Brussell, 6.10.2016

COM(2016) 641 final

2016/0312(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha,
u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll
għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn
il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa,
u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra,
sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Il-proposta mehmuża tikkostitwixxi l-istrument legali għall-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Protokoll").

Skont l-Att ta' Adeżjoni, il-Kroazja, ir-Repubblika tal-Kroazja għandha taċċedi għall-ftehimiet internazzjonali ffirmati jew konklużi mill-Unjoni Ewropea u mill-Istati Membri tagħha permezz ta’ protokoll għal ma' dawk il-ftehimiet.

Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, minn hawn 'il quddiem imsemmi "il-Ftehim", ġie ffirmat fil-Lussemburgu fis-16 ta' Ġunju 2008 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2015.

Fl-24 ta’ Settembru 2012 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u r-Repubblika tal-Kroazja, mal-Bożnija-Ħerzegovina sabiex tikkonkludi Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea.

Bejn it-13 ta’ Diċembru 2012 u t-28 ta’ April 2016 saru diversi ċikli ta’ negozjati. Wara aktar konsultazzjonijiet tekniċi u korrispondenza, il-Protokoll ġie inizjalat mill-Kummissjoni u mill-Bożnija-Ħerzegovina fit-18 ta’ Lulju 2016.

Il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill jiddeċiedi dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll u jikkonkludi l-Protokoll f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha. Il-konklużjoni tal-Protokoll f’isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (KEEA) ssegwi proċedura separata li permezz tagħha l-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Kunsill jagħti l-approvazzjoni tiegħu, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabbilixxi l-KEEA.

Il-proposta mehmuża hija għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll. Il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill:

jiddeċiedi dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha.

2016/0312 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha,
u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll

għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn

il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa,

u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra,

sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(5) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u b'mod partikolari, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bosnja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat fis-16 ta' Ġunju 2008 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2015 1 .

(2)Ir-Repubblika tal-Kroazja saret Stat Membru tal-Unjoni fl-1 ta’ Lulju 2013.

(3)F’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tal-Att tal-2012 dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, għandhom jiġu miftiehma permezz tal-konklużjoni ta’ Protokoll ("il-Protokoll") għal tali ftehim mill-Kunsill li jaġixxi unanimament f’isem l-Istati Membri, u mill-pajjiż terz ikkonċernat.

(4)Fl-24 ta’ Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Kroazja, biex jiftħu negozjati mal-Bosnija-Ħerzegovina għall-adattament ta’ ftehimiet iffirmati jew konklużi bejn l-Unjoni jew l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, fid-dawl tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni.

(5)Dawn in-negozjati tlestew billi ġie inizjalat il-Protokoll fit-18 ta’ Lulju 2016.

(6)Il-Protokoll jinħtieġ li jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

(7)Il-konklużjoni tal-Protokoll hija s-soġġett ta' proċedura separata fir-rigward tal-kwistjonijiet li jaqgħu taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.

(8)Il-Protokoll jinħtieġ li jkun applikat fuq bażi proviżorja sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar f'isem l-Unjoni u l-Istat Membri tagħha tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bosnija-Ħerzegovina min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-Protokoll.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. 

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna jew persuni mogħtija s-setgħa li jiffirmaw il-Protokoll f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.


Artikolu 3

Il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja, skont l-Artikolu (8)2 tiegħu, mill-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data tal-iffirmar tiegħu, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1) ĠU L 164, 30.6.2015, p. 2.

Brussell, 6.10.2016

COM(2016) 641 final

ANNESSI

ta' [...]

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea


PROTOKOLL

għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA’ SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,

IR-RENJU TAN-NETHERLANDS,

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TAL-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ

Partijiet kontraenti għat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-Istati Membri", u

L-UNJONI EWROPEA u L-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA,

minn hawn 'il quddiem l-"Unjoni Ewropea",

minn-naħa l-waħda, u

IL-BOŻNIJA-ĦERZEGOVINA,

min-naħa l-oħra,

Wara li kkunsidraw l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (minn hawn 'il quddiem il-''Kroazja'') mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013,

Billi:

(1)Il-Ftehim Interim bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat fil-Lussemburgu fis-16 ta’ Ġunju 2008 u kien fis-seħħ mill-1 ta’ Lulju 2008 sal-31 ta’ Mejju 2015.

