Brussell, 14.9.2016

COM(2016) 582 final

2016/0274(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru. 480/2009 li jistabbilixxi Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Il-proposta preżenti tifforma parti mill-Pjan ambizzjuż ta’ Investiment Estern (“EIP”) imħabbar fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Ġunju 2016 dwar l-istabbiliment ta’ Qafas ta’ Sħubija ġdid ma’ pajjiżi terzi fl-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni 1 . L-Inizjattiva EIP kienet sussegwentament approvata mill-Kunsill Ewropew fit-28 ta' Ġunju 2016 u għandha l-għan li tindirizza l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni waqt li tikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli. Il-proposta preżenti tintroduċi żewġ emendi għar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009. Flimkien ma’ proposta leġiżlattiva separata li temenda d-Deċiżjoni 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment (“BEI”) kontra telf minn operazzjonijiet ta’ finanzjament li jappoġġaw proġetti ta’ investiment barra mill-Unjoni Ewropea, il-proposta se tippermetti lill-BEI biex jikkontribwixxi għall-EIP billi jespandi kemm fil-kwantità kif ukoll fil-kwalità l-Mandat ta’ Self Estern tal-BEI (“ELM - External Lending Mandate”). Dan għandu jippermetti li l-BEI jikkontribwixxi mingħajr dewmien lejn l-objettivi tal-EIP, b’mod partikolari billi jipprovdi finanzjament addizzjonali lil benefiċjarji fis-settur privat.

Bħala parti mill-isforzi tal-Kummissjoni biex tindirizza l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni, qed jiġi propost li jingħata mandat ġdid ta’ self għas-settur privat lill-BEI. Taħt il-mandat ta’ self tas-settur privat, l-Unjoni se tkunu intitolata għad-dħul mill-primjum tar-riskju iġġenerat bl-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI. Dan id-dħul għandu jiġi trasferit għall-Fond ta’ Garanzija għal azzjonijiet esterni rregolat mir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009.

L-ammont tal-Fond ta’ Garanzija f’eċċess ta’ aktar minn 10 % tal-ammont totali pendenti ta’ self għandu jitħallas lura lill-baġit. Dan l-aġġustament għandu l-għan li jiġi protett aħjar il-baġit kontra r-riskju addizzjonali potenzjali ta' inadempjenza tal-operazzjonijiet tal-BEI dwar il-kriżi tal-migrazzjoni.

S’issa, l-Assi tal-Fond ta’ Garanzija kienu ġestiti mill-BEI. Il-Kummissjoni għandha esperjenza qawwija fil-ġestjoni ta' operazzjonijiet finanzjarji simili. Hija mħejjija sew biex timmaniġġja l-Fond ta’ Garanzija b’mod indipendenti li jkun jirrappreżenta sforz biex ikunu ssimplifikati u kkonsolidati attivitajiet tal-ġestjoni tal-assi tal-Kummissjoni, abbażi ta’ strutturi eżistenti u ta' esperjenza tajba. Il-Kummissjoni diġà hija fdata biex tiġġestixxi l-Fond ta’ Garanzija għall-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (“FEIS”). B’hekk, il-ġestjoni tal-assi tal-Fond ta’ Garanzija għandha tiġi trasferita lill-Kummissjoni Ewropea.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika u politiki oħra tal-Unjoni

Din il-proposta tifforma parti integrali mill-EIP, politika ewlenija f’inizjattiva tal-Unjoni. Hija fiha dispożizzjonijiet anċillari neċessarji għall-funzjonament tal-EIP, partikolarment fil-mandat il-ġdid ta’ self lis-settur privat tal-BEI.

Il-Kummissjoni qed tipproponi b’mod parallel reviżjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-“Regolament Finanzjarju”), fejn hija tipproponi taqsima ġdida dwar il-garanziji tal-baġit li se jipprovdu qafas regolatorju komuni għal garanziji tal-Unjoni b’obbligazzjoni kontinġenti, kif ukoll fond komuni ta’ proviżjonament ġestit mill-Kummissjoni. Id-dispożizzjonijiet previsti f’din il-proposta huma konsistenti ma’ dawk inklużi fil-proposta għar-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

L-Artikoli 209 u 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Proporzjonalità

Il-proposta fiha dispożizzjonijiet anċillari u hija għalhekk neċessarja għall-funzjonament tal-EIP, partikolarment fil-mandat il-ġdid ta’ self lis-settur privat tal-BEI.

