IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 10.10.2016
COM(2016) 651 final
2016/0318(NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tielet ħlas parzjali għall-2016.
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u għanijiet tal-proposta
Il-proposta tirrigwarda abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tielet ħlas parzjali tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri fl-2016.
Il-ħdax-il FEŻ u fondi oħra tal-FEŻ li għadhom miftuħa (jiġifieri t-tmien, id-disa' u l-għaxar FEŻ) huma mmaniġġjati skont il-ġabra ta' regoli li ġejja:
Il-Ftehim ta' Sħubija kurrenti bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq in-naħa l-oħra ("Il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE") kif emendat l-aħħar,
Il-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar l-iffinanzjar tal-għajnuna tal-Unjoni Ewropea fl-ambitu tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (il-"Ftehim Intern" tal-ħdax-il FEŻ),
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp ("ir-Regolament Finanzjarju tal-ħdax-il FEŻ").
Id-dokumenti msemmijin hawn fuq jinkludu impenji pluriennali mill-Istati Membri biex jappoġġjaw finanzjarjament it-teżor tal-FEŻ. Ir-Regolament Finanzjarju tal-ħdax-il FEŻ jistipula li jsiru kontribuzzjonijiet regolari mill-Istati Membri għat-teżor tal-FEŻ skont impenji finanzjarji predeterminati. Il-kontribuzzjonijiet regolari huma xprunati minn Deċiżjonijiet tal-Kunsill tekniċi li jirriflettu l-implimentazzjoni ta' impenji finanzjarji deċiżi minn qabel.
Uħud mill-intestaturi fil-memorandum ta' spjegazzjoni għaldaqstant mhumiex applikabbli għal sejħiet regolari għall-kontribuzzjonijiet, bħalma hi din.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika
Irreferi għall-punt 1. Raġunijiet u għanijiet tal-proposta.
•Konsistenza ma' politiki oħrajn tal-Unjoni
Irreferi għall-punt 1. Raġunijiet u għanijiet tal-proposta.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
F'konformità mal-Artikolu 21(7) tar-Regolament Finanzjarju tal- ħdax-il FEŻ, l-ammont ġestit mill-Kummissjoni u l-ammont ġestit mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) huma speċifikati separatament.
Skont l-Artikolu 52 tar-Regolament Finanzjarju tal-ħdax-il FEŻ, il-BEI bagħat lill-Kummissjoni l-estimi aġġornati tiegħu ta' impenji u ħlasijiet skont l-istrumenti li jimmaniġġja.
Skont l-Artikolu 22(1) tal-ħdax-il Regolament Finanzjarju, is-sejħiet għall-kontribuzzjonijiet l-ewwel għandhom jużaw l-ammonti disponibbli minn FEŻ preċedenti, wieħed wara l-ieħor. Għaldaqstant, is-sejħiet għal kontribuzzjonijiet f'din il-proposta jirrigwardaw l-ammonti fl-għaxar FEŻ, kemm għall-BEI kif ukoll għall-Kummissjoni.
F'konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju tal-ħdax-il FEŻ, il-Kunsill jiddeċiedi dwar din il-proposta mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju wara l-preżentazzjoni mill-Kummissjoni tal-proposta tagħha.
F'konformità mal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/759/UE li jistabbilixxi l-Faċilità ta' Tranżizzjoni, l-ishma tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri stabbiliti fl-Artikolu 1(2)(a) tal-Ftehimiet Interni tat-tmien, id-disa' u l-għaxar FEŻ għandhom jitnaqqsu skont dan, wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Intern tal-ħdax-il FEŻ. It-tnaqqis se jkollu impatt fuq il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri tal-2015, tal-2016 u tal-2017, skont l-opzjoni ta' aġġustament magħżula minn kull Stat Membru.
L-Artikolu 23(1) tar-Regolament Finanzjarju tal-ħdax-il FEŻ jistipula li Stat Membru li jonqos milli jwettaq il-ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni dovuta sal-iskadenza, ikun jeħtieġlu jħallas l-imgħax fuq l-ammont li ma jkunx ħallas; l-arranġamenti għall-ħlas tal-imgħax huma speċifikati fl-istess Artikolu.
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
Irreferi għall-punt 1. Raġunijiet u għanijiet tal-proposta.
•Proporzjonalità
Irreferi għall-punt 1. Raġunijiet u għanijiet tal-proposta.
•Għażla tal-istrument
Irreferi għall-punt 1. Raġunijiet u għanijiet tal-proposta.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX-POST, KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
•Ġbir u użu ta' għarfien espert
•Valutazzjoni tal-impatt
•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni
•Drittijiet fundamentali
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
5.ELEMENTI OĦRAJN
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar
•Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
2016/0318 (NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tielet ħlas parzjali għall-2016.
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, fuq-naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, kif l-aħħar emendat ("il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE"),
Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar l-iffinanzjar tal-għajnuna tal-Unjoni Ewropea fl-ambitu tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("il-Ftehim Intern"), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp ("ir-Regolament Finanzjarju tal-ħdax-il FEŻ"), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta li saret mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)Skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju tal-ħdax-il FEŻ, il-Kummissjoni għandha sal-10 ta' Ottubru 2016 tressaq proposta li tispeċifika (a) l-ammont tat-tielet ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2016, u (b) ammont annwali rivedut tal-kontribuzzjoni għall-2016, f'każijiet fejn l-ammont ivarja mill-bżonnijiet reali.
(2)Skont l-Artikolu 52 tar-Regolament Finanzjarju tal-ħdax-il FEŻ, fit-28 ta' Lulju 2016, il-Bank Ewropew tal-Investiment bagħat lill-Kummissjoni l-estimi aġġornati tiegħu ta' impenji u pagamenti skont l-istrumenti li jimmaniġġja.
(3)L-Artikolu 22(1) tar-Regolament Finanzjarju tal-ħdax-il FEŻ jistipula li s-sejħiet għal kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jużaw l-ammonti stipulati fil-FEŻ preċedenti. Għaldaqstant, għandha ssir sejħa għall-fondi taħt l-għaxar FEŻ.
(4)Il-Kunsill adotta fl-24 ta' Novembru 2015, fuq proposta mill-Kummissjoni, id-Deċiżjoni li jistabbilixxi li l-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet tal-FEŻ tal-Istati Membri għall-2016 ikun ta' EUR 3 450 miljun għall-Kummissjoni, u ta' EUR 150 miljun għall-Bank Ewropew tal-Investiment.
(5)Il-Kunsill adotta l-ħolqien tal-Faċilità Tranżitorja fit-12 ta' Diċembru 2013 fir-rigward tal-miżuri ta' mmaniġġjar tranżizzjonali tal-FEŻ mill-1 ta' Jannar 2014 sad-dħul fis-seħħ tal-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp.
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kontribuzzjonijiet individwali tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp li jridu jitħallsu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Bank Ewropew tal-Investiment bħala t-tielet ħlas parzjali għall-2016 huma stabbiliti fit-tabella fl-Anness 1.
Il-ħlasijiet ta' dawk il-kontribuzzjonijiet jistgħu jiġu kkombinati ma' aġġustamenti fl-ambitu tal-implimentazzjoni tat-tnaqqis tal-fondi impenjati skont il-Faċilità Tranżitorja, konsegwentement għal pjan ta' aġġustament ikkomunikat minn kull Stat Membru lill-Kummissjoni mal-adozzjoni tat-tielet ħlas parzjali tal-2015.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 10.10.2016
COM(2016) 651 final
ANNESSI
ta' [...]
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill
dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri biex jiffinanzjaw lill-Fond Ewropew tal-Iżvilupp, inkluż it-tielet pagament għall-2016
ANNESS
|
STATI MEMBRI
|
Taqsim tal-10 FEŻ %
|
it-3et ħlas parzjali tal-2016 (EUR)
|
|
|
|
mħallas lill-
|
mħallas lill-
|
Totali
|
|
|
|
BEI
|
Kummissjoni
|
|
|
|
|
l-10 FEŻ
|
l-10 FEŻ
|
|
|
L-AWSTRIJA
|
2.41
|
1 205 000.00
|
16 870 000.00
|
18 075 000.00
|
|
IL-BELĠJU
|
3.53
|
1 765 000.00
|
24 710 000.00
|
26 475 000.00
|
|
IL-BULGARIJA
|
0.14
|
70 000.00
|
980 000.00
|
1 050 000.00
|
|
ĊIPRU
|
0.09
|
45 000.00
|
630 000.00
|
675 000.00
|
|
IR-REPUBBLIKA ĊEKA
|
0.51
|
255 000.00
|
3 570 000.00
|
3 825 000.00
|
|
ID-DANIMARKA
|
2.00
|
1 000 000.00
|
14 000 000.00
|
15 000 000.00
|
|
L-ESTONJA
|
0.05
|
25 000.00
|
350 000.00
|
375 000.00
|
|
IL-FINLANDJA
|
1.47
|
735 000.00
|
10 290 000.00
|
11 025 000.00
|
|
FRANZA
|
19.55
|
9 775 000.00
|
136 850 000.00
|
146 625 000.00
|
|
IL-ĠERMANJA
|
20.50
|
10 250 000.00
|
143 500 000.00
|
153 750 000.00
|
|
IL-GREĊJA
|
1.47
|
735 000.00
|
10 290 000.00
|
11 025 000.00
|
|
L-UNGERIJA
|
0.55
|
275 000.00
|
3 850 000.00
|
4 125 000.00
|
|
L-IRLANDA
|
0.91
|
455 000.00
|
6 370 000.00
|
6 825 000.00
|
|
L-ITALJA
|
12.86
|
6 430 000.00
|
90 020 000.00
|
96 450 000.00
|
|
IL-LATVJA
|
0.07
|
35 000.00
|
490 000.00
|
525 000.00
|
|
IL-LITWANJA
|
0.12
|
60 000.00
|
840 000.00
|
900 000.00
|
|
IL-LUSSEMBURGU
|
0.27
|
135 000.00
|
1 890 000.00
|
2 025 000.00
|
|
MALTA Tel.
|
0.03
|
15 000.00
|
210 000.00
|
225 000.00
|
|
IN-NETHERLANDS
|
4.85
|
2 425 000.00
|
33 950 000.00
|
36 375 000.00
|
|
IL-POLONJA
|
1.30
|
650 000.00
|
9 100 000.00
|
9 750 000.00
|
|
IL-PORTUGALL
|
1.15
|
575 000.00
|
8 050 000.00
|
8 625 000.00
|
|
IR-RUMANIJA
|
0.37
|
185 000.00
|
2 590 000.00
|
2 775 000.00
|
|
IS-SLOVAKKJA
|
0.21
|
105 000.00
|
1 470 000.00
|
1 575 000.00
|
|
IS-SLOVENJA
|
0.18
|
90 000.00
|
1 260 000.00
|
1 350 000.00
|
|
SPANJA
|
7.85
|
3 925 000.00
|
54 950 000.00
|
58 875 000.00
|
|
L-IŻVEZJA
|
2.74
|
1 370 000.00
|
19 180 000.00
|
20 550 000.00
|
|
IR-RENJU UNIT
|
14.82
|
7 410 000.00
|
103 740 000.00
|
111 150 000.00
|
|
TOTAL UE-27
|
100.00
|
50 000 000.00
|
700 000 000.00
|
750 000 000.00
|