(2)It-Trattat dwar l-adeżjoni tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem it-"Trattat ta' Adeżjoni") ġie ffirmat fi Brussell fid-9 ta' Diċembru 2011.

(3)Il-Kroazja aderixxiet mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013.

(4)Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, (minn hawn 'il quddiem "il-FSA") ġie ffirmat fil-Lussemburgu fis-16 ta' Ġunju 2008 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2015;

(5)Skont l-Artikolu 6(2) tal-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja, l-adeżjoni tal-Kroazja mal-FSA tiġi miftiehma permezz tal-konklużjoni ta' protokoll għall-FSA.

(6)Saru konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 37(3) tal-FSA sabiex jiġi żgurat li jitqiesu l-interessi reċiproċi tal-Unjoni Ewropea u tal-Bożnija-Ħerzegovina msemmija f'dak il-Ftehim,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Taqsima I

Il-Partijiet Kontraenti

Artikolu 1

Il-Kroazja għandha tkun Parti fil-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, (minn hawn 'il quddiem l-'SAA'). iffirmat fil-Lussemburgu fis-16 ta' Ġunju 2008 u għandha rispettivament, bl-istess mod bħall-Istati Membri l-oħra tal-Komunità, tadottaw u tieħu nota tat-testi tal-Ftehim, kif ukoll tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti u Dikjarazzjonijiet Unilaterali mehmuża mal-Att Finali ffirmat fl-istess data.

Taqsima II

AĠĠUSTAMENTI FIT-TEST TAL-FSA INKLUŻI L-ANNESSI U L-PROTOKOLLI TIEGĦU

Prodotti Agrikoli

Artikolu 2

Prodotti Agrikoli sensu stricto

1. Fl-Artikolu 27(3) tal-FSA, jiżdied is-subparagrafu ġdid li ġej:

Mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll sabiex titqis l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, jew, f’każ li dan il-Protokoll japplika b’mod proviżorju, mid-data tal-applikazzjoni proviżorja tiegħu, il-kwota tariffarja annwali stabbilita fl-ewwel subparagrafu għandha tkun ta’ 13 210 tunnellata (piż nett).

2. Fl-Artikolu 27 tal-FSA, jiżdied il-paragrafu l-ġdid 4a li ġej:

4a. Barra minn hekk, mal-paragrafu 4, mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll biex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea jew, f’każ li dan il-Protokoll japplika b’mod proviżorju, mid-data tal-applikazzjoni proviżorja tiegħu l-Bożnija-Ħerzegovina għandha tneħħi d-dazji doganali applikabbli fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw fil-Komunità, elenkati fl-Anness III (e) sal-limitu tal-kwota tariffarja indikata għall-prodotti kkonċernati.

3. L-Anness I ta' dan il-Protokoll għandu jiżdied bħala l-Anness III(f) tal-FSA u għandu jifforma parti integrali mill-FSA.

Artikolu 3

Ħut u prodotti tas-sajd

1. Fl-Artikolu 28 tal-FSA, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej bħala l-paragrafu 1a:

1 a. Mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, jew, f’każ li dan il-Protokoll japplika b’mod proviżorju, mid-data tal-applikazzjoni proviżorja tiegħu, l-Unjoni għandha tneħħi d-dazji doganali kollha jew il-ħlasijiet li jkollhom effett ekwivalenti ta’ ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw fil-Bożnija-Ħerzegovina, ħlief dawk elenkati fl-Anness IVa. Il-prodotti elenkati fl-Anness IVa għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet stipulati fih.