Sussidjarjetà (għal kompetenza mhux esklużiva)

F’konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità stabbiliti fl-Artikolu 5 tat-TUE, l-objettivi tal-azzjoni proposta ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jintlaħqu aħjar mill-UE. Minħabba d-disparitajiet li jezistu fil-kapaċità ta' azzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri, azzjoni fil-livell tal-Unjoni tista' tikseb aħjar l-objettivi mfittxija, minħabba l-iskala u l-effetti tagħha.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Fl-2016 sar studju estern minn konsulent bl-għan ewlieni li jivvaluta l-parametri prinċipali li jirregolaw il-Fond ta’ Garanzija. Ir-Rapport ikkonkluda li r-Rata Mmirata ta’ 9 % stabbilita fir-Regolament (KE, Euratom) Nru 480/2009 tibqa’ titqies xierqa għal-livell tar-riskju kurrenti tal-portafoll tas-self. Aktar analiżi esterna ta’ din ir-rata fil-mira se ssir probabbilment fl-2019. Barra minn hekk, il-mekkaniżmi tal-Fond ta’ Garanzija wrew li huma effettivi biex jipproteġu l-baġit tal-UE u l-kisba ta’ interventi esterni tal-UE.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Taħt il-mandat il-ġdid ta’ self lis-settur privat imwaqqaf minn att leġislattiv separat, l-Unjoni se tkunu intitolata għad-dħul mill-primjum tar-riskju ġġenerat bl-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI. Id-dħul mill-primjum tar-riskju se jirremunera r-riskju ogħla u matul il-ħajja tal-istrument se jikkontribwixxi għall-finanzjament ta’ ħtiġijiet ta’ proviżjonament addizzjonali għall-Fond ta’ Garanzija. Il-proposta mhijiex mistennija li jkollha xi implikazzjoni baġitarja netta minħabba li l-primjums tar-riskju jikkostitwixxu flussi lejn il-Fond ta’ Garanzija. Dawn se jitħallsu mill-BEI għar-riskji li jaqgħu fuq il-baġit tal-Unjoni.

Sabiex jiġi protett aħjar il-baġit mir-riskju addizzjonali potenzjali ta' inadempjenza tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI relatati mal-kriżi tal-migrazzjoni, l-ammont tal-Fond ta’ Garanzija f’eċċess li jaqbeż l-10 % minflok id-9 % tal-ammont pendenti ta’ self għandu jitħallas lura lill-baġit.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

Skont ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 480/2009, il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena, tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri dwar is-sitwazzjoni tal-fond ta’ garanzija u dwar il-ġestjoni tiegħu. Issa qed jiġi propost li, sal-31ta' Marzu l-Kummissjoni tirrapporta dwar is-sitwazzjoni tal-fond ta’ garanzija fil-kuntest tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-Kummissjoni. Ir-rapport dwar il-ġestjoni tal-fond ta’ garanzija għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena.

L-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI koperti mill-garanzija tal-UE huma ġestiti u mmonitorjati mill-BEI skont ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI stess, inklużi miżuri adegwati ta' awditjar, kontroll u monitoraġġ. Barra minn hekk, il-Bord tad-Diretturi tal-BEI, fejn il-Kummissjoni hija rrapreżentata minn Direttur u minn Direttur li jalterna, japprova kull operazzjoni ta’ finanzjament tal-BEI u jimmonitorizza li l-BEI jkun ġestit skont l-Istatut tiegħu u skont id-direttivi ġenerali stabbiliti mill-Bord tal-Gvernaturi.

