Brussell, 14.9.2016

COM(2016) 586 final

2016/0281(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD) u t-twaqqif tal-Garanzija tal-EFSD u tal-Fond ta' Garanzija tal-EFSD


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Fis-7 ta' Ġunju 2016, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar l-istabbiliment ta' Qafas ta' Sħubija ġdid ma' pajjiżi terzi skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni 1 . Flimkien ma' varjetà ta' miżuri proposti sabiex jindirizzaw l-aktar ħtiġijiet urġenti tar-refuġjati, kif ukoll sabiex jappoġġjaw lill-komunitajiet ospitanti, il-Kummissjoni tappella għal strateġija fit-tul li permezz tagħha l-UE tippromwovi l-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli tal-Aġenda 2030 u, b'hekk, tkompli tindirizza l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni.

Din hija konformi wkoll mal-Istrateġija Globali tal-UE għall-Politika Estera u ta' Sigurtà, li tinkorpora sfidi bħall-migrazzjoni fil-politika estera ġenerali tal-UE, l-iżgurar ta' koerenza u sinerġiji mal-politiki Ewropej dwar l-Iżvilupp u l-Viċinat u d-diplomazija ekonomika Ewropea.

Il-Kunsill Ewropew tat-28 ta' Ġunju 2016 stieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta proposta għal Pjan ta' Investiment Estern (EIP) ambizzjuż sa Settembru 2016. L-EIP ser ikun ibbażat fuq tliet pilastri li jaħdmu id f'id: fond ta' investiment ġdid (pilastru 1); assistenza teknika (pilastru 2), sabiex l-awtoritajiet u l-kumpaniji lokali jiġu megħjuna jiżviluppaw għadd kbir ta' proġetti sostenibbli u jattiraw l-investituri; u fl-aħħar nett, firxa ta' programmi tematiċi nazzjonali u reġjonali ddedikati għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE, ikkombinati ma' djalogu politiku strutturat immirat lejn it-titjib tal-klima tal-investiment u l-politika ġenerali dwar l-ambjent fil-pajjiżi kkonċernati (pilastru 3). Il-Pilastru 3 tal-EIP huwa l-ħolqa bejn il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD) u s-sħubija wiesgħa bejn l-UE u l-pajjiżi msieħba tagħha. Din is-sħubija timmaterjalizza fi djalogu politiku li twettaq il-Kummissjoni permezz ta' delegazzjonijiet tal-UE u kuntatti politiċi.

Il-Pilastru 1 ser jiġi implimentat permezz tal-EFSD. L-EFSD ser ikollu l-objettiv ewlieni li jipprovdi pakkett finanzjarju integrat sabiex jiffinanzja l-investimenti li jibdew fir-reġjuni tal-Afrika u tal-Viċinat  2 .

L-EFSD ser ikun kompost minn pjattaformi ta' investiment reġjonali, li jikkombinaw il-finanzjament mill-faċilitajiet ta' taħlit eżistenti 3 u l-Garanzija tal-EFSD. Huwa ser jopera bħala "one-stop-shop" sabiex jirċievi proposti ta' finanzjament mingħand istituzzjonijiet finanzjarji u investituri pubbliċi jew privati u jagħti firxa wiesgħa ta' appoġġ finanzjarju għall-investimenti eliġibbli.

L-objettiv ewlieni tal-EFSD huwa li jipprovdi pakkett finanzjarju integrat għall-finanzjament tal-investimenti li jibdew fir-reġjuni tal-Afrika għall-pajjiżi li huma firmatarji għall-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) fuq naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, li ġie ffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 ("il-Ftehim ta' Cotonou") 4  u l-Viċinat, sabiex b'hekk jinħolqu opportunitajiet ta' tkabbir u impjiegi, tiġi massimizzata l-addizzjonalità, jiġu pprovduti prodotti innovattivi u jinġabru fondi mis-settur privat. L-EFSD huwa mistenni jimmobilizza sa EUR 44 000 000 000 ta' investimenti b'fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni u sorsi oħrajn ta' EUR 3 350 000 000 sal-2020.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Fil-qafas tal-prinċipji u l-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, tal-Politika Ewropea tal-Viċinat riveduta 5 , tal-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp 6 u tal-Aġenda għall-Bidla 7 u l-modifiki u ż-żidiet sussegwenti għalihom, objettiv primarju tal-kooperazzjoni skont dan ir-Regolament għandu jkun it-tnaqqis u, fuq perjodu ta' żmien twil, il-qerda tal-faqar skont l-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), sabiex b'hekk jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni. Barra minn hekk, il-kooperazzjoni skont dan ir-Regolament għandha tikkontribwixxi wkoll għal: it-trawwim ta' żvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali inklużiv u sostenibbli, it-tisħiħ u s-sostenn tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, id-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-prinċipji rilevanti tal-liġi internazzjonali; l-implimentazzjoni ta' approċċ ibbażat fuq id-drittijiet (RBA) li jikkomprendi d-drittijiet tal-bniedem kollha skont il-prinċipji ta' gwida tiegħu (it-trasparenza, il-parteċipazzjoni, in-nondiskriminazzjoni, il-kontabbiltà) u l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi 8 .

L-EFSD għandu l-għan li jappoġġja l-investimenti li jibdew fir-reġjuni tal-Afrika għall-pajjiżi li huma firmatarji għall-Ftehim ta' Cotonou u l-Viċinat bħala mezz għall-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, sabiex b'hekk jindirizza l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni u joffri riintegrazzjoni sostenibbli lill-migranti li jirritornaw fil-pajjiżi tal-oriġini tagħhom. Għalhekk, huwa konsistenti mal-istrumenti tal-Unjoni għall-finanzjament tal-azzjonijiet esterni u mal-faċilitajiet ta' investiment eżistenti.

Permezz tal-enfasi tiegħu fuq l-involviment fis-settur privat, l-EFSD ser jippromwovi wkoll l-objettivi deskritti fil-Komunikazzjoni 'Rwol Aktar b'Saħħtu tas-Settur Privat fil-Kisba ta' Tkabbir Inklużiv u Sostenibbli fil-Pajjiżi li Qed Jiżviluppaw' 9 .

Konsistenza ma' linji politiċi oħrajn tal-Unjoni

L-EIP huwa parti mill-Qafas ta' Sħubija ġdid tal-UE ma' pajjiżi terzi skont l-Aġenda Ewropea għall-Migrazzjoni.

Il-Pjan huwa allinjat mal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) riveduta, 10 li tiffoka fuq is-sostenn tal-iżvilupp ekonomiku fil-pajjiżi msieħba, bil-għan li jinkisbu b'mod progressiv stabbilizzazzjoni u tranżizzjoni minn rispons ta' emerġenza għal wieħed strutturali. Huwa allinjat ukoll mal-Aġenda ta' Azzjoni ta' Addis Ababa dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp.

L-EFSD huwa koerenti mal-linji politiċi interni tal-UE fil-qasam tat-tibdil fil-klima, minħabba li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima (COP 21) 11 . Kif ġie spjegat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Wara Pariġi: valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tal-Ftehim ta' Pariġi 12 , il-Ftehim ta' Pariġi huwa opportunità għat-trasformazzjoni ekonomika, għall-impjiegi u għat-tkabbir. Huwa element ċentrali fil-kisba tal-għanijiet usa' ta' żvilupp sostenibbli, kif ukoll il-prijoritajiet tal-UE tal-investiment, il-kompetittività, l-ekonomija ċirkolari, ir-riċerka, l-innovazzjoni u t-tranżizzjoni tal-enerġija.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Billi l-EFSD għandu l-għan li jtejjeb l-investimenti kemm fil-pajjiżi terzi li qed jiżviluppaw, kif ukoll f'pajjiżi terzi oħrajn, il-bażi ġuridika għall-attivitajiet ta' kooperazzjoni hija b'hekk l-Artikolu 209(1) (għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw) u 212(2) (għal pajjiżi terzi oħrajn) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Sussidjarjetà (għal kompetenza mhux esklussiva) u proporzjonalità

Skont il-prinċipji ta' sussisdjarjetà u proporzjonalità stabbiliti fl-Artikolu 5 tat-TFUE, l-objettivi tal-azzjoni proposta ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u, għalhekk, jistgħu jintlaħqu aħjar mill-UE. L-azzjoni fil-livell tal-Unjoni tista' tikseb aħjar l-objettivi segwiti, minħabba l-iskala u l-effetti tagħha. B'mod aktar speċifiku, l-intervent fil-livell tal-UE jikkatalizza l-investiment privat mill-UE kollha u mill-pajjiżi terzi, billi jagħmel l-aqwa użu mill-Istituzzjonijiet Ewropej u mill-għarfien espert u l-għarfien tagħhom għal dak il-għan. L-istruttura tal-Bord Strateġiku tiżgura l-konsistenza u l-koerenza bejn bosta programmi u inizjattivi fil-livell Ewropew. L-effett ta' multiplikazzjoni u l-impatt konkret ser ikunu ferm ogħla minn dawk li jistgħu jinkisbu permezz ta' programm ta' investiment minn Stat Membru wieħed jew minn grupp ta' Stati Membri.

Għażla tal-istrument

Huwa suġġerit li l-EFSD jitwaqqaf u l-Fond ta' Garanzija tal-EFSD jiġi stabbilit permezz tal-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fi proċedura leġiżlattiva ordinarja. L-istabbiliment ta' garanzija li jkollha obbligazzjoni kontinġenti għall-Unjoni jrid isir mil-leġiżlatur. Il-Kummissjoni qed tipproponi b'mod parallel reviżjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

3.KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U ĠBIR TA' GĦARFIEN ESPERT

Konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati

Saru konsultazzjonijiet esploratorji informali mal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), mal-Istituzzjonijiet Finanzjarji tal-Istati Membri, mal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) u mal-Grupp tal-Bank Dinji. Minbarra dawn, kienu kkonsultati wkoll il-Pjattaforma tal-UE għat-Taħlit fil-Kooperazzjoni Esterna (EUBEC) u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tas-settur privat.

Ġbir u użu ta' għarfien espert

Il-Kummissjoni stabbilixxiet esperjenza estensiva bi strumenti simili, bħall-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) 13 għal-linji politiċi interni tal-UE u bosta strumenti finanzjarji u għotjiet strutturati appoġġjati mill-faċilitajiet ta' taħlit tal-UE għal-linji politiċi esterni tal-UE 14 . L-objettiv kien li jiġi mobilizzat investiment addizzjonali, b'mod partikolari minn investituri privati, permezz tal-għoti ta' garanziji parzjali jew riżervi ta' riskju fuq bażi tal-ewwel telf jew pari passu lill-istituzzjonijiet finanzjarji, tipikament l-istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi li huma preżenti bħalissa fil-Pjattaforma tal-UE għat-Taħlit f'azzjoni esterna, li huma stess jipprovdu appoġġ (permezz ta' self, garanziji, ekwità jew prodotti simili).

Drittijiet fundamentali

Il-proġetti li jibbenifikaw minn garanziji skont l-EFSD ser jiġu eżaminati għall-impatt tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali. Fil-qafas tal-prinċipji u l-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, tal-Politika Ewropea tal-Viċinat riveduta 15 , tal-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp 16 u tal-Aġenda għall-Bidla 17 u l-modifiki u ż-żidiet sussegwenti għalihom: (a) l-objettiv primarju tal-kooperazzjoni skont dan ir-Regolament għandu jkun it-tnaqqis u, fuq perjodu ta' żmien twil, il-qerda tal-faqar, billi jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni; (b) il-kooperazzjoni skont dan ir-Regolament ser tikkontribwixxi wkoll għal: (i) it-trawwim ta' żvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali inklużiv u sostenibbli, (ii) it-tisħiħ u s-sostenn tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, id-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-prinċipji rilevanti tal-liġi internazzjonali, (iii) l-implimentazzjoni ta' approċċ ibbażat fuq id-drittijiet (RBA) li jikkomprendi d-drittijiet tal-bniedem kollha skont il-prinċipji gwida tiegħu (it-trasparenza, il-parteċipazzjoni, in-nondiskriminazzjoni, il-kontabbiltà), iv) l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi 18 . Il-kisba ta' dawk l-objettivi għandha titkejjel bl-użu ta' indikaturi rilevanti, inklużi indikaturi tal-iżvilupp tal-bniedem, b'mod partikolari l-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli u indikaturi oħrajn maqbula fil-livell internazzjonali mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha (eż. il-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem).

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

L-Unjoni ser tagħmel disponibbli s-somma totali ta' EUR 750 000 000 għall-Garanzija tal-EFSD sal-2020, li tirriżulta kemm mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, kif ukoll mill-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) 19 . Jista' jiġi previst finanzjament ulterjuri. Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tipproponi l-mobbilizzazzjoni tal-marġini ta' kontinġenza sabiex tipprovdi EUR 250 000 000. Kontribuzzjonijiet oħrajn mill-baġit tal-Unjoni jsiru bl-użu ta' riallokazzjonijiet jew iffokar mill-ġdid tal-fondi pprogrammati. Finanzjament ulterjuri jista' jinkludi wkoll kontribuzzjonijiet oħrajn minn kontributuri oħrajn, bħall-Istati Membri.

5.ELEMENTI OĦRAJN

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

L-EFSD ser jiġi ġestit mill-Kummissjoni u implimentat permezz ta' pjattaformi ta' investiment reġjonali, li jikkombinaw il-finanzjament mill-faċilitajiet ta' taħlit eżistenti għall-Afrika u għall-Viċinat u l-għoti tal-Garanzija tal-EFSD.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

L-EFSD għandu jikkonsisti mill-pjattaformi ta' investiment reġjonali, li jikkombinaw il-finanzjament mill-faċilitajiet ta' taħlit eżistenti għall-Afrika u għall-Viċinat u l-għoti tal-Garanzija tal-EFSD.

Il-pjattaformi ta' investiment reġjonali ser jiffokaw fuq is-segwitu tal-kisba tal-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli u jindirizzaw aħjar il-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni.

Għall-finijiet tal-inizjattiva tal-EFSD, il-Faċilità tal-Investiment tal-Afrika 20 u l-Faċilità tal-Investiment tal-Viċinat 21 ser ikollhom l-objettivi tagħhom iffokati mill-ġdid u jissemmew mill-ġdid sabiex isiru l-pjattaformi ta' investiment reġjonali rispettivi ġodda li jistrieħu fuq l-istrutturi eżistenti. Dan ser isir permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Il-pjattaformi tal-investiment reġjonali ser ikollhom strutturi identiċi bħall-faċilitajiet ta' taħlit eżistenti.

Il-Kummissjoni ser tingħata pariri minn Bord Strateġiku u żewġ Bordijiet Operattivi, wieħed għal kull Pjattaforma ta' Investiment Reġjonali. Il-Kummissjoni ser tiġġestixxi s-Segretarjat tal-EFSD, li għandu jiżgura li jitwettqu l-kompiti u l-funzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-EIP. Il-Bord Strateġiku, kopresedut mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u magħmul mill-Istati Membri u l-BEI, ser jagħti gwida strateġika u jgħin lill-Kummissjoni tistabbilixxi l-għanijiet ta' investiment ġenerali fir-rigward tal-użu tal-Garanzija tal-EFSD u jiżgura koordinazzjoni u koerenza bejn il-Pjattaformi ta' Investiment Reġjonali u l-Mandat ta' Self Estern, l-Inizjattiva tar-Reżiljenza u l-Faċilità ta' Investiment tal-AKP ġestita mill-BEI. Il-BEI ser jikkontribwixxi b'mod attiv permezz ta' funzjonijiet konsultattivi għall-Kummissjoni fir-rigward tal-ġestjoni operattiva tal-garanzija.

Ser jiġu żgurati valutazzjoni teknika tajba u diliġenza dovuta, kif ukoll implimentazzjoni bla xkiel ta' proġetti individwali. Il-bankabbiltà u r-riskju tal-proġetti jiġu vvalutati mill-kontropartijiet eliġibbli u vverifikati minn esperti indipendenti sabiex tiġi żgurata l-kredibbiltà vis-à-vis is-settur privat, qabel ma l-proposti ta' investiment jiġu approvati mill-Kummissjoni. Il-modalitajiet prattiċi dettaljati ta’ kif tiġi implimentata l-garanzija ser jiġu deċiżi għal kull tieqa ta’ investiment.

Il-ħolqien ta' pjattaformi ta' investiment addizzjonali jista' jiġi kkunsidrat fil-ġejjieni.

Il-Garanzija tal-EFSD hija wieħed mill-komponenti tal-EFSD. Il-Garanzija tal-EFSD għandha l-għan li tikkostitwixxi kapaċità ta' garanzija għat-titjib tal-kreditu li minnha, fl-aħħar mill-aħħar, jibbenifikaw l-investimenti finali u li tippermetti l-kondiviżjoni tar-riskji ma' investituri oħrajn, partikolarment atturi privati. Hija tixpruna finanzjament addizzjonali, b'mod partikolari mis-settur privat, billi tindirizza l-fatturi ewlenin li jippermettu l-attrazzjoni ta' investiment privat.

Il-Fond tal-Garanzija tal-EFSD jipprovdi l-likwidità f'każ li tintalab il-garanzija tal-EFSD sabiex tkopri għat-telf li jkun iġġarrab skont il-ftehimiet tal-garanzija. Il-Fond ta' Garanzija tal-EFSD ser ikun alimentat mill-baġit tal-UE u mill-FEŻ, kif ukoll, possibbilment, minn kontributuri oħrajn, u jintuża biex jassorbi t-telf potenzjali mġarrab mill-kontropartijiet eliġibbli, bħal istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, banek tal-iżvilupp u investituri mis-settur privat.

2016/0281 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD) u t-twaqqif tal-Garanzija tal-EFSD u tal-Fond ta' Garanzija tal-EFSD

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 209(1) u 212(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Il-Pjan ta' Investiment Estern (EIP) ambizzjuż tal-Unjoni huwa meħtieġ sabiex jappoġġja l-investimenti li jibdew fl-Afrika u fil-Viċinat tal-Unjoni bħala mezz biex jippromwovi l-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli ("l-Aġenda 2030") tan-Nazzjonijiet Uniti, kif ukoll l-impenji skont il-Politika Ewropea tal-Viċinat, li ġiet riveduta riċentament, sabiex b'hekk jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni. Huwa għandu jikkontribwixxi wkoll għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima (COP 21).

(2)L-EIP għandu jinkorpora l-impenn tal-Unjoni skont l-Aġenda ta' Azzjoni ta' Addis Ababa dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp. Huwa għandu jippermetti wkoll lill-investituri Ewropej u lill-kumpaniji privati, inklużi intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, jipparteċipaw b'mod aktar effettiv għall-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiżi msieħba.

(3)Dan huwa konformi mal-Istrateġija Globali tal-Unjoni għall-Politika Estera u ta' Sigurtà, li tinkorpora sfidi bħall-migrazzjoni u r-reżiljenza fil-politika estera globali tal-UE, filwaqt li tiżgura koerenza u sinerġiji mal-politika Ewropea għall-iżvilupp u mal-politika Ewropea tal-Viċinat.

(4)L-EIP għandu jipprovdi pakkett finanzjarju integrat li jiffinanzja l-investimenti li jibdew fir-reġjuni tal-Afrika għal pajjiżi li huma firmatarji għall-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku fuq naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, li ġie ffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 22 u l-pajjiżi tal-Viċinat, sabiex b'hekk jinħolqu opportunitajiet ta' tkabbir u impjiegi, tiġi massimizzata l-addizzjonalità, jiġu pprovduti prodotti innovattivi u jinġabru fondi mis-settur privat.

(5)Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD) għandu jkun magħmul minn pjattaformi ta' investiment reġjonali, li jikkombinaw il-finanzjament mill-faċilitajiet ta' taħlit eżistenti u l-Garanzija tal-EFSD. Il-faċilitajiet ta' taħlit eżistenti għall-Afrika huma maħluqa mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015)5210 u mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2016)3436 għall-Viċinat. Kull pjattaforma ta' investiment reġjonali għandu jkollha bord operattiv li jappoġġja lill-Kummissjoni fid-definizzjoni tal-għanijiet ta' investiment reġjonali u settorjali, it-twieqi ta' investiment reġjonali, settorjali u tematiċi, li jifformula opinjonijiet dwar l-operazzjonijiet ta' taħlit u li jiddiskuti l-użu tal-Garanzija tal-EFSD skont it-twieqi ta' investiment li jridu jiġu definiti.

(6)Barra minn hekk, l-EFSD għandu jopera bħala "one-stop-shop" sabiex jirċievi proposti ta' finanzjament mingħand istituzzjonijiet finanzjarji u investituri pubbliċi jew privati u jagħti firxa wiesgħa ta' appoġġ finanzjarju għall-investimenti eliġibbli. Il-Garanzija tal-EFSD għandha tkun appoġġjata mill-Fond ta' Garanzija tal-EFSD. L-EFSD għandu juża strumenti innovattivi biex jappoġġja l-investimenti u jinvolvi lis-settur privat.

(7)Il-koordinazzjoni u l-koerenza tal-EFSD mal-mandat tas-self estern tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) kif stabbilit fid-Deċiżjoni [li trid tiġi adottata], inkluża l-inizjattiva ta' reżiljenza tal-BEI, kif ukoll mal-Faċilità ta' Investiment tal-AKP 23 għandhom jiġu żgurati permezz tal-Bord Strateġiku tal-EFSD.

(8)Barra minn hekk, il-Bord Strateġiku għandu jappoġġja lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi gwida strateġika u għanijiet ta' investiment ġenerali. Il-Bord Strateġiku għandu jappoġġja wkoll il-koordinazzjoni u l-koerenza bejn il-pjattaformi reġjonali. Dan għandu jiżgura l-kumplimentarjetà tad-diversi strumenti fl-azzjoni esterna. Il-Bord Strateġiku għandu jkun kopresedut mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u l-koerenza mal-għanijiet tal-politika esterna tal-Unjoni u mal-oqfsa ta' sħubija mal-pajjiżi terzi.

(9)Il-Garanzija tal-EFSD għandha tingħata lill-kontropartijiet eliġibbli għall-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment jew għall-istrumenti ta' garanzija għal perjodu ta' investiment inizjali sal-31 ta' Diċembru 2020.

(10)Sabiex tiġi prevista flessibbiltà, tiżdied l-attrazzjoni għas-settur privat u jiġi massimizzat l-impatt tal-investimenti, huwa xieraq li tiġi prevista deroga mill-Artikolu 58(1)(ċ)(vii) tar-Regolament (UE) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, 24 li permezz tagħha l-kontropartijiet eliġibbli li huma korpi rregolati bil-liġi privata jistgħu jkunu wkoll korpi li ma jiġux fdati bl-implimentazzjoni ta' sħubija pubblika-privata u jistgħu jkunu wkoll korpi rregolati bil-liġi privata ta' pajjiż sieħeb.

(11)Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ftehimiet ta' garanzija mal-kontropartijiet eliġibbli li jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet speċifiċi li taħthom tingħatalhom il-Garanzija tal-EFSD. Dawn il-ftehimiet ta' garanzija għandhom jipprovdu l-bażi ġuridika għall-kondiviżjoni adegwata tar-riskji, sabiex b'hekk jiġu pprovduti inċentivi għall-kontropartijiet eliġibbli bil-għan li jipprovdu finanzjament, kif ukoll il-mekkaniżmi u l-proċeduri għas-sejħiet potenzjali fuq il-Garanzija tal-EFSD.

(12)L-Unjoni għandha tagħmel disponibbli garanzija ta' EUR 1 500 000 000 sabiex tistabbilixxi l-Garanzija tal-EFSD. L-Istati Membri u kontributuri oħrajn huma mistiedna jikkontribwixxu aktar sabiex jappoġġjaw il-Fond ta' Garanzija tal-EFSD fil-forma ta' flus kontanti (l-Istati Membri u kontributuri oħrajn) jew garanziji (l-Istati Membri) bil-għan li jżidu l-marġini ta' likwidità u b'hekk jippermettu li jiżdied il-volum totali tal-Garanzija tal-EFSD. L-Unjoni għandha tagħmel disponibbli garanzija ta' EUR 1 500 000 000 sabiex tistabbilixxi l-Garanzija tal-EFSD. L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi u kontributuri oħrajn għandhom jiġu mistiedna jipprovdu finanzjament addizzjonali lill-Fond ta' Garanzija tal-EFSD taħt kundizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim li jrid jiġi konkluż bejn il-Kummissjoni f'isem l-Unjoni u l-kontributuri kollha.

(13)Il-Fond ta' Garanzija tal-EFSD għandu jiġi stabbilit bħala marġini ta' likwidità fil-każ ta' sejħa għall-Garanzija tal-EFSD. Sabiex jintlaħaq livell li jkun jirrifletti b'mod adegwat l-obbligazzjonijiet finanzjarji tal-UE b'rabta mal-Garanzija tal-EFSD, l-Unjoni għandha tagħmel disponibbli EUR 750 000 000.

(14)Sabiex iżidu l-impatt tal-Garanzija tal-EFSD fid-dawl tal-ħtiġijiet fir-reġjuni kkonċernati, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jipprovdu kontribuzzjonijiet fil-forma ta' garanzija jew flus kontanti. Dawk il-kontribuzzjonijiet jistgħu jiġu assenjati skont ir-reġjun, is-settur jew it-tieqa tal-investiment.

(15)Billi l-fondi tal-FEŻ għandhom jintużaw għall-pajjiżi eliġibbli skont il-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) 25 , dan jirrikjedi l-allokazzjoni ta' minimu ta' EUR 400 000 000 ta' kopertura tal-Garanzija tal-EFSD għall-investimenti matul il-perjodu ta' implimentazzjoni tal-Garanzija tal-EFSD. Il-Garanzija tal-EFSD għandha ssir disponibbli biss meta jkunu ġew allokati EUR 400 000 000 mill-11-il fond FEŻ għall-Fond ta' Garanzija tal-EFSD.

(16)Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment koperti mill-Garanzija tal-EFSD bil-għan li tiżgura l-kontabbiltà għaċ-ċittadini Ewropej. Ir-rapport għandu jiġi ppubblikat sabiex il-partijiet interessati rilevanti, inkluża s-soċjetà ċivili, ikunu jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta wkoll kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-ġestjoni tal-Fond ta' Garanzija tal-EFSD sabiex jiġu żgurati l-kontabbiltà u t-trasparenza.

(17)Sabiex ikun jista' jittieħed f'kunsiderazzjoni t-tagħlim miksub u jkun permess l-evolviment ulterjuri tal-EFSD, il-funzjonament tal-EFSD u l-użu tal-Fond ta' Garanzija tal-EFSD għandhom jiġu evalwati mill-Kummissjoni. L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tiġi evalwata indipendentement sabiex jiġi vvalutat il-livell ta' konformità tal-implimentazzjoni mal-bażi ġuridika, iżda wkoll sabiex jiġu stabbiliti l-applikabbiltà u l-prattikabbiltà tar-Regolament fil-kisba tal-objettivi tiegħu.

(18)Sabiex jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, bil-għan li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni, ħasil ta' flus jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'konnessjoni ma' kwalunkwe operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment koperti minn dan ir-Regolament, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) huwa intitolat li jwettaq investigazzjonijiet f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 26 , mar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 27 u mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 28 .

(19)Sabiex jikkontribwixxu għall-ġlieda internazzjonali kontra l-frodi fiskali, l-evażjoni tat-taxxa u l-ħasil tal-flus, il-kontropartijiet eliġibbli ma għandhom jappoġġjaw ebda attività mwettqa għal finijiet illegali u ma għandhom jipparteċipaw fl-ebda operazzjoni ta' finanzjament jew investiment permezz ta' veikolu li jkun jinsab f'ġurisdizzjoni li ma tikkooperax.

(20)Sabiex jiġu ssodisfati l-impenji politiċi tal-UE fuq l-enerġija rinnovabbli u t-tibdil fil-klima, għandu jiġi ddedikat sehem minimu ta' 20 % mill-finanzjament allokat taħt l-EFSD għall-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment rilevanti għal dawn is-setturi.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTORJI

Artikolu 1
Suġġett

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD), il-Garanzija tal-EFSD u l-Fond ta' Garanzija tal-EFSD.

2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, dan ir-Regolament jipprevedi li l-Kummissjoni tikkonkludi, f'isem l-Unjoni, ftehimiet ta' garanzija mal-kontropartijiet eliġibbli kif definiti fl-Artikolu 10.

Artikolu 2
Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) "pjattaformi ta' investiment reġjonali" tfisser faċilitajiet ta' taħlit skont l-Artikolu 4 (1) e) tar-Regolament (UE) Nru 236/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 29 u skont l-Artikolu 40 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 30 għall-kontribuzzjoni mill-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) flimkien mal-għoti tal-Garanzija tal-EFSD, kif stabbilit fl-Artikolu 6.

(2) "tieqa ta' investiment" tfisser żona fil-mira għal appoġġ mill-Garanzija tal-EFSD għal portafolli ta' investimenti f'reġjuni, pajjiżi jew setturi speċifiċi u implimentati permezz tal-pjattaformi ta' investiment reġjonali;

(3) "kontributur" tfisser Stat Membru, istituzzjoni finanzjarja internazzjonali jew istituzzjoni pubblika ta' Stat Membru, aġenzija pubblika jew entitajiet oħrajn li jikkontribwixxu f'għotjiet ta' flus kontanti jew f'garanziji għall-Fond ta' Garanzija tal-EFSD;

(4) "pajjiżi msieħba" tfisser pajjiżi li huma firmatarji għall-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, fuq naħa waħda, u l-Komunità Ewropew u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, li ġie ffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 31 , pajjiżi li huma elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, 32 kif ukoll pajjiżi li huma eliġibbli għal kooperazzjoni ġeografika skont ir-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 33 .

(5) "addizzjonalità" tfisser il-prinċipju li jiġi żgurat li l-appoġġ għall-Garanzija tal-EFSD ma jistax ikun immirat li jissostitwixxi l-appoġġ ta' Stat Membru, finanzjament privat jew intervent finanzjarju ieħor tal-Unjoni, kif ukoll li jkun immirat li jindirizza l-fallimenti tas-suq u jevita l-esklużjoni ta' investimenti pubbliċi jew privati oħrajn.

KAPITOLU II

FOND EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI

Artikolu 3
Skop

1. L-iskop tal-EFSD bħala pakkett finanzjarju integrat għandu jkun li jappoġġja, permezz tal-forniment ta' kapaċità tal-finanzjament fil-forma ta' għotjiet, garanziji u strumenti finanzjarji oħrajn lill-kontropartijiet eliġibbli, l-investimenti u l-aċċess akbar għall-finanzjament li jibda fil-pajjiżi msieħba Afrikani u tal-Viċinat.

2. L-EFSD għandu jikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tal-Aġenda 2030, b'enfasi partikolari fuq it-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi, is-setturi soċjo-ekonomiċi u l-appoġġ lill-intrapriżi mikro, żgħar u medji, sabiex b'hekk jindirizza l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni u jikkontribwixxi għar-riintegrazzjoni sostenibbli tal-migranti li jirritornaw fil-pajjiżi tal-oriġini tagħhom, filwaqt li jimmassimizza l-addizzjonalità, jipprovdi prodotti innovattivi u jattira fondi mis-settur privat.

Artikolu 4
Struttura tal-EFSD

1. L-EFSD għandu jkun magħmul minn pjattaformi ta' investiment reġjonali, li jikkombinaw il-finanzjament mill-faċilitajiet ta' taħlit eżistenti u l-Garanzija tal-EFSD.

2. Il-ġestjoni tal-EFSD għandha tiġi żgurata mill-Kummissjoni.

Artikolu 5
Il-bord strateġiku tal-EFSD

1. Fil-ġestjoni tal-EFSD, il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn bord strateġiku.

Huwa għandu jipprovdi gwida strateġika u jappoġġja lill-Kummissjoni fl-iffissar tal-miri ta' investiment globali fir-rigward tal-użu tal-Garanzija tal-EFSD. Il-bord strateġiku għandu jappoġġja wkoll il-koordinazzjoni u l-koerenza ġenerali bejn il-pjattaformi ta' investiment reġjonali u mal-operazzjonijiet b'mandat ta' self estern ġestiti mill-BEI, inkluża l-inizjattiva ta' reżiljenza tal-BEI.

2. Il-bord strateġiku għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (Rappreżentant Għoli), tal-Istati Membri u tal-BEI. Il-Kummissjoni tista' tistieden kontributuri oħrajn isiru membri tal-bord strateġiku, b'kunsiderazzjoni, fejn xieraq, għall-fehma tal-bord. Il-Pajjiżi Msieħba u organizzazzjonijiet reġjonali rilevanti, il-kontropartijiet eliġibbli u l-Parlament Ewropew jistgħu jingħataw status ta' osservaturi, fejn ikun xieraq. Il-bord strateġiku għandu jkun kopresedut mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Għoli.

KAPITOLU III

IL-GARANZIJA TAL-EFSD U L-FOND TA' GARANZIJA TAL-EFSD

Artikolu 6
Il-Garanzija tal-EFSD

1. L-Unjoni għandha tipprovdi garanzija irrevokabbli u mingħajr kundizzjonijiet fuq l-ewwel talba lill-kontroparti eliġibbli għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment koperti minn dan ir-Regolament u li jibdew fil-pajjiżi msieħba Afrikani u tal-Viċinat.

2. Il-garanzija tal-EFSD għandha tingħata bħala garanzija fuq l-ewwel talba fir-rigward tal-istrumenti msemmija fl-Artikolu 9 u f'konformità mal-kriterji tal-eliġibbiltà msemmija fl-Artikolu 8.

Artikolu 7
Rekwiżiti għall-użu tal-Garanzija tal-EFSD

1. L-għoti tal-garanzija tal-EFSD għandu jkun soġġett għall-konklużjoni tal-ftehim ta' garanzija rispettiv tal-EFSD bejn il-Kummissjoni f'isem l-Unjoni u l-kontroparti eliġibbli.

2. Il-perjodu ta' investiment inizjali, li matulu l-ftehimiet ta' garanzija tal-EFSD li jappoġġjaw l-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment jistgħu jiġu konklużi mal-kontropartijiet eliġibbli, għandu jibqa' fis-seħħ sal-31 ta' Diċembru 2020.

3. Il-perjodu massimu permess għall-kontropartijiet eliġibbli sabiex jikkonkludu ftehimiet mal-intermedjarji finanzjarji jew mal-benefiċjarji finali għandu jkun ta' erba' snin wara l-konklużjoni tal-ftehim ta' garanzija rilevanti.

Artikolu 8
Kriterji ta' eliġibbiltà għall-użu tal-Garanzija tal-EFSD

1. L-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment eliġibbli għal appoġġ permezz tal-Garanzija tal-EFSD għandhom ikunu konsistenti u allinjati mal-linji politiċi tal-Unjoni, b'mod partikolari l-linji politiċi tal-Unjoni dwar l-iżvilupp u l-viċinat, l-istrateġiji u l-linji politiċi tal-pajjiżi msieħba u jimmiraw li jappoġġjaw l-objettivi ġenerali li ġejjin:

(a)jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali, b'enfasi partikolari fuq is-sostenibbiltà u l-ħolqien tal-impjiegi (b'mod partikolari għaż-żgħażagħ u n-nisa), sabiex b'hekk jindirizzaw il-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni u jikkontribwixxu għar-riintegrazzjoni sostenibbli tal-migranti li jirritornaw fil-pajjiżi tal-oriġini tagħhom;

(b)jimmiraw għal setturi soċjo-ekonomiċi, b'mod partikolari l-infrastruttura, inklużi l-enerġija sostenibbli, l-ilma, it-trasport, it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, l-ambjent, l-infrastruttura soċjali u l-kapital uman, sabiex itejbu l-ambjent soċjo-ekonomiku;

(c)jipprovdu finanzjament lill-intrapriżi mikro, żgħar u medji b'enfasi partikolari fuq l-iżvilupp tas-settur privat;

(d)jipprovdu strumenti finanzjarji mmirati biex jindirizzaw l-ostakoli għall-investimenti privati, inklużi garanziji kontra l-ewwel telf sa garanziji għall-portafolli għal proġetti fis-settur privat, bħal garanziji għal self għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u garanziji għal riskji speċifiċi għal proġetti ta' infrastruttura u kapital ta' riskju ieħor;

(e)jimmassimizzaw l-ingranaġġ fis-settur privat billi jindirizzaw l-ostakoli għall-investiment.

2. Il-Garanzija tal-EFSD għandha tappoġġja l-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment li, b'mod partikolari:

(a)jipprovdu addizzjonalità;

(b)jiżguraw l-allinjament tal-interess billi jipprovdu kondiviżjoni adegwata tar-riskji mill-kontroparti eliġibbli rispettiva u minn imsieħba prospettivi oħrajn;

(c)ikunu ekonomikament u finanzjarjament vijabbli, billi jieħdu f'kunsiderazzjoni wkoll l-appoġġ possibbli u l-kofinanzjament mill-imsieħba pubbliċi u privati fil-proġett;

(d)ikunu teknikament vijabbli u sostenibbli minn perspettiva soċjali u ambjentali; kif ukoll

(e)jimmassimizzaw il-mobilizzazzjoni tal-kapital fis-settur privat.

3. Fuq bażi ta' każ b'każ, il-Kummissjoni tista' tippermetti finanzjament ikkombinat minn strumenti differenti tal-Unjoni.

4. Il-Kummissjoni tista' tiddefinixxi t-twieqi ta' investiment għal reġjuni jew pajjiżi msieħba speċifiċi, jew għat-tnejn, għal setturi speċifiċi, għal proġetti speċifiċi jew għal kategoriji speċifiċi ta' benefiċjarji finali, jew għat-tnejn, li jridu jiġu ffinanzjati mill-istrumenti msemmija fl-Artikolu 9, li għandhom ikunu koperti mill-Garanzija tal-EFSD sa ammont fiss. It-talbiet kollha għal appoġġ finanzjarju fi ħdan it-twieqi ta' investiment għandhom isiru lill-Kummissjoni.

Artikolu 9
Strumenti eliġibbli għall-Garanzija tal-EFSD

1. Il-Garanzija tal-EFSD għandha tintuża sabiex tkopri r-riskji għall-istrumenti li ġejjin:

(a)self;

(b)garanziji;

(c)kontrogaranziji;

(d)strumenti tas-suq tal-kapital;

(e)kwalunkwe forma oħra ta' finanzjament jew titjib tal-kreditu, parteċipazzjonijiet f'ekwità jew kważi ekwità.

2. L-istrumenti elenkati fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu pprovduti minn kontropartijiet eliġibbli jew kontributuri, inklużi investituri privati, taħt tieqa ta' investiment jew proġett individwali amministrat minn kontroparti eliġibbli għall-benefiċċju tal-pajjiżi msieħba, inklużi pajjiżi fraġli u affettwati minn kunflitt u l-istituzzjonijiet ta' dawn il-pajjiżi msieħba, inklużi l-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji lokali privati u nazzjonali pubbliċi tagħhom, kif ukoll l-entitajiet fis-settur privat tal-pajjiżi msieħba.

Artikolu 10
L-eliġibbiltà u l-għażla tal-kontropartijiet

1. Għall-finijiet tal-Garanzija tal-EFSD, il-kontropartijiet eliġibbli għandhom ikunu:

(a)il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

(b)korpi rregolati bil-liġi pubblika;

(c)organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom;

(d)korpi rregolati bil-liġi privata b'missjoni ta’ servizz pubbliku, sakemm ikunu jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

(e)korpi rregolati bil-liġi privata ta' Stat Membru, li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati, permezz ta' deroga mill-Artikolu 58(1)(ċ)(vii) tar-Regolament (UE) Nru 966/2012

(f)korpi rregolati bil-liġi privata ta' pajjiż imsieħeb, li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati, permezz ta' deroga mill-Artikolu 58(1)(ċ)(vii) tar-Regolament (UE) Nru 966/2012.

2. Il-kontropartijiet eliġibbli għandhom jikkonformaw mar-regoli u l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 60 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

3. Il-Kummissjoni għandha tagħżel il-kontropartijiet eliġibbli skont l-Artikolu 61 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

Artikolu 11
Il-kopertura u t-termini tal-ftehimiet ta' garanzija tal-EFSD

1. Il-Garanzija tal-EFSD ma għandhiex, f'ebda ħin, taqbeż l-ammont ta' EUR 1 500 000 000, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2.

2. L-Istati Membri jistgħu jikkontribwixxu għall-Fond ta' Garanzija tal-EFSD fil-forma ta' garanziji jew flus kontanti. Soġġetti għal approvazzjoni tal-Kummissjoni, kontributuri oħrajn jistgħu jikkontribwixxu fil-forma ta' flus kontanti.

L-ammont tal-Garanzija li jaqbeż l-ammont indikat fil-paragrafu 1 għandu jingħata f'isem l-Unjoni.

Il-pagamenti netti aggregati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni taħt il-Garanzija tal-EFSD ma għandhomx jaqbżu l-EUR 1 500 000 000. Il-pagamenti għall-garanzija għandhom isiru, fejn ikun meħtieġ, mill-Istati Membri kontributuri jew minn kontributuri oħrajn fuq bażi pari passu mal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4.

Għandu jiġi konkluż ftehim ta' kontribuzzjoni bejn il-Kummissjoni, f'isem l-Unjoni, u l-kontributur, li għandu jinkludi, b'mod partikolari, dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet tal-pagamenti.

3. Il-Garanzija tal-EFSD għandha ssir disponibbli biss meta tkun ġiet ikkonfermata kontribuzzjoni fi flus kontanti ta' EUR 400 000 000 mill-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) 34 għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

L-Istati Membri jistgħu jikkontribwixxu għall-Garanzija tal-EFSD fil-forma ta' garanziji jew flus kontanti.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kontribuzzjonijiet ikkonfermati.

4. Il-kontribuzzjonijiet magħmula mill-Istati Membri fil-forma ta' garanzija jistgħu jintalbu biss għat-talbiet għal ħlasijiet ta' garanzija wara li l-finanzjament mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, miżjud bi kwalunkwe kontribuzzjonijiet oħrajn fi flus kontanti, ikun intuża fuq it-talbiet għal ħlasijiet ta' garanzija.

Fuq talba tal-Istati Membri, il-kontribuzzjonijiet magħmula minnhom jistgħu jiġu assenjati għall-bidu ta' proġetti f'reġjuni, pajjiżi, setturi jew twieqi ta' investiment speċifiċi.

Kwalunkwe kontribuzzjoni tista' tintuża biex tkopri t-talbiet għall-ħlas ta' garanzija, irrispettivament mill-assenjazzjoni.

5. Għandhom jiġu allokati mill-inqas EUR 400 000 000 tal-kopertura tal-Garanzija tal-EFSD għal investimenti fil-pajjiżi msieħba eliġibbli skont il-11-il FEŻ matul il-perjodu ta' implimentazzjoni tal-Garanzija tal-EFSD.

Artikolu 12
Implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' Garanzija tal-EFSD

1. Il-Kummissjoni, f'isem l-Unjoni, għandha tikkonkludi ftehimiet ta' garanzija tal-EFSD mal-kontropartijiet eliġibbli magħżula skont l-Artikolu 10 u l-paragrafu 4, fuq l-għoti tal-Garanzija tal-EFSD, li għandha tkun mingħajr kundizzjonijiet, irrevokabbli, fuq l-ewwel talba u favur il-kontroparti eliġibbli magħżula.

2. Għandhom jiġu konklużi ftehim ta' garanzija wieħed jew aktar għal kull tieqa ta' investiment bejn il-Kummissjoni u l-kontroparti jew kontropartijiet eliġibbli magħżula. Sabiex jiġu indirizzati ħtiġijiet speċifiċi, il-Garanzija tal-EFSD tista' tingħata għal operazzjonijiet ta' finanzjament jew investiment individwali. Il-ftehimiet jistgħu jiġu konklużi ma' konsorzju ta' żewġ kontropartijiet eliġibbli jew aktar.

3. Il-ftehimiet ta' garanzija għandhom jinkludu, b'mod partikolari, dispożizzjonijiet dwar dawn li ġejjin:

(a)regoli dettaljati dwar l-għoti tal-Garanzija tal-EFSD, inklużi l-arranġamenti tagħha dwar il-kopertura u l-kopertura definita tagħha ta’ portafolji u ta' proġetti ta’ tipi speċifiċi ta’ strumenti;

(b)ir-rimunerazzjoni tal-garanzija;

(c)ir-rekwiżiti għall-użu tal-Garanzija tal-EFSD, inklużi l-kundizzjonijiet tal-pagamenti, bħat-termini ta' żmien speċifiċi, l-imgħax li jrid jitħallas fuq l-ammonti dovuti, l-infiq u l-ispejjeż tal-irkupru u, possibbilment, l-arranġamenti meħtieġa b'rabta mal-likwidità;

(d)id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri li jirrigwardaw l-irkupru tal-pretensjonijiet;

(e)id-dispożizzjonijiet rigward l-obbligi ta' monitoraġġ, rapportar u evalwazzjoni skont l-Artikoli 15 u 16.

4. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tikkonkludix jew le ftehimiet ta' garanzija mal-kontropartijiet eliġibbli, wara li tieħu kont dovut ta':

(a)l-objettivi tat-tieqa tal-investiment;

(b)l-esperjenza u l-kapaċità operattiva u finanzjarja tal-kontroparti;

(c)l-ammont ta' riżorsi proprji li l-kontroparti lesta timmobilizza għat-tieqa tal-investiment.

5. L-approvazzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment għandha ssir mill-kontroparti eliġibbli skont ir-regoli u l-proċeduri tagħha stess u f'konformità mat-termini tal-ftehim ta' garanzija.

6. Il-Garanzija tal-EFSD tista' tkopri:

(a)għall-istrumenti tad-dejn, il-kapital u l-imgħax kollu u l-ammonti dovuti lill-kontroparti eliġibbli magħżula, iżda li din ma tkunx irċeviet f'konformità mat-termini tal-operazzjonijiet ta' finanzjament wara li jkun seħħ avveniment ta' inadempjenza;

(b)għall-investimenti ta' ekwità, l-ammonti investiti u l-ispejjeż ta' finanzjament assoċjati magħhom;

(c)għal operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment oħrajn imsemmija fl-Artikolu 8(2), l-ammonti użati u l-ispejjeż ta' finanzjament assoċjati magħhom;

(d)l-infiq u l-ispejjeż ta' rkupru rilevanti kollha relatati ma' avveniment ta' inadempjenza, sakemm ma jkunux tnaqqsu mir-rikavati tal-irkupru.

7. Il-ftehimiet tal-garanzija għandhom jistabbilixxu regoli dettaljati dwar il-kopertura, ir-rekwiżiti, l-eliġibbiltà, il-kontropartijiet eliġibbli u l-proċeduri.

Artikolu 13
Il-Fond ta' Garanzija tal-EFSD

1. Il-Fond ta' Garanzija tal-EFSD għandu jikkostitwixxi marġini ta' likwidità li minnu għandhom jitħallsu l-kontropartijiet eliġibbli fil-każ ta' talba għall-ħlas ta' Garanzija tal-EFSD skont il-ftehim ta' garanzija tal-EFSD rilevanti.

2. Il-Fond ta' Garanzija tal-EFSD għandu jkun mogħni b':

(a)kontribuzzjonijiet mill-baġit ġenerali tal-Unjoni u sorsi oħrajn;

(b)kontribuzzjonijiet possibbli mill-Istati Membri u minn kontributuri oħrajn;

(c)redditi fuq ir-riżorsi investiti tal-Fond ta' Garanzija tal-EFSD;

(d)ammonti rkuprati minn debituri inadempjenti f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' rkupru stabbiliti fil-ftehimiet tal-garanzija;

(e)dħul u kwalunkwe pagament ieħor li l-Unjoni tirċievi f'konformità mal-ftehimiet tal-garanzija.

3. Id-dħul tal-Fond ta' Garanzija tal-EFSD, kif previst fil-punti (ċ) u (e) tal-paragrafu 2, għandu jikkostitwixxi dħul assenjat intern f'konformità mal-Artikolu 21(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

4. Ir-riżorsi tal-Fond ta' Garanzija tal-EFSD imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu ġestiti direttament mill-Kummissjoni u investiti f'konformità mal-prinċipju ta' amministrazzjoni finanzjarja soda u għandhom isegwu regoli prudenzjali xierqa.

5. Il-kontribuzzjonijiet għall-Fond ta' Garanzija tal-EFSD għandhom jintużaw biex jintlaħaq livell xieraq ta' proviżjonament bil-għan li jkopri l-obbligi totali tal-Garanzija tal-EFSD. Ir-rata ta' proviżjonament għandha tkun 50% tal-obbligi totali tal-Garanzija tal-EFSD koperti mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

6. B'segwitu għal valutazzjoni tal-adegwatezza tal-livell tal-Fond ta' Garanzija tal-EFSD f'konformità mar-rapport previst skont l-Artikolu 15(3), għandhom isiru l-pagamenti li ġejjin:

(a)kwalunkwe bilanċ pożittiv għandu jitħallas lill-baġit ġenerali tal-Unjoni;

(b)kwalunkwe alimentazzjoni tal-Fond ta' Garanzija tal-EFSD għandha titħallas f’somom annwali fuq perjodu massimu ta' 3 snin li jibda mis-sena n+1.

7. Mill-1 ta' Jannar 2021, jekk, bħala riżultat tat-talbiet għall-ħlas tal-Garanzija tal-EFSD, il-livell ta' riżorsi fil-Fond ta' Garanzija jaqa' taħt il-50 % tar-rata ta' proviżjonament imsemmija fil-paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar miżuri eċċezzjonali li jistgħu jkunu meħtieġa sabiex jalimentaw il-Fond ta' Garanzija tal-EFSD.

8. Wara talba għall-ħlas tal-Garanzija tal-EFSD, il-kontribuzzjonijiet għall-Fond ta' Garanzija tal-EFSD previsti fil-punti (ċ), (d) u (e) tal-paragrafu 2 li jeċċedu r-riżorsi meħtieġa sabiex tintlaħaq ir-rata ta' proviżjonament fil-livell imsemmi fil-paragrafu 5 għandhom jintużaw fil-limiti tal-perjodu ta' investiment inizjali previst fl-Artikolu 7(2) sabiex il-Garanzija tal-EFSD terġa' lura għall-ammont inizjali tagħha.

Artikolu 14
Finanzjament tal-Fond ta' Garanzija tal-EFSD mill-baġit ġenerali tal-Unjoni

Għandha tiġi pprovduta kontribuzzjoni ta' EUR 350 000 000 mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

KAPITOLU IV

RAPPORTAR, KONTABBILTÀ U EVALWAZZJONI

Artikolu 15
Rapportar u kontabbiltà

1. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjoni ta' finanzjament u investiment koperta mill-Garanzija tal-EFSD. Dan ir-rapport għandu jsir pubbliku. Huwa għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:

(a)valutazzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment fil-livell operattiv u koperti mill-Garanzija tal-EFSD, fil-livelli settorjali, nazzjonali u reġjonali u l-konformità tagħhom ma' dan ir-Regolament;

(b)valutazzjoni tal-valur miżjud, il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi tas-settur privat, il-prestazzjonijiet stmati u reali u r-riżultati u l-impatt tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment koperti mill-Garanzija tal-EFSD fuq bażi aggregata, inkluż l-impatt fuq il-ħolqien tal-impjiegi;

(c)valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti dwar l-użu tal-Garanzija tal-EFSD u mal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni stabbiliti għal kull proposta sottomessa;

(d)valutazzjoni tal-effett ta' lieva miksub mill-operazzjonijiet koperti mill-Garanzija tal-EFSD;

(e)l-ammont finanzjarju ttrasferit lill-benefiċjarji u valutazzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment minn kull kontroparti fuq bażi aggregata;

(f)valutazzjoni tal-valur miżjud tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment tal-kontropartijiet eliġibbli, u tar-riskju aggregat assoċjat ma' dawk l-operazzjonijiet;

(g)informazzjoni dettaljata dwar it-talbiet għall-ħlas tal-Garanzija tal-EFSD, it-telf, il-qligħ, l-ammonti rkuprati u kwalunkwe pagamenti oħrajn riċevuti;

(h)ir-rapporti finanzjarji dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment tal-kontropartijiet eliġibbli koperti minn dan ir-Regolament u vverifikati minn awditur estern indipendenti.

2. Għall-finijiet tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni, tar-rapportar tagħha dwar ir-riskji koperti mill-Garanzija tal-EFSD u tal-ġestjoni minnha tal-Fond ta' Garanzija tal-EFSD, il-kontropartijiet eliġibbli li magħhom ġie konkluż ftehim ta' garanzija għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri kull sena bir-rapporti finanzjarji dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment koperti minn dan ir-Regolament u vverifikati minn awditur estern indipendenti, u jkun fihom, fost l-oħrajn, informazzjoni dwar:

(a)il-valutazzjoni tar-riskji tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment tal-kontropartijiet eliġibbli, inkluża informazzjoni dwar l-obbligazzjonijiet tal-Unjoni mkejla f'konformità mar-regoli tal-kontabbiltà tal-Unjoni stabbiliti mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni abbażi tal-istandards ta' kontabbiltà aċċettati fuq livell internazzjonali għas-settur pubbliku;

(b)l-obbligu finanzjarju pendenti għall-Unjoni, li jirriżulta mill-Garanzija tal-EFSD ipprovduta lill-kontropartijiet eliġibbli u għall-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment tagħhom, disaggregati skont operazzjonijiet individwali;

Jekk jintalbu, il-Kontropartijiet għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa sabiex jissodisfaw l-obbligi tal-Kummissjoni b'rabta ma' dan ir-Regolament.

3. Sal-31 ta' Marzu ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri, fil-kuntest tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-Kummissjoni, l-informazzjoni meħtieġa dwar is-sitwazzjoni tal-Fond ta' Garanzija tal-EFSD. Barra minn hekk, sal-31 ta' Mejju ta' kull sena, hija għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri rapport annwali dwar il-ġestjoni tal-Fond ta' Garanzija tal-EFSD matul is-sena kalendarja preċedenti, inkluża valutazzjoni tal-adegwatezza tal-proviżjonament u l-livell tal-Fond ta' Garanzija u tal-ħtieġa għar-rikostituzzjoni tiegħu.

Ir-rapport annwali għandu jkun fih preżentazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Fond ta' Garanzija tal-EFSD fi tmiem is-sena kalendarja preċedenti, il-flussi finanzjarji matul is-sena kalendarja preċedenti, kif ukoll it-tranżazzjonijiet sinifikanti u kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar il-kontijiet finanzjarji. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll informazzjoni dwar il-ġestjoni finanzjarja, il-prestazzjoni u r-riskju tal-fond ta' garanzija fi tmiem is-sena kalendarja preċedenti.

Artikolu 16
Evalwazzjoni u rieżami

1. Sal-31 ta' Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-funzjonament tal-EFSD. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ir-rapport ta' evalwazzjoni tagħha, li jkun fih evalwazzjoni indipendenti tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dan ir-rapport għandu jiġi ppreżentat mill-Kummissjoni mingħajr dewmien f'każ li l-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment approvati jassorbu l-ammont sħiħ tal-Garanzija tal-EFSD disponibbli qabel it-30 ta' Ġunju 2020.

2. Sal-31 ta' Diċembru 2020 u kull tliet snin wara, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-użu tal-Fond ta' Garanzija tal-EFSD. Il-Kummissjoni għandha tissottometti r-rapport ta' evalwazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport ta' evalwazzjoni għandu jkun akkumpanjat minn opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 17
Trasparenza u divulgazzjoni ta' informazzjoni lill-pubbliku

F'konformità mal-linji politiċi dwar it-trasparenza u l-prinċipji ġenerali tal-Unjoni dwar l-aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni, il-kontropartijiet eliġibbli għandhom jippubblikaw fuq is-siti elettroniċi tagħhom informazzjoni relatata mal-operazzjonijiet kollha ta' finanzjament u investiment koperti mill-Garanzija tal-EFSD skont dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-mod li bih dawk l-operazzjonijiet jikkontribwixxu għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 18
Awditjar mill-Qorti tal-Awdituri

1. L-awditjar estern tal-attivitajiet imwettqa f'konformità ma' dan ir-Regolament għandu jitwettaq mill-Qorti tal-Awdituri f'konformità mal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

2. Għall-fini tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Qorti tal-Awdituri għandha, fuq talba tagħha u f'konformità mal-Artikolu 287(3) tat-TFUE, tingħata aċċess għal kwalunkwe dokument jew informazzjoni li tkun teħtieġ biex twettaq il-kompitu tagħha.

Artikolu 19
Miżuri kontra l-frodi

1. Il-Kummissjoni jew il-kontropartijiet eliġibbli għandhom jinnotifikaw lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) minnufih u jipprovdulu l-informazzjoni meħtieġa meta, fi kwalunkwe stadju tat-tħejjija, tal-implimentazzjoni jew tal-għeluq tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment koperti minn dan ir-Regolament, ikollhom raġunijiet għala jissuspettaw li hemm frodi, korruzzjoni, ħasil ta' flus jew kwalunkwe attività illegali oħra li tista' taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

2. L-OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, f'konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 u fir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni, ħasil ta' flus jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' kwalunkwe operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment koperti minn dan ir-Regolament. L-OLAF jista' jibgħat kwalunkwe informazzjoni miksuba matul il-kors tal-investigazzjonijiet tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati.

Fejn tali attivitajiet illegali jiġu pprovati, il-kontropartijiet eliġibbli għandhom jagħmlu sforzi ta' rkupru fir-rigward tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment koperti minn dan ir-Regolament u li huma kkonċernati minn tali attivitajiet.

Artikolu 20
Attivitajiet esklużi u ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx

1. Fl-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment tagħhom, il-kontropartijiet eliġibbli ma għandhom jappoġġjaw l-ebda attività li titwettaq għal finijiet illegali, inklużi l-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, il-kriminalità organizzata, il-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa, il-korruzzjoni u l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Il-kontropartijiet eliġibbli ma għandhom jipparteċipaw fl-ebda operazzjoni ta' finanzjament jew investiment permezz ta' veikolu li jkun jinsab f'ġurisdizzjoni li ma tikkooperax, f'konformità mal-politika tagħhom lejn ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx jew li huma rregolamentati b'mod dgħajjef abbażi tal-linji politiċi tal-Unjoni, tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi jew tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja.

2. Fl-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment tagħha, il-kontroparti eliġibbli għandha tapplika l-prinċipji u l-istandards stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-fini tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u, b'mod partikolari, fir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 35 u fid-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 36 . Il-kontropartijiet eliġibbli għandhom jagħmlu kemm il-finanzjament dirett kif ukoll il-finanzjament permezz ta' intermedjarji skont dan ir-Regolament kontinġenti fuq id-divulgazzjoni ta' informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja f'konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 21
Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

1.4.Objettiv(i)

1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.6.Durata u impatt finanzjarju

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

3.2.L-impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

3.2.3.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.L-impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD)

1.2.Qasam/Oqsma ta' politika kkonċernat/i fl-istruttura ABM/ABB 37  

01 03

Attività ta' ABB: Kooperazzjoni Internazzjonali u Żvilupp

1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

 Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida 

 Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma' azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja 38  

 Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta' azzjoni eżistenti 

 Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma' azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 

L-EFSD ser ikun magħmul minn Pjattaformi ta' Investiment Reġjonali li jikkombinaw il-faċilitajiet ta' taħlit eżistenti fl-azzjoni esterna u l-Garanzija tal-EFSD il-ġdida.

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.L-objettiv(i) strateġiku/ċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Li tappoġġja l-investimenti f'reġjuni barra mill-UE bħala mezz li jindirizza l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni.

1.4.2.L-objettiv(i) speċifiku/speċifiċi u l-attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

Objettiv speċifiku

Li jiġi pprovdut pakkett integrat ta' miżuri li jiffinanzjaw l-investimenti f'reġjuni barra mill-UE, sabiex b'hekk jinħolqu opportunitajiet ta' tkabbir u impjiegi, tiġi massimizzata l-addizzjonalità, jiġu pprovduti prodotti innovattivi u jinġabru fondi mis-settur privat.

Attività/attivitajiet ta' ABM/ABB ikkonċernata/i

01 03 Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji internazzjonali

1.4.3.Ir-riżultat(i) u l-impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD) ser jinkludi Garanzija ġdida li tipprovdi firxa ta' strumenti innovattivi li jattiraw is-settur privat, bħal garanziji li jkopru riskji speċifiċi fi proġetti ta' infrastruttura.

Għandu jiġi ġġenerat effett ta' multiplikatur permezz tal-provvediment tal-garanzija tal-UE. Bħall-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) u diversi strumenti finanzjarji appoġġjati mill-faċilitajiet ta' taħlit tal-UE sa mill-2007, il-Fond ta' Garanzija tal-EFSD għandu l-għan li jimmobilizza investimenti addizzjonali, b'mod partikolari minn investituri privati. Huwa jagħmel dan billi jipprovdi garanziji parzjali, jew fuq bażi tal-ewwel telf jew inkella fuq bażi ta' pari passu, lil istituzzjonijiet finanzjarji intermedjarji (tipikament IFI), li min-naħa tagħhom jipprovdu appoġġ (permezz ta' self, garanziji, ekwità jew prodotti simili) lill-benefiċjarji downstream. B'hekk, hemm żewġ saffi ta' ingranaġġ bejn il-garanzija baġitarja tal-UE pprovduta u l-investiment totali mobilizzat. Fl-ewwel livell, il-garanzija tal-UE tippermetti lill-IFI intermedjarja tipprovdi ammont ta' finanzjament addizzjonali ("ingranaġġ intern"). Fit-tieni livell ("ingranaġġ estern"), il-finanzjament tal-IFI jimmobilizza investiment addizzjonali fl-istadju tal-proġett.

B'hekk, l-inizjattiva globali, li tinkludi l-attivitajiet ta' taħlit, għandha tgħin sabiex timmobilizza investimenti totali sa massimu ta' EUR 44 biljun sal-2020.

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

Ġie definit sett komuni u minimu ta' indikaturi li jirriflettu r-riżultati u l-eżiti intiżi tal-proġett għall-operazzjonijiet ta' taħlit. Dawn l-indikaturi jistgħu jintużaw għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Garanzija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD).

1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fit-terminu qasir jew twil

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD) jipprovdi l-mezzi għall-implimentazzjoni tal-objettivi tal-politika tal-Pjan ta' Investiment Estern (pilastru 1), kif ġie spjegat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Ġunju 2016 dwar it-twaqqif ta' Sħubija ġdida mal-pajjiżi terzi skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni. L-EFSD ser ikollu l-objettiv ewlieni li jipprovdi pakkett finanzjarju integrat għall-finanzjament tal-investimenti f'reġjuni barra mill-UE. Dan jinvolvi l-mobilizzazzjoni tal-investimenti pubbliċi u privati kemm fl-Afrika kif ukoll fil-Viċinat.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD) għandu l-għan li jippromwovi tipi innovattivi u addizzjonali ta' appoġġ, b'mod partikolari permezz tal-Garanzija ġdida u t-titjib tal-kreditu. Il-kopertura tal-Garanzija l-ġdida ser tinkludi strumenti innovattivi partikolarment maħsuba biex jindirizzaw l-ostakoli għall-investiment privat, li sa issa għadhom mhumiex indirizzati mis-suq innifsu, bħall-garanziji tal-ewwel telf għall-portafolli tal-garanziji għal proġetti fis-settur privat, il-kapital ta' riskju, il-garanziji ta' self lill-SMEs jew il-garanziji li jkopru riskji speċifiċi fi proġetti ta' infrastruttura.

L-operazzjonijiet iffinanzjati jew garantiti permezz tal-istrumenti tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD) jirrappreżentaw għodda effettiva u viżibbli ħafna bħala sostenn għall-azzjoni esterna tal-Unjoni. L-EFSD jipprovdi l-appoġġ finanzjarju u politiku tal-UE neċessarju għall-finanzjament ta' Kontroparti Eliġibbli fil-pajjiżi u għall-proġetti ta' investiment li altrimenti ma jkunux jistgħu jkunu konformi minħabba riskju għoli.

1.5.3.Tagħlim miksub minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Il-Kummissjoni kisbet esperjenza siewja bl-istrumenti ta' finanzjament innovattivi.

Minn mindu ġie introdott għall-ewwel darba fil-bidu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2007-2013, it-taħlit evolva gradwalment f'għodda importanti ta' kooperazzjoni esterna tal-UE, li tikkomplimenta metodi oħrajn ta' implimentazzjoni. Twaqqfu faċilitajiet ta' taħlit reġjonali tal-UE fir-reġjuni kollha ta' kooperazzjoni esterna tal-UE. Sal-aħħar tal-2015, l-appoġġ approvat taħt il-faċilitajiet mill-baġit tal-UE u r-riżorsi tal-FEŻ laħaq somma ta' madwar EUR 2,7 biljun u jiġġenera madwar EUR 50 biljun ta' investimenti totali.

Il-predeċessur għall-Pjattaforma ta' Investiment tal-Viċinat (NIP), jiġifieri l-Faċilità ta' Investiment tal-Viċinat (NIF), għandu storja ta' suċċess x'juri: sa mill-2007, l-allokazzjonijiet għall-NIF mill-Baġit tal-UE laħqu total ta' EUR 1,432 biljun. Barra minn hekk, l-Istati Membri kkontribwixxew għall-Fond Fiduċjarju tal-NIF b'aktar minn EUR 80 miljun. Dan ippermetta l-implimentazzjoni ta' 112-il proġett b'appoġġ mill-NIF. Il-kontribuzzjoni tal-NIF irnexxielha timmobilizza madwar EUR 13,83 biljun ta' finanzjament minn Istituzzjonijiet Finanzjarji Ewropej u Internazzjonali sa mill-2008 u ammont ta' investiment totali ta' madwar EUR 28,10 biljun, jiġifieri ingranaġġ ta' madwar 20 darba f'investiment għal kull euro pprovdut mill-Faċilità.

Fl-Afrika, il-Fond Fiduċjarju tal-UE għall-Infrastruttura fl-Afrika (AITF) ġie stabbilit fl-2007 u minn dak iż-żmien sal-lum ipprovda appoġġ għal proġetti b'total ta' aktar minn EUR 500 miljun, primarjament fis-setturi tal-enerġija, tat-trasport u tal-ilma. Fl-2015 inħolqot il-Faċilità tal-Investiment fl-Afrika (AfIF) permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2015)5210 39 .

Matul il-perjodu 2007-2013, żewġ faċilitajiet kienu soġġetti għal evalwazzjoni ta' nofs it-terminu (MTE), l-EU-AITF fl-2012 u l-Faċilità ta' Investiment tal-Viċinat (NIF) fl-2013. It-tnejn ikkonkludew li dawn huma strumenti siewja u effettivi sabiex jappoġġjaw l-objettivi rispettivi tagħhom: L-objettivi tas-Sħubija Ewropea tal-Viċinat (SEV) u l-iżvilupp tal-infrastruttura fl-Afrika. B'mod partikolari, l-identifikazzjoni, ir-rilevanza u d-disinn tal-proġetti kienu meqjusa bħala pożittivi u ż-żewġ strumenti laħqu l-għan tagħhom ta' ingranaġġ ta' riżorsi finanzjarji sinifikanti. L-MTE għamlet referenza wkoll għall-kontribut sinifikanti li ġabu magħhom l-iżvilupp ta' sħubiji u l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni akbar fost l-istituzzjonijiet finanzjarji, kif ukoll mal-Kummissjoni. Saru għadd ta' rakkomandazzjonijiet, notevolment f'termini ta' titjib fl-istruttura tat-teħid tad-deċiżjonijiet u, b'mod partikolari, fuq ir-rwol tad-Delegazzjonijiet tal-UE u tal-pajjiżi msieħba, l-esplorazzjoni ulterjuri tal-involviment tas-settur privat, kif ukoll l-użu ta' strumenti finanzjarji speċifiċi bħal strumenti ta' mitigazzjoni tar-riskji u, fl-aħħar nett, l-implimentazzjoni ta' qafas għall-kejl tar-riżultati.

Dawn is-sejbiet intużaw, flimkien ma' rapporti oħrajn, mill-Pjattaforma tal-UE għat-taħlit fil-kooperazzjoni esterna (EUBEC), imwaqqfa f'Diċembru 2012, sabiex isiru rakkomandazzjonijiet konkreti bil-għan li tkompli tiżdied l-effettività tal-għajnuna mogħtija mill-UE permezz tat-taħlit. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ppubblikat rapport speċjali dwar it-taħlit f'Ottubru 2014. Il-konklużjonijiet kienu ferm konformi ma' dan ta' hawn fuq: it-taħlit tal-għotjiet mill-faċilità ta' investiment reġjonali mas-self minn istituzzjonijiet finanzjarji sabiex jiġu appoġġjati l-linji politiċi esterni tal-UE nstab li kien ġeneralment effettiv u l-proġetti kienu rilevanti. Ir-rakkomandazzjonijiet koprew l-aspetti li ġejjin: li tiġi żgurata l-valutazzjoni ddokumentata tal-addizzjonalità li tirriżulta mill-għotja tal-UE, li tiġi żgurata l-maturità tal-proġetti mressqa quddiem il-bordijiet eżekuttivi, li jiġu prodotti linji gwida dwar l-operazzjonijiet ta' Taħlit tal-UE, li jiġi żgurat irwol aktar proattiv tad-Delegazzjonijiet tal-UE, li jiġi ssimplifikat il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, li jittejjeb il-monitoraġġ tal-proġetti mill-Kummissjoni u li tiġi żgurata viżibbiltà xierqa għall-finanzjament mill-UE.

Kważi dawn ir-rakkomandazzjonijiet kollha diġà ġew indirizzati mill-EUBEC bl-iżvilupp ta' formola ta' applikazzjoni armonizzata u mtejba għall-proġetti, flimkien mal-linji gwida tagħha, kif ukoll bl-iżvilupp ta' qafas għall-kejl tar-riżultati, inklużi indikaturi standard.

Barra minn hekk, skont ir-rekwiżit tal-Artikolu 140 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, applikabbli bis-saħħa tal-Artikolu 17 u l-Artikolu 40 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323, fl-2014 twettqet evalwazzjoni ex-ante tal-AfIF dwar kif il-faċilità ppjanata tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju (RF) għall-istrumenti finanzjarji. Ir-rakkomandazzjonijiet ta' din l-evalwazzjoni ttieħdu f'kunsiderazzjoni fil-ġestjoni tal-AfIF u ser ikunu rilevanti għall-Pjattaforma ta' Investiment fl-UE u fl-Afrika.

Ir-riżultati tal-evalwazzjoni ex-ante wrew li n-natura, il-kobor u l-fokus tal-isfidi ffaċċjati mill-Afrika (eż. l-urbanizzazzjoni, l-aċċess degradanti għal servizzi essenzjali, l-insigurtà tal-ikel, il-faqar, l-impatti tat-tibdil fil-klima), l-objettivi attwali tal-kooperazzjoni tal-UE u tal-pajjiżi msieħba (jiġifieri l-iżvilupp u t-tkabbir sostenibbli u inklużiv, l-integrazzjoni kontinentali, il-qerda tal-faqar, it-tibdil fil-klima) u l-ħtieġa li jiġu mobilizzati riżorsi finanzjarji addizzjonali jirrikjedu qafas flessibbli ġdid ta' finanzjament. B'kunsiderazzjoni ta' dawk ir-riżultati u bl-objettiv addizzjonali li jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni, il-Pjattaforma ta' Investiment għall-Afrika (AIP) tista' tipprovdi valur miżjud f'setturi li jirrappreżentaw sfidi ewlenin fl-Afrika. Permezz ta' firxa wiesgħa ta' forom ta' assistenza li jridu jiġu aġġustati għar-riskji tal-pajjiżi u għal proġetti u setturi speċifiċi, l-AIP ser tikkontribwixxi għal tkabbir inklużiv u għall-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, sabiex b'hekk jiġu indirizzati wħud mill-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni.

Il-portafoll u l-pipeline attwali użati fl-AfIF jipprevedu proġetti li jikkontribwixxu għall-objettiv tal-indirizzar tal-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni. Billi l-ħolqien tal-impjiegi huwa l-fokus prinċipali tal-proġetti li jappoġġjaw lis-settur finanzjarju u lill-Intrapriżi Mikro, Żgħar u ta' Daqs Medju (MSMEs) permezz ta' banek lokali jew fondi fiduċjarji ddedikati jew proġetti li jappoġġjaw l-agrikoltura, il-finanzi u l-iżvilupp rurali, inklużi t-toroq rurali u l-elettrifikazzjoni, l-opportunitajiet ta' impjieg jistgħu jkunu wkoll ir-riżultat ta' proġetti ta' infrastruttura partikolari fis-settur tal-enerġija (rinnovabbli) jew fis-settur usa' tat-trasport, inklużi mhux biss it-toroq rurali, iżda wkoll il-kostruzzjoni u r-rijabilitazzjoni tat-toroq u tal-portijiet. Il-ħolqien tal-impjiegi u t-tnaqqis tal-faqar issemmew bħala eżitu ta' wħud mill-proġetti tal-enerġija elenkati fir-rapport annwali tal-AITF.

Analiżi tal-portafoll tal-AITF u l-pipeline tal-AfIF jindikaw li dawn il-mekkaniżmi ta' taħlit jikkontribwixxu għall-objettiv tal-indirizzar tal-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni, billi jinkiseb finanzjament mill-istituzzjonijiet finanzjarji msieħba involuti. Analiżi tal-150 proġett fil-pipeline attwali tal-AfIF turi li, possibbilment, sa 30 % tal-proġetti jistgħu jkunu rilevanti sabiex jikkontribwixxu għall-indirizzar tal-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni. Xi proġetti jimmiraw għall-ħolqien tal-impjiegi u l-appoġġ tal-MSMEs bħala l-objettivi prinċipali, filwaqt li l-maġġoranza tal-proġetti jimmiraw għall-iżvilupp soċjo-ekonomiku u r-reżiljenza, kif ukoll, f'xi każijiet, għall-ħolqien tal-impjiegi u t-tnaqqis tal-faqar bħala effett sekondarju. Minn fost it-23 pajjiż speċifiku elenkati bħala eliġibbli skont l-EFSD, 18-il pajjiż huma koperti mill-pipeline attwali tal-AfIF għar-reġjun tas-Saħel/tal-Lag taċ-Ċad u għar-reġjun tal-Qarn tal-Afrika.

Ir-Reviżjoni tal-2015 tal-Politika Ewropea tal-Viċinat tenniet li l-iżvilupp soċjali u ekonomiku għandu jkun fil-qalba tal-kontribut tal-UE sabiex tistabbilizza l-viċinat u tibni s-sħubiji. L-UE għandha żżid il-kooperazzjoni mal-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali, mal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti dwar l-iżvilupp fis-settur privat u inizjattivi li jippromwovu t-tkabbir inklużiv u l-impjiegi u li jtejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien. Barra minn hekk, għandhom jiġu promossi azzjonijiet li jsaħħu s-sħubiji mas-settur privat u għandha tingħata spinta lill-użu ta' approċċi innovattivi, bħat-taħlit ta' għotjiet u self, bħala mod importanti ta' kif jinkisbu riżorsi addizzjonali u kif jiżdied l-impatt tal-għajnuna tal-UE. Hija tenfasizza wkoll il-ħtieġa li l-isforzi jiffokaw fuq l-iżvilupp ta' ħiliet, il-kompetenzi u l-ħolqien ta' opportunitajiet, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ.

Bħalissa qed issir evalwazzjoni ġdida tal-faċilitajiet ta' taħlit u r-rapport finali għandu jkun disponibbli qabel l-aħħar tal-2016.

1.5.4.Il-kompatibbiltà u s-sinerġija possibbli ma’ strumenti oħrajn xierqa

Kif ġie spjegat fil-Komunikazzjoni tas-7 ta' Ġunju 2016 dwar it-twaqqif ta' Sħubija ġdida mal-pajjiżi terzi skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, il-Kummissjoni qed tipproponi Pjan ta' Investiment Estern ambizzjuż li jindirizza l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni.

Huwa propost li jiġi stabbilit qafas strateġiku ġdid bi struttura ta' governanza ġdida, inkluż approċċ ta' "one-stop-shop" li juża firxa ta' strumenti ta' finanzjament innovattivi li jattiraw lis-settur privat sabiex jindirizza l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni billi jagħtu spinta lill-investimenti li jibdew fir-reġjuni tal-Afrika u fil-Viċinat tal-UE. Huwa jibni fuq l-arkitettura eżistenti tar-riżorsi u l-istrumenti ta' finanzjament tal-UE.

L-EFSD ser ikollu l-objettiv ewlieni li jipprovdi pakkett finanzjarju integrat sabiex jiffinanzja l-investimenti f'reġjuni barra mill-UE, sabiex b'hekk jinħolqu opportunitajiet ta' tkabbir u impjiegi, tiġi massimizzata l-addizzjonalità, jiġu pprovduti prodotti innovattivi u jinġabru fondi mis-settur privat. B'fondi mill-FEŻ u mill-baġit tal-UE ta' EUR 3,35 biljun sal-2020 (li EUR 0,75 biljun minnhom huma inizjalment intiżi għall-Fond ta' Garanzija tal-EFSD), l-EFSD huwa mistenni jimmobilizza sa EUR 44 biljun f'investimenti.

Mill-ammont ta' EUR 3,35 biljun, EUR 2,6 biljun ser jiġu pprovduti permezz tal-iffokar mill-ġdid tal-istrumenti ta' taħlit eżistenti. Il-proposta preżenti għal Regolament timplika l-mobilizzazzjoni għall-Fond ta' Garanzija tal-EFSD ta' EUR 350 miljun mill-baġit tal-UE u EUR 400 miljun mill-FEŻ. Il-qalba tal-pjan ta' investiment ġdid hija l-EFSD, li ser jipprovdi qafas ġenerali bbażat fuq tliet pilastri: fond ta' investiment ġdid (pilastru 1); assistenza teknika (pilastru 2), li tgħin lill-awtoritajiet u l-kumpaniji lokali jiżviluppaw numru akbar ta' proġetti sostenibbli u jattiraw l-investituri; u firxa ta' programmi tematiċi, nazzjonali u reġjonali ddedikati għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE, flimkien ma' djalogu politiku strutturat immirat lejn it-titjib tal-klima tal-investiment u tal-ambjent tal-politika ġenerali fil-pajjiżi kkonċernati (pilastru 3).

Dawn it-tliet pilastri għandhom ikunu kumplimentari u jipprovdu approċċ ikkoordinat wiesa'.

L-EFSD ser jinkludi l-faċilitajiet ta' taħlit eżistenti ffokati mill-ġdid u Garanzija ġdida li tipprovdi firxa ta' strumenti innovattivi maħsuba biex jattiraw is-settur privat, bħal garanziji li jkopru riskji speċifiċi fi proġetti ta' infrastruttura. Il-Pjattaformi ta' Investiment Reġjonali ser jikkombinaw l-istrumenti ta' taħlit eżistenti, ser joperaw bħala "one-stop-shop" sabiex jirċievu proposti ta' finanzjament mill-IFI u minn investituri pubbliċi jew privati u ser jipprovdu firxa wiesgħa ta' appoġġ finanzjarju għall-investimenti eliġibbli.

Billi tippermetti operazzjonijiet Ewropej konġunti (li jikkombinaw il-finanzjament ta' għotjiet bilaterali u tal-UE ma' operazzjonijiet ta' self mill-istituzzjonijiet finanzjarji eliġibbli), l-AIP ser tiġġenera koerenza akbar u koordinazzjoni aħjar bejn id-donaturi, skont il-prinċipji tad-Dikjarazzjoni ta' Pariġi u f'konformità mar-Regolament Finanzjarju tal-UE. Ir-riżorsi tal-Istati Membri ser jirrinforzaw l-isforz tal-UE billi jsaħħu d-dimensjoni Ewropea tal-kooperazzjoni esterna u jtejbu l-viżibbiltà tal-UE.

1.6.Durata u impatt finanzjarju

 Proposta/inizjattiva ta' durata limitata

   Il-proposta/inizjattiva inizjalment b'effett mill-2017 sal-2020

Impatt finanzjarju mill-2017 sal-2020 b'referenza għall-iffirmar tal-Ftehimiet mal-kontropartijiet eliġibbli.    
Id-durata massima tal-ftehimiet ta' Garanzija tal-EFSD, li taħthom jista' jiġi ffirmat kuntratt bejn Kontroparti Eliġibbli u l-benefiċjarju jew l-intermedjarju finanzjarju, għandha tkun ta' erba' snin.

 Proposta/inizjattiva ta' durata mhux limitata

Perjodu indikattiv għall-bidu tal-implimentazzjoni:

segwit minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta' ġestjoni ppjanat(i) 40  

X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni (għall-ġestjoni tal-Fond ta' Garanzija tal-EFSD)

X mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi l-kompiti ta' implimentazzjoni tal-baġit jiġu fdati lil (għall-Faċilitajiet appoġġjati mill-garanzija tal-EFSD):

X organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom;

X il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

X korpi rregolati bil-liġi pubblika;

X korpi rregolati bil-liġi privata ta' Stat Membru li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati, permezz ta' deroga mill-Artikolu 58(1)(ċ)(vii) tar-Regolament (UE) Nru 966/2012;

X korpi rregolati bil-liġi privata ta' pajjiż sieħeb li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati, permezz ta' deroga mill-Artikolu 58(1)(ċ)(vii) tar-Regolament (UE) Nru 966/2012;

X korpi rregolati bil-liġi privata b'missjoni tas-servizz pubbliku sal-punt li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk ikun indikat aktar minn metodu wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

Id-dispożizzjoni għal u l-ġestjoni tal-Fond ta' Garanzija tal-EFSD ser jiġu implimentati direttament mill-Kummissjoni, filwaqt li l-istrumenti koperti mill-Garanzija ser jiġu implimentati f'ġestjoni indiretta.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjoni ta' finanzjament u investiment koperta mill-Garanzija tal-EFSD. Dan ir-rapport għandu jsir pubbliku. Huwa għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:

(a)    valutazzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment fil-livell operattiv u koperti mill-Garanzija tal-EFSD, fil-livelli settorjali, nazzjonali u reġjonali u l-konformità tagħhom ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari mal-kriterju tal-indirizzar tal-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni u l-appoġġ għall-iżvilupp soċjo-ekonomiku fid-dawl tal-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli, flimkien ma' valutazzjoni tal-allokazzjoni tal-finanzjament lejn l-objettivi ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 3;

(b)    valutazzjoni tal-valur miżjud, il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi tas-settur privat, il-prestazzjonijiet stmati u reali u r-riżultati u l-impatt tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment koperti mill-Garanzija tal-EFSD fuq bażi aggregata, inkluż l-impatt fuq il-ħolqien tal-impjiegi;

(ċ)    valutazzjoni ta' kemm l-operazzjonijiet koperti minn dan ir-Regolament jikkontribwixxu sabiex jintlaħqu l-objettivi ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 3;

(d)        valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti dwar l-użu tal-Garanzija tal-EFSD u mal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni stabbiliti għal kull proposta sottomessa;

(e)        valutazzjoni tal-effett ta' lieva miksub mill-operazzjonijiet koperti mill-Garanzija tal-EFSD;

(f)        l-ammont finanzjarju ttrasferit lill-benefiċjarji u valutazzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment minn kull kontroparti fuq bażi aggregata;

(g)        valutazzjoni tal-valur miżjud tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment tal-Kontropartijiet Eliġibbli, u tar-riskju aggregat assoċjat ma' dawk l-operazzjonijiet;

(h)        informazzjoni dettaljata dwar it-talbiet għall-ħlas tal-Garanzija tal-EFSD, it-telf, il-qligħ, l-ammonti rkuprati u kwalunkwe pagamenti oħrajn riċevuti;

(i)        ir-rapporti finanzjarji dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment tal-Kontropartijiet Eliġibbli koperti minn dan ir-Regolament u vverifikati minn awditur estern indipendenti.

2. Għall-finijiet tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni, tar-rapportar tagħha dwar ir-riskji koperti mill-Garanzija tal-EFSD u tal-ġestjoni minnha tal-Fond ta' Garanzija tal-EFSD, il-Kontropartijiet Eliġibbli li magħhom ġie konkluż ftehim ta' garanzija għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri kull sena bir-rapporti finanzjarji dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment koperti minn dan ir-Regolament u vverifikati minn awditur estern indipendenti, u jkun fihom, fost l-oħrajn, informazzjoni dwar:

(a)        il-valutazzjoni tar-riskji tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment tal-Kontropartijiet Eliġibbli koperti minn dan ir-Regolament, inkluża informazzjoni dwar l-obbligazzjonijiet tal-Unjoni mkejla f'konformità mar-regoli tal-kontabbiltà tal-Unjoni stabbiliti mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni abbażi tal-istandards ta' kontabbiltà aċċettati fuq livell internazzjonali għas-settur pubbliku;

(b)        l-obbligu finanzjarju pendenti għall-Unjoni li jirriżulta mill-Garanzija tal-EFSD ipprovduta lill-Kontropartijiet Eliġibbli u għall-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment tagħhom koperti minn dan ir-Regolament, disaggregati skont operazzjonijiet individwali.

Jekk jintalbu, il-Kontropartijiet għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa sabiex jissodisfaw l-obbligi tal-Kummissjoni b'rabta ma' dan ir-Regolament.

3. Sal-31 ta' Marzu ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri, fil-kuntest tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-Kummissjoni, l-informazzjoni meħtieġa dwar is-sitwazzjoni tal-Fond ta' Garanzija tal-EFSD. Barra minn hekk, sal-31 ta' Mejju ta' kull sena, hija għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri rapport annwali dwar il-ġestjoni tal-Fond ta' Garanzija tal-EFSD matul is-sena kalendarja preċedenti, inkluża valutazzjoni tal-adegwatezza tal-proviżjonament u l-livell tal-fond ta' garanzija u tal-ħtieġa għar-rikostituzzjoni tiegħu. Ir-rapport annwali għandu jkun fih preżentazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Fond ta' Garanzija tal-EFSD fi tmiem is-sena kalendarja preċedenti, il-flussi finanzjarji matul is-sena kalendarja preċedenti, kif ukoll it-tranżazzjonijiet sinifikanti u kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar il-kontijiet finanzjarji. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll informazzjoni dwar il-ġestjoni finanzjarja, il-prestazzjoni u r-riskju tal-fond ta' garanzija fi tmiem is-sena kalendarja preċedenti.

4. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-funzjonament tal-EFSD sal-31 ta' Diċembru 2019. Il-Kummissjoni għandha tissottometti r-rapport ta' evalwazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5. Sat-30 ta' Ġunju 2020 u kull tliet snin wara, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-użu tal-Fond ta' Garanzija tal-EFSD. Il-Kummissjoni għandha tissottometti r-rapport ta' evalwazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport ta' evalwazzjoni għandu jkun akkumpanjat minn opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri.

6. Sat-30 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jkun fih evalwazzjoni indipendenti tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dan ir-rapport għandu jiġi ppreżentat mill-Kummissjoni mingħajr dewmien f'każ li l-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment approvati jassorbu l-ammont sħiħ tal-Garanzija tal-EFSD disponibbli qabel it-30 ta' Ġunju 2020.

2.2.Sistemi ta' ġestjoni u kontroll

2.2.1.Riskju/i identifikat(i)

Ir-riskju għall-baġit tal-UE huwa marbut mal-garanzija baġitarja pprovduta mill-Unjoni lill-Kontroparti Eliġibbli għall-operazzjonijiet tagħha f'pajjiżi terzi. Il-garanzija tipprovdi kopertura komprensiva (sa limitu massimu speċifikat hawn taħt) għall-pagamenti kollha li ma jiġux riċevuti mill-Kontroparti Eliġibbli.

Il-garanzija tal-UE hija ristretta għal EUR 1 500 000 000.

L-entrata baġitarja ("p.m.") li tirrifletti l-garanzija baġitarja għas-self tal-Kontroparti Eliġibbli lil pajjiżi terzi tiġi attivata biss fil-każ ta' talba effettiva għal ħlas ta' garanzija mill-Kontroparti Eliġibbli, li ma tistax tiġi koperta kompletament mill-Fond ta' Garanzija (iffinanzjat b'mill-inqas EUR 750 000 000). Ir-rata ta' proviżjonament ta' 50 % hija bbażata fuq l-esperjenza tal-imgħoddi bl-iskemi ta' garanzija ġestiti mill-kontropartijiet eliġibbli, inklużi wkoll l-istrutturi tal-ewwel telf. Qatt ma kien hemm talba għal aktar minn 50 % tal-finanzjament ipprovdut. Ir-rata ta' proviżjonament ogħla, pereżempju, imqabbla ma' xi strumenti interni, hija dovuta għall-klima ta' investiment aktar riskjuż fil-pajjiżi msieħba, li jeħtieġ li tittieħed f'kunsiderazzjoni.

2.2.2.Informazzjoni li tikkonċerna s-sistema stabbilita ta’ kontroll intern

Il-Kummissjoni hija responsabbli mill-ġestjoni tal-Garanzija tal-UE. L-operazzjonijiet ta' finanzjament fil-kuntest tar-regolament preżenti jitwettqu skont ir-regoli ta' proċedura standard u l-prattika bankarja tajba tal-Kontroparti Eliġibbli. Il-Kontroparti Eliġibbli u l-Kummissjoni jidħlu fi ftehim li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati b'rabta mal-implimentazzjoni tar-regolament preżenti. Ara wkoll it-taqsima aktar 'il fuq "Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar".

2.2.3.Stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta’ żball

Mhux applikabbli

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta' prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti.

1. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-OLAF minnufih u tipprovdilu l-informazzjoni meħtieġa meta, fi kwalunkwe stadju tat-tħejjija, tal-implimentazzjoni jew tal-għeluq tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment koperti minn dan ir-Regolament, hija jkollha raġunijiet għala tissuspetta li hemm frodi, korruzzjoni, ħasil ta' flus jew kwalunkwe attività illegali oħra li tista' taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

2. L-OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, f'konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (16) u fir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (17) sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni, ħasil ta' flus jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' kwalunkwe operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment koperti minn dan ir-Regolament. L-OLAF jista' jibgħat kwalunkwe informazzjoni miksuba matul il-kors tal-investigazzjonijiet tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati.

Fejn tali attivitajiet illegali jiġu pprovati, il-Kontropartijiet Eliġibbli għandhom jagħmlu sforzi ta' rkupru fir-rigward tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment koperti minn dan ir-Regolament u li huma kkonċernati minn tali attivitajiet.

3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

Linji baġitarji ġodda mitluba

F'ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta'nefqa

Kontribuzzjoni

Numru 
04 L-UE fid-Dinja

Diff./Mhux diff.

minn pajjiżi tal-EFTA

minn pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

4

01 03 07 Garanzija tal-Unjoni Ewropea għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD)

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

4

01 03 08 Proviżjonament tal-Fond ta' Garanzija tal-EFSD

Mhux diff.

IVA

IVA

IVA

IVA

3.2.L-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljuni (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

Numru

Intestatura 4 L-UE fid-Dinja

DĠ: XX

Sena2017 41

Sena2018

Sena2019

Sena2020

Daħħal snin daqs kemm ikun meħtieġ biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTALI

• Approprjazzjonijiet operattivi

01 03 07 Garanzija tal-Unjoni Ewropea għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli

Impenji

(1)

pm

pm

pm

pm

pm

pm

pm

pm

Pagamenti

(2)

pm

pm

pm

pm

pm

pm

pm

pm

01 03 08 Proviżjonament tal-Fond ta' Garanzija tal-EFSD

Impenji

(1a)

275,000

25,000

25,000

25,000

pm

pm

pm

350,000

Pagamenti

(2a)

275,000

25,000

25,000

25,000

pm

pm

pm

350,000

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi 42  

-

(3)

0

0

0

0

0

0

0

0

Approprjazzjonijiet TOTALI
għad-DĠ XX

Impenji

=1+1a +3

275,000

25,000

25,000

25,000

350,000

Pagamenti

=2+2a

+3

275,000

25,000

25,000

25,000

pm

pm

pm

350,000



Approprjazzjonijiet operattivi TOTALI

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

• Approprjazzjonijiet TOTALI ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURA <4>
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

275,000

25,000

25,000

25,000

pm

pm

pm

350,000

Pagamenti

=5+ 6

275,000

25,000

25,000

25,00

pm

pm

pm

350,000

Jekk tkun affettwata aktar minn intestatura waħda mill-proposta/inizjattiva:

•Approprjazzjonijiet operattivi TOTALI

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

• Approprjazzjonijiet TOTALI ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 4
tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Ammont ta' referenza)

Impenji

=4+ 6

Pagamenti

=5+ 6





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

“Nefqa amministrattiva”

EUR miljuni (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena2017

Sena2018

Sena2019

Sena2020

Daħħal snin daqs kemm ikun meħtieġ biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTALI

DĠ: XX

• Riżorsi Umani

3.264 (0.134*16+

0.07*16)

3.264

3.264

3.264

13,056

• Infiq amministrattiv ieħor

0.5

0.5

0.5

0.5

2.000

TOTALI TAD-DĠ XX

Approprjazzjonijiet

3,764

3,764

3,764

3,764

15,056

Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

(Impenji totali = Pagamenti totali)

3,764

3,764

3,764

3,764

15,056 43

EUR miljuni (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena2017

Sena2018

Sena2019

Sena2020

Daħħal snin daqs kemm ikun meħtieġ biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTALI

Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

278,764

28,764

28,764

28,746

365,056

Pagamenti

278,764

28,764

28,764

28,764

365,056

3.2.2.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

   Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi

X    Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta' impenn f’EUR miljuni (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

SenaN

SenaN+1

SenaN+2

SenaN+3

Daħħal snin daqs kemm ikun meħtieġ biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTALI

RIŻULTATI (outputs)

Tip 44

Spiża Medja

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru totali

Spiża totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU

- Riżultat

275,000

25,000

25,000

25,000

350,000

- Riżultat

- Riżultat

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 1

SPIŻA TOTALI

275,000

25,000

25,000

25,000

350,000

3.2.3.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.Sommarju

   Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta' approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

X    Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta' approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

Infiq amministrattiv. EUR miljuni (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
2017 45

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Daħħal snin daqs kemm ikun meħtieġ biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTALI

INTESTATURA 5tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

3,264

3,264

3,264

3,264

13,056

Infiq amministrattiv ieħor

0.5

0.5

0.5

0.5

2,000

Subtotal tal-INTESTATURA 5tal-qafas finanzjarju pluriennali

3,764

3,764

3,764

3,764

15,056

Barra mill-INTESTATURA 5 46
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Infiq ieħor ta' natura amministrattiva

Subtotali
barra mill-INTESTATURA 5tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTALI

3,764

3,764

3,764

3,764

15,056

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal infiq ieħor ta’ natura amministrattiva ser jiġu ssodisfati b’approprjazzjonijiet mid-DĠ responsabbli mill-ġestjoni, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ responsabbli mill-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.2.Stima tar-rekwiżiti tar-riżorsi umani

◻ Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta' riżorsi umani.

x    Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta' riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

Stima li trid tingħata f’unitajiet ekwivalenti għal full time

Sena
2017

Sena
2018

Sena 2019

Sena 2020

Daħħal snin daqs kemm ikun meħtieġ biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

• Karigi fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

XX 01 01 01 (il-Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

16

16

16

16

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full-Time: FTE) 47

XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-'pakkett globali' fil-Kwartieri Ġenerali 48 )

16

16

16

16

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 yy  49

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħrajn (speċifika)

TOTALI

32

32

32

32

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa ser jiġu ssodisfati b’persunal mid-DĠ responsabbli mill-ġestjoni, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ responsabbli mill-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Il-ġestjoni finanzjarja u operattiva tal-komunikazzjoni u l-viżibbiltà tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli

Persunal estern

Il-ġestjoni finanzjarja u operattiva tal-komunikazzjoni u l-viżibbiltà tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli

3.2.4.Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

   Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

X Il-proposta/inizjattiva ser teħtieġ programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega xi programmazzjoni mill-ġdid hija meħtieġa, billi tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

L-Istrument Ewropew tal-Viċinat (kapitolu 22.04) ser jikkontribwixxi b'EUR 100 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u pagament (EUR 25 miljun fis-sena, 2017-2020) għall-proviżjonament tal-Fond ta' Garanzija tal-EFSD, kif indikat fit-Taqsima 3.2.1.

X    Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-marġini ta' kontinġenza tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li timmobilizza l-marġini ta' kontinġenza skont l-Artikolu 13 tar-Regolament 1311/2013 għal ammont ta' EUR 250 miljun fl-2017.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

X Il-proposta/inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
2017

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Daħħal snin daqs kemm ikun meħtieġ biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Totali

Speċifika l-korp ta' kofinanzjament Fond Ewropew għall-Iżvilupp

150,000

150,000

50,000

50,000

pm

pm

pm

400.000

L-Istati Membri tal-UE u kontributuri oħrajn 2.1

pm

pm

pm

pm

pm

pm

pm

pm

Approprjazzjonijiet TOTALI kofinanzjati

150,000

150,000

50,000

50,000

pm

pm

pm

400.000



3.3.L-impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/inizjattiva ma għandha ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

X    fuq id-dħul mixxellanju

EUR miljuni (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

L-intestatura tad-dħul baġitarju:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/inizjattiva 50

Sena2017

Sena2018

Sena2019

Sena2020

Daħħal snin daqs kemm ikun meħtieġ biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ġdid 635 Kontribuzzjonijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD) – dħul assenjat

Linja baġitarja ġdida 6350 Il-kontribut tal-FEŻ għall-EFSD

pm

150.000

150.000

50.000

50.000

Linja baġitarja ġdida 6351 Kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri, inklużi l-aġenziji, l-entitajiet jew il-persuni fiżiċi tagħhom għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli

pm

pm

pm

pm

pm

Linja baġitarja ġdida 6352 Kontribuzzjonijiet minn pajjiżi terzi, inklużi l-aġenziji, l-entitajiet jew il-persuni fiżiċi tagħhom għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli

pm

pm

pm

pm

pm

Linja baġitarja ġdida 6353 Kontribuzzjonijiet minn organizzazzjonijiet internazzjonali għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli

pm

pm

pm

pm

pm

Linja baġitarja ġdida 836 Garanzija tal-UE għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD)

pm

pm

pm

pm

pm

Għad-dħul mixxellanju "assenjat", speċifika l-linja/i tan-nefqa tal-baġit affettwata/i.

01 03 07 Garanzija tal-Unjoni Ewropea għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD)

01 03 08 Proviżjonament tal-Fond ta' Garanzija tal-EFSD

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

Il-kontribuzzjoni mill-FEŻ hija stima inizjali abbażi tal-evoluzzjoni possibbli tal-Garanzija ġdida tal-EFSD.

(1) COM(2016) 385
(2) Kif ġie definit għall-Afrika mill-Ftehim ta' Cotonou (ĠU L 287, 04.11.2010) u għall-Viċinat tal-UE mir-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument Ewropew tal-Viċinat (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 27).
(3) Għall-Afrika, ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2015)5210 u għall-Viċinat, ara d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (2016)3436.
(4) ĠU L 317, 15.12.2000, kif emendat l-aħħar minn ĠU L 287, 4.11.2010.
(5) JOIN(2015) 50 finali
(6) ĠU(2006/C 46/01)
(7) COM(2011) 637 finali
(8) SWD(2015) 182 finali
(9) COM(2014) 263 finali
(10) JOIN(2015) 50 finali
(11) COM(2015) 81 finali/2
(12) COM(2016) 110
(13) Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 — il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, ĠU L 169/1,1.7.2015
(14) Għall-Afrika, ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2015)5210 u għall-Viċinat, ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2016)3436
(15) JOIN(2015) 50 finali
(16) (2006/C 46/01)
(17) COM(2011) 637 finali
(18) SWD(2015) 182 finali
(19) ĠU L 210/1, 6.8.2013
(20) COM(2015) 5210
(21) COM(2016) 3436
(22) ĠU L 317, 15.12.2000, kif emendat l-aħħar minn ĠU L 287, 4.11.2010
(23) Anness II għall-Ftehim ta' Cotonou
(24) Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(25) Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-ftehim ta’ sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1).
(26) Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(27) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(28) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
(29) Regolament (UE) Nru 236/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għall-finanzjament tal-azzjoni esterna (ĠU L 77, 15.03.2014, p. 95).
(30) Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli ghall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU L 58, 03.03.2015, p. 17).
(31) ĠU L 317, 15.12.2000, kif emendat l-aħħar minn ĠU L 287, 4.11.2010
(32) Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument Ewropew tal-Viċinat (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 27).
(33) Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp għall-perjodu 2014-2020 (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 44).
(34) Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.
(35) Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 1).
(36) Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
(37) ABM (Activity-Based Management): ġestjoni bbażata fuq l-attività; ABB: ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività.
(38) Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(39) C(2015) 5210 finali, 29.7.2015, Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-miżura individwali "Il-ħolqien tal-Faċilità tal-Investiment fl-Afrika" taħt il-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp
(40) Id-dettalji tal-metodi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(41) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
(42) Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu linji 'BA'), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(43) Ser tiġi ffinanzjata AK waħda mill-baġit tas-SEAE sabiex tappoġġja l-funzjonijiet ta' kollegament tal-politika
(44) Ir-riżultati huma prodotti u servizzi li jridu jiġu fornuti (eż.: għadd ta' skambji ta' studenti ffinanzjati, għadd ta' kilometri ta' toroq mibnija, eċċ.).
(45) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
(46) Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu linji 'BA'), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(47) AC = Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenzija; JED = Esperti Żgħażagħ f'Delegazzjonijiet.
(48) Parti mill-persunal estern meħtieġ ser tiġi ssodisfata permezz tar-riallokazzjoni interna tal-persunal estern iffinanzjat mil-linja ta' appoġġ amministrattiv tal-ENI / mill-FEŻ fi proporzjon għall-approprjazzjonijiet operattivi riallokati għall-azzjoni.
(49) Sottolimitu għal persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operattivi (linji 'BA' preċedenti).
(50) Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara tnaqqis ta’ 25 % għall-ispejjeż tal-ġbir.