Brussell, 18.10.2016

COM(2016) 662 final

2016/0325(COD)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni
fis-Sħubija għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA)
imwettqa b’mod konġunt minn bosta Stati Membri

{SWD(2016) 331 final}
{SWD(2016) 332 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Ir-raġunijiet għall-proposta u l-objettivi tagħha

B’180 miljun persuna meqjusa bħala “fqar fl-ilma”, iż-żona tal-Mediterran hija ġeneralment ikkaratterizzata minn livelli għolja ta’ stress idriku. Huwa proprju għalhekk li l-ġestjoni sostenibbli tal-provvista tal-ilma u tas-sistemi tal-ikel fiż-żona hija tant importanti.

It-tibdil fil-klima qiegħed dejjem iżjed jikkawża nuqqasijiet severi tal-ilma fiż-żona, b’impatti kbar fuq l-agrikoltura. Ħafna mill-ilma disponibbli jintuża għall-irrigazzjoni. Dan ifisser li dawn in-nuqqasijiet jirriżultaw fi prodotti tal-uċuħ dejjem jonqsu u irregolari, li jżidu l-pressjoni fuq ir-riżorsi naturali u fuq il-kapaċità tal-provvista ta’ ilma nadif u ikel affordabbli għall-abitanti tar-reġjun.

Dan min-naħa tiegħu jkollu effett negattiv fuq in-nutrizzjoni, is-saħħa, l-għajxien, l-istandards tal-għajxien u l-livelli tal-benesseri. Dan l-istress soċjali u ekonomiku huwa kawża ewlenija ta’ instabbiltà. Jikkontribwixxi wkoll għall-migrazzjoni, kemm internament, għax ħafna familji bl-irziezet jkollhom jimxu lejn l-ibliet kif ukoll esternament, għax parti mill-popolazzjoni tiġi mġiegħla temigra, b’mod partikolari lejn l-Ewropa.

Il-ġestjoni mhux sostenibbli tal-provvista tal-ilma u tas-sistemi tal-ikel fiż-żona tal-Mediterran hija r-riżultat ta' numru ta’ fatturi inkluż l-instabbiltà politika, it-tibdil fil-klima u l-popolazzjoni li qed tikber b’mod rapidu. Waħda mir-raġunijiet prinċipali għal dan hija n-nuqqas ta’ sett ta’ soluzzjonijiet innovattivi komuni li jiġu adattati għar-realtajiet tar-reġjun u li huma faċilment trasferibbli fih. Dawn is-soluzzjonijiet mhumiex qed jingħataw għaliex il-livell globali tal-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni(R&I) fil-Mediterran mhuwiex proporzjonat mad-daqs tal-isfida reġjonali. Il-livelli ta’ investiment ivarjaw ħafna wkoll minn pajjiż għal ieħor. Il-finanzjament mhuwiex ingranat lejn l-indirizzar tal-problema tal-ilma u tal-ikel u l-partijiet interessati rilevanti – pereżempju, is-settur privat – mhux dejjem ikollu kapaċitajiet b’saħħithom biżżejjed tar-R&I. Minbarra dan kollu, l-isforzi tal-kollaborazzjoni fir-R&I bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u l-pajjiżi tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran huma wisq frammentati (irregolati l-aktar minn ftehimiet bilaterali) biex ikollhom xi impatt sinifikanti.

F’dan il-kuntest u fir-rigward tal-migrazzjoni, l-inizjattiva tal-Programm Konġunt tal-PRIMA, immexxija mill-Istati Parteċipanti mill-Unjoni u min-Nofsinhar tal-Mediterran 1 , hija partikolarment importanti u rilevanti. L-inizjattiva ssegwi l-approċċ tas-Sħubija għall-Migrazzjoni l-ġdida għal kollaborazzjoni finanzjarja msaħħa mal-Istati Membri u ma’ sħab oħra. Dan juri kif il-politika ta’ riċerka tista’ ġġib magħha koordinazzjoni effettiva permezz tal-ingranaġġ tal-baġits nazzjonali u ta' tqarrib tal-pajjiżi tal-Mediterran biex jindirizzaw il-problemi komuni fit-tul.

L-objettiv strateġiku tal-programm huwa li jiżviluppa soluzzjonijiet innovattivi komuni għall-provvista tal-ilma u għas-sistemi tal-ikel li r-reġjun tal-Mediterran jeħtieġ b’mod urġenti. L-ilħuq ta’ dan l-objettiv strateġiku se jagħmel il-provvista tal-ilma u s-sistemi tal-ikel aktar effiċjenti, kosteffikaċi u sostenibbli. B’dan il-mod ir-R&I jistgħu jgħinu biex jissolvew problemi akbar fir-rigward tan-nutrizzjoni, is-saħħa u l-benesseri soċjali, u finalment jgħinu biex jiġu indirizzati x-xejriet tal-migrazzjoni tal-massa. Il-politiki tar-R&I jistgħu għalhekk jiġu ingranati sal-massimu biex jindirizzaw l-isfida tal-migrazzjoni, f’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-twaqqif ta’ Qafas ta’ Sħubija ġdid ma’ pajjiżi terzi skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, (COM(2016)385).

L-isfond istituzzjonali

Il-proċess li wassal għall-Programm Konġunt tal-PRIMA beda bil-Konferenza Ewro-Mediterranja dwar ix-Xjenza, it-Teknoloġija u l-Innovazzjoni f’Barċellona fl-2012. L-għan huwa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni Ewro-Mediterranja fir-R&I bħala parti mill-objettivi usa’ tal-politika esterna tal-Unjoni fir-rigward tal-Viċinat tan-Nofsinhar.

Bosta Presidenzi tal-Kunsill enfasizzaw il-ħtieġa li tiġi stabbilita sħubija reġjonali biex tittratta l-isfidi komuni ewlenin, inkluż id-disponibbiltà u l-ġestjoni tal-ilma, l-innovazzjoni u l-koordinazzjoni istituzzjonali. L-idea wara sħubija reġjonali hija li ssir ħidma fuq il-bażi ta’ sjieda konġunta, interess reċiproku u benefiċċju komuni f’qafas strutturat dejjiemi.

Il-Kunsill Kompetittività tal-5 ta’ Diċembru 2014 stieden lill-Kummissjoni tivvaluta jekk il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-Programm Konġunt tal-PRIMA abbażi tal-Artikolu 185 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) tkunx iġġustifikata mill-ambitu tal-objettivi u mil-livell tar-riżorsi meħtieġa. Fil-Konklużjonijiet tiegħu, il-Kunsill approva b’mod partikolari l-fokus tal-programm fuq l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet integrati, innovattivi għall-ġestjoni sostenibbli tal-provvista tal-ilma u tas-sistemi tal-ikel fiż-żona tal-Mediterran. Il-Kunsill qies din bħala prijorità, sabiex itejjeb is-saħħa, il-benesseri u l-kundizzjonijiet soċjokulturali tal-popolazzjonijiet taż-żona tal-Mediterran u jagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku.

Konsegwentement, f’Diċembru 2014 l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi taż-żona tal-Mediterran ippreżentaw proposta lill-Kummissjoni biex jipparteċipaw fil-Programm Konġunt tal-PRIMA.

Fuq il-bażi tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill Kompetittività u wara l-preżentazzjoni formali tal-proposta, il-Kummissarju għar-Riċerka, ix-Xjenza u l-Innovazzjoni, Carlos Moedas, talab lis-servizzi tal-Kummissjoni jħejju valutazzjoni tal-impatt tal-għażliet ta’ politika disponibbli, inkluża inizjattiva bbażata fuq il-bażi ġuridika tal-Artikolu 185 tat-TFUE.

Il-konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

Il-Programm Konġunt tal-PRIMA jaqbel mal-kuntest istituzzjonali li, fl-ogħla livell politiku, enfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni tal-Unjoni mal-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran fl-oqsma ewlenin tar-riżorsi tal-ilma u tas-sistemi tal-ikel u oqsma relatati.

Il-PRIMA tankra l-isfidi reġjonali ewlenin tar-R&I f’objettivi soċjoekonomiċi u ġeopolitiċi usa’. Hija maħsuba biex tikkomplementa azzjonijiet istituzzjonali rilevanti riċenti fil-politiki tal-Unjoni għajr dawk dwar ir-R&I. Dawn huma elenkati hawn taħt.

a)    Diplomazija fil-qasam tal-ilma (Konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tat-22 ta’ Lulju 2013)

L-effetti tat-tibdil fil-klima u l-iżvilupp demografiku u ekonomiku, flimkien mal-istress fuq il-kwalità, id-disponibbiltà u l-ġestjoni tal-ilma huma sfidi ewlenin għas-sigurtà li aktarx iwasslu għal tensjoni u kunflitti dwar l-aċċess għall-ilma. F’dan il-kuntest, l-Unjoni għandha rwol importanti fl-appoġġ tad-diplomazija fil-qasam tal-ilma madwar id-dinja u f’ilmijiet transfruntieri fl-Ewropa – inkluż bil-promozzjoni ta’ inizjattivi dwar l-ilma ma’ pajjiżi fil-viċinat tal-UE u pajjiżi oħra identifikati fl-eżerċizzju tal-UE tal-immappjar tas-sigurtà tal-ilma.

b)    Reviżjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) (Konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-14 ta’ Diċembru 2015)

Il-Kunsill laqa’ r-Reviżjoni tal-PEV bħala prijorità politika ewlenija għall-Unjoni fis-snin li ġejjin. Dan jinkludi r-rwol kruċjali tar-R&I għall-iżvilupp soċjoekonomiku fil-viċinat u jgħin lill-pajjiżi tal-viċinat jimmodernizzaw u jiddiversifikaw l-ekonomiji tagħhom billi jiffaċilita l-parteċipazzjoni tagħhom f’inizjattivi tal-UE.

c)    Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (Konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tas-26 ta’ Mejju 2015)

Qed issir referenza għall-impenn tal-Orizzont 2020 li jappoġġja l-iżvilupp sostenibbli, kemm fl-Unjoni kif ukoll ma’ sħab internazzjonali, kif ukoll għall-ħtieġa li titrawwem ix-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni bħala parti mill-approċċ globali ta’ wara l-2015 biex jinqered il-faqar u jiġi promoss l-iżvilupp sostenibbli.

d)    Migrazzjoni (Konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tat-12 ta’ Ottubru 2015 u s-17-18 ta’ Marzu 2016)

Dawn il-Konklużjonijiet tal-Kunsill jirrikonoxxu li l-kriżi tal-migrazzjoni fil-viċinat tal-UE u lil hinn hija ggravata mill-faqar, mill-iżvilupp soċjoekonomiku fqir u mill-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, u jitolbu għal politika tal-UE b’saħħitha dwar il-migrazzjoni esterna u l-ażil. Il-Kunsill ġedded ukoll l-impenn tiegħu li jimmobilizza l-istrumenti u l-politiki kollha biex jindirizzaw il-kawżi ewlenin tal-flussi migratorji, prinċipalment il-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi fqar u t-tibdil fil-klima.

e)    Diplomazija Ewropea dwar il-klima wara l-COP21 (Konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-15 ta’ Frar 2016)

Fil-kuntest globali tad-diplomazija dwar il-klima, il-Kunsill jirreferi għall-iżvilupp ta’ pjan ta’ azzjoni għad-diplomazija dwar il-klima, inklużi miżuri ta’ sforzi li jiffokaw fuq in-nexus tat-tibdil fil-klima, ir-riżorsi naturali (inkluż l-ilma), il-prosperità, l-istabbiltà u l-migrazzjoni.

Il-konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

L-objettivi huma konformi mad-definizzjoni tal-problema u jkopru l-isfidi relatati tar-R&I, biex jiżguraw l-interazzjoni mal-politiki Ewropej, Mediterranji u globali. B’mod partikolari, il-PRIMA hija konsistenti mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-twaqqif ta’ Qafas ta’ Sħubija ġdid ma’ pajjiżi terzi skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, (COM(2016)385). Din tiffoka fuq l-indirizzar tal-għeruq tal-migrazzjoni u ċ-ċaqliq sfurzat permezz tal-“politiki kollha tal-UE, inkluża l-edukazzjoni, ir-riċerka, il-bidla fil-klima, l-enerġija, l-ambjent, l-agrikoltura”. Tippromwovi wkoll mudelli ġodda ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp li jinvolvu s-settur privat, mekkaniżmi ta’ finanzjament innovattivi u investimenti fl-SMEs u f’infrastrutturi sostenibbli.

L-Orizzont 2020 diġà identifika “Azzjoni klimatika, ambjent, effiċjenza tar-riżorsi u l-materja prima” u “Sigurtà tal-ikel, agrikoltura u foresterija sostenibbli, riċerka tal-baħar, marittima u tal-ilmijiet interni, u l-bijoekonomija” bħala tnejn mill-isfidi tas-soċjetà ta’ prijorità li jridu jiġu indirizzati bl-appoġġ għall-investimenti fir-R&I. Tirrikonoxxi wkoll li l-attivitajiet tar-R&I mmirati biex jindirizzaw dawn l-isfidi għandhom jitwettqu fil-livell tal-UE u lil hinn, minħabba n-natura transnazzjonali u globali tal-klima u l-ambjent, l-iskala u l-kumplessità tagħhom u l-aspett internazzjonali tal-katina tal-provvista tal-ikel u agrikola.

L-objettivi tar-R&I relatati mal-provvista tal-ilma u mas-sistemi tal-ikel fiż-żona tal-Mediterran jidhru li huma konsistenti ma’ u rilevanti għal dawn l-inizjattivi li ġejjin.

   L-Aġenda għall-Iżvilupp Wara l-2015 u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli.

   Il-Proċess ta’ Barċellona mniedi f’Novembru 1995 fuq l-inizjattiva tal-Ministri Barranin Ewro-Mediterranji u l-Komunikazzjoni relatata Il-Proċess ta’ Barċellona: Unjoni għall-Mediterran (COM(2008)319), li stabbiliet sħubija multilaterali, li tiffoka fuq proġetti reġjonali u transnazzjonali.

   Il-Komunikazzjoni Intejbu u niffukaw il-kooperazzjoni internazzjonali tal-UE fir-riċerka u l-innovazzjoni: Approċċ strateġiku (COM(2012)497), li tistabbilixxi fokus fuq it-trawwim tal-integrazzjoni fi – jew f'konformità ma’ – iż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER) għall-viċinat.

2.IL-BAŻI ĠURIDIKA, IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ

Il-bażi ġuridika

Il-proposta għall-Programm tal-PRIMA hija bbażata fuq l-Artikolu 185 tat-TFUE. Dan l-istrument jippermetti lill-UE, fl-implimentazzjoni tal-programm qafas pluriennali, li tagħmel dispożizzjoni għall-parteċipazzjoni fi programmi tar-riċerka u l-iżvilupp imħaddma minn bosta Stati Membri, bi ftehim mal-Istati Membri kkonċernati, inkluża parteċipazzjoni fl-istrutturi maħluqa għat-twettiq ta’ dawk il-programmi.

Is-sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-PRIMA huwa programm konġunt ibbażat fuq u magħmul minn programmi nazzjonali mħaddma u attivitajiet imwettqa mill-Istati Membri parteċipanti u l-Pajjiżi Assoċjati, bl-appoġġ u l-parteċipazzjoni tal-UE.

Il-proposta tal-Kummissjoni għall-Orizzont 2020 tagħmel dispożizzjoni għall-parteċipazzjoni tal-UE fil-PRIMA skont l-Artikolu 185 tat-TFUE. Huwa l-istrument xieraq għall-UE biex tappoġġja l-inizjattiva għaliex jippermetti kemm il-koordinazzjoni tal-programmi ta’ riċerka nazzjonali kif ukoll il-parteċipazzjoni tal-UE fil-programm konġunt.

Il-programmi nazzjonali, bilaterali u transnazzjonali li ntużaw sa issa biex itejbu r-R&I fil-provvista tal-ilma u fis-sistemi tal-ikel ma kinux biżżejjed biex jindirizzaw kwistjonijiet transkonfinali u jattiraw investimenti pubbliċi u privati.

Barra minn dan, l-isfidi tal-provvista tal-ilma u tas-sistemi tal-ikel fiż-żona Mediterranja huma kumplessi, interrelatati, transnazzjonali u multisettorjali. Dawn jeħtieġu riċerka transdixxiplinarja u soluzzjonijiet integrati li jinkludu l-innovazzjoni. Fatturi oħra, bħall-imġiba soċjali ta’ komunitajiet rurali, ir-restrizzjonijiet ekonomiċi, jew l-istabbiltà tal-oqfsa legali u istituzzjonali, jistgħu jwasslu wkoll għall-adozzjoni tal-miżuri l-aktar xierqa. Pajjiż wieħed waħdu jkun diffiċli għalih li jlaħħaq ma’ din il-kumplessità.

L-esperjenza ta’ inizjattivi simili tal-Artikolu 185 turi li azzjoni fil-livell tal-Unjoni tista’ tipproduċi programm integrat u kkoordinat tajjeb billi:

a)    Tikseb l-iskala u l-kamp ta' applikazzjoni meħtieġa u jkollha l-massa kritika ta’ riżorsi

b)    Tistimola l-effetti ta’ ingranaġġ u jkollha impatti fuq il-politiki esterni tal-UE u l-implikazzjonijiet tagħhom u għall-migrazzjoni

c)    Tikkontribwixxi għal kooperazzjoni globali u għall-Viċinat Ewropew tan-Nofsinhar

Il-proporzjonalità

Il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet tagħha. Il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-PRIMA se sseħħ fil-limiti tal-kompetenza prevista skont it-TFUE u se tiffaċilita u tappoġġja biss, inkluż finanzjarjament, it-twettiq tal-objettivi tal-PRIMA mill-istati parteċipanti. L-istati parteċipanti se jkollhom jaħdmu flimkien biex jikkoordinaw, jallinjaw u jintegraw aħjar il-programmi jew l-attivitajiet nazzjonali rilevanti, u finalment jiżviluppaw aġenda strateġika tar-riċerka komuni fit-tul.

Jekk jogħġbok irreferi wkoll għar-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt, it-taqsima 6.5.

L-għażla tal-istrument

Il-konklużjonijiet tal-attivitajiet ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati u tal-analiżi u t-tqabbil tal-alternattivi fil-valutazzjoni tal-impatt urew li l-Artikolu 185 tat-TFUE huwa l-aktar mod xieraq biex jintlaħqu l-objettivi tal-PRIMA. L-Artikolu 185 tat-TFUE huwa wkoll l-għażla tal-Istati parteċipanti.

L-inizjattiva tal-Artikolu 185 tat-TFUE hija l-aktar mod ta’ intervent effiċjenti u effettiv biex jinkisbu l-objettivi strateġiċi u speċifiċi tal-PRIMA. L-inizjattiva tal-Artikolu 185 tat-TFUE aktarx li jkollha l-ogħla effett globali ta’ ingranaġġ meta mqabbla ma’ strumenti oħra b’mod stabbli, fit-tul u integrat.

L-inizjattiva tal-Artikolu 185 tat-TFUE tkompli tippermetti l-iżvilupp ta’ relazzjoni aktar ugwali mal-pajjiżi tal-viċinat. L-Unjoni u l-pajjiżi kkonċernati se jiddeterminaw flimkien il-prijoritajiet reċiproċi tagħhom, billi jidħlu f’fażi ġdida ta’ kooperazzjoni, f’konformità mal-prijoritajiet tal-Politika Ewropea tal-Viċinat.

3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati

Ġew organizzati żewġ attivitajiet ta’ konsultazzjoni prinċipali bħala parti mill-valutazzjoni tal-impatt tal-PRIMA:

   konsultazzjoni pubblika online għal 12-il ġimgħa, mill-1 ta’ Frar sal-24 ta’ April 2016;

   avveniment għall-partijiet interessati li sar f’Malta fis-17 ta’ Marzu 2016.

Partijiet interessati differenti Ewropej u min-Nofsinhar tal-Mediterran mir-riċerka, l-akkademja, l-industrija u s-soċjetà ċivili taw l-opinjonijiet tagħhom. It-tħejjija tal-proposta qieset bis-sħiħ il-ħafna kontribuzzjonijiet u inputs li rċeviet.

Il-partijiet interessati kkonsultati kienu fil-biċċa l-kbira favur għażla tal-Artikolu 185.

Il-ġbir u l-użu tal-għarfien espert

Grupp ta’ esperti esterni (il-Grupp ta’ Esperti tal-PRIMA) mill-Istati Membri Mediterranji u mhux Mediterranji u minn pajjiżi terzi, ġie stabbilit biex jappoġġja l-eżerċizzju tal-valutazzjoni tal-impatt. Is-sejbiet tal-Grupp ġew imqabbla ma’ sejbiet minn sorsi oħra (pereżempju reviżjoni tal-letteratura mwettqa mis-servizzi tal-Kummissjoni, ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika online) u meqjusa fil-valutazzjoni tal-impatt.

Il-valutazzjoni tal-impatt

Ġew identifikati għażliet ta’ politika possibbli differenti matul il-valutazzjoni tal-impatt, li jvarjaw f’termini tal-kamp ta' applikazzjoni, il-kopertura ġeografika u t-tip ta’ strument użat. Dawn l-għażliet kollha ġew skrinjati bl-użu tal-Għodda #14 tal-Istrumenti għal Regolamentazzjoni Aħjar. Fuq dik il-bażi, inżammu l-għażliet ta’ politika li ġejjin.

L-għażla 0: L-ebda tibdil fil-politika - Xenarju bażi - L-Orizzont 2020 se jkompli jipprovdi appoġġ għal kwistjonijiet dwar l-ilma u l-ikel b’mod ġenerali u fuq bażi ad hoc. Aktarx li mhux ser jitniedu inizjattivi speċifiċi mmirati lejn l-integrazzjoni tas-sistemi tar-R&I Mediterranji. L-azzjonijiet individwali tipikament idumu tlieta sa erba’ snin, b’impatt limitat.

L-għażla 1: Azzjoni tal-ERA-NET Cofund – L-attività prinċipali taħt l-Orizzont 2020 hija l-implimentazzjoni ta’ sejħa konġunta għal proposti unika kkofinanzjata għal kull azzjoni, li tirriżulta fil-finanzjament ta’ riċerka transnazzjonali u/jew proġetti ta’ innovazzjoni. L-azzjonijiet individwali tipikament idumu ħames snin. Din l-għażla tkun tikkonsisti f’sensiela ta’ azzjonijiet tal-ERA-NET Cofund, limitati għall-bqija tal-Orizzont 2020. Ma tkunx tippermetti l-indirizzar b’mod sostanzjali tad-dimensjoni tal-innovazzjoni, għaliex il-programmi nazzjonali li jikkollaboraw u jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom jiffokaw l-aktar fuq l-attivitajiet ta’ riċerka tal-organizzazzjonijiet tar-riċerka pubblika. L-Għażla 1 mhix mistennija li tintegra l-programmi ta’ finanzjament nazzjonali f’aġenda strateġika ta’ riċerka komuni.

L-għażla 2: Il-Programm Konġunt tal-PRIMA bbażat fuq l-Artikolu 185 tat-TFUE – Dan jippermetti lill-UE tagħmel dispożizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tagħha fil-programmi ta’ riċerka u żvilupp imħaddma minn bosta Stati Membri, inkluża l-parteċipazzjoni tagħha fl-istrutturi maħluqa għall-implimentazzjoni ta’ dawk il-programmi. L-Artikolu 26 tar-Regolament tal-Programm Qafas Orizzont 2020 jispeċifika l-kundizzjonijiet u l-kriterji għall-identifikazzjoni u l-proposta ta’ inizjattiva skont l-Artikolu 185 tat-TFUE.

Fost kriterji oħra, il-Kummissjoni tista’ tipproponi biss inizjattivi tal-Artikolu 185 jekk ikun hemm il-ħtieġa għal struttura speċifika ta’ implimentazzjoni u l-Istati parteċipanti jkunu esprimew livell għoli ta’ impenn għal integrazzjoni aktar mill-qrib fuq livell xjentifiku, ta’ ġestjoni u finanzjarju. Din l-għażla tinvolvi t-tfassil ta’ aġenda strateġika ta’ riċerka komprensiva u l-implimentazzjoni sħiħa tagħha permezz ta’ sejħiet għal proposti transnazzjonali multipli, imwettqa minn bosta Stati Parteċipanti u implimentata permezz ta’ struttura speċifika ta’ implimentazzjoni (minn hawn ’il quddiem magħrufa bħala korp tal-finanzjament tad-DIS). Dan huwa tipikament impenn fit-tul (għaxar snin). L-Unjoni tipprovdi appoġġ finanzjarju billi tqabbel l-investimenti nazzjonali. Din l-għażla hija l-aħjar waħda biex jintlaħqu l-objettivi speċifiċi u ġenerali u jiġu implimentati numru ta’ piloti u dimostraturi f’oqsma strateġikament importanti relatati mal-provvista tal-ilma u s-sistemi tal-ikel. Din tqis bis-sħiħ it-tagħlimiet kollha miksuba – fir-rigward tal-ġestjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, il-kisba ta’ impatti, eċċ. – mill-implimentazzjoni ta’ inizjattivi tal-Artikolu 185 li saru u li għadhom għaddejjin. Hija mfassla wkoll biex tiżgura ġestjoni finanzjarja soda u tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz ta’ kontrolli ex-ante adegwati, rapportar finanzjarju u verifika ex-post. 

Billi jitqiesu l-impatti probabbli tagħhom, dawn l-għażliet ġew imqabbla ma’ xulxin bl-użu ta’ xenarju bażi bħala l-punt ta’ referenza u bl-applikazzjoni tal-kriterji li ġejjin.

effikaċja: l-għażliet proposti għandhom itejbu l-qafas tar-R&I fiż-żona tal-Mediterran fl-oqsma tal-provvista tal-ilma u tas-sistemi tal-ikel.

effiċjenza: l-għażliet proposti għandhom jiksbu l-impatti bl-akbar proporzjon bejn il-kostijiet u l-benefiċċji.

konsistenza ma’ politiki oħrajn: l-għażliet proposti għandhom ikunu konsistenti ma’ politiki u programmi oħra tal-UE u nazzjonali tar-R&I u ma’ politiki ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni internazzjonali.

L-inizjattivi tal-Artikolu 185 tat-TFUE preċedenti u li għadhom għaddejjin juru li din l-inizjattiva aktarx li jkollha effett ta’ ingranaġġ għoli fuq il-fondi pubbliċi nazzjonali b’mod stabbli, fit-tul u integrat, li jgħin biex:

jitwassal l-effett ta’ strutturar mixtieq fuq il-politiki u l-programmi nazzjonali tar-R&I u biex jiġu integrati;

jippermetti l-formulazzjoni ta’ aġendi strateġiċi ta’ riċerka komuni, stabbli u fit-tul bl-iskala u l-kamp ta' applikazzjoni adegwati tal-azzjonijiet;

jappoġġja l-allinjament ta’ programmi nazzjonali tar-R&I;

jippermetti l-involviment ta’ pajjiżi sħab fuq l-istess livell;

jippermetti l-involviment strutturali ta’ tipi differenti ta’ partijiet interessati, kemm pubbliċi kif ukoll privati, li jġibu flimkien u jużaw l-għarfien u r-riżorsi finanzjarji rispettivi tagħhom;

isaħħaħ il-kapaċitajiet tar-R&I b’mod dejjiemi.

Drittijiet fundamentali

L-inizjattiva hija konsistenti mal-Artikolu 37 dwar il-Protezzjoni ambjentali tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE: “Livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent u t-titjib fil-kwalità tal-ambjent għandhom jiġu integrati fil-politika tal-Unjoni u għandhom jiġu żgurati skont il-prinċipju tal-iżvilupp sostenibbli”.

4.L-IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Id-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva li takkompanja din id-deċiżjoni tistabbilixxi l-implikazzjonijiet baġitarji indikattivi. Il-kontribuzzjoni tal-UE għandha tkun sa EUR 200 miljun inkluża l-kontribuzzjoni tal-EFTA. Il-prezzijiet tal-pakkett huma dawkattwali. Il-kontribuzzjoni tal-UE għandha tkun magħmula bħala parti mill-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni.

Mid-DĠ Agrikoltura u Żvilupp Rurali:

Sfida tas-Soċjetà 2 “Riċerka u innovazzjoni relatati mal-agrikoltura – Assigurazzjoni ta’ biżżejjed provvisti ta’ ikel sikur u ta’ kwalità għolja”.

Mid-DĠ R&I:

Sfida tas-Soċjetà 2 “Sigurtà tal-Ikel, Agrikoltura u Foresterija Sostenibbli, Riċerka tal-Baħar, Marittima u tal-Ilmijiet Interni, u l-Bijoekonomija”;

Sfida tas-Soċjetà 5 “Azzjoni Klimatika, Ambjent, Effiċjenza tar-Riżorsi u Materja Prima”;

Tmexxija industrijali.

L-ammont massimu tal-kontribuzzjoni tal-UE għall-kostijiet amministrattivi huwa sa 5%. Dan jikkorrispondi għal EUR 10 miljuni.

Il-kontribuzzjoni tal-UE se tiġi ġestita mill-Istruttura ta’ Implimentazzjoni tal-Prima PRIMA-IS (ġestjoni indiretta tal-fondi tal-UE). Qabel id-delega tal-ġestjoni u tat-trasferiment tal-fondi, il-PRIMA-IS se tkun soġġetta għal valutazzjoni ex-ante skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju, sabiex tiġi vvalutata l-kapaċità tagħha li timplimenta l-programm, inkluż li tirċievi, talloka u timmonitorja l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE fil-qafas tal-ġestjoni indiretta tal-baġit tal-UE.

Id-dispożizzjoni tad-Deċiżjoni u tal-ftehim ta’ delega li jrid jiġi konkluż bejn il-Kummissjoni u l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni jiżguraw li jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-UE. Ir-riskju tan-nuqqas ta’ rkupru huwa kopert mill-garanziji finanzjarji li l-Istati Parteċipanti se jkollhom jipprovdu fi żmien xieraq u l-aktar tard qabel l-iffirmar tal-ftehim ta’ delega.

L-Istati Parteċipanti u l-UE jagħmlu impenji bil-quddiem biex jikkontribwixxu għall-PRIMA. L-impenn tal-UE ta’ EUR 200 miljun mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali se jintuża prinċipalment biex jiffinanzja l-azzjonijiet indiretti li jirriżultaw minn sejħiet imnedija mill-PRIMA-IS. Dan se jkopri sensiela ta’ seba’ Pjanijiet ta’ Ħidma Annwali (2018 – 2024), bl-aħħar impenn mill-Kummissjoni li se jsir fl-2020 u li se jintuża għall-finanzjament ta’ proġetti li jirriżultaw mis-sejħiet fis-snin 2020 – 2024. L-Istati Parteċipanti se jiddeskrivu fil-Pjan ta’ Ħidma Annwali l-attivitajiet tagħhom iffinanzjati minn programmi nazzjonali u mill-baġits rispettivi allokati għal dawn l-attivitajiet. L-Istati Parteċipanti kienu diġà ġew mgħarrfa bil-bżonn li jipprovdu impenji sostanzjali fl-ewwel snin tal-implimentazzjoni tal-programm u biex jiffinanzjaw l-inizjattiva minn qabel biex jinħoloq bilanċ mal-pagament bil-quddiem li sar mill-baġit tal-Unjoni.

Il-kontribuzzjoni tal-UE għal kull Pjan ta’ Ħidma Annwali mhux se teċċedi l-impenn tal-Istati Parteċipanti għalih. Dan jiżgura li mill-inqas ikun hemm bilanċ b’kontribuzzjonijiet li jaqblu ta’ finanzjament tal-UE u tal-Istati Parteċipanti. Dan jippermetti mekkaniżmu li jnaqqas l-impenn tal-UE jekk l-Istati Parteċipanti jonqsu milli jimpenjaw kif mistenni.

Barra minn hekk, il-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-impenji tal-Istati Parteċipanti mwettqa permezz tal-ewwel żewġ pjani ta’ ħidma annwali ġiet prevista fil-proposta leġiżlattiva bħala kundizzjoni għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE. Wara din l-evalwazzjoni, il-kontribuzzjoni massima tal-UE tista’ tiġi riveduta skont is-salvagwardji applikabbli rigward it-terminazzjoni, it-tnaqqis jew is-sospensjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE, li jistabbilixxu li “Jekk l-Istati Parteċipanti ma jikkontribwixxux, jikkontribwixxu parzjalment jew tard għall-finanzjament tal-PRIMA l-Kummissjoni tista’ tittermina, proporzjonalment tnaqqas jew tissospendi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, billi tqis l-ammont ta’ finanzjament allokat mill-Istati Parteċipanti għall-implimentazzjoni tal-PRIMA."

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ Ħidma Annwali, arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

Il-Pjanijiet ta’ Ħidma Annwali (AWP) tal-PRIMA se jiżguraw il-konsistenza u l-koordinazzjoni bejn l-attivitajiet kollha u l-orjentazzjoni tagħhom lejn l-ilħuq tal-objettivi operattivi, speċifiċi u ġenerali tal-PRIMA. L-AWP, li huwa soġġett għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni se jinkludi:

- Sejħiet għal proposti transnazzjonali li għandhom jiġu ffinanzjati mill-PRIMA-IS bil-kontribuzzjoni tal-UE, skont ir-Regoli għall-Parteċipazzjoni tal-Orizzont 2020;

- Attivitajiet iffinanzjati biss mill-Istati Parteċipanti, u jgħoddu għat-tqabbil mal-kontribuzzjoni tal-Unjoni taħt ċerti kundizzjonijiet. B’mod partikolari, dawn l-attivitajiet se jiġu inklużi fl-AWP wara evalwazzjoni esterna pożittiva minn evalwazzjoni internazzjonali bejn il-pari fir-rigward tal-objettivi tal-Programm Konġunt tal-PRIMA. Dawn se jiġu implimentati f’konformità ma’ prinċipji komuni, li għandhom jiġu miftiehma mill-Istati Parteċipanti u l-Kummissjoni. Dawn l-attivitajiet se jinkludu sejħiet bejn il-programmi tal-Istati Parteċipanti għal proġetti transnazzjonali, organizzati mill-PRIMA-IS (inklużi evalwazzjonijiet tal-proposti). L-attivitajiet għandhom dejjem aktar jindirizzaw ukoll il-Livelli ta' Tlestija Teknoloġika ogħla hekk kif definiti fl-Annessi Ġenerali tal-Programmi ta' Ħidma ta' Orizzont 2020 2

Ir-rappurtar annwali tal-PRIMA-IS se jkopri ż-żewġ aspetti. Dan jippermetti monitoraġġ mill-qrib mis-servizzi tal-Kummissjoni u jiffaċilita t-teħid ta’ miżuri korrettivi, jekk meħtieġ, b’mod partikolari bit-tnaqqis tal-impenji tal-UE għal Pjanijiet ta’ Ħidma Annwali individwali jekk l-implimentazzjoni tal-attivitajiet mill-Istati Parteċipanti ma żżommx il-livell meħtieġ ta’ impenn biex taqbel ma’ dak tal-UE.

Id-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni adotta arranġamenti ta’ superviżjoni standard għall-inizjattivi tal-Artikolu 185 tat-TFUE. Dawn l-arranġamenti se japplikaw ukoll għall-Programm Konġunt tal-PRIMA. L-effikaċja tagħhom għandha tiġi evalwata kemm fil-livell tal-programm (bil-fokus fuq jekk l-objettivi globali ntlaħqux) kif ukoll fuq livell nazzjonali (bil-fokus fuq l-għanijiet ta’ pajjiżi individwali).

Ir-responsabbiltajiet tas-servizzi tal-Kummissjoni u dawk tal-PRIMA-IS u tal-Istati Parteċipanti fir-rigward tal-monitoraġġ u l-mekkaniżmi tal-verifika huma differenzjati b’mod ċar fl-att bażiku. Se jiġu żviluppati aktar fil-ftehim ta’ delega bejn il-Kummissjoni u l-PRIMA-IS.

Hija prevista evalwazzjoni indipendenti interim kif ukoll finali.

Il-Kummissjoni se tiżgura wkoll li l-azzjonijiet kollha meħuda u appoġġjati bħala parti mill-inizjattiva jirrispettaw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.

Derogi mir-Regoli għall-Parteċipazzjoni ta’ Orizzont 2020

L-inizjattiva tal-PRIMA bbażata fuq l-Artikolu 185 fil-fatt teħtieġ derogi limitati biss mir-Regoli għall-Parteċipazzjoni ta’ Orizzont 2020. Biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ewlenija bbilanċjata f’azzjonijiet indiretti f’konfigurazzjoni bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar, bħala deroga mill-punt (b) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013, in-numru minimu ta’ parteċipanti għandu jkun tliet entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi tliet Stati Parteċipanti differenti, b’wieħed minnhom ikun stabbilit fi Stat Membru jew f’pajjiż assoċjat mal-Orizzont 2020 u wieħed f’pajjiż terz, assoċjat jew le mal-Orizzont 2020. Id-Deroga mill-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013 hija meħtieġa biex tiżgura li l-kundizzjonijiet minimi ta’ eliġibbiltà għall-parteċipazzjoni f’azzjonijiet indiretti b’kundizzjoni minima tal-parteċipazzjoni ta’ entità ġuridika waħda ma jkunux diskriminatorji għall-entitajiet stabbiliti f’pajjiżi terzi li jipparteċipaw fil-PRIMA bħala Stati Parteċipanti. Din tkun tapplika biss fil-każ eċċezzjonali meta s-sejħiet għall-proposti fil-pjan ta' ħidma annwali jkunu jinkludu azzjonijiet monobenefiċjarji, u soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni. Id-Derogi mill-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013 huma meħtieġa biex titwessa’ l-kooperazzjoni permezz ta’ sejħiet konġunti mnedija mill-Istruttura ta’ Implimentazzjoni tal-PRIMA ma’ entitajiet ġuridiċi għajr pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

2016/0325 (COD)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni
fis-Sħubija għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA)

imwettqa b’mod konġunt minn bosta Stati Membri

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 185 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 188 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 3 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-3 ta’ Marzu 2010 bl-isem “Ewropa 2020 Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” il-Kummissjoni saħqet dwar il-bżonn li jiġu żviluppati kundizzjonijiet favorevoli għall-investiment fl-għarfien u fl-innovazzjoni biex fl-Unjoni jinħoloq tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv. Kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill approvaw dik l-istrateġija.

(2)Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 4 stabbilixxa Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) (“Orizzont 2020”). L-Orizzont 2020 għandu l-għan li jikseb impatt akbar fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni billi jikkontribwixxi għat-tisħiħ tas-sħubijiet pubbliċi-pubbliċi, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni tal-Unjoni fi programmi mwettqa minn bosta Stati Membri.

(3)Is-sħubiji pubbliċi-pubbliċi għandu jkollhom l-għan li jiżviluppaw sinerġiji aktar mill-qrib, iżidu l-koordinazzjoni u jevitaw id-duplikazzjoni mhux meħtieġa mal-programmi ta’ riċerka internazzjonali, nazzjonali, reġjonali u dawk tal-Unjoni, u għandhom josservaw għalkollox il-prinċipji ġenerali ta’ Orizzont 2020, b’mod partikolari dawk li jirrigwardaw attitudni miftuħa u t-trasparenza.

(4)Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 identifika “
Azzjoni klimatika, ambjent, effiċjenza tar-riżorsi u l-materja prima” u “Sigurtà tal-ikel, agrikoltura u foresterija sostenibbli, riċerka tal-baħar, marittima u tal-ilmijiet interni, u l-bijoekonomija” bħala tnejn mill-isfidi tas-soċjetà ta’ prijorità li jridu jiġu indirizzati bl-appoġġ għall-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 jirrikonoxxi li l-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni għal dawn l-isfidi għandhom jitwettqu fil-livell tal-Unjoni u lil hinn, minħabba n-natura transnazzjonali u globali tal-klima u l-ambjent, l-iskala u l-kumplessità tagħhom, u d-dimensjoni internazzjonali tal-katina alimentari u tal-provvista agrikola.

(5)Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 jirrikonoxxi li l-kooperazzjoni internazzjonali ma’ pajjiżi terzi hija meħtieġa biex tindirizza sfidi komuni b’mod effettiv. Il-kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka u fl-innovazzjoni hija aspett ewlieni tal-impenji globali tal-Unjoni u għandha rwol importanti x’taqdi fis-sħubija tal-Unjoni mal-pajjiżi tal-viċinat. Din il-kooperazzjoni ssegwi l-approċċ meħud fil-politika Ewropea tal-viċinat biex tiddifferenzja l-livell ta’ kooperazzjoni ma’ kull pajjiż fil-viċinat abbażi tal-impenn tagħhom lejn l-Unjoni.

(6)Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-7 ta’ Ġunju 2016 dwar it-twaqqif ta’ Qafas ta’ Sħubija ġdid ma’ pajjiżi terzi skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa li tistieden il-politiki kollha, inkluż dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni, jindirizzaw il-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni permezz ta’ mudell ġdid ta’ kooperazzjoni li jinvolvi lill-investituri privati, l-ingranaġġ ta' riżorsi tal-baġit limitati, u li jiffoka fuq l-SMEs u l-infrastruttura sostenibbli.

(7)Fit-23 ta’ Diċembru 2014, grupp ta’ 19-il pajjiż miż-Żona Mediterranja ppreżentaw lill-Kummissjoni bi proposta għal inizjattiva ta’ Programm Konġunt “Sħubija għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran” (PRIMA). Fost dawn il-pajjiżi, 14-il pajjiż qablu li b’mod konġunt iwettqu l-inizjattiva PRIMA billi jimpenjaw kontribuzzjonijiet finanzjarji: Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, Franza, il-Greċja, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, il-Portugall u Spanja, Stati Membri tal-Unjoni; Iżrael u t-Tuneżija, pajjiżi terzi assoċjati mal-Orizzont 2020; l-Eġittu, il-Libanu u l-Marokk, pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Orizzont 2020.

(8)Il-PRIMA għandha l-għan li timplimenta programm konġunt għall-iżvilupp u l-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi u integrati għal titjib fl-effiċjenza, is-sikurezza, is-sigurtà u s-sostenibbiltà tal-produzzjoni tal-ikel u l-provvista tal-ilma fiż-żona Mediterranja. Il-PRIMA għandha tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli maqbula reċentement u għall-Istrateġija Ewropea għal Żvilupp Sostenibbli li ġejja.

(9)Biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni fil-PRIMA tal-pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Orizzont 2020 , jiġifieri l-Eġittu, il-Libanu u l-Marokk, il-ftehimiet internazzjonali bejn l-Unjoni u dawn il-pajjiżi terzi għandhom ikunu meħtieġa sabiex ir-reġim legali stabbilit minn din id-Deċiżjoni jiġi estiż għalihom ukoll.

(10)F’konformità mal-objettivi tal-Orizzont 2020, kwalunkwe Stat Membru ieħor u pajjiż terz assoċjat mal-Orizzont 2020 għandu jkun intitolat jipparteċipa fil-PRIMA jekk jimpenja ruħu li jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-PRIMA.

(11)Sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi tal-PRIMA, il-parteċipazzjoni ta’ kwalunkwe pajjiż terz ieħor mhux assoċjat mal-Orizzont 2020, b’mod partikolari l-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran, għandha tkun possibbli jekk il-pajjiż terz jimpenja ruħu li jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-PRIMA u jekk il-PRIMA-IS tapprova l-parteċipazzjoni tiegħu. Il-parteċipazzjoni tiegħu għandha tkun prevista wkoll mill-ftehim internazzjonali rilevanti bejn dan il-pajjiż terz u l-Unjoni.

(12)Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni konġunta tal-PRIMA, għandha tiġi stabbilita struttura ta’ implimentazzjoni (“PRIMA-IS”). Il-PRIMA-IS għandha tkun ir-riċevitur tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni u għandha tiżgura l-implimentazzjoni effiċjenti tal-PRIMA.

(13)Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun soġġetta għal impenji formali mill-Istati Parteċipanti biex tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-PRIMA u għat-twettiq sħiħ ta’ dawk l-impenji skont it-termini ta’ din id-Deċiżjoni. Għandha tingħata flessibbiltà lill-Istati Parteċipanti biex b’mod fakultattiv jikkontribwixxu finanzjarjament għall-PRIMA-IS fid-dawl tal-finanzjament ta’ azzjonijiet indiretti, biex b’hekk jinkiseb grad għoli ta’ integrazzjoni finanzjarja. Barra minn hekk, l-Istati Parteċipanti għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament jew in natura għall-attivitajiet implimentati mingħajr il-kontribuzzjoni tal-Unjoni. Il-perjodu li matulu l-Istati Parteċipanti għandhom jipprovdu l-kontribuzzjoni tagħhom għandu jiġi definit b’mod ċar.

(14)Għandu jiġi stabbilit limitu għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni fil-PRIMA b'finanzjament mill-Orizzont 2020. F’dan il-limitu, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tkun daqs il-kontribuzzjoni tal-Istati Parteċipanti fil-PRIMA ħalli jintlaħaq effett qawwi ta’ ingranaġġ u tkun żgurata integrazzjoni aktar b’saħħitha tal-programmi tal-Istati Parteċipanti. Għandu jkun possibbli li tintuża parti limitata mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni biex tkopri l-kostijiet amministrattivi tal-PRIMA-IS.

(15)Sabiex tiġi evitata implimentazzjoni mtawla tal-PRIMA, għandha tiġi ffissata skadenza għat-tnedija tal-aħħar attivitajiet, inklużi l-aħħar sejħiet għal proposti.

(16)L-attivitajiet tal-PRIMA għandhom ikunu f’konformità mal-objettivi u l-prijoritajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni ta’ Orizzont 2020 u mal-prinċipji ġenerali u l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013. Il-PRIMA għandha tieħu kont tad-definizzjonijiet tal-OECD dwar il-Livell ta' Tlestija Teknoloġika fil-klassifikazzjoni tar-riċerka teknoloġika, l-iżvilupp tal-prodotti u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni.

(17)Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-PRIMA, il-PRIMA-IS għandha tipprovdi appoġġ finanzjarju prinċipalment fil-forma ta’ għotjiet lill-parteċipanti fl-azzjonijiet iffinanzjati mill-PRIMA-IS. Dawk l-azzjonijiet għandhom jintgħażlu wara sejħiet għal proposti miftuħa u kompetittivi taħt ir-responsabbiltà tal-PRIMA-IS.

(18)Is-sejħiet għal proposti li tieħu ħsieb il-PRIMA-IS għandhom jiġu ppubblikati wkoll fuq il-portal uniku għall-parteċipanti, kif ukoll permezz ta’ mezzi elettroniċi oħra ta’ tixrid ta’ Orizzont 2020 li tieħu ħsieb il-Kummissjoni.

(19)Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun ġestita skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja soda u r-regoli dwar il-ġestjoni indiretta stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 5 u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 6 .

(20)Biex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha d-dritt tnaqqas, tissospendi jew tittermina l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni jekk il-PRIMA tiġi implimentata b’mod inadegwat, parzjalment jew tard, jew jekk l-Istati Parteċipanti ma jikkontribwixxux, jew jikkontribwixxu parzjalment jew tard, għall-finanzjament tal-PRIMA.

(21)Il-parteċipazzjoni f’azzjonijiet indiretti ffinanzjati mill-PRIMA-IS hija soġġetta għar-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 7 . Madankollu, minħabba l-bżonnijiet operattivi speċifiċi tal-PRIMA, hemm bżonn jingħataw derogi skont l-Artikolu 1(3) ta’ dak ir-Regolament.

(22)Id-derogi mill-punt (b) tal-Artikolu 9(1) u mill-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013 huma meħtieġa sabiex jieħdu kont tal-ispeċifiċitajiet li jirriżultaw mill-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku tal-PRIMA, billi jaġġustaw aktar il-kundizzjonijiet minimi tal-eliġibbiltà għall-parteċipazzjoni f’azzjonijiet indiretti. Sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ewlenija bbilanċjata fl-azzjonijiet indiretti taħt konfigurazzjoni bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar, bħala deroga mill-punt (b) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013, in-numru minimu ta’ parteċipanti għandu jkun tliet entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi tliet Stati Parteċipanti differenti li minnhom waħda hija stabbilita fi Stat Membru jew f’pajjiż assoċjat mal-Orizzont 2020, u waħda hija stabbilita f’pajjiż terz, assoċjat jew le mal-Orizzont 2020. Id-deroga mill-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013 hija meħtieġa sabiex tiżgura li l-kundizzjonijiet minimi tal-eliġibbiltà għall-parteċipazzjoni f’azzjonijiet indiretti ma jkunux diskriminatorji għal entitajiet stabbiliti f’pajjiżi terzi li jipparteċipaw fil-PRIMA bħala Stati Parteċipanti. Sabiex jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet tal-finanzjament mhumiex diskriminatorji għall-entitajiet stabbiliti f’pajjiżi terzi li jipparteċipaw fil-PRIMA bħala Stati Parteċipanti, għandu jiġi previst li l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-Istati Parteċipanti jkunu eliġibbli għall-finanzjament flimkien mal-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013. Id-derogi mill-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013 huma meħtieġa sabiex jippermettu t-twessigħ tal-kooperazzjoni permezz ta’ sejħiet konġunti mnedija mill-PRIMA-IS ma’ entitajiet ġuridiċi għajr pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

(23)Għall-finijiet ta’ simplifikazzjoni, il-piż amministrattiv għandu jitnaqqas għall-partijiet kollha. Awditi doppji u dokumentazzjoni u rapportar sproporzjonati għandhom jiġu evitati. Meta jsiru l-awditi, għandhom jiġu kkunsidrati l-ispeċifiċitajiet tal-programmi nazzjonali, kif xieraq.

(24)Awditi ta’ riċevituri ta’ fondi tal-Unjoni pprovduti skont din id-Deċiżjoni għandhom jiżguraw it-tnaqqis tal-piż amministrattiv, skont ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013.

(25)L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jitħarsu permezz ta' miżuri proporzjonati tul iċ-ċiklu tal-infiq kollu, inkluż il-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa ħażin jew użati ħażin u, meta xieraq, sanzjonijiet amministrattivi skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

(26)Il-Kummissjoni għandha tmexxi evalwazzjoni interim li b’mod partikolari tivvaluta l-kwalità u l-effiċjenza tal-PRIMA u l-progress li jkun sar għall-għanijiet stabbiliti u evalwazzjoni finali u għandha tħejji rapporti dwar dawk l-evalwazzjonijiet.

(27)Fuq talba mill-Kummissjoni, il-PRIMA-IS u l-Istati Parteċipanti għandhom iressqu kwalunkwe informazzjoni li l-Kummissjoni jeħtieġ tinkludi fir-rapporti dwar l-evalwazzjoni tal-PRIMA.

(28)L-objettiv ta’ din id-Deċiżjoni huwa li ssaħħaħ l-integrazzjoni u l-allinjament tas-sistemi tar-riċerka u tal-innovazzjoni fil-pajjiżi Mediterranji fl-oqsma tal-provvista tal-ilma u tas-sistemi tal-ikel. L-iskala tar-riċerka u l-innovazzjoni meħtieġa biex jiġu indirizzati l-isfidi fiż-żona tal-Mediterran hija immensa minħabba l-karattru sistemiku tal-konġestjonijiet ewlenin. Il-kamp ta' applikazzjoni tar-riċerka u tal-innovazzjoni huwa kumpless, multidixxiplinarju u jeħtieġ approċċ b’diversi atturi u transkonfinali. Approċċ kollaborattiv b’sett wiesa’ ta’ Stati Parteċipanti jista’ jgħin biex iżid l-iskala u l-kamp ta' applikazzjoni meħtieġa, billi jinġabru flimkien ir-riżorsi finanzjarji u intellettwali. Għalhekk, peress li l-għan jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni billi jiġu integrati l-isforzi nazzjonali f’approċċ tal-Unjoni konsistenti, billi jingħaqdu programmi nazzjonali tar-riċerka li huma maqtugħin għalihom, billi tingħata għajnuna biex jitfasslu strateġiji komuni tar-riċerka u l-finanzjament li jegħlbu l-fruntieri nazzjonali, u billi tinkiseb il-massa kritika ta’ atturi u ta' investimenti meħtieġa, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(29)Għalhekk, l-Unjoni għandha tipparteċipa fil-PRIMA,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1
Parteċipazzjoni fil-PRIMA

1.L-Unjoni għandha tipparteċipa fis-Sħubija għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (“PRIMA”) imwettqa b’mod konġunt minn [Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, Franza, il-Greċja, Iżrael, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, il-Portugall, Spanja u t-Tuneżija] (“Stati Parteċipanti”), skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

2.L-Eġittu, il-Libanu u l-Marokk għandhom isiru Stati Parteċipanti soġġetti għall-konklużjoni ta’ ftehimiet internazzjonali mal-Unjoni li jistabbilixxu t-termini u l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-PRIMA.

3.Kwalunkwe Stat Membru u kwalunkwe pajjiż assoċjat mal-Orizzont 2020 għajr dawk elenkati fil-paragrafu 1 jistgħu jieħdu sehem fil-PRIMA sakemm jissodisfaw il-kundizzjoni stabbilita fil-punt (c) tal-Artikolu 4(1) ta’ din id-Deċiżjoni. Jekk jissodisfa dik il-kundizzjoni, għandu jitqies bħala Stat Parteċipanti għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni.

4.Kwalunkwe pajjiż terz mhux assoċjat mal-Orizzont 2020 għajr dawk elenkati fil-paragrafu 2 jista’ jieħu sehem fil-PRIMA sakemm:

(a)jissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fil-punt (c) tal-Artikolu 4(1) ta’ din id-Deċiżjoni;

(b)il-PRIMA-IS tapprova l-parteċipazzjoni tiegħu fil-PRIMA wara li teżamina r-rilevanza tal-parteċipazzjoni tiegħu għall-ilħuq tal-objettivi tal-PRIMA; kif ukoll

(c)jikkonkludi ftehim internazzjonali mal-Unjoni li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fil-PRIMA.

Jekk il-pajjiż jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, għandu jitqies bħala Stat Parteċipanti għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2
L-objettivi tal-PRIMA

1.L-objettiv ġenerali tal-PRIMA huwa li tiżviluppa s-soluzzjonijiet innovattivi komuni ppilotati bis-sħiħ u murija għall-provvista tal-ilma u s-sistemi tal-ikel fir-reġjun tal-Mediterran, biex tagħmilhom aktar reżiljenti għall-klima, effiċjenti, kosteffikaċi u sostenibbli, u biex tikkontribwixxi għas-soluzzjoni upstream ta’ problemi dwar in-nutrizzjoni, is-saħħa, il-benesseri u l-migrazzjoni.

2.Sabiex tikkontribwixxi għall-objettiv ġenerali, il-PRIMA għandha tilħaq dawn l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

(i)il-formulazzjoni ta’ aġenda strateġika komuni stabbli u fit-tul fil-qasam tal-provvista tal-ilma u tas-sistemi tal-ikel;

(ii)l-orjentazzjoni tal-programmi nazzjonali kollha tar-R&I lejn l-implimentazzjoni tal-aġenda strateġika;

(iii)l-involviment strutturali tal-atturi rilevanti kollha fis-settur pubbliku u privat fl-implimentazzjoni tal-aġenda strateġika billi jinġabru flimkien l-għarfien u r-riżorsi finanzjarji biex tinkiseb il-massa kritika meħtieġa;

(iv)it-tisħiħ tal-finanzjament u tal-kapaċitajiet ta’ implimentazzjoni tal-atturi kollha involuti.

Artikolu 3
Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-PRIMA

1.Il-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Unjoni, inklużi l-approprjazzjonijiet tal-EFTA, għall-PRIMA għandha tkun EUR 200 000 000 biex tkun ugwali għall-kontribuzzjonijiet tal-Istati Parteċipanti.

2.Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha titħallas mill-approprjazzjonijiet fil-baġit ġenerali tal-Unjoni allokati għall-partijiet rilevanti tal-Programm Speċifiku li jimplimenta l-Orizzont 2020, stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE 8 , u b’mod partikolari mill-Parti II “Tmexxija Industrijali” u mill-Parti III “Sfidi tas-soċjetà”, skont il-punt (c)(vi) tal-Artikolu 58(1) u l-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

3.Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha tintuża mill-istruttura ta’ implimentazzjoni tal-PRIMA (il-“PRIMA-IS”):

(a)biex tiffinanzja l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1)(a);

(b)biex tkopri l-kostijiet amministrattivi tal-PRIMA-IS, sa massimu ta’ 5% tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni.

Artikolu 4
Il-kundizzjonijiet għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-PRIMA

1.Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandu jkollha dawn il-kundizzjonijiet:

(a)l-Istati Parteċipanti juru li l-PRIMA hija stabbilita skont it-termini stabbiliti f’din id-Deċiżjoni;

(b)id-deżinjazzjoni mill-Istati Parteċipanti jew mill-organizzazzjonijiet iddeżinjati mill-Istati Parteċipanti ta’ entità b’personalità ġuridika, kif imsemmi fl-Artikolu 58(1)(c)(vi) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, bħala l-PRIMA-IS. Il-PRIMA-IS għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni effiċjenti tal-PRIMA, biex tirċievi, talloka u timmonitorja l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-Istati Parteċipanti, fejn xieraq, u biex tiżgura li l-azzjonijiet meħtieġa kollha jitwettqu biex jintlaħqu l-objettivi tal-PRIMA;

(c)l-impenn ta’ kull Stat Parteċipant li jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-PRIMA;

(d)il-PRIMA-IS turi l-kapaċità tagħha biex timplimenta l-PRIMA, inkluż li tirċievi, talloka u timmonitorja l-kontribuzzjoni tal-Unjoni fil-qafas tal-ġestjoni indiretta tal-baġit tal-Unjoni skont l-Artikoli 58, 60 u 61 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012;

(e)l-istabbiliment ta’ mudell ta’ governanza għall-PRIMA skont l-Artikolu 12;

(f)l-adozzjoni mill-PRIMA-IS, wara li tikseb l-approvazzjoni mill-Kummissjoni, tal-prinċipji komuni msemmija fl-Artikolu 6(6).

2.Matul l-implimentazzjoni tal-PRIMA, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandu jkollha wkoll dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)l-implimentazzjoni mill-PRIMA-IS tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2, u tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 6;

(b)iż-żamma ta’ mudell ta’ governanza xieraq u effiċjenti skont l-Artikolu 12;

(c)il-PRIMA-IS tkun konformi mar-rekwiżiti tar-rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012;

(d)it-twettiq mill-Istati Parteċipanti tal-impenji msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1.

3.Il-Kummissjoni għandha tivvaluta t-twettiq tal-impenji assunti mill-Istati Parteċipanti, b’mod partikolari permezz tal-ewwel żewġ pjanijiet ta’ ħidma annwali tal-PRIMA. Wara dik il-valutazzjoni, il-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) għandha tiġi riveduta skont l-Artikolu 9.

Artikolu 5
Kontribuzzjonijiet mill-Istati Parteċipanti għall-PRIMA

1.L-Istati Parteċipanti għandhom jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa biex il-korpi ta’ finanzjament nazzjonali tagħhom jagħmlu kontribuzzjonijiet finanzjarji jew in natura ta’ mill-anqas EUR 200 000 000 matul il-perjodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni sal-31 ta’ Diċembru 2028.

2.Il-Kontribuzzjonijiet mill-Istati Parteċipanti jew il-korpi ta’ finanzjament nazzjonali tagħhom għandhom jikkonsistu minn dan li ġej:

(a)fejn xieraq, kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-PRIMA-IS fid-dawl tal-azzjonijiet indiretti ta’ finanzjament imsemmija fl-Artikolu 6(1)(a);

(b)kontribuzzjonijiet finanzjarji jew in natura fl-implimentazzjoni ta’ attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1)(b); kif ukoll

(c)kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-baġit amministrattiv tal-PRIMA-IS mhux koperti mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 3(3)(b).

3.Il-kontribuzzjonijiet in natura msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkonsistu minn kostijiet li jġarrbu l-Istati Parteċipanti permezz tal-korpi ta’ finanzjament nazzjonali tagħhom biex jimplimentaw attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1)(b), wara li titnaqqas kull kontribuzzjoni finanzjarja diretta jew indiretta tal-Unjoni għal dawk il-kostijiet.

4.Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kontribuzzjonijiet in natura msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2, il-kostijiet għandhom jiġu ddeterminati skont il-prattiki tal-kontabilità normali tal-Istati Parteċipanti jew tal-korpi ta’ finanzjament nazzjonali kkonċernati, l-istandards tal-kontabilità applikabbli tal-Istat Parteċipanti fejn il-korpi ta’ finanzjament nazzjonali kkonċernati huma stabbiliti u l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità/Standards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju applikabbli. Il-kostijiet għandhom jiġu ċċertifikati minn awditur indipendenti maħtur mill-Istati Parteċipanti jew mill-korpi ta’ finanzjament nazzjonali kkonċernati. Jekk ikun hemm xi inċertezza li tirriżulta miċ-ċertifikazzjoni, il-metodu tal-valutazzjoni jista’ jiġi vverifikat mill-PRIMA-IS. Fil-każ ta’ inċertezzi li jibqgħu, jista’ jiġi awditjat mill-PRIMA-IS.

5.Il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 li jgħoddu bħala kontribuzzjonijiet mill-Istati Parteċipanti għandhom isiru wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni għall-attivitajiet inklużi fl-ewwel pjan ta’ ħidma annwali tal-PRIMA, u wara l-adozzjoni mill-PRIMA-IS tal-pjanijiet ta’ ħidma annwali sussegwenti.

Artikolu 6
Attivitajiet u l-implimentazzjoni tal-PRIMA

1.Il-PRIMA għandha tappoġġja dawn l-attivitajiet li ġejjin:

(a) l-azzjonijiet indiretti fis-sens tar-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 iffinanzjati mill-PRIMA-IS skont l-Artikolu 7, prinċipalment fil-forma ta’ għotjiet wara sejħiet għal proposti transnazzjonali, miftuħa u kompetittivi organizzati mill-PRIMA-IS, inklużi:

(i) azzjonijiet ta’ riċerka u innovazzjoni, kif ukoll azzjonijiet ta’ innovazzjoni, inklużi dimostraturi, pjanti pilota, ittestjar, użu prekummerċjali, indirizzar b’mod partikolari tal-Livelli ogħla ta’ Tlestija tat-Teknoloġija;

(ii) azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġġ li jiffukaw fuq it-tixrid u s-sensibilizzazzjoni biex jippromwovu l-PRIMA u jimmassimizzaw l-impatti tagħha;

(b) attivitajiet iffinanzjati mill-Istati Parteċipanti permezz tal-korpi ta’ finanzjament nazzjonali tagħhom mingħajr il-kontribuzzjoni tal-Unjoni, li qed jindirizzaw dejjem aktar il-Livelli ta' Tlestija Teknoloġika ogħla u li jikkonsistu f':

(i) attivitajiet magħżula wara sejħiet għal proposti transnazzjonali, miftuħa u kompetittivi organizzati mill-PRIMA-IS, ġestiti mill-korpi ta’ finanzjament nazzjonali taħt il-programmi nazzjonali tal-Istati Parteċipanti, li jipprovdu appoġġ finanzjarju prinċipalment fil-forma ta’ għotjiet;

(ii) attivitajiet taħt il-programmi nazzjonali tal-Istati Parteċipanti.

2.Il-PRIMA għandha tiġi implimentata fuq il-bażi ta’ pjanijiet ta’ ħidma annwali, li għandhom jiġu adottati mill-PRIMA-IS, wara li tinkiseb l-approvazzjoni mill-Kummissjoni, sal-aħħar tas-sena ta’ qabel. Bħala eċċezzjoni, il-pjan ta’ ħidma annwali tal-PRIMA għall-2018 jista’ jiġi adottat sal-31 ta’ Marzu 2018. Il-PRIMA-IS għandha tagħmel il-pjan ta’ ħidma annwali pubblikament disponibbli.

3.L-attivitajiet jistgħu jiġu ffinanzjati biss taħt il-PRIMA jekk ikunu stabbiliti fil-pjan ta’ ħidma annwali tal-PRIMA. Il-pjan ta’ ħidma annwali tal-PRIMA għandu jiddistingwi bejn l-attivitajiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, l-attivitajiet imsemmija fil-punt (b) ta’ dak il-paragrafu, kif ukoll il-kostijiet amministrattivi tal-PRIMA-IS. Għandu jipprovdi għall-istimi korrispondenti tagħhom tan-nefqa kif ukoll għall-allokazzjoni tal-baġit għal attivitajiet iffinanzjati bil-kontribuzzjoni tal-Unjoni u għal attivitajiet iffinanzjati mill-Istati Parteċipanti permezz tal-korpi ta’ finanzjament nazzjonali tagħhom mingħajr il-kontribuzzjoni tal-Unjoni. Il-pjan ta’ ħidma annwali tal-PRIMA għandu jinkludi wkoll il-valur stmat tal-kontribuzzjonijiet in natura tal-Istati Parteċipanti msemmija fl-Artikolu 5(2)(b).

4.L-aħħar attivitajiet li għandhom jiġu ffinanzjati, inkluż l-aħħar sejħiet għal proposti taħt il-pjanijiet ta’ ħidma annwali rilevanti tal-PRIMA għandhom jiġu mnedija sal-31 ta’ Diċembru 2024. F’każijiet debitament iġġustifikati, jistgħu jiġu mnedija sal-31 ta’ Diċembru 2025.

5.L-attivitajiet li se jiġu ffinanzjati mill-Istati Parteċipanti permezz tal-korpi ta’ finanzjament nazzjonali tagħhom mingħajr il-kontribuzzjoni tal-Unjoni, jistgħu jiġu inklużi biss fil-pjan ta’ ħidma annwali tal-PRIMA wara l-eżitu pożittiv tal-evalwazzjoni indipendenti esterna tagħhom minn evalwazzjoni internazzjonali bejn il-pari fir-rigward tal-objettivi tal-PRIMA, kif organizzata mill-PRIMA-IS.

6.L-attivitajiet inklużi fil-pjan ta’ ħidma annwali tal-PRIMA li huma ffinanzjati mill-Istati Parteċipanti permezz tal-korpi ta’ finanzjament nazzjonali tagħhom mingħajr il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandhom jiġu implimentati f’konformità ma’ prinċipji komuni li għandhom jiġu adottati mill-PRIMA-IS, wara li tinkiseb l-approvazzjoni mill-Kummissjoni. Il-prinċipji komuni għandhom iqisu l-prinċipji stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, fit-Titolu VI tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u fir-Regolament (UE) Nru 1290/2013, b’mod partikolari l-prinċipji ta’ trattament ugwali, trasparenza, evalwazzjoni internazzjonali bejn il-pari indipendenti u għażla. Il-PRIMA-IS għandha tadotta wkoll, wara li tikseb l-approvazzjoni mill-Kummissjoni, ir-rekwiżiti ta’ rapportur tal-Istati Parteċipanti lill-PRIMA-IS, inkluż fir-rigward ta’ indikaturi mdaħħla f’kull waħda minn dawk l-attivitajiet.

7.L-attivitajiet imsemmija fil-punt (b)(i) tal-paragrafu 1 għandhom, flimkien mal-prinċipji komuni msemmija fil-paragrafu 6, jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)    Il-proposti għandhom ikunu għal proġetti transnazzjonali, bil-parteċipazzjoni minima ta’ mill-anqas tliet entitajiet ġuridiċi indipendenti stabbiliti fi tliet Stati Parteċipanti differenti, li minnhom:

(i)    waħda għandha tkun stabbilita fi Stat Membru jew f’pajjiż assoċjat mal-Orizzont 2020, u

(ii)    waħda f’pajjiż terz meqjus bħala Stat Parteċipanti skont din id-Deċiżjoni sad-data ta’ skadenza għas-sottomissjoni taħt is-sejħa għal proposti rilevanti.

(b)    Il-proposti għandhom jintgħażlu wara sejħiet għal proposti transnazzjonali u permezz ta’ proċedura b'żewġ passi. L-Ewwel Pass (1) għandu jikkonsisti f’analiżi fuq livell nazzjonali jew transnazzjonali tal-proposti ppreżentati mill-entitajiet ġuridiċi eliġibbli għall-finanzjament taħt il-programmi nazzjonali rilevanti. It-Tieni Pass (2) għandu jikkonsisti minn evalwazzjoni internazzjonali bejn il-pari indipendenti unika organizzata mill-PRIMA-IS. Taħt it-tieni pass (2), il-proposti għandhom jiġu evalwati bl-għajnuna ta’ mill-anqas tliet esperti indipendenti, fuq il-bażi tal-kriterji tal-għoti li ġejjin: eċċellenza, impatt, kwalità u effiċjenza tal-implimentazzjoni.

(c)    Il-proposti għandhom jiġu kklassifikati skont ir-riżultati tal-evalwazzjoni. L-għażla għandha ssir mill-PRIMA-IS fuq il-bażi ta’ din il-klassifikazzjoni. L-Istati Parteċipanti għandhom jaqblu dwar mod ta’ finanzjament adegwat li jippermetti l-massimizzazzjoni tan-numru ta’ proposti li għandhom jiġu ffinanzjati fuq il-bażi ta’ din il-klassifika, b’mod partikolari billi jiġu pprovduti ammonti ta’ riżerva għall-kontribuzzjonijiet nazzjonali għas-sejħiet għal proposti.

8.Il-PRIMA-IS għandha timmonitorja u tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-attivitajiet kollha inklużi fil-pjan ta’ ħidma annwali tal-PRIMA.

9.Kwalunkwe komunikazzjoni jew pubblikazzjoni relatata mal-attivitajiet tal-PRIMA, u li ssir f’kooperazzjoni mal-PRIMA, kemm jekk twettaqhom il-PRIMA-IS, Stat Parteċipanti jew il-korpi ta’ finanzjament nazzjonali tiegħu, jew parteċipanti f’attività, għandha tiġi ttikkettata jew ikkotikkettata bħala “[isem l-attività] hi parti mill-programm PRIMA appoġġjat mill-Unjoni Ewropea”.

Artikolu 7
Regoli għall-parteċipazzjoni u t-tixrid

1.Il-PRIMA-IS għandha titqies bħala korp ta’ finanzjament fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013 u għandha tipprovdi appoġġ finanzjarju għal azzjonijiet indiretti msemmija fl-Artikolu 6(1)(a) ta’ din id-Deċiżjoni skont ir-regoli stabbiliti f’dak ir-Regolament, suġġett għad-derogi stabbiliti f’dan l-Artikolu. 

2.Permezz ta’ deroga mill-punt (b) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013, in-numru minimu ta’ parteċipanti għandu jkun tliet entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi tliet Stati Parteċipanti differenti li minnhom:

(a)    waħda għandha tkun stabbilita fi Stat Membru jew f’pajjiż assoċjat mal-Orizzont 2020, u

(b)    waħda stabbilita f’pajjiż terz meqjus bħala Stat Parteċipanti skont din id-Deċiżjoni sad-data ta’ skadenza għas-sottomissjoni taħt is-sejħa għal proposti rilevanti.

3.Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013, f’każijiet debitament iġġustifikati previsti fil-pjan ta’ ħidma annwali tal-PRIMA, il-kundizzjoni minima għandha tkun il-parteċipazzjoni ta’ entità ġuridika waħda stabbilita fi Stat Parteċipanti, li huwa Stat Membru, pajjiż assoċjat mal-Orizzont 2020 jew pajjiż terz meqjus bħala Stat Parteċipanti skont din id-Deċiżjoni sal-iskadenza għas-sottomissjoni taħt is-sejħa għal proposti rilevanti.

4.Flimkien mal-parteċipanti eliġibbli għall-finanzjament skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013, kwalunkwe entità ġuridika stabbilita fi Stat Parteċipanti għandha tkun eliġibbli għall-finanzjament.

5.Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013, fejn tali attività tkun inkluża fil-pjan ta’ ħidma annwali tal-PRIMA, il-PRIMA-IS tista’ tniedi sejħiet konġunti ma’ pajjiżi terzi għajr l-Istati Parteċipanti jew l-organizzazzjonijiet u l-aġenziji xjentifiċi u teknoloġiċi tagħhom, ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali jew ma’ partijiet terzi oħra, b’mod partikolari organizzazzjonijiet mhux governattivi, skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013.

Artikolu 8
Ftehimiet bejn l-Unjoni u l-PRIMA-IS

1.Soġġetta għal valutazzjoni ex ante pożittiva tal-PRIMA-IS skont l-Artikolu 61(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u l-għoti ta’ garanziji finanzjarji adegwati skont l-Artikolu 58(1)(c)(vi) tiegħu, il-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni, għandha tikkonkludi ftehim ta’ delega u ftehimiet annwali tat-trasferiment tal-fondi mal-PRIMA-IS.

2.Il-ftehim ta’ delega msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi konkluż skont l-Artikoli 58(3), 60 u 61 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u l-Artikolu 40 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1268/2012. Fost l-oħrajn dan għandu jistabbilixxi wkoll dawn li ġejjin:

(a)    ir-rekwiżiti għall-kontribuzzjoni tal-PRIMA-IS dwar l-indikaturi tal-prestazzjoni stabbiliti fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2013/743/UE;

(b)    ir-rekwiżiti għall-kontribuzzjoni tal-PRIMA-IS għall-monitoraġġ imsemmi fl-Anness III għad-Deċiżjoni 2013/743/UE;

(c)    l-indikaturi ta’ prestazzjoni speċifiċi relatati mal-funzjonament tal-PRIMA-IS;

(d)    ir-rekwiżiti għall-PRIMA-IS dwar l-għoti tal-informazzjoni fuq il-kostijiet amministrattivi u ċ-ċifri fid-dettall dwar l-implimentazzjoni tal-PRIMA;

(e)    l-arranġamenti dwar l-għoti tad-data meħtieġa biex tiżgura li l-Kummissjoni kapaċi tissodisfa l-obbligi tagħha tat-tixrid u tar-rapportur;

(f)    l-arranġamenti għall-approvazzjoni jew ir-rifjut mill-Kummissjoni tal-abbozz tal-pjan ta’ ħidma annwali tal-PRIMA, il-prinċipji komuni msemmija fl-Artikolu 6(6) u r-rekwiżiti tar-rapportur tal-Istati Membri, qabel jiġu adottati mill-PRIMA-IS; kif ukoll

(g)    dispożizzjonijiet għall-pubblikazzjoni ta’ sejħiet għal proposti mill-PRIMA-IS, b’mod partikolari fuq il-portal uniku għall-parteċipanti kif ukoll permezz ta’ mezzi elettroniċi ta’ tixrid oħrajn tal-Orizzont 2020 ġestiti mill-Kummissjoni.

Artikolu 9
Terminazzjoni, tnaqqis jew sospensjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni

3.Jekk il-PRIMA ma tiġix implimentata jew ma tiġix implimentata kif xieraq, jew tiġi implimentata parzjalment jew tard, il-Kummissjoni tista’ tittermina, tnaqqas proporzjonalment jew tissospendi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni skont l-implimentazzjoni attwali tal-PRIMA.

4.Jekk l-Istati Parteċipanti ma jikkontribwixxux, jikkontribwixxu parzjalment jew tard għall-finanzjament tal-PRIMA, il-Kummissjoni tista’ tittermina, tnaqqas proporzjonalment jew tissospendi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, filwaqt li tqis l-ammont ta’ finanzjament allokat mill-Istati Parteċipanti biex jimplimentaw il-PRIMA.

Artikolu 10
Awditi ex-post

1.L-awditi ex-post tan-nefqa fuq l-azzjonijiet indiretti msemmija fl-Artikolu 6(1)(a) ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jitwettqu mill-PRIMA-IS skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013.

2.Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tagħmel l-awditi msemmija fil-paragrafu 1 hi stess. F’dawn il-każijiet, għandha tagħmel dan f’konformità mar-regoli applikabbli, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (UE, Euratom) Nru 966/2012, (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013.

Artikolu 11
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1.Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li, meta jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati skont din id-Deċiżjoni, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jitħarsu bl-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra, b’kontrolli effikaċi u, jekk jinkixfu irregolaritajiet, bl-irkupru tal-ammonti li jkunu tħallsu ħażin u, meta xieraq, b’sanzjonijiet amministrattivi effikaċi, proporzjonati u dissważivi.

2.Il-PRIMA-IS għandha tagħti lill-persunal tal-Kummissjoni u lill-persuni oħra awtorizzati mill-Kummissjoni, flimkien mal-Qorti tal-Awdituri, aċċess għas-siti u l-bini tiegħu u għall-informazzjoni kollha, inkluża informazzjoni f’forma elettronika, meħtieġa sabiex isiru l-awditi tagħhom.

3.L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jagħmel investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 9 u r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 10 bil-għan li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ ftehim għal għotja jew deċiżjoni għal għotja jew kuntratt iffinanzjat, direttament jew indirettament, skont din id-Deċiżjoni.

4.Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-kuntratti, il-ftehimiet għal għotja u d-deċiżjonijiet għal għotja, li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li b’mod espliċitu jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, il-PRIMA-IS, il-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF, li jwettqu tali awditi u investigazzjonijiet skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom. Meta l-implimentazzjoni ta’ azzjoni tiġi esternalizzata jew sottodelegata, kollha kemm hi jew parzjalment, jew meta tkun teħtieġ l-għoti ta’ kuntratt ta’ akkwist jew appoġġ finanzjarju lil parti terza, il-kuntratt, il-ftehim ta’ għotja jew id-deċiżjoni ta’ għotja għandhom jinkludu l-obbligu tal-kuntrattur jew tal-benefiċjarju li jimponi fuq kwalunkwe parti terza involuta l-aċċettazzjoni espliċita ta’ dawn is-setgħat tal-Kummissjoni, tal-PRIMA-IS, tal-Qorti tal-Awdituri u tal-OLAF.

5.Waqt l-implimentazzjoni tal-PRIMA, l-Istati Parteċipanti għandhom jieħdu l-miżuri leġiżlattivi, regolatorji, amministrattivi jew miżuri oħra meħtieġa biex iħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b’mod partikolari biex jiżguraw l-irkupru sħiħ ta’ xi ammonti dovuti lill-Unjoni f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1268/2012.

Artikolu 12
Governanza tal-PRIMA

1.Il-korpi tal-PRIMA-IS għandhom jinkludu:

(a) l-Assemblea Ġenerali;

(b) il-Bord tat-Tmexxija;

(c) is-Segretarjat;

(d) il-Bord Konsultattiv Xjentifiku.

2.Il-PRIMA-IS għandha tkun irregolata mill-Assemblea Ġenerali, li fiha l-Istati Parteċipanti kollha jkunu rappreżentati. L-Assemblea Ġenerali għandha tkun il-korp deċiżjonali tal-PRIMA-IS.

L-Assemblea Ġenerali għandha tadotta, wara li tikseb l-approvazzjoni mill-Kummissjoni:

(a)    il-pjan ta’ ħidma annwali tal-PRIMA;

(b)    il-prinċipji komuni msemmija fl-Artikolu 6(6); kif ukoll

(c)    ir-rekwiżiti ta’ rappurtar tal-Istati Parteċipanti lill-PRIMA-IS.

L-Assemblea Ġenerali għandha tapprova l-parteċipazzjoni fil-PRIMA ta’ kwalunkwe pajjiż terz mhux assoċjat mal-Orizzont 2020 għajr dawk elenkati fl-Artikolu 1(2) wara li teżamina r-rilevanza tal-parteċipazzjoni tiegħu għall-ilħuq tal-objettivi tal-PRIMA.

Kull Stat Parteċipanti għandu jkollu vot wieħed fl-Assemblea Ġenerali. Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b’kunsens. Fin-nuqqas ta’ dan, l-Assemblea Ġenerali għandha tieħu d-deċiżjonijiet tagħha b’maġġoranza ta’ mill-anqas 75% tal-voti. L-approvazzjoni tal-parteċipazzjoni fil-PRIMA ta’ kwalunkwe pajjiż terz mhux assoċjat mal-Orizzont 2020 għajr dawk elenkati fl-Artikolu 1(2) għandha tkun b’unanimità.

L-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, għandha tkun mistiedna għal-laqgħat kollha tal-Assemblea Ġenerali bħala osservatur, u tista’ tieħu sehem fid-diskussjonijiet. Għandha tirċievi d-dokumenti neċessarji kollha.

3.L-Assemblea Ġenerali għandha tiddetermina n-numru tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija, li m’għandux ikun anqas minn ħamsa, u għandha taħtarhom. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jissorvelja lis-Segretarjat tal-PRIMA-IS.

4.L-Assemblea Ġenerali għandha tistabbilixxi s-Segretarjat tal-PRIMA-IS bħala l-korp eżekuttiv tal-PRIMA.

Is-Segretarjat għandu:

(a)jimplimenta l-pjan ta’ ħidma annwali tal-PRIMA;

(b)jipprovdi appoġġ lill-korpi l-oħra tal-PRIMA-IS;

(c)jimmonitorja u jirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-PRIMA;

(d)jimmaniġġja l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Unjoni u mill-Istati Parteċipanti u jirrapporta dwar l-użu tagħhom;

(e)jżid il-viżibbiltà tal-PRIMA permezz ta’ promozzjoni u komunikazzjoni;

(f)jaħdem id f’id mal-Kummissjoni skont il-ftehim ta’ delega msemmi fl-Artikolu 8.

5.L-Assemblea Ġenerali għandha taħtar Bord Konsultattiv Xjentifiku li jikkonsisti minn esperti indipendenti mill-Istati Parteċipanti, kompetenti f’oqsma rilevanti għall-PRIMA. L-Assemblea Ġenerali għandha tistabbilixxi n-numru ta’ membri tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku, id-drittijiet tal-vot tagħhom u l-arranġamenti għall-ħatra tagħhom skont l-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013.

L-Assemblea Ġenerali tista’ tistabbilixxi gruppi ta’ ħidma speċjalizzati taħt il-Bord Konsultattiv Xjentifiku b’esperti indipendenti addizzjonali għal kompiti speċifiċi.

Il-Bord Xjentifiku Konsultattiv għandu:

(a)jagħti pariri lill-Assemblea Ġenerali dwar prijoritajiet u ħtiġijiet strateġiċi;

(b)jagħti pariri lill-Assemblea Ġenerali dwar il-kontenut u l-kamp ta' applikazzjoni tal-abbozz tal-pjan ta’ ħidma annwali tal-PRIMA mill-perspettiva xjentifika u teknika;

(c)jirrevedi l-aspetti xjentifiċi u tekniċi tal-implimentazzjoni tal-PRIMA u jagħti opinjoni dwar ir-rapport annwali tiegħu;

(d)fejn xieraq, jagħti pariri lill-Assemblea Ġenerali biex tistabbilixxi sottokumitati xjentifiċi, task forces u gruppi ta’ ħidma speċjalizzati.

Artikolu 13
Komunikazzjoni tal-informazzjoni

1.Fuq talba tal-Kummissjoni, il-PRIMA-IS għandha tibgħat lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija tar-rapporti msemmija fl-Artikolu 14.

2.Permezz tal-PRIMA-IS, l-Istati Parteċipanti għandhom iressqu lill-Kummissjoni kull informazzjoni mitluba mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Qorti tal-Awdituri dwar il-ġestjoni finanzjarja tal-PRIMA.

3.Il-Kummissjoni għandha tinkludi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 14.

Artikolu 14
Evalwazzjoni

1.Sat-30 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni interim tal-PRIMA. Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar dik l-evalwazzjoni li tinkludi konklużjonijiet tal-evalwazzjoni u osservazzjonijiet mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Diċembru 2022.

2.Sal-31 ta’ Diċembru 2028, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni finali tal-PRIMA. Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar dik l-evalwazzjoni li jkun fih ir-riżultati tal-evalwazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-30 ta’ Ġunju 2029.

Artikolu 15
Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 16
Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura tal-ABM/ABB

1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

1.4.Objettiv(i)

1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.6.It-tul ta’ żmien u l-impatt finanzjarju

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Ir-regoli dwar il-ġestjoni u r-rappurtar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.L-intestatura(i) tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja(i) baġitarja(i) tan-nefqa affettwati

3.2.Stima tal-impatt fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Il-kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

3.3.Stima tal-impatt fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva

Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni Ewropea fi Sħubija għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) imwettqa b’mod konġunt minn bosta Stati Membri.

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura tal-ABM/ABB 11  

Titolu 08 Riċerka u Innovazzjoni, il-Programm Qafas Orizzont 2020

1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

 Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida 

 Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja 12  

 Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.L-objettiv(i) strateġiku/ċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

L-objettiv strateġiku tal-Programm Konġunt tal-PRIMA huwa li jiżviluppa s-soluzzjonijiet innovattivi komuni ppilotati u murija bis-sħiħ fil-qasam tal-provvista tal-ilma u tas-sistemi tal-ikel fir-reġjun tal-Mediterran, biex b’hekk isiru aktar reżiljenti għall-klima, effiċjenti, kosteffikaċi u sostenibbli, u b’hekk jikkontribwixxu biex isolvu l-problemi ta’ livell ogħla fil-qasam tan-nutrizzjoni, is-saħħa, il-benesseri u l-migrazzjoni.

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/ċi u attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernati

L-objettiv strateġiku t’hawn fuq jeħtieġ qafas durabbli għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li b’mod konkret jissarraf f’dawn l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

• Il-formulazzjoni ta’ aġenda strateġika komuni għar-riċerka u l-innovazzjoni stabbli u fit-tul fil-qasam tal-provvista tal-ilma u tas-sistemi tal-ikel;

• L-orjentazzjoni tal-programmi nazzjonali kollha ta’ riċerka u innovazzjoni lejn l-implimentazzjoni tal-aġenda strateġika għar-riċerka u l-innovazzjoni;

• L-involviment strutturali tal-atturi rilevanti kollha fir-riċerka u l-innovazzjoni (is-settur pubbliku u privat) fl-implimentazzjoni tal-aġenda strateġika għar-riċerka billi jinġabar l-għarfien u r-riżorsi finanzjarji sabiex tinkiseb il-massa kritika meħtieġa;

• It-tisħiħ tal-finanzjament għar-riċerka u l-innovazzjoni u tal-kapaċitajiet ta’ implimentazzjoni tal-atturi kollha involuti.

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Il-formulazzjoni ta’ aġenda strateġika komuni għar-riċerka u l-innovazzjoni stabbli u fit-tul fil-qasam tal-provvista tal-ilma u tas-sistemi tal-ikel; li tirriżulta fi progress sinifikanti lejn l-objettivi speċifiċi t’hawn fuq. Effetti addizzjonali, bħal li jiġi attirat investiment privat grazzi għall-impenn istituzzjonali fit-tul prevedibbli; it-trawwim ta’ rabtiet xjentifiċi u diplomatiċi bejn il-parteċipanti (diplomazija xjentifika); ir-rinfurzar ta’ ftehimiet bilaterali tas-S&T bejn l-UE u pajjiżi individwali, huwa mistenni wkoll.

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

Il-progress tal-PRIMA se jitkejjel kif ġej:

1. Permezz ta’ indikaturi tal-implimentazzjoni, jiġifieri indikaturi tal-produzzjoni u tal-input, biex jiġi vvalutat l-iżvilupp fuq terminu medju tal-attivitajiet tal-PRIMA:

a) Indikaturi tal-produzzjoni:

• Piloti u dimostraturi fuq skala kbira

• Il-prijoritajiet ta’ (finanzjament) riċerka nazzjonali adattati bħala riżultati u l-prijoritajiet ta’ (R&I) SRIA

• Allinjament ta’ programmi nazzjonali tal-finanzjament tar-R&I

• Strateġiji ġodda jew aġġornati tal-pajjiż li jirriflettu l-impatt tal-inizjattiva

• Benefiċċji ta’ effiċjenza permezz tal-ġbir flimkien ta’ riżorsi. Kondiviżjoni tal-investiment pubbliku tal-Istati parteċipanti. Volum u sehem tal-kofinanzjament mill-UE u minn pajjiżi terzi tal-Mediterran. Spejjeż operattivi. Żmien għall-Għotja. Żmien għall-Ħlas

• Finanzjament allokat permezz ta’ sejħiet għal proposti transnazzjonali konġunti jew attivitajiet iffinanzjati mhux tal-proġetti

• Tkabbir fis-sehem ta’ mudelli implimentati ta’ ġestjoni sostenibbli tal-provvista tal-ilma u tas-sistemi tal-ikel fiż-żona tal-Mediterran

• Tkabbir fis-sehem ta’ strateġiji ġodda implimentati għal titjib fl-effiċjenza tal-ilma u tal-ikel u tnaqqis tal-iskart żviluppat għaż-żona tal-Mediterran

• Mudelli u strateġiji kummerċjali ġodda orjentati lejn il-kwalità tal-ilma u tal-ikel adottati fil-livelli nazzjonali u reġjonali

• Espansjoni tat-timijiet nazzjonali involuti fi proġetti tar-R&I dwar titjib fl-effiċjenza fil-ġestjoni tal-provvista tal-ilma u tas-sistemi tal-ikel

• Numru ta’ pajjiżi li fihom huma implimentati soluzzjonijiet għall-iffrankar tal-ilma

• Numru ta’ sejħiet tranżizzjonali kull sena li jindirizzaw il-provvista tal-ilma u s-sistemi tal-ikel

b) Indikaturi tal-input:

• Grad tal-parteċipazzjoni tal-Istati parteċipanti fil-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija

• Pajjiżi addizzjonali li jipparteċipaw fl-inizjattiva

• Pajjiżi li ma jibqgħux Stati parteċipanti

• L-impenn finanzjarju attwali in natura mill-Istati Parteċipanti

• Progress fuq l-aġġornamenti tal-Aġenda Strateġika għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (SRIA)

• Parteċipazzjoni fuq l-istess livell mill-pajjiżi terzi kollha

2. Permezz ta’ indikaturi speċifiċi, ibbażati fuq il-qafas tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) u li jiffukaw prinċipalment imma mhux esklussivament fuq is-sigurtà tal-ikel (SDG #2) u l-ġestjoni sostenibbli tal-ilma (SDG #6). L-aktar indikaturi importanti u r-rabta tagħhom mal-objettivi operattivi huma:

• L-Indiċi tal-Faqar Multidimensjonali

→ Objettiv 1 (riżorsi naturali tal-biedja intelliġenti u sostenibbli jżidu l-produzzjoni),

→ Objettiv 4 (soluzzjonijiet għall-effiċjenza tal-katina alimentari u tal-ilma, inaqqsu t-telf u l-iskart),

→ Objettiv 5 (tnaqqis tal-pesti u tal-patoġeni fil-biedja għas-saħħa tal-bniedem).

• Piż żejjed tal-popolazzjoni (%)

→ Objettiv 3 (soluzzjonijiet għall-industrija agroalimentari għall-wirt nutrizzjonali Meditterranju).

• Użu tal-Art (%).

→ Objettiv 7 (titjib fis-sostenibbiltà tal-art u tal-ilma f’żoni idrografiċi semi-aridi).

• Emissjonijiet ta’ gass serra (total u AFOLU – t CO2e)

→ Objettiv 1.

• Rendiment taċ-Ċereali (kg/ha)

→ Objettiv 1.

• Valur Miżjud Agrikolu (EUR/ħaddiem).

→ Objettiv 6 (mudelli innovattivi fin-negozju agrikolu għal impjiegi ġodda u tkabbir ekonomiku).

• Konsum tal-fertilizzanti (kg/ha ta’ raba’).

→ Objettiv 1

• Produttività tal-ilma għall-għelejjel (kg/m3).

→ Objettiv 2 (soluzzjonijiet għall-iffrankar tal-ilma fl-agrikoltura).

• Proporzjon tal-ilma totali użat.

→ Objettiv 7.

• Popolazzjoni li tuża servizzi tal-ilma mmaniġġjati b’mod sikur (rurali, %).

→ Objettiv 8 (mudelli ta’ governanza ġodda fil-ġestjoni tal-ilma).

• Popolazzjoni li tuża servizzi ta’ sanità ġestiti b’mod sikur (rurali, %).

→ Objettiv 8.

• Ammont ta’ residwi agrikoli użati għall-finijiet tal-enerġija (t).

→ Objettiv 4.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq medda qasira jew medda twila ta’ żmien

Il-PRIMA se tikkombina r-riżorsi tal-EU u nazzjonali biex tiżviluppa, b’mod strutturat, qafas durabbli għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tal-provvista tal-ilma u tas-sistemi tal-ikel fiż-żona tal-Mediterran.

Jekk jogħġbok irreferi għar-Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt tal-PRIMA, li jakkompanja l-proposta leġiżlattiva, għal aktar informazzjoni.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

L-inizjattiva hija konformi mal-Qafas ta’ Sħubija ġdid ma’ pajjiżi terzi taħt l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni għaliex tindirizza xi wħud mill-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni; tinsab b’mod ċar fl-interkambju bejn il-politiki tar-riċerka, it-tibdil fil-klima, l-ambjent u l-politika agrikola; u tagħti eżempju tal-mudell il-ġdid ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp li qed jiġi promoss mill-Qafas ta’ Sħubija l-ġdid sa fejn dan jinvolvi l-investituri privati, jappoġġja riżorsi tal-baġit limitati, u jiffoka fuq l-SMEs u l-infrastruttura sostenibbli.

Azzjoni fil-livell tal-UE biss hija kapaċi tikseb programm ikkoordinat tajjeb u integrat li jilħaq l-iskala meħtieġa, il-kamp ta' applikazzjoni u l-massa kritika biex iwettaq l-objettivi speċifiċi u ġenerali. L-azzjoni fil-livell tal-UE hija kkaratterizzata minn effett ta’ ingranaġġ b’saħħtu għaliex timmobilizza investiment pubbliku u privat addizzjonali sinifikanti. Tiġġenera wkoll impatti li jmorru lil hinn mill-politika u s-soluzzjonijiet tar-R&I, biex b’hekk tappoġġja l-politiki esterni tal-UE u l-isforzi biex jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni. L-involviment tal-UE fil-PRIMA aktarx li jsaħħaħ ukoll il-viżibbiltà tal-Ewropa u r-responsabbiltà globali, fl-ispirtu tal-Politika tal-Viċinat tal-UE, li tinkoraġġixxi d-differenzjazzjoni u s-sjieda reċiproka akbar mas-sħab tal-viċinat.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Il-PRIMA hija mfassla biex topera bħala inizjattiva tal-Art. 185, jiġifieri pprogrammar konġunt pluriennali mwettaq mill-SP, bil-parteċipazzjoni tal-UE. L-esperjenza mill-inizjattivi tal-imgħoddi u dawk li għaddejjin bħalissa mill-FP6 sal-Orizzont 2020 turi effetti pożittivi, b’mod partikolari fuq:

- l-integrazzjoni xjentifika, maniġerjali u finanzjarja fit-tul tal-isforzi nazzjonali u Ewropej dwar sfidi komuni b’impenji finanzjarji u politiċi ċari bil-quddiem; mingħajr il-ħtieġa li jiġu istituzzjonalizzati sforzi konġunti jew li jinħolqu strutturi ġodda kbar;

- l-effetti ta’ ingranaġġ u t-twassil fir-rigward tal-impatti;

- it-tmexxija internazzjonali u l-kooperazzjoni globali – kemm f’termini ta’ viżibbiltà, tmexxija xjentifika kif ukoll mudell ġdid għall-kooperazzjoni tal-iżvilupp;

- implimentazzjoni effiċjenti u ġestjoni finanzjarja soda.

1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Il-PRIMA se tikkontribwixxi għal numru ta’ inizjattivi ewlenin, b’mod partikolari għall-politika ta’ sostenibbiltà: Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza – Inizjattiva ewlenija, Programm Ewropew tal-Viċinat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Il-PRIMA hija wkoll rilevanti għal numru ta’ politiki esterni, b’mod partikolari l-Qafas ta’ Sħubija ma’ pajjiżi terzi taħt l-Aġenda Ewropea dwar il-migrazzjoni u l-Aġenda tal-Iżvilupp Wara l-2015 u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli.

Il-PRIMA se tikkontribwixxi ferm fl-iħuq tal-objettivi tal-Orizzont 2020 u tal-politika dwar ir-Riċerka u l-Innovazzjoni (3O’s - Xjenza miftuħa, Innovazzjoni miftuħa, Miftuħa għad-Dinja).

1.6.It-tul ta’ żmien u l-impatt finanzjarju

 Proposta/inizjattiva b’tul taż-żmien limitat

   Proposta/inizjattiva fis-seħħ mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni sal-31/12/2028

   L-impatt finanzjarju mill-2018 sal-2020 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenji u mill-2018 sal-2029 għall-approprjazzjonijiet ta’ ħlasijiet

 Proposta/inizjattiva ta’ tul taż-żmien mhux limitat

Implimentazzjoni b’perjodu għat-tnedija minn SSSS sa SSSS,

u wara tħaddim fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 13  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

◻ mid-dipartimenti tagħha, inkluż il-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi l-kompiti tal-implimentazzjoni baġitarja jiġu fdati lil:

◻ pajjiżi terzi jew il-korpi nnominati minnhom;

◻ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (għad iridu jiġu speċifikati);

◻ il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

◻ il-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

◻ korpi tal-liġi pubblika;

⌧ korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sa fejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk ikun indikat aktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

Se tiġi stabbilita entità ġuridika ġdida - iddedikata esklussivament għall-implimentazzjoni tal-PRIMA. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE għall-inizjattiva se tingħata permezz ta’ din l-istruttura.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Ir-regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Arranġamenti ta’ superviżjoni standard, adottati mid-DĠ RTD għal inizjattivi skont l-Artikolu 185 tat-TFUE li se japplikaw b’mod ugwali għall-Programm Konġunt tal-PRIMA.

Ir-responsabbiltajiet tas-Servizzi tal-Kummissjoni u dawk tal-Istruttura Speċifika ta’ Implimentazzjoni tal-PRIMA (PRIMA-IS) u tal-Istati Parteċipanti se jiġu definiti fl-att bażiku u fil-ftehim ta’ delega.

Il-PRIMA-IS se tkun soġġetta għal valutazzjoni ex-ante skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju qabel jiġi ffirmat il-ftehim ta’ delega. Il-PRIMA-IS tipprovdi rappurtar annwali komprensiv inkluż l-opinjonijiet tal-awdituri u dikjarazzjoni ta’ ġestjoni u hija responsabbli mill-kontroll ex-ante tal-infiq tal-azzjonijiet indiretti kollha ffinanzjati mill-PRIMA-IS.

Barra minn hekk, kif meħtieġ mir-Regolament Finanzjarju, l-Istati Parteċipanti se jkollhom jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati fi żmien xieraq u mhux aktar tard mill-iffirmar tal-Ftehim ta’ Delega mill-Kummissjoni.

L-Istati Parteċipanti se jiddeterminaw il-kostijiet tal-attivitajiet tagħhom skont il-prattiki tal-kontabilità u l-istandards tal-kontabilità normali tal-Istati Parteċipanti kkonċernati u skont Standards Internazzjonali tal-Kontabilità/Standards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju. Dawn jinkludu ċertifikati ta’ awditi u dikjarazzjoni ta’ ġestjoni.

Il-Kummissjoni hija osservatur fil-korp tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-PRIMA-IS u tivverifika u tapprova l-Pjan ta’ Ħidma Annwali (AWP) u pjanijiet tal-baġit relatati permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni u r-rapportur annwali. Jekk il-kontijiet ma jistgħux jiġu aċċettati għandha tittieħed azzjoni ta’ segwitu sabiex jittaffa kwalunkwe riskju finanzjarju u ta’ reputazzjoni għall-Kummissjoni. Fejn meħtieġ, il-ħlasijiet lill-PRIMA-IS jiġu sospiżi u/jew irkuprati, jekk meħtieġ billi jintużaw il-garanziji finanzjarji mogħtija mill-Istati Parteċipanti. Jekk il-passi kollha t’hawn fuq ma jkunux adegwati biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jew biex jiżguraw li l-objettivi tal-politika jintlaħqu kif xieraq, wara konsiderazzjoni xierqa, jista’ jitwettaq awditu tal-PRIMA-IS. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi jekk meħtieġ li tissospendi l-implimentazzjoni jew tittermina l-Ftehim ta’ Delega.

L-implimentazzjoni tal-PRIMA se tiġi mmonitorjata permezz ta’ rapporti annwali. Dawn jinkludu ħarsa ddettaljata lejn l-attivitajiet tal-PRIMA f’paragun mal-pjan ta’ ħidma strateġiku pluriennali u l-pjan ta’ ħidma annwali, kif ukoll il-progress lejn l-objettivi u indikaturi aġġornati elenkati fil-punt 1.4.4.

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.Riskju/i identifikat(i)

1) Il-kapaċità tal-PRIMA-IS biex timmaniġġja l-kontribuzzjoni tal-UE u biex tipproteġi l-interess finanzjarju tal-UE

2) Il-kapaċità tal-Istati Parteċipanti biex jiffinanzjaw il-kontribuzzjonijiet tagħhom lill-programm

3) Impenn importanti bil-quddiem tal-UE fl-2020

2.2.2.Tagħrif li jikkonċerna l-istabbiliment tas-sistema ta’ kontroll intern

Ir-riskju 1 – ara l-punt 2.1

Ir-riskju 2 – il-kontribuzzjoni tal-UE se tiġi rilaxxata b’mod partikolari skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-att bażiku u fil-ftehim ta’ delega. Mekkaniżmu ta’ terminazzjoni, tnaqqis jew sospensjoni tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni huwa previst ukoll fl-att bażiku (Art. 9).

Ir-riskju 3 – L-att bażiku jipprevedi l-possibbiltà li jittermina, inaqqas jew jissospendi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE jekk l-impenji tal-SP ma jiġux issodisfati fi żmien xieraq, u l-baġit jiġi allokat mill-ġdid għal inizjattivi oħra fl-2020.

2.2.3.Stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta’ żball

L-Art. 10 tal-att bażiku jipprovdi għal verifiki ex-post tan-nefqa fuq azzjonijiet indiretti li għandhom jitwettqu skont ir-regoli tal-Orizzont 2020. Il-kostijiet tas-sistema ta’ kontroll huma parti min-nefqa amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-PRIMA. Is-sistema se tipprovdi assigurazzjoni raġonevoli u tikseb ġestjoni adegwata tar-riskji identifikati.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti.

L-att bażiku jipprovdi sett ta’ miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet, b’mod partikolari:

L-Art. 11 tal-att bażiku jistabbilixxi fost l-oħrajn li l-PRIMA-IS għandha tagħti aċċess għall-informazzjoni u għall-post tan-negozju meħtieġa biex il-Kummissjoni tikkontrolla, tevalwa u twettaq awditi dwar l-implimentazzjoni tal-PRIMA jew biex l-OLAF iwettaq l-investigazzjonijiet.

L-Art. 4 tal-att bażiku jistabbilixxi fost l-oħrajn li l-kontribuzzjoni tal-UE għandha tingħata bil-kundizzjoni li l-PRIMA tkun konformi mar-rekwiżiti tar-rapportur stabbiliti fl-Art. 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. Skont l-Art. 9, il-Kummissjoni tista’ tittermina, tnaqqas jew tissospendi l-kontribuzzjoni tagħha.

3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.L-intestatura(i) tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja(i) baġitarja(i) tan-nefqa affettwati

Il-linji baġitarji eżistenti

Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta'
nefqa

Kontribuzzjoni

Intestatura 1a - Il-Kompetittività għat-tkabbir u għall-impjiegi

Diff./Mhux diff 14 .

minn pajjiżi tal-EFTA 15

minn pajjiżi kandidati 16

minn pajjiżi terzi

fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

1A

05.090301 – Żgurar ta’ provvisti suffiċjenti ta’ ikel sikur u ta’ kwalità għolja u prodotti oħra b’bażi bijoloġika

Diff.

IVA

IVA

IVA

IVA

1A

08.020302 – Titjib fis-sikurezza tal-ikel, l-iżvilupp ta’ agrikoltura sostenibbli, ir-riċerka tal-baħar u marittima, u l-bijoekonomija

Diff.

IVA

IVA

IVA

IVA

1A

08.020305 - Kisba ta’ ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u reżiljenti għat-tibdil fil-klima u provvista sostenibbli ta’ materja prima

Diff.

IVA

IVA

IVA

IVA

1A

08.020201 – Tmexxija fin-nanoteknoloġiji, il-materjali avvanzati, il-bijoteknoloġija u l-manifattura u l-ipproċessar avvanzati

Diff.

IVA

IVA

IVA

IVA

3.2.Stima tal-impatt fuq in-nefqa

[Din it-taqsima għandha timtela bl-użu ta’ spreadsheet dwar id-data tal-baġit ta’ natura amministrattiva (it-tieni dokument fl-Anness għal din id-dikjarazzjoni finanzjarja) u mtella’ fuq is-CISNET għal skopijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.]

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

Numru

Intestatura 1a - Il-Kompetittività għat-tkabbir u għall-impjiegi

DĠ: AGRI/H, RTD/F, RTD/I, RTD/D

Sena
2018 17

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021-2029

TOTALI

• Approprjazzjonijiet operazzjonali

08.020302

Impenji

(1)

5.000

5.000

40.000

50.000

Pagamenti

(2)

1.000

2.500

2.500

44.000

50.000

08.020305

Impenji

(1a)

7.500

7.500

60.000

75.000

Pagamenti

(2a)

1.500

3.750

3.750

66.000

75.000

08.020201

Impenji

(1b)

2.500

2.500

20.000

25.000

Pagamenti

(2b)

500

1.250

1.250

22.000

25.000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ RTD

Impenji

=1+1a+1b

15.000

15.000

120.000

150.000

Pagamenti

=2+2a+2b

3.000

7.500

7.500

132.000

150.000



05.090301

Impenji

(1c)

5.000

5.000

40.000

50.000

Pagamenti

(2c)

1.000

2.500

2.500

44.000

50.000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ AGRI

Impenji

=1c

5.000

5.000

40.000

50.000

Pagamenti

=2c

1.000

2.500

2.500

44.000

50.000




Sena
2018 18

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021-2029

TOTALI



TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

20.000

20.000

160.000

200.000

Pagamenti

(5)

4.000

10.000

10.000

176.000

200.000

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi (08 01 05)

(6)

0.222

0.226

0.230

0.678

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt INTESTATURA 1a
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

20.222

20.226

160.230

200.678

Pagamenti

=5+ 6

4.222

10.226

10.230

176.000

200.678





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

“Nefqa amministrattiva”

EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021-2029

TOTALI

DĠ: RTD

• Riżorsi umani

0.204

0.208

0.212

0.624

• Nefqa amministrattiva oħra

0.018

0.018

0. 018

0.054

TOTAL tad-DĠ RTD

Approprjazzjonijiet

0.222

0.226

0.230

0.678

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt INTESTATURA 1A “Nefqa amministrattiva”
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

(Impenji totali = Pagamenti totali)

0.222

0.226

0.230

0.678

EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

Sena
2018 19

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021-2029

TOTALI

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

20.222

20.226

160.230

200.678

Pagamenti

4.222

10.226

10.230

176.000

200.678

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

Indika l-objettivi u r-riżultati

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

Sena
2022

Sena
2023

Sena
2024

Sena
2025

TOTALI

RIŻULTATI

Tip 20

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Numru Totali

Kost Totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 21

- Riżultat

Proġetti ta’ Dimostrazzjoni /Pilota*

3

20.000

3

20.000

3

20.000

4

30.000

4

30.000

6

40.000

6

40.000

29

200.000

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Riżultat

Il-proġetti tar-R&Ż**

15

20.000

15

20.000

15

20.000

20

30.000

20

30.000

30

40.000

30

40.000

145

200.000

KOST TOTALI

18

40.000

18

40.000

19

55.000

24

65.000

24

65.000

36

67.500

36

67.500

175

400.000

* Kontribuzzjoni tal-UE użata għal 10 proġetti ta’ dimostrazzjoni b’kost medju ta’ EUR 10 sa 15-il miljun u 20 pilota b’kost medju ta’ EUR 2.5 miljun għal kull proġett..

** Kontribuzzjoni tal-SP użata għal proġetti b’kost medju ta’ EUR 1 sa 1.5 miljun

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.Sommarju

   Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021-2029

TOTALI

INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Barra INTESTATURA 5 22
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

0.204

0.208

0.212

0.624

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

0.018

0.018

0.018

0.054

Subtotal
barra INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

0.222

0.226

0.230

0.678

TOTALI

0.222

0.226

0.230

0.678

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal infiq ieħor ta’ natura amministrattiva se jiġu ssodisfati b’approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew kienu ġew ridistribwiti fid-DĠ, flimkien, jekk dan ikun neċessarju, ma’ xi allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tad-diffikultajiet baġitarji.

3.2.3.2.Stima tar-riżorsi umani meħtieġa

   Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

Stima li trid tingħata f’unitajiet ekwivalenti għall-full time

Sena

2018

Sena

2019

Sena

2020

• Karigi fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

08 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

08 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

08 01 05 01 (Riċerka indiretta)

1

1

1

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’unitajiet Ekwivalenti għall-Full Time: FTE) 23

XX 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-“pakkett globali”)

XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 ss 24

- fil-kwartieri ġenerali

- fid-delegazzjonijiet

08 01 05 02 (CA, SNE, INT — Riċerka indiretta)

1

1

1

10 01 05 02 (CA, SNE, INT — Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTALI

2

2

2

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jintlaħqu mill-uffiċjali tad-DĠ li huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà ngħataw kariga band’oħra fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ xi allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi l-azzjoni skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Uffiċjali u aġenti kuntrattwali

Ir-riżorsi umani tat-taqsima 8.2.1 huma kkalkulati b’kost medju ta’ EUR 134,000 għal kull uffiċjal u EUR 70,000 għal kull aġent kuntrattwali u jiżdiedu bi 2% fis-sena.

Il-ħidmiet prinċipali li joħorġu mill-azzjoni se jkunu:

Parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-kumitat tal-PRIMA u fil-laqgħat tal-Kunsill għar-Riċerka tal-PRIMA bħala membru, +/- 3-4 darbiet laqgħat ta’ jumejn/sena

Osservatur fl-evalwazzjonijiet tal-proposti tal-PRIMA, 2-3 ijiem fis-sena

Parteċipazzjoni f’laqgħat ta’ ħidma u avvenimenti ta’ tixrid, 2-3 darbiet fis-sena

In-negozjati u t-tħejjija tal-ftehim mal-PRIMA-IS

Il-preparazzjoni tad-deċiżjoni finanzjarja annwali u l-pagamenti relatati

L-approvazzjoni tal-pjan ta’ ħidma annwali

Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni abbażi tar-rapporti annwali, u l-koordinazzjoni tal-evalwazzjonijiet ta’ nofs it-terminu u finali

L-awditjar finanzjarju u legali tal-implimentazzjoni tal-PRIMA

Persunal estern

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

   Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

   Il-proposta/inizjattiva se tirrikjedi programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega liema programmazzjoni mill-ġdid hija meħtieġa, billi tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega dak li hemm bżonn, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Il-kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi.

⌧ Il-proposta/inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Sena
2021

Sena
2022

Sena
2023

Impenji tal-Istati Parteċipanti tal-PRIMA

20.000

20.000

20.000

30.000

30.000

40.000

40.000

200.000

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet kofinanzjati

20.000

20.000

20.000

30.000

30.000

40.000

40.000

200.000



3.3.Stima tal-impatt fuq id-dħul

   Il-proposta/inizjattiva m’għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul mixxellanju

EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

Linja tad-dħul baġitarju:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti

L-impatt tal-proposta/inizjattiva 25

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi t-tul ta’ żmien kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għal dħul “assenjat” mixxellanju, speċifika l-linja(i) tan-nefqa baġitarja affettwati.

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

(1) Il-Programm Konġunt tal-PRIMA jinvolvi 19-il pajjiż:- 11-il Stat Membru: il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, Franza, il-Greċja, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, il-Portugall, is-Slovenja u Spanja;- 8 pajjiżi terzi: l-Alġerija, l-Eġittu, Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Marokk, it-Tuneżija u t-Turkija.Minn dawn, 14-il pajjiż (Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Eġittu, Franza, il-Greċja, Iżrael, l-Italja, il-Libanu, il-Lussemburgu, Malta, il-Marokk, il-Portugall, Spanja u t-Tuneżija) qablu li b’mod konġunt iwettqu l-inizjattiva tal-PRIMA.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2016)4614 tal-25 ta' Lulju 2016
(3) ĠU C ... [opinjoni tal-KES]
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).
(5) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298 tas-26.10.2012, p. 1).
(6) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 362 tal-31.12.2012, p. 1).
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f’“Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)” u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 81).
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE tat-3 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2006/971/KE, 2006/972/KE, 2006/973/KE, 2006/974/KE u 2006/975/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 965).
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(10) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(11) ABM: ġestjoni bbażata fuq l-attività; ABB: baġit ibbażat fuq l-attività.
(12) Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(13) Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html .
(14) Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(15) L-EFTA: l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles. .
(16) Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(17) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
(18) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
(19) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
(20) Ir-riżultati huma l-prodotti u s-servizzi li se jiġu fornuti (eż.: numru ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, numru ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(21) Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/ċi ...”
(22) Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(23) CA = Aġent Kuntrattwali; LA = Aġent Lokali; SNE = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal mill-aġenziji (“Intérimaire”); JED = “Jeune Expert en Délégation” (Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet).
(24) Sottolimitu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk li kienu linji “BA”).
(25) Fir-rigward ta’ riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara t-tnaqqis ta’ 25% għall-ispejjeż ta’ ġbir.