Il-ftehim Tripartitiku bejn il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri u l-BEI jistabbilixxi r-regoli, li skonthom, il-Qorti tal-Awdituri għandha twettaq l-awditi tagħha fuq l-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI taħt il-garanzija tal-UE.

ir-rapporti regolari jiġu ppreparati skont id-Deċiżjoni 466/2014/UE. Il-Kummissjoni tirrapporta kull sena dwar l-implimentazzjoni tal-mandat mill-BEI lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Ir-rapportar dwar ir-riżultati se jkun ibbażat fuq aggregazzjoni xierqa ta’ indikaturi madwar il-portafoll kollu fejn dan ikun possibbli, jew madwar settur partikolari. Fil-kuntest tal-Qafas għall-Kejl tar-Riżultati, dawn l-indikaturi jitkejlu matul iċ-ċiklu tal-proġett fil-livell tal-valutazzjoni u matul il-monitoraġġ sakemm il-proġett ikun implimentat għal kollox. L-indikaturi għandhom jitkejlu malli l-ewwel riżultati fl-iżvilupp ikunu disponibbli - tipikament sa tliet snin wara t-tlestija tal-proġett. Dawn għandhom, sa fejn ikun possibbli, jintużaw ukoll għar-rapport finali skont id-Deċiżjoni 466/2014/UE.

Barra minn hekk, il-BEI jipprovdi lill-Kummissjoni b'dejta statistika, finanzjarja u kontabbilistika dwar kull waħda mill-operazzjonijiet ta' finanzjament koperti mill-garanzija tal-UE skont kif ikun meħtieġ sabiex jiġu ssodisfati d-dmirijiet tagħha ta' rappurtar jew it-talbiet mill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll b'ċertifikat tal-awditur dwar l-ammonti pendenti tal-operazzjonijiet ta' finanzjament koperti.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Bħalissa, il-Fond ta’ garanzija għandu dan li ġej: (1) pagament annwali mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, (2) imgħax fuq riżorsi tal-Fond ta' Garanzija investiti, u (3) ammonti rkuprati minn debituri f'kontumaċja. Id-dħul iġġenerat mill-primjum tar-riskju skont il-mandat il-ġdid ta’ self lis-settur privat tal-BEI se jirrappreżenta r-raba’ sors ta’ dħul għall-Fond ta’ Garanzija. Qed ikun propost li jiġi mmodifikat l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 480/2009 kif xieraq.

S’issa, l-Assi tal-Fond ta’ Garanzija kienu ġestiti mill-BEI. Il-Kummissjoni għandha esperjenza qawwija fil-ġestjoni ta' operazzjonijiet finanzjarji simili. Hija mħejjija sew biex timmaniġġja l-Fond ta’ Garanzija b’mod indipendenti li jkun jirrappreżenta sforz biex ikunu ssimplifikati u kkonsolidati attivitajiet tal-ġestjoni tal-assi tal-Kummissjoni, abbażi ta’ strutturi eżistenti u ta' esperjenza tajba. Il-Kummissjoni diġà hija fdata biex tiġġestixxi l-Fond ta’ Garanzija għall-FEIS. B’hekk, il-ġestjoni tal-assi tal-Fond ta’ Garanzija għandha tiġi trasferita lill-Kummissjoni Ewropea.

Qed ikun propost li l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 480/2009 jiġi mmodifikat skont dan.

2016/0274 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru. 480/2009 li jistabbilixxi Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 209 u 212 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Il-Fond ta’ Garanzija għal azzjonijiet esterni huwa rregolat mir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 2 .

(2)Il-Fond ta’ garanzija għandu pagament annwali mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, imgħax fuq riżorsi tal-Fond tal-Garanzija investiti, u ammonti rkuprati minn debituri f'kontumaċja.

(3)Id-dħul mill-primjum tar-riskju ġġenerat fl-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) li jibbenefikaw minn garanzija baġitarja tal-Unjoni għandhom jitħallsu lill-Fond ta’ Garanzija.

(4)L-ammont tal-Fond ta’ Garanzija f’eċċess ta’ aktar minn 10 % tat-total tal-kapital passiv pendenti totali tal-Unjoni għandu jintradd lura lill-baġit ġenerali tal-Unjoni sabiex jiġi protett aħjar il-baġit kontra r-riskju potenzjali addizzjonali ta’ inadempjenza tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI li jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni.

(5)Il-ġestjoni finanzjarja tal-Fond ta’ Garanzija jeħtieġ li tkun ittrasferita mill-BEI lill-Kummissjoni, li għandha prattika stabbilita ta’ ġestjoni ta’ investimenti simili. Billi tieħu r-responsabbiltà tal-ġestjoni tal-assi tal-Fond ta’ Garanzija, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tissimplifika u tikkonsolida l-attivitajiet ta’ ġestjoni tal-assi, billi tibni fuq strutturi eżistenti u esperjenza tajba.

(6)Jenħtieġ għalhekk, li r-Regolament (KE, Euratom) Nru 480/2009 jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 480/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)    fl-Artikolu 2, jiżdied ir-raba' paragrafu li ġej:

“— dħul mill-primjum tar-riskju ġġenerat taħt l-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI li għalihom l-Unjoni tipprovdi garanzija.";

(2)    fl-Artikolu 3 it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Jekk l-ammont tal-Fond ta’ Garanzija jaqbeż l-10 % tat-total tal-kapital passiv pendenti totali tal-Unjoni, l-eċċess għandu jintradd lura lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Dan l-eċċess għandu jitħallas fi tranżazzjoni waħda lejn intestatura speċjali fid-dikjarazzjoni tad-dħul fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-sena n + 1 abbażi tad-differenza ta' tmiem is-sena n-1 bejn 10 % tat-total tal-kapital passiv pendenti u l-valur tal-assi netti tal-Fond, ikkalkolati fil-bidu tas-sena “n”.’;

(3)    L-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 7

Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-ġestjoni finanzjarja tal-Fond. Il-Kummissjoni għandha tiġġestixxi u tinvesti r-riżorsi tal-Fond ta’ Garanzija f’konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, u għandha issegwi regoli prudenzjali xierqa.”;

(4)    L-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 8

Sal-31 ta' Marzu ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri, fil-kuntest tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-Kummissjoni, l-informazzjoni mitluba dwar is-sitwazzjoni tal-Fond ta' Garanzija.

Barra minn hekk, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju ta’ kull sena, hija għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri rapport annwali dwar il-ġestjoni tal-Fond ta’ Garanzija matul is-sena kalendarja preċedenti. Ir-rapport annwali għandu jkun fih preżentazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Fond ta' Garanzija fi tmiem is-sena kalendarja preċedenti, il-flussi finanzjarji matul is-sena kalendarja preċedenti kif ukoll it-tranżazzjonijiet sinifikanti u kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar il-kontijiet finanzjarji. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll informazzjoni dwar il-ġestjoni finanzjarja u l-prestazzjoni u r-riskju tal-Fond ta' Garanzija fi tmiem is-sena kalendarja preċedenti."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika konċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

1.4.Objettiv(i)

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.6.Durata u impatt finanzjarju

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta' irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.L-intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwati

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Ir-Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 480/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi Fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 3  

Titolu 01 – Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Attività ABB: “Il-promozzjoni tal-prosperità lil hinn mill-UE" u

Attività ABB: "Operazzjonijiet u strumenti finanzjarji".

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida 

Il-proposta/inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 4  

X Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

Il-proposta/inizjattiva hija dwar azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.L-għan strateġiku/għanijiet strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/tal-inizjattiva

Il-proposta preżenti tifforma parti minn Pjan ambizzjuż ta’ Investiment Estern (“EIP”) imħabbra fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Ġunju 2016 dwar l-istabbiliment ta’ Qafas ta’ Sħubija ġdid ma’ pajjiżi terzi fl-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni. L-Inizzjattiva EIP kienet sussegwentement approvata mill-Kunsill Ewropew fit-28 ta' Ġunju 2016 u għandha l-għan li tindirizza l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni waqt li tikkontribwixxi għall-kisba ta' għanijiet oħra ta’ żvilupp. Din il-proposta tifforma parti integrali mill-Pjan ta' Investiment Estern (EIP), inizjattiva politika ewlenija tal-Unjoni. Hija fiha dispożizzjonijiet anċillari neċessarji għall-funzjonament tal-EIP, partikolarment fil-mandat ta’ self lis-settur privat tal-BEI kif previst fil-Proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE.

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi u l-attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

Għan speċifiku Nru

Għan speċifiku tal-ABM Nru 2: "Li jitjieb il-profil tal-UE, ir-rappreżentazzjoni esterna u l-kollegament mal-BEI u l-BERŻ, u ma' istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn inkluż it-titjib tar-reputazzjoni tal-UE mal-fora ekonomiċi rilevanti bl-għan li jissaħħu l-konverġenzi bejn l-istrateġiji u l-operazzjonijiet tagħhom u l-prijoritajiet esterni tal-UE".

Attività/ajiet konċernata/i ABM/ABB

Titolu 01.03 – Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji Internazzjonali

1.4.3.Riżultat(i) u impatt(i) mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

L-emenda proposta tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 480/2009 hija intiża sabiex toħloq il-prekundizzjonijiet meħtieġa sabiex il-Fond ta’ Garanzija għal azzjoni esterna jirċievi l-primjums tar-riskju li joriġinaw minn operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI skont il-mandat tas-settur privat iddedikat għal proġetti b’appoġġ għar-refuġjati u/jew il-komunitajiet ospitanti. Barra minn hekk, ir-responsabbilità għall-ġestjoni tal-assi tal-Fond ta’ Garanzija għal azzjoni esterna għandha tissimplifika u tikkonsolida l-attivitajiet ta’ ġestjoni tal-assi tal-Kummissjoni, abbażi ta’ strutturi eżistenti u esperjenza tajba. L-impatt fuq il-benefiċjarji mmirati fl-operazzjonijiet tal-BEI fis-settur privat se jkun ivvalutat mill-BEI fil-kuntest ta’ Qafas għall-Kejl tar-Riżultati (REM) li għalih il-BEI se jiżviluppa indikaturi ġodda għal proġetti li jfornu reazzjoni strateġika għall-kriżi tal-migrazzjoni.

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

Dwar il-primjums tar-riskju, l-indikatur ikun il-pagament ordinat tad-dħul lill-Fond ta’ Garanzija.

Dwar it-teħid tal-ġestjoni tal-Fond ta’ Garanzija, l-indikaturi jkunu li t-trasferiment tal-ġestjoni jkun ġestit b’mod effiċjenti u li minn hemm’ il quddiem il-fond jitmexxa skont il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid/u jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil

L-adozzjoni tal-Proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta’ finanzjament li jappoġġaw proġetti barra l-Unjoni.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Il-valur miżjud tal-Garanzija tal-UE appoġġat mill-Fond ta’ Garanzija huwa deskritt fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva marbuta mal-proposta tal-Kummissjoni li temenda d-Deċiżjoni 466/2014/UE. Il-mandat ta' self estern jipprovdi sostenn politiku u finanzjarju tal-UE għas-self mill-BEI f’pajjiżi u għal proġetti ta’ investiment li altrimenti ma jkunux jistgħu jikkonformaw mal-linji gwida u mal-kriterji standard tal-BEI minħabba r-riskju ogħli.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

m.a.

1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Sinerġija mal-Proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni li temenda d-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta’ finanzjament li jappoġġaw proġetti barra l-Unjoni.

L-operazzjonijiet ta’ finanzjament li r-riskju tagħhom ikun kopert mill-Fond ta’ Garanzija jikkomplimenta l-attivitajiet imwettqa taħt l-istrumenti ta’ assistenza esterna tal-UE.

1.6.Durata u impatt finanzjarju

◻ Proposta/inizjattiva ta' durata limitata

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

◻X Proposta/inizjattiva ta' durata mhux limitata

Dwar l-akkwiżizzjoni mill-Kummissjoni tal-ġestjoni tal-Fond ta’ Garanzija għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet esterni bi trasferiment fl-2017/2018.

segwita b'operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 5  

◻x Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

◻ x fid-dipartimenti tagħha, inkluż il-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

◻ lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

◻ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

◻lill-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

◻ lill-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

◻ lill-korpi tal-liġi pubblika;

◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata b'missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta' ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

 

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Kif stipulat fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009, sal-31 ta’ Mejju tas-sena finanzjarja segwenti, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri rapport annwali dwar is-sitwazzjoni tal-Fond ta’ Garanzija u dwar il-ġestjoni tiegħu matul is-sena preċedenti. L-Artikolu 9 tar-Regolament jistipula li l-kont tad-dħul u tan-nefqa u l-karta bilanċjali li jirrigwardaw il-Fond ta’ Garanzija għandhom jiġu mehmuża mal-kont tad-dħul u tan-nefqa u l-karta bilanċjali tal-Komunitajiet.

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Riskju/i identifikat(i)

Skont l-Artikolu (1) tar-Regolament 480/2009, ir-riżorsi tal-Fond ta' Garanzija għandhom ikunu investiti. Dawk l-investimenti se jġorru riskju ta' investiment (eż. riskju tas-suq u ta' kreditu) u xi riskju operazzjonali.

2.2.2.Tagħrif dwar is-sistema ta’ kontroll intern li ġiet stabbilita

Il-Kummissjoni se timmaniġġja l-assi tal-Fond ta' Garanzija skont ir-Regolament 480/2009 u skont ir-regoli u l-proċeduri interni tagħha fis-seħħ. Se jitwettaq awditjar estern regolari.

Id-dħul se jkun ittrattat skont ir-Regolament Finanzjarju

2.2.3.Stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni ta' riskju ta' errur

L-effettività tal-kost kumplessiv tal-kontrolli ta’ attivitajiet tal-immaniġġjar tal-assi fl-2015, li titkejjel permezz tal-proporzjon tal-kost kumplessiv tal-kontroll (ibbażata fuq FTE involuti fuq l-assi mmaniġġjati tat-teżor) twassal lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li l-kontrolli huma effiċjenti biżżejjed u kost-effettivi. L-istess sistemi ta' kontroll se jkunu applikati għall-assi addizzjonali ġestiti.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta' irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta' protezzjoni eżistenti jew previsti.

Il-BEI għandu r-responsabilità ewlenija għall-adozzjoni ta' miżuri ta' prevenzjoni mill-frodi permezz tal-applikazzjoni għall-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-"Politika tal-BEI dwar il-prevenzjoni u l-iskoraġġiment tal-Korruzzjoni, il-Frodi, il-Kollużjoni, il-Koerċizzjoni, il-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu fl-attivitajiet tal-Bank Ewropew tal-Investiment". Il-BEI adotta politika lejn ġurisdizzjonijiet irregolati b'mod dgħajjef, li mhumiex trasparenti u li ma jikkooperawx.

Il-BEI huwa impenjat li jżomm politika stretta kontra l-frodi fiskali, l-evażjoni tat-taxxa u prattiki dwar it-taxxa dannużi fl-attivitajiet kollha tiegħu, inkluż fil-każ ta’ self permezz ta’ intermedjarji finanzjarji. Huwa qiegħed jimmonitorja kontinwament il-progress fl-istandards internazzjonali sabiex iżomm ir-rwol prinċipali tiegħu fost l-IFIs fil-ġlieda kontra dawn il-prattiki dannużi tat-taxxa u biex jiżgura li l-Politika tiegħu lejn ġurizdizzjonijiet irregolati b'mod dgħajjef, li mhumiex trasparenti u li ma jikkooperawx, iżżomm ruħha aġġornata dwar kwalunkwe żviluppi materjali.

Il-Qafas AML-CFT tal-Grupp tal-BEI, aġġornat fl-2014 u ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-BEI, jistabbilixxi l-prinċipji ewlenin li jirregolaw aspetti relatati mal-integrità tal-AML-CFT u l-attivitajiet tal-Grupp tal-BEI u għandu l-għan li jimpedixxi li