2. Fl-Artikolu 28 tal-FSA, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej bħala l-paragrafu 3:

3. Mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll biex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea jew, f’każ li dan il-Protokoll japplika b’mod proviżorju, mid-data tal-applikazzjoni proviżorja tiegħu l-Bożnija-Ħerzegovina għandha tiftaħ kwota ħielsa mid-dazju għall-importazzjonijiet ta' karpu ħaj skont il-Kodiċi NM 0301 93 00 fil-limitu tal-kwita tariffarja annwali ta' 75 tunnellata. L-importazzjonijiet barra l-limiti tal-kwota għandhom ikunu soġġetti għad-dazji stabbiliti fl-Anness V tal-FSA.

3. L-Anness II ta' dan il-Protokoll għandu jiżdied bħala l-Anness IVa tal-FSA u għandu jifforma parti integrali mill-FSA.

Artikolu 4

Prodotti agrikoli pproċessati

L-Anness III ta' dan il-Protokoll għandu jiżdied bħala l-Anness III tal-Protokoll 1 tal-FSA u għandu jifforma parti integrali mill-FSA.

Artikolu 5

Il-Ftehim dwar l-Inbid

Mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll sabiex titqis l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, jew, f’każ li dan il-Protokoll japplika b’mod proviżorju, mid-data tal-applikazzjoni proviżorja tiegħu, Anness I tal-Protokoll 7 tal-FSA msemmi fl-Artikolu 27(5) tal-FSA għandu jiġi emendat kif stabilit fl-Anness IV ta' dan il-Protokoll.

Taqsima III

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 6

Dan il-Protokoll u l-Annessi tiegħu għandhom ikunu parti integrali mill-FSA.

Artikolu 7

1. Dan il-Protokoll għandu jkun approvat mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u mill-l-Bożnija-Ħerzegovina skont il-proċeduri tagħhom stess.

2. Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri korrispondenti msemmija fil-paragrafu 1. L-istrumenti ta' approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8

1. Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar ta' wara d-data tad-depożitu tal-aħħar strument ta' approvazzjoni.

2. Jekk mhux l-istrumenti kollha ta' approvazzjoni ta' dan il-Protokoll ikunu ġew depożitati qabel l-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data tal-firma, dan il-Protokoll għandu japplika b'mod proviżorju. Id-data tal-applikazzjoni proviżorja għandha tkun l-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data tal-firma.

Artikolu 9

Dan il-Protokoll huwa mħejji f'żewġ kopji fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Irlandiża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Bożnija u Serba, b'kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.



ANNESSI



ANNESS I

'ANNESS III (f)

KONĊESSJONIJIET TARIFFARJI TAL-BOŻNIJA-ĦERZEGOVINA GĦALL-PRODOTTI AGRIKOLI PRIMARJI LI JORIĠINAW FL-UNJONI EWROPEA

(Imsemmija fl-Artikolu 27(4a) tal-FSA)

1.

Mid-data tad-dħul fis-seħħ jew l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, id-dazju għandu jiġi abolit għal prodotti t'hawn taħt fil-kwantitajiet tal-Kwota Tariffarja stabbiliti hawn taħt. Għal importazzjonijiet barra l-kwota għandna tapplika r-rata tad-dazju MFN. Għas-sena 2017, għandu japplika l-ammont sħiħ tal-kwota, irrispettivament mid-data tad-dħul fis-seħħ jew l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll.

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Tariffa tal-kwota (tunnellati)

0102

Annimali tal-ifrat ħajjin:

- Frat:

0102 29

- - Oħrajn:

- - - Oħrajn:

- - - - Ta’ piż aktar minn 300 kg:

- - - - - Baqar:

0102 29 61

- - - - - - Għall-qatla

1 935

- - - - - Oħrajn:

0102 29 91

- - - - - - Għall-qatla

190

0103

Majjal ħaj:

- Oħrajn:

0103 92

- - Jiżen 50 kg jew aktar:

- - - Speċi domestiċi:

0103 92 11

- - - - Majjali nisa li jkunu ferrgħu għallinqas darba, ta’ piż mhux inqas minn 160 kg

575

0103 92 19

- - - - Oħrajn

1 755

0103 92 90

- - - Oħrajn

195

0105

Tjur ħajjin, jiġifieri tjur tal-ispeċi Gallus domesticus, papri, wiżż, dundjani u farawni:

- Oħrajn:

0105 94 00

- - Tjur ta’ l-ispeċi Gallus domesticus

1 455

0207

Laħam u ġewwieni li jittiekel, ta’ tjur tat-titlu 0105, frisk, imkessaħ jew friżat:

- Ta’ tjur tal-ispeċi Gallus domesticus:

0207 12

- - Mhux imqattgħin f’biċċiet, iffriżati:

0207 12 90

- - - Imnittfa u msewwija, bla rjus u bla saqajn u bla għenuq, qlub, fwied u qnieżaħ, magħrufa bħala "65 % tiġieġ", jew preżentati mod ieħor

80

0207 13

- - Qatgħat u ġewwieni, friski jew imkessħin:

- - - Qatgħat:

0207 13 10

- - - - Bla għadam

90

- - - - Bl-għadma:

0207 13 30

- - - - - Ġwienaħ sħaħ, bil-ponot jew mingħajr ponot

55

0207 13 60

- - - - - Saqajn u qatgħat tagħhom

320

- - - Ġewwieni:

0207 13 99

- - - - Oħrajn

25

0207 14

- - Qatgħat u ġewwieni, friżati:

- - - Qatgħat:

- - - - Bl-għadma:

0207 14 20

- - - - - Nofsijiet jew kwarti

30

0207 14 60

- - - - - Saqajn u qatgħat tagħhom

130

- - - Ġewwieni:

0207 14 99

- - - - Oħrajn

50

0401

Ħalib u krema, mhux konċentrati u mingħajr iż-żieda ta’ zokkor jew ta’ xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu:

0401 40

- B’kontenut ta’ xaħam, bil-piż, aktar minn 6 % iżda mhux aktar minn 10 %:

0401 40 10

- - F’pakki diretti ta’ kontenut nett mhux akbar minn żewġ litri

80

0401 50

- B’kontenut ta’ xaħam, bil-piż, aktar minn 10 %:

- - Ta’ mhux aktar minn 21 %:

0401 50 11

- - - F’pakki diretti ta’ kontenut nett mhux akbar minn żewġ litri

30

0402

Ħalib u krema, konċentrati u biż-żieda ta’ zokkor jew ta’ xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu:

- Fi trab, ħbub u forom solidi oħrajn, b’kontenut ta’ xaħam, bil-piż, aktar minn 1,5 %

0402 21

- - Mingħajr zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu:

- - - B’kontenut ta’ xaħam, bil-piż, mhux aktar minn 27 %:

0402 21 18

- - - - Oħrajn

25

0403

Xorrox tal-butir, baqta u krema, jogurt, kefir u ħalib u krema oħrajn fermentati jew li saru aċidużi, kemm jekk konċentrati kif le jew biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew imħawrin jew miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw:

0403 90

- Oħrajn:

- - Mhux imħawrin u lanqas miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw:

- - - Oħrajn:

- - - - Mingħajr żieda ta’ zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu, b’kontenut ta’ xaħam, bil-piż:

0403 90 51

- - - - - Ta’ mhux aktar minn 3 %:

500

0403 90 53

- - - - - Li jaqbeż it-3 % imma mhux aktar minn 6 %

290

0405

Butir u xaħmijiet u żjut oħra miksuba mill-ħalib Dlik (spreds) ta’ prodotti tal-ħalib:

0405 10

- Butir:

- - B’kontenut ta’ xaħam, bil-piż, mhux aktar minn 85 %:

- - - Butir naturali:

0405 10 11

- - - - F’pakki diretti b’kontenut nett mhux aktar minn 1 kg

160

0405 10 19

- - - - Oħrajn

200

0406

Ġobon u baqta:

0406 10

- Ġobon frisk (mhux misjur jew konservat), inkluż ġobon tax-xorrox, u baqta

- - B’kontenut ta’ xaħam, bil-piż, mhux aktar minn 40 %:

0406 10 30

- - - Mozzarella, kemm jekk f’likwidu jew le

355

0406 10 50

- - - Oħrajn

0406 10 80

- - Oħrajn

165

0409 00 00

Għasel naturali

165

0701

Patata, friska jew imkessħa:

0701 90

- Oħrajn:

- - Oħrajn:

0701 90 50

- - - Ġdida, mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju

50

0701 90 90

- - - Oħrajn

1 265

0704

Kaboċċi, pastard, ġdur u brassicae oħrajn li jittieklu, friski jew imkessħin:

0704 90

- Oħrajn:

0704 90 10

- - Kaboċċi bojod u kaboċċi ħomor

280

0706

Karrotti, turnips (xorta ta’ Brassica), pitravi għall-insalata, sassefrika, celeriac (xorta ta’ krafes), ravanell u għeruq oħrajn simili tajbin għall-ikel, friski jew imkessħin:

0706 10 00

- Karrotti u ġdur

50

0806

Għeneb, frisk jew imnixxef:

0806 10

- Frisk:

0806 10 10

- - Għeneb tal-mejda

45

0809

Berquq, ċirasa, ħawħ (inkluż nuċiprisk), għanbaqar u pruna selvaġġa (sloes), friski:

- Ċirasa:

0809 21 00

- - Ċirasa qarsa (Prunus cerasus)

410

0811

Frott u ġewż, nejjin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma, friżati, kemm jekk biż-żieda ta’ zokkor jew ta’ xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu jew mingħajrha:

0811 90

- Oħrajn:

- - Oħrajn:

- - - Ċirasa:

0811 90 75

- - - - Ċirasa qarsa (Prunus cerasus)

70

1601

Zalzett u prodotti simili, ta' laħam, fdal tal-ġewwieni jew demm; preparazzjonijiet tal-ikel ibbażati fuq dawn il-prodotti:

- Oħrajn:

1601 00 91

- - Zalzett, niexef jew biex jinfirex, nej

285

1602

Laħam, fdal tal-laħam jew demm oħrajn preparati jew preservati:

1602 10 00

- Preparazzjonijiet omoġenizzati

75

1602 20

- Ta' fwied ta' kull annimal:

1602 20 90

- - Oħrajn

140

- Ta’ tjur ta’ intestatura 0105:

1602 31

- - Tad-dundjani:

- - - Li fihom 57 % jew aktar tal-piż laħam jew fdal tal-laħam tat-tjur:

1602 31 19

- - - - Oħrajn

40

1602 32

- - Ta’ tjur tal-ispeċi Gallus domesticus

- Tal-majjal:

- - - Li fihom 57 % jew aktar tal-piż laħam jew fdal tal-laħam tat-tjur:

1602 32 11

- - - - Nej

130

1602 32 19

- - - - Oħrajn

30

1602 32 30

- - - Li fihom 25 % jew aktar iżda inqas minn 57 % tal-piż laħam jew fdal tal-laħam tat-tjur

170

1602 32 90

- - - Oħrajn

230

1602 41

- - Prieżet u qatgħat tagħhom:

1602 41 10

- - - Ta' majjal domestiku

360

1602 49

- - Oħrajn, inklużi taħlitiet:

- - - Ta' majjal domestiku:

- - - - Li fihom 80 % jew aktar tal-piż laħam jew fdal tal-laħam, ta’ kull tip, inklużi xaħmijiet ta’ kull tip u oriġni:

1602 49 15

- - - - - Taħlit ieħor li jinkludi koxox (saqajn), spallejn, ġenbejn jew għenuq, u qatgħat tagħhom

150

1602 49 30

- - - - Li fihom 40 % jew aktar tal-piż iżda inqas minn 80 % laħam jew fdal tal-laħam, ta’ kull tip, inklużi xaħmijiet ta’ kull tip u oriġni

445

1602 49 50

- - - - Li fihom anqas minn 40 % tal-piż laħam jew fdal tal-laħam, ta’ kull tip, inklużi xaħmijiet ta’ kull tip u oriġni

60

1602 50

- Tal-bovini:

- - Oħrajn:

1602 50 31

- - - Bulubif (corned beef) f’kontenituri ssiġillati mill-arja

70

1602 50 95

- - - Oħrajn

295

1701

Zokkor tal-kannamieli jew pitravi u sakkarożju kimikament pur, f’forma solida:

- Oħrajn:

1701 91 00

- - Li fih miżjudin ħwawar jew materjal biex jagħti l-kulur

55

1701 99

- - Oħrajn:

1701 99 10

- - - Zokkor abjad

3 470

2001

Ħxejjex, frott, ġewż u partijiet oħrajn ta’ pjanti tajbin għall-ikel, preparati u preservati bil-ħall jew b’aċtu aċetiku:

2001 10 00

- Ħjar u ħjar żgħir (gherkins)

265

2001 90

- Oħrajn:

2001 90 70

- - Bżar ħelu

70

2005

Ħxejjex oħrajn, ippreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, mhux friżati, ħlief prodotti ta’ titlu 2006:

- Ħxejjex oħrajn u taħlit tal-ħxejjex:

2005 99

- - Oħrajn:

2005 99 50

- - - Taħlit ta’ veġetali

245

2005 99 60

- - - Kaboċċi mqattgħin immarinati (sauerkraut)

40



2.

Importazzjonijiet fil-Bożnija-Ħerzegovina tal-prodotti li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal konċessjonijiet kif imfassla hawn taħt: Għal importazzjonijiet barra l-kwota għandha tapplika r-rata tad-dazju MFN. Għas-sena 2017, għandu japplika l-ammont sħiħ tal-kwota, irrispettivament mid-data tad-dħul fis-seħħ jew l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll.

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Tariffa tal-kwota (tunnellati)

Sa mill-01.01.2017

Sa mill-01.01.2018

Sa mill-01.01.2019

0401

Ħalib u krema, mhux konċentrati u mingħajr iż-żieda ta’ zokkor jew ta’ xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu:

0401 20

- B’kontenut ta’ xaħam, bil-piż, aktar minn 1 % iżda mhux aktar minn 6 %:

- - Ta’ mhux aktar minn 3 %:

0401 20 11

- - - F’pakki diretti ta’ kontenut nett mhux akbar minn żewġ litri

5 432

9 506

13 580

- - li jaqbeż it-3 %:

0401 20 91

- - - F’pakki diretti ta’ kontenut nett mhux akbar minn żewġ litri

720

1 440

1 440

0403

Xorrox tal-butir, baqta u krema, jogurt, kefir u ħalib u krema oħrajn fermentati jew li saru aċidużi, kemm jekk konċentrati kif le jew biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew imħawrin jew miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw:

0403 10

- Jogurt:

- - Mhux imħawrin u lanqas miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw:

- - - Mingħajr żieda ta’ zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu, b’kontenut ta’ xaħam, bil-piż:

0403 10 11

- - - - Ta’ mhux aktar minn 3 %

1 515

3 030

3 030

0403 10 13

- - - - Li jaqbeż it-3 % imma mhux aktar minn 6 %

1 520

3 040

3 040

0403 90

- Oħrajn:

- - Mhux imħawrin u lanqas miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw:

- - - Oħrajn:

- - - - Mingħajr żieda ta’ zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu, b’kontenut ta’ xaħam, bil-piż:

0403 90 59

- - - - - Ta’ mhux aktar minn 6 %

1 762.5

3 525

3 525

1601

Zalzett u prodotti simili, ta' laħam, fdal tal-ġewwieni jew demm; preparazzjonijiet tal-ikel ibbażati fuq dawn il-prodotti:

- Oħrajn:

1601 00 99

- - Oħrajn

1 692.5

3 385

3 385



ANNESS II

"ANNESS IVa


DAZJI APPLIKABBLI GĦALL-PRODOTTI LI JOROĠINAW MILL-BOŻNIJA-ĦERZEGOVINA META JIĠU IMPORTATI FL-UNJONI EWROPEA

(Imsemmija fl-Artikolu 28(1a) tal-FSA)

1.

Mid-data tad-dħul fis-seħħ jew l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, l-importazzjonijiet fil-Bożnija-Ħerzegovina fl-Unjoni Ewropea għandhom ikunu soġġetti għal konċessjonijiet kif imfassla hawn taħt. Għas-sena 2017, għandu japplika l-ammont sħiħ tal-kwota, irrispettivament mid-data tad-dħul fis-seħħ jew l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll.

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Tariffa tal-kwota ta' volum (tunnellati)

Rata ta’ dazju
ġewwa l-kwota

Rata ta’ dazju
'il fuq mill-kwota

0301 91 00

0302 11 00

0303 14 00

0304 42 00

ex 0304 52 00

0304 82 00

ex 0304 99 21

ex 0305 10 00

ex 0305 39 90

0305 43 00

ex 0305 59 80

ex 0305 69 80

Trota (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache and Oncorhynchus chrysogaster): ħaj; frisk jew imkessaħ; iffriżat; imnixxfa, immellħa jew fis-salmura, iffumikati; fletti u laħam ieħor tal-ħut; dqiq, tħin u gerbub, tajbin għall-konsum mill-bniedem

500

0 %

70 %
tad-dazju MFN

0301 93 00

0302 73 00

0303 25 00

ex 0304 39 00

ex 0304 51 00

ex 0304 69 00

ex 0304 93 90

ex 0305 10 00

ex 0305 31 00

ex 0305 44 90

ex 0305 59 80

ex 0305 69 80

Karpjun (Cyprinus carpio, Carassius carassius, Ctenopharyngodon idellus, Hypophthalmichthys spp., Cirrhinus spp., Mylopharyngodon piceus): ħaj; frisk jew imkessaħ; iffriżat; imnixxfa, immellħa jew fis-salmura, iffumikati; fletti u laħam ieħor tal-ħut; dqiq, tħin u gerbub, tajbin għall-konsum mill-bniedem

140

0 %

70 %
tad-dazju MFN

ex 0301 99 85

0302 85 10

0303 89 50

ex 0304 49 90

ex 0304 59 90

ex 0304 89 90

ex 0304 99 99

ex 0305 10 00

ex 0305 39 90

ex 0305 49 80

ex 0305 59 80

ex 0305 69 80

Pagru (Dentex dentex u Pagellus spp.): ħaj; frisk jew imkessaħ; iffriżat; imnixxfa, immellħa jew fis-salmura, iffumikati; fletti u laħam ieħor tal-ħut; dqiq, tħin u gerbub, tajbin għall-konsum mill-bniedem

30

0 %

30 %
tad-dazju MFN

ex 0301 99 85

0302 84 10

0303 84 10

ex 0304 49 90

ex 0304 59 90

ex 0304 89 90

ex 0304 99 99

ex 0305 10 00

ex 0305 39 90

ex 0305 49 80

ex 0305 59 80

ex 0305 69 80

Spnott (Dicentrarchus labrax): ħaj; frisk jew imkessaħ; iffriżat; imnixxfa, immellħa jew fis-salmura, iffumikati; fletti u laħam ieħor tal-ħut; dqiq, tħin u gerbub, tajbin għall-konsum mill-bniedem

30

0%

30 %
tad-dazju MFN

1604 13 11

1604 13 19

ex 1604 20 50

Sardin ippreparat jew ippreżervat

50

6 %

100 %

1604 16 00

1604 20 40

Inċova ppreparata jew ippreservata

70

12,5 %

100 %

2.

Ir-rata tad-dazju applikabbli għall-prodotti kollha tal-intestatura tal-HS 1604, minbarra sardini u inċova ppreparati jew ippreservati, titnaqqas għal 70% tar-rata tad-dazju MFN



Anness III

'ANNESS III TAL-PROTOKOLL 1




KONĊESSJONIJIET TARIFFARJI TAL-BOŻNIJA-ĦERZEGOVINA GĦAL PRODOTTI AGRIKOLI PPROĊESSATI LI JORIĠINAW FL-UNJONI EWROPEA



(Imsemmija fl-Artikolu 25 tal-FSA)

Mid-data tad-dħul fis-seħħ jew l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, id-dazju għandu jiġi abolit fil-kwantitajiet tal-Kwota Tariffarja stabbiliti hawn taħt. Għal importazzjonijiet barra l-kwota għandna tapplika r-rata tad-dazju MFN. Għas-sena 2017, għandu japplika l-ammont sħiħ tal-kwota, irrispettivament mid-data tad-dħul fis-seħħ jew l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll.

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Tariffa tal-kwota (tunnellati)

0403

Xorrox tal-butir, baqta u krema, jogurt, kefir u ħalib u krema oħrajn fermentati jew li saru aċidużi, kemm jekk konċentrati kif le jew biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew imħawrin jew miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw:

0403 10

- Jogurt:

- - Imħawrin u miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw:

- - - Oħrajn, b’kontenut ta’ xaħam tal-ħalib, bil-piż:

0403 10 91

- - - - Ta’ mhux aktar minn 3 %

480

0403 10 93

- - - - Li jaqbeż it-3 % imma mhux aktar minn 6 %

130

0403 10 99

- - - - Ta’ mhux aktar minn 6 %

25

0403 90

- Oħrajn:

- - Imħawrin u miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw:

- - - Oħrajn, b’kontenut ta’ xaħam tal-ħalib, bil-piż:

0403 90 91

- - - - Ta’ mhux aktar minn 3 %

530

0403 90 93

- - - - Li jaqbeż it-3 % imma mhux aktar minn 6 %

55

1905

Ħobż, għaġina, kejkijiet, gallettini u oġġetti oħrajn tal-furnara, fihom il-kawkaw jew le; ostji tat-tqarbin, cachets vojta ta’ kwalità li huma tajbin għal użu farmaċewtiku, karti tas-siġill (sealing wafers), karta ostja u prodotti simili:

- Biskuttini ħelwin; waffles u wejfers:

1905 31

- - Biskuttini ħelwin:

- - - Miksijin kompletament jew parzjalment biċ-ċikkulata jew preparazzjonijiet oħrajn li fihom il-kawkaw:

1905 31 19

- - - - Oħrajn

365

- - - Oħrajn:

- - - - Oħrajn:

1905 31 99

- - - - - Oħrajn

600

1905 32

- - Waffles u wejfers:

- - - Oħrajn:

- - - - Miksijin kompletament jew parzjalment biċ-ċikkulata jew preparazzjonijiet oħrajn li fihom il-kawkaw:

1905 32 19

- - - - - Oħrajn

300

1905 90

- Oħrajn:

- - Oħrajn:

1905 90 45

- - - Gallettini

35

2208

Alkoħol etiliku mhux żnaturat b’qawwa alkoħolika bil-volum ta’ inqas minn 80 % vol; spirti, likuri u xorb ieħor spirituż:

2208 20

- Spirti magħmulin bid-distillar ta’ inbid tal-għeneb jew ta’ karfa ta’ għeneb magħsur:

- - F'kontenituri li jesgħu 2 litri jew inqas:

2208 20 29

- - - Oħrajn:

ex

2208 20 29

- - - - Brandy tal-għeneb u l-karfa tal-għeneb brandy

85

ex

2208 20 29

- - - - Oħrajn

2402

Sigarri, cheroots, cigarillos u sigarretti, tat-tabakk jew sostituti tat-tabakk:

2402 20

- Sigarretti li fihom tabakk:

2402 20 90

- - Oħrajn

3 200



ANNESS IV

“EMENDI GĦALL-ANNESS I TAL-PROTOKOLL 7

1.

It-tabella f’Punt 1 tal-Anness I għall-Protokoll 7, fuq l-importazzjonijiet tal-inbejjed fl-Unjoni Ewropea, għandha tiġi sostitwita bit-tabella ta’ hawn taħt:

2.

It-tabella f’Punt 3 tal-Anness I għall-Protokoll 7, fuq l-importazzjonijiet tal-inbejjed fil-Bożnija-Ħerzegovina, għandha tiġi sostitwita bit-tabella ta’ hawn taħt: