Brussell, 3.10.2016

COM(2016) 630 final

2016/0307(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Kroazja matul l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet għall-proposta u l-objettivi tagħha

Bl-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, l-Unjoni Ewropea kabbret l-unjoni doganali tagħha. Għaldaqstant, l-Unjoni Ewropea hi obbligata, skont ir-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) (Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994) li tidħol f'negozjati mal-Membri tad-WTO li għandhom drittijiet ta' negozjar fl-iskeda tariffarja tal-Kroazja sabiex ikun hemm qbil dwar aġġustament kumpensatorju. Tali aġġustament ikun dovut jekk l-adozzjoni tar-reġim estern tat-tariffi tal-UE jirriżulta f’żieda fit-tariffi lil hinn mil-livell li għalihom il-pajjiż aderenti rabat lilu nnifsu fid-WTO.

Fil-15 ta' Lulju 2013, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati skont l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994. Il-Kummissjoni nnegozjat mal-Membri tad-WTO li għandhom drittijiet ta’ negozjar fir-rigward tal-irtirar ta’ konċessjonijiet speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mal-irtirar tal-iskedi tar-Repubblika tal-Kroazja matul l-adeżjoni tagħha fl-Unjoni Ewropea.

In-negozjati mar-Repubblika Federattiva tal-Brażil irriżultaw f'abbozz ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri li ġie inizjalat fit-12 ta' Lulju 2016 f'Ġinevra (il-Ftehim). B’konsegwenza ta’ dan, din il-proposta titlob lill-Kunsill biex jadotta deċiżjoni għall-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri mar-Repubblika Federattiva tal-Brażil. B'mod parallel, qed tiġi ppreżentata proposta separata dwar il-firma ta' dan il-Ftehim.

Konsistenza ma’ dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

Il-proposta hija konsistenti mal-prattika tal-UE segwita f’adeżjonijiet preċedenti tal-UE.

Konsistenza mal-politiki l-oħrajn tal-Unjoni

Il-proposta ssegwi l-prattika tal-UE li tkun konsistenti mal-azzjoni esterna tal-UE, il-politiki industrijali u agrikoli.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

L-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v) TFUE dwar il-konklużjoni ta’ ftehimiet internazzjonali.

Sussidjarjetà (għal kompetenza mhux esklużiva)

Il-proposta taqa’ fil-kompetenza esklussiva tal-Unjoni, l-Artikolu 3(1)(e) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

Proporzjonalità

Ir-Repubblika Federattiva tal-Brażil ġiet affettwata mill-irtirar ta’ konċessjonijiet tal-Kroazja. L-aġġustamenti kumpensatorji ma jaqbżux id-drittijiet tal-Brażil f’dan ir-rigward. Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità.

Għażla tal-istrument

Deċiżjoni tal-Kunsill għall-konklużjoni tal-Ftehim hija meħtieġa skont l-Artikolu 218(6)(a) TFUE.

3.KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-Kunsill (Il-Kumitat dwar il-Politika Kummerċjali) ġie kkonsultat regolarment dwar il-kontenut u l-progress tan-negozjati. Il-Parlament Ewropew (il-Kumitat INTA) ġie infurmat.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Ara d-Dikjarazzjoni Finanzjarja.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni

Din il-proposta titlob lill-Kunsill biex jadotta Deċiżjoni għall-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri mar-Repubblika Federattiva tal-Brażil. B'mod parallel, qed tiġi ppreżentata proposta separata dwar il-firma ta' dan il-Ftehim lill-Kunsill.

Ir-riżultati tal-Ftehim huma kif ġej:

Żid 4 766 tunnellata fil-pajjiż allokat (il-Brażil) kwota ta’ kwota tariffarja tal-UE “Qatgħa ta’ tjur tal-ispeċi gallus domesticus, iffriżati”, numri tal-linji tariffarji 0207.14.10, 0207.14.50 u 0207.14.70, biż-żamma tar-rata preżenti fil-kwota ta’ 0 %.

Żid 610 tunnellata fil-pajjiż allokat (il-Brażil) tal-kwota tariffarja tal-UE “Qatgħa tad-dundjan, iffriżat”, in-numri tal-linji tariffarji 0207.27.10, 0207.27.20 u 0207.27.80, biż-żamma tar-rata preżenti fil-kwota ta’ 0 %.

Żid 36 000 tunnellata taħt il-parti erga omnes tal-kwota tariffarja tal-UE “Zokkor tal-kannamieli mhux raffinat, għall-irfinar”, n-numri tal-linji tariffarji 1701.13.10 u 1701.14.10, filwaqt li tinżamm ir-rata preżenti fil-kwota ta’ EUR 98 għal kull tunnellata.

Żid 78 000 tunnellata għall-allokazzjoni tal-Brażil taħt il-kwota tariffarja tal-UE “Zokkor tal-kannamieli mhux raffinat, għall-irfinar”, in-numri tal-linji tariffarji 1701.13.10 u 1701.14.10, filwaqt li tinżamm ir-rata preżenti fil-kwota ta’ EUR 98 għal kull tunnellata.

Fir-rigward tal-volum ta’ 78 000 tunnellata allokati għall-Brażil skont il-kwoti tariffarji tal-UE għal “Zokkor tal-kannamieli mhux raffinat, għall-irfinar”, in-numri tal-linji tariffarji 1701.13.10 u 1701.14.10, minkejja li marbut rata fil-kwota ta’ EUR 98 għal kull tunnellata, l-UE għandha tapplika b’mod awtonomu:

matul l-ewwel sitt snin li matulhom dan il-volum huwa disponibbli, rata ta’ kwota ta’ mhux aktar minn EUR 11 għal kull tunnellata, u

fis-seba’ sena li matulu dan il-volum huwa disponibbli, rata ta’ kwota ta’ mhux aktar minn EUR 54 għal kull tunnellata.

Il-Kummissjoni se tadotta Regolamenti ta’ implimentazzjoni li jiftħu u jamministraw il-kwoti li ġejjin, skont l-Artikolu 187(a) tar-Regolament dwar l-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq Unika (OKS) (ir-Regolament (KE) Nru 1308/2013).

Dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni qed jitħejjew b’mod parallel ma’ din il-proposta.

2016/0307 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Kroazja matul l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Fil-15 ta' Lulju 2013, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tibda negozjati ma' ċerti Membri oħrajn tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ skont l-Artikolu XXIV:6 tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT 1994) 1994, matul l-adeżjoni mal-Unjoni tar-Repubblika tal-Kroazja.

(2)In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni skont id-direttivi ta’ negozjar adottati mill-Kunsill.

(3)Dawk in-negozjati ġew konklużi u Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 rigward il-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja fil-kuntest tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea ġie inizjalat fit-12 ta' Lulju 2016.

(4)Il-Ftehim kien iffirmat f'isem l-Unjoni nhar […], bil-kundizzjoni tal-konklużjoni tiegħu f'data iktar tard, b'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill […] 1 .

(5)Il-Ftehim jinħtieġ li jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-Iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja matul l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea, huwa b’dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar lill-persuna li jkollha s-setgħa tipproċedi, f’isem l-Unjoni, u tagħmel in-notifika prevista fil-Ftehim.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Hija għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA

DATA:

1.

INTESTATURA TAL-BAĠIT:

Kapitolu 12 – Dazji doganali u dazji oħrajn

2.

TITOLU:

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-iffirmar tal-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Kroazja matul l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea

3.

BAŻI LEGALI:

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 207 u 218.

4.

GĦANIJIET:

Biex jiġi konkluż il-Ftehim f'għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil.

5.

IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI

IS-SENA FINANZJARJA ATTWALI 2016
(f'miljuni ta' EUR)

WARA S-SENA FINANZJARJA TAL-2017

(f'miljuni ta' EUR)

IS-SENA FINANZJARJA 2018

(f'miljuni ta' EUR)

5.0

NEFQA

-    IDDEBITATA LILL-BAĠIT TAL-UE
(RIFUŻJONIJIET / INTERVENTI)

-    AWTORITAJIET NAZZJONALI

-    OĦRAJN




-




-




-

5.1

DĦUL

-    RIŻORSI PROPRJI TAL-UE
(IMPOSTI / DAZJI DOGANALI)

-    NAZZJONALI




4,4




4,4




4,4

2016

2017

2018

5.0.1

STIMA TAN-NEFQA

5.1.1

STIMA TAD-DĦUL

4,4

4,4

4,4

5.2

METODU TA' KALKOLAZZJONI: volum immultiplikat bir-rata fil-kwota ta’ dazju

6.0

IL-PROĠETT JISTA’ JIĠI FFINANZJAT MILL-APPROPRJAZZJONIJIET IMDAĦĦLIN FIL-KAPITOLU RILEVANTI TAL-BAĠIT ATTWALI?

LE

6.1

IL-PROĠETT JISTA’ JIĠI FFINANZJAT PERMEZZ TA’ TRASFERIMENT BEJN IL-KAPITOLI TAL-BAĠIT ATTWALI?

LE

6.2

SE JKUN MEĦTIEĠ BAĠIT SUPPLIMENTARI?

LE

6.3

SE JKUN MEĦTIEĠ LI JIDDAĦĦLU APPROPRJAZZJONIJIET F’BAĠITS FUTURI?

LE

OSSERVAZZJONIJIET:

(1) ĠU L […], […], p. […].

Brussell, 3.10.2016

COM(2016) 630 final

ANNESSI

ta' [...]

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Kroazja matul l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea


FTEHIM FIL-FORMA TA’ SKAMBJU TA’ ITTRI

Bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Kroazja matul l-adeżjoni tagħha fl-Unjoni Ewropea

A. Ittra mill-Unjoni Ewropea

Sinjur/Sinjura,

Wara n-negozjati skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 (GATT) fir-rigward tal-modifika fl-Iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja matul l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea, għandi l-unur nipproponi dan li ġej:

L-Unjoni Ewropea għandha tinkludi fl-iskeda tagħha, għat-territorju doganali tal-UE 28, il-konċessjonijiet li jinsabu fl-iskeda tal-UE 27 bil-modifiki li ġejjin:

Jiżdiedu 4 766 tunnellata għall-pajjiż li għalih hija allokata (il-Brażil) il-kwota tariffarja tal-UE “Qatgħat ta’ tjur tal-ispeċi Gallus domesticus, iffriżati”, numri tal-linji tariffarji 0207.14.10, 0207.14.50 u 0207.14.70, filwaqt li tinżamm ir-rata preżenti fil-kwota ta’ 0 %.

Jiżdiedu 610 tunnellati għall-pajjiż li għalih hija allokata (il-Brażil) il-kwota tariffarja tal-UE “Qatgħat tad-dundjan, iffriżati”, numri tal-linji tariffarji 0207.27.10, 0207.27.20 u 0207.27.80, filwaqt li tinżamm ir-rata preżenti fil-kwota ta’ 0 %.

Jiżdiedu 36 000 tunnellata taħt il-parti erga omnes parti mill-kwota tariffarja tal-UE “Zokkor tal-kannamieli mhux raffinat, għall-irfinar”, linji tariffarji 1701.13.10 u 1701.14.10, filwaqt li tinżamm ir-rata preżenti fil-kwota ta’ EUR 98 għal kull tunnellata.

Jiżdiedu 78 000 tunnellata tal-allokazzjoni għall-Brażil tal-kwota tariffarja tal-UE “Zokkor tal-kannamieli mhux raffinat, għall-irfinar”, numri tal-linji tariffarji 1701.13.10 u 1701.14.10, filwaqt li tinżamm ir-rata preżenti fil-kwota ta’ EUR 98 għal kull tunnellata.

Fir-rigward tal-volum ta’ 78 000 tunnellata allokati għall-Brażil skont il-kwota tariffarja tal-UE għal-“Zokkor tal-kannamieli mhux raffinat, għall-irfinar”, numri tal-linji tariffarji 1701.13.10 u 1701.14.10, minkejja r-rabta fir-rata fil-kwota ta’ EUR 98 għal kull tunnellata, l-UE għandha tapplika b’mod awtonomu:

matul l-ewwel sitt snin li matulhom dan il-volum ikun disponibbli, rata fil-kwota ta’ mhux aktar minn EUR 11 għal kull tunnellata, u

fis-seba’ sena li matulha dan il-volum ikun disponibbli, rata fil-kwota ta’ mhux aktar minn EUR 54 għal kull tunnellata.

L-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil jinnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri interni tagħhom għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim. Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fi żmien 14-il jum wara d-data tal-wasla tal-aħħar notifika.

Inkun obbligat lejk jekk tikkonfermali li l-Gvern tiegħek jaqbel ma' dan kollu. Għandi l-unur nipproponilek li jekk ikun il-każ, jekk ta' hawn fuq ikun aċċettabbli għall-Gvern tiegħek, din l-ittra flimkien mal-konferma tiegħek ikunu jikkostitwixxu Ftehim f'għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil.

Nassigurak, Sinjur/Sinjura, mill-ikbar stima li għandi lejk.

Għall-Unjoni Ewropea

B. Ittra mir-Repubblika Federattiva tal-Brażil

Sinjur/Sinjura,

Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek ta’ …………., li tgħid hekk:

Wara n-negozjati skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 (GATT) fir-rigward tal-modifika fl-Iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja matul l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea, għandi l-unur nipproponi dan li ġej:

L-Unjoni Ewropea għandha tinkludi fl-iskeda tagħha, għat-territorju doganali tal-UE 28, il-konċessjonijiet li jinsabu fl-iskeda tal-UE 27 bil-modifiki li ġejjin:

Jiżdiedu 4 766 tunnellata għall-pajjiż li għalih hija allokata (il-Brażil) il-kwota tariffarja tal-UE “Qatgħat ta’ tjur tal-ispeċi Gallus domesticus, iffriżati”, numri tal-linji tariffarji 0207.14.10, 0207.14.50 u 0207.14.70, filwaqt li tinżamm ir-rata preżenti fil-kwota ta’ 0 %.

Jiżdiedu 610 tunnellati għall-pajjiż li għalih hija allokata (il-Brażil) il-kwota tariffarja tal-UE “Qatgħat tad-dundjan, iffriżati”, numri tal-linji tariffarji 0207.27.10, 0207.27.20 u 0207.27.80, filwaqt li tinżamm ir-rata preżenti fil-kwota ta’ 0 %.

Jiżdiedu 36 000 tunnellata taħt il-parti erga omnes parti mill-kwota tariffarja tal-UE “Zokkor tal-kannamieli mhux raffinat, għall-irfinar”, linji tariffarji 1701.13.10 u 1701.14.10, filwaqt li tinżamm ir-rata preżenti fil-kwota ta’ EUR 98 għal kull tunnellata.

Jiżdiedu 78 000 tunnellata tal-allokazzjoni għall-Brażil tal-kwota tariffarja tal-UE “Zokkor tal-kannamieli mhux raffinat, għall-irfinar”, numri tal-linji tariffarji 1701.13.10 u 1701.14.10, filwaqt li tinżamm ir-rata preżenti fil-kwota ta’ EUR 98 għal kull tunnellata.

Fir-rigward tal-volum ta’ 78 000 tunnellata allokati għall-Brażil skont il-kwota tariffarja tal-UE għal “Zokkor tal-kannamieli mhux raffinat, għall-irfinar”, numri tal-linji tariffarji 1701.13.10 u 1701.14.10, minkejja r-rabta fir-rata fil-kwota ta’ EUR 98 għal kull tunnellata, l-UE għandha tapplika b’mod awtonomu:

matul l-ewwel sitt snin li matulhom dan il-volum ikun disponibbli, rata fil-kwota ta’ mhux aktar minn EUR 11 għal kull tunnellata, u

fis-seba’ sena li matulha dan il-volum ikun disponibbli, rata fil-kwota ta’ mhux aktar minn EUR 54 għal kull tunnellata.

L-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil jinnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri interni tagħhom għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim. Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fi żmien 14-il jum wara d-data tal-wasla tal-aħħar notifika.

Inkun obbligat lejk jekk tikkonfermali li l-Gvern tiegħek jaqbel ma' dan kollu. Għandi l-unur nipproponilek li jekk ta' hawn fuq ikun aċċettabbli għall-Gvern tiegħek, din l-ittra flimkien mal-konferma tiegħek ikunu jikkostitwixxu Ftehim f'għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil."

Nassigurak, Sinjur/Sinjura, mill-ikbar stima li għandi lejk.

Għar-Repubblika Federattiva tal-Brażil