Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURA <….>
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

Mhux Applikabbli

Pagamenti

=5+ 6

Mhux Applikabbli

Jekk iżjed minn intestatura waħda hija affettwata mill-proposta / inizjattiva:

•Approprjazzjonijiet operattivi TOTALI

Impenji

(4)

Mhux Applikabbli

Pagamenti

(5)

Mhux Applikabbli

• Approprjazzjonijiet TOTALI ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

Mhux Applikabbli

Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURI 1 sa 4
tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Ammont ta' referenza)

Impenji

=4+6

Mhux Applikabbli

Pagamenti

=5+ 6

Mhux Applikabbli





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

“Nefqa amministrattiva”

EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

DĠ: <TAXUD>

• Riżorsi umani

0.067

0.067

0.067

0.067

0.067

0.067

0.067

• Nefqa amministrattiva oħra

0.030

0.030

0.030

0.030

0.030

0.030

0.030

TOTAL tad-DĠ <…….>

Approprjazzjonijiet

0.097

0.097

0.097

0.097

0.097

0.097

0.097

Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

(Impenji totali = Pagamenti totali)

0.097

0.097

0.097

0.097

0.097

0.097

0.097

EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

Sena
N 17

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

0.097

0.097

0.097

0.097

0.097

0.097

0.097

Pagamenti

0.097

0.097

0.097

0.097

0.097

0.097

0.097

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

Indika l-għanijiet u r-riżultati

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

RIŻULTATI

Tip 18

Spiża medja

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru totali

Spiża totali

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1 19

- Riżultat

- Riżultat

- Riżultat

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 1

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Riżultat

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 2

SPIŻA TOTALI

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.Sommarju 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

Sena
N 20

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

0.067

0.067

0.067

0.067

0.067

0.067

0.067

Nefqa amministrattiva oħra

0.030

0.030

0.030

0.030

0.030

0.030

0.030

Subtotal INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

0.097

0.097

0.097

0.097

0.097

0.097

0.097

Barra l-INTESTATURA 5 21
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
barra l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

0.097

0.097

0.097

0.097

0.097

0.097

0.097

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal infiq ieħor ta’ natura amministrattiva se jiġu ssodisfati b’approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew kienu ġew ridistribwiti fid-DĠ, flimkien, jekk dan ikun neċessarju, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.2.Stima tar-riżorsi umani meħtieġa

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

Stima li trid tingħata f’unitajiet ekwivalenti għal full time

Sena
N

Sena
N+1

Sena N+2

Sena N+3

Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

XX 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

0.5

0.5

0.5

0.5

0.5

0.5

0.5

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full Time: FTE) 22

XX 01 02 01 (AC, SNE, INT mill-“pakkett globali”)

XX 01 02 02 (AC, AL, SNE, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 ss  23

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, SNE, INT - Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, SNE, INT - Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jintlaħqu mill-uffiċjali tad-DĠ li huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà ngħataw kariga band’oħra fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi l-azzjoni skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Koordinazzjoni u kuntatt mal-Istati Membri għall-Implimentazzjoni tal-proposta Leġiżlattiva. Kompiti ta’ monitoraġġ.

Persunal estern

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

   Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali preżenti.

   Il-proposta/l-inizjattiva se tinvolvi programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega liema programmazzjoni mill-ġdid hija meħtieġa, billi tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega dak li hemm bżonn, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

Mhux Applikabbli

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet kofinanzjati

Mhux Applikabbli



3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq id-dħul mixxellanju

EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/inizjattiva 24

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

L-Artikolu ………….

Għad-dħul mixxellanju “assenjat”, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Mhux Applikabbli

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

Mhux Applikabbli

(1) Il- Konvenzjoni 90/436/KEE  dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in konnessjoni mal-aġġustament tal-qligħ ta’ intrapriżi assoċjati; ĠU L 225, 20.8.1990, p. 10.
(2) (COM(2015) 302
(3) Il-Kummissjoni Ewropea, Forum Konġunt tal-UE dwar il-Prezzijiet ta’ Trasferiment https://ec.europa.eu/taxation_customs/business/company-tax/transfer-pricing-eu-context/joint-transfer-pricing-forum_en#meetings
Il-Kummissjoni Ewropea, Pjattaforma għall-Governanza Tajba tat-Taxxa https://ec.europa.eu/taxation_customs/business/company-tax/tax-good-governance/platform-tax-good-governance_en#meeting
(4) ĠU L 225, 20.8.1990, p. 10.
(5) ĠU C , , p. .
(6) ĠU C , , p. .
(7) ĠU L 225, 20.8.1990, p. 10.
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(9) ABM: ġestjoni bbażata fuq l-attività; ABB: ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività.
(10) Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(11) Id-dettalji tal-metodi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_mt.html
(12) Diff: = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(13) L-EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(14) Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(15) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
(16) Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(17) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
(18) Ir-riżultati huma l-prodotti u s-servizzi fornuti (pereżempju: l-għadd ta’ skambji tal-istudenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ).
(19) Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Għan(ijiet) speċifiku/ċi…”
(20) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
(21) Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(22) AC = Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Sekondat; INT = Persunal tal-Aġenzija; JED= Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet.
(23) Sottolimitu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk li kienu linji “BA”).
(24) Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara tnaqqis ta’ 25 % għall-kostijiet tal-ġbir.

Strasburgu, 25.10.2016

COM(2016) 686 final

ANNESSI

tal-

Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL

dwar Mekkaniżmi għas-Soluzzjoni tat-Tilwim dwar it-Tassazzjoni Doppja fl-Unjoni Ewropea

{SWD(2016) 343 final}
{SWD(2016) 344 final}


ANNESSI

tal-

Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL

dwar Mekkaniżmi għas-Soluzzjoni tat-Tilwim dwar it-Tassazzjoni Doppja fl-Unjoni Ewropea

ANNESS I

Belgien / Belgique

impôt des personnes physiques/personenbelasting,

impôt des personnes morales/rechtspersonenbelasting,

impôt des non-résidents/belasting der niet-verblijfhouders

impôt des sociétés/vennootschapsbelasting

България

данък върху доходите на физическите лица

корпоративен данък

Česká republika

Daň z příjmů fyzických osob

Daň z příjmů právnických osob

Danmark

selskabsskat

indkomstskat til staten

kommunale indkomstskat

amtskommunal indkomstskat

saerlig indkomstskat

selskabsskat

Deutschland

Einkommensteuer

Körperschaftsteuer

Eesti

Tulumaks

Éire/Ireland

Income Tax

Corporation Tax

Ελλάδα

Φόρος εισοδήματος φυσικών προσώπων

Φόρος εισοδήματος νομικών προσώπων (κερδοσκοπικού χαρακτήρα)

España

Impuesto sobre la renta de las personas fisicas

Impuesto sobre sociedades

France

Impôt sur le revenu

Ιmpôt sur les sociétés

Republika Hrvatska

Porez na dohodak

Porez na dobit

Italia

Imposta sul reddito delle persone fisiche

Imposta sul reddito delle società

Κύπρος

Έκτακτη Εισφορά για την Άμυνα της Δημοκρατίας

Φόρος Εισοδήματος

Latvija

iedzīvotāju ienākuma nodoklis

uzņēmumu ienākuma nodoklis

Lietuva

Gyventojų pajamų mokestis

Pelno mokestis

Luxembourg

impôt sur le revenu des personnes physiques

impôt sur le revenu des collectivités

Magyarország

személyi jövedelemadó

Társasági adó

Malta

Taxxa fuq l-income

Nederland

inkomstenbelasting

vennootschapsbelasting

Österreich

Einkommensteuer

Körperschaftsteuer

Polska

Podatek dochodowy od osób fizycznych

Podatek dochodowy od osób prawnych

Portugal

imposto sobre o rendimento das pessoas singulares

imposto sobre o rendimento das pessoas colectivas

România

impozitul pe venit

impozit pe profit

Slovenija

Dohodnina

Davek od dobička pravnih oseb

Slovensko

Daň z príjmov fyzických osôb

Daň z príjmov právnických osôb

Suomi/Finland

valtion tuloverot/de statliga inkomstskatterna

yhteisöjen tulovero/inkomstskatten för samfund

Sverige

statlig inkomstskatt

United Kingdom

Income Tax

Corporation Tax



ANNESS II

Regoli ta’ Funzjonament tal-Kummissjoni Konsultattiva jew tal-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim

1.Informazzjoni Ġenerali

Ismijiet tal-partijiet:

L-Istat Membru tar-residenza jew tal-istabbiliment:

L-indirizz sħiħ u d-dettalji ta’ persuna ta’ kuntatt għall-partijiet (inkluż in-numru tat-telefown u l-indirizz elettroniku):

L-ismijiet u d-dettalji tal-konsulenti tal-partijiet:

2.Kompożizzjoni tal-Kummissjoni Konsultattiva jew tal-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim

2.1.Forma:

 Kummissjoni Konsultattiva 

 Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim, jekk jogħġbok speċifika (Konċiljazzjoni, Medjazzjoni, eċċ.): _________________

Għadd ta’ Membri:

◻ President

◻ ____ Persuni indipendenti ta’ reputazzjoni (għandu jiġi indikat numru biż-żewġ)

◻ ____ Rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti (massimu ta’ 4, jiġifieri, 2 rappreżentanti ta’ kull awtorità kompetenti, li jistgħu jitnaqqsu għal 2)

2.2.Id-dettalji sħaħ u l-informazzjoni ta’ kuntatt tal-Membri (inkluż l-isem ta’ persuna ta’ kuntatt, l-indirizz postali sħiħ, l-indirizz elettroniku u n-numru tat-telefown, is-CVs u r-referenzi tal-persuni indipendenti għandhom jiġu mehmuża mar-Regoli preżenti. F'dawn ic-CVs mehmuża għandhom jiġu inklużi referenzi speċifiċi dwar l-indipendenza u l-għarfien espert):

President:

Ċittadinanza: ______________________ Post tar-residenza: _______________________

Persuna indipendenti (maħtura minn _______________):

Ċittadinanza: ______________________ Post tar-residenza: _______________________

Persuna indipendenti (maħtura minn _______________):

Ċittadinanza: ______________________ Post tar-residenza: _______________________

Awtoritajiet kompetenti (Rappreżentant maħtur għal__________)

Awtoritajiet kompetenti (Rappreżentant maħtur għal__________)

Awtoritajiet kompetenti (Rappreżentant maħtur għal__________)

Awtoritajiet kompetenti (Rappreżentant maħtur għal__________)

3.Deskrizzjoni u karatteristiċi tal-każ

Deskrizzjoni tas-suġġett:

Perjodu/i tat-taxxa:

Kategoriji tas-settur/tal-industrija:

Referenzi legali (liġijiet u trattat involuti – Prattiki internazzjonali):

Dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali (Għandha tiġi pprovduta referenza dettaljata tal-artikoli korrispondenti – id-dispożizzjonijiet sħaħ jistgħu jiġu mehmuża hawnhekk) 

Konvenzjoni kontra t-tassazzjoni doppja (Għandha tiġi pprovduta referenza dettaljata tal-artikoli korrispondenti – id-dispożizzjonijiet sħaħ jistgħu jiġu mehmuża hawnhekk)

Indika jekk:

◻ Hemmx konvenzjoni ffirmata kontra t-tassazzjoni doppja bejn iż-żewġ Stati Membri [jew aktar] (data tal-firma: _________________ )

U, jekk ma hemm fis-seħħ l-ebda konvenzjoni kontra t-tassazzjoni doppja:

◻ Mudell ta’ konvenzjoni dwar it-taxxa tal-OECD (data: _________________ )

◻ Kwalunkwe referenza oħra maqbula mill-awtoritajiet kompetenti:

Komputazzjoni stmata tat-tassazzjoni doppja kkontestata (Ammont totali u dettalji għal kull sena tat-taxxa fuq it-taxxa fi prinċipal, l-imgħax u penali, ir-rati tat-taxxa applikabbli u l-bażi tat-taxxa korrispondenti) 

Kummenti mill-kontribwent dwar l-informazzjoni msemmija hawn fuq:

([Il-kummenti jistgħu jiddaħħlu hawnhekk mill-kontribwent bħala parti mill-proċedura)

Deskrizzjoni tas-suġġett:

Perjodu tat-taxxa:

Referenzi għall-bażi legali (liġijiet u t-trattat involuti):

Komputazzjoni tat-taxxa doppja kkontestata (Ammont totali u dettalji għal kull sena tat-taxxa fuq it-taxxa fi prinċipal, l-imgħax u penali, ir-rati tat-taxxa applikabbli u l-bażi tat-taxxa korrispondenti) 

4.Termini ta’ referenza maqbula mill-Awtoritajiet Kompetenti

Deskrizzjoni tal-kwistjonijiet legali soġġetti għall-interpretazzjoni fil-każ ikkontestat dwar tassazzjoni doppja:

Deskrizzjoni taċ-ċirkustanzi fattwali li għandhom jiġu kkunsidrati u tal-kwistjonijiet fattwali li dwarhom l-awtoritajiet kompetenti jeħtieġu kjarifika u/jew interpretazzjoni mill-Kummissjoni Konsultattiva jew mill-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim:

Kwistjonijiet li għandhom jiġu indirizzati mill-Kummissjoni Konsultattiva jew mill-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim fl-Opinjoni tagħhom:

5.Perjodu ta’ żmien u kalendarju għall-proċess ta’ deċiżjoni

Data mistennija għall-Opinjoni Finali

Skedar tas-sottomissjonijiet bil-miktub mill-partijiet:

Skedar tas-sottomissjonijiet konsekuttivi jew simultanji (jekk ikun hemm):

Skedar tal-pożizzjonijiet ta’ appoġġ mill-awtoritajiet kompetenti (jekk ikun hemm):

Limiti ta’ żmien għas-sottomissjoni tal-evidenza dokumentarja maħsuba sabiex tiġi sottomessa mill-partijiet; konsegwenzi tas-sottomissjoni tard (jekk ikun hemm):

Skedar tas-sottomissjoni tal-opinjonijiet tagħhom mill-persuni indipendenti u mir-rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti rispettivament (jekk ikun hemm):

Dati skedati għas-seduti ta’ smigħ (jekk ikun hemm) u l-post tas-smigħ (jekk ikun hemm):

6.Tip ta’ proċess ta’ soluzzjoni

 Proċess ta’Opinjoni indipendenti”

◻ Proċess ta’ “L-aħħar offerta finali”

 Oħrajn, jekk jogħġbok speċifika: ______________________________________

7.Spejjeż

Dettalji dwar l-ispejjeż (natura, ammonti mistennija) li għandhom jinqasmu b’mod indaqs bejn l-Istati Membri:

Inkluż, jekk ikun hemm:

◻ Remunerazzjoni tal-persuni indipendenti _______________________

◻ Spejjeż oħra u spejjeż per diem imġarrba mill-persuni indipendenti_________

◻ Spejjeż tat-traduzzjoni ________________________________________________

◻ Spejjeż tal-interpretazzjoni ______________________________________________

◻ Spejjeż amministrattivi oħra (inklużi l-ispejjeż tas-Segretarjat) __________________________________________________________________

Informazzjoni u arranġamenti oħra dwar l-ispejjeż (għandhom jiġu speċifikati):

8.Organizzazzjoni u funzjonament

[NB: l-indikazzjonijiet b’karattri grassi f’din it-taqsima għandhom jimtlew b’mod obbligatorju]

◻ Post tal-laqgħa tal-Kummissjoni Konsultattiva jew tal-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim: __________________________

◻ Possibbiltà ta’ laqgħat barra mill-post tal-Kummissjoni Konsultattiva jew tal-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim: _____________________________________________________

◻ Servizzi amministrattivi li jistgħu jkunu meħtieġa biex il-Kummissjoni Konsulattiva jew il-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim twettaq il-funzjonijiet tagħha: ___________________________________________________________________________

◻ Lingwa ta’ ħidma komuni għall-proċedura ta’ soluzzjoni tat-tilwim: ____________________________

◻ Ħtieġa possibbli ta’ traduzzjoni tad-dokumenti (b’mod sħiħ jew parzjali): _______________________

◻ Ħtieġa possibbli ta’ interpretazzjoni tal-preżentazzjonijiet orali: ______________________________

◻ Twassil tal-komunikazzjonijiet bil-miktub bejn il-partijiet (inklużi, il-mezzi sabiex jintbagħtu d-dokumenti permezz tal-posta elettronika, komunikazzjoni orali, konferenza telefonika webex, għodod speċifiċi tal-IT, eċċ.): _________________________________________________________________________

◻ Dettalji prattiċi dwar is-sottomissjonijiet u l-evidenza bil-miktub (eż. il-metodu ta’ sottomissjoni, kopji, numerazzjoni, referenzi): ___________________________________________________________________________

Twassil tal-komunikazzjonijiet bil-miktub bejn il-partijiet (inklużi, il-mezzi sabiex jintbagħtu d-dokumenti):
___________________________________________________________________________

◻ Arranġamenti għall-iskambju ta’ sottomissjonijiet bil-miktub: ____________________________

◻ Arranġamenti għat-talbiet ta’ informazzjoni mill-Kummissjoni Konsultattiva jew mill-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim u t-tweġibiet sussegwenti mill-kontribwent u l-awtoritajiet kompetenti: ______________________________________

◻ Dettalji prattiċi dwar is-sottomissjonijiet u l-evidenza bil-miktub (eż. il-metodu ta’ sottomissjoni, kopji, numerazzjoni, referenzi): ___________________________________________________________________________

◻ Jekk parti tkunx mistennija li tipproduċi evidenza dokumentarja: __________________

◻ Esperti (it-termini u l-kundizzjonijiet tas-sottomissjoni ta’ pożizzjoni orali u bil-miktub): ___________________________________________________________________________

◻ Jekk l-affermazzjonijiet dwar l-oriġini u r-riċevuta tad-dokumenti u dwar il-korrettezza tal-fotokopji għandhomx jitqiesu bħala preċiżi: _____________________________________________

◻ Jekk l-evidenza dokumentarja voluminuża u kkumplikata għandhiex tiġi ppreżentata permezz ta’ sommarji, tabulazzjonijiet, ċarts, siltiet jew kampjuni: __________________________________

◻ Deċiżjoni dwar jekk għandhomx isiru seduti ta’ smigħ (u n-numru ta’ seduti ta’ smigħ): ______________________________

◻ Jekk għandux jinżamm perjodu wieħed ta’ seduti ta’ smigħ jew perjodi separati ta’ seduti ta’ smigħ: _________

◻ Jekk għandux ikun hemm limitu fuq l-ammont aggregat ta’ ħin li kull parti se jkollha għall-argumenti orali u biex tinterroga x-xhieda: _________________________________________

◻ L-ordni li bih il-partijiet se jippreżentaw l-argumenti u l-evidenza tagħhom: ______________

◻ Tul tas-seduti ta’ smigħ: ___________________________________________________________________________

◻ Arranġamenti għar-reġistrazzjoni tas-seduti ta’ smigħ: ______________________________________

◻ Rekwiżiti possibbli rigward il-preżentazzjoni jew l-għoti tal-pożizzjoni tagħhom mill-persuni indipendenti u mir-rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti rispettivament: ___________________________________________________________________________

◻ Rekwiżiti possibbli rigward il-preżentazzjoni jew il-ħruġ ta’ Opinjoni bil-miktub: ___________________________________________________________________________

◻ Oħrajn (għandhom jiġu speċifikati, inklużi arranġamenti proċedurali, evidenzjarji u loġistiċi oħra li jistgħu jkunu applikabbli): ___________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________

___________________________________________________________________________

9.Oħrajn

[trid timtela]:

Data:

Firma mir-rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri:

______________________________ ___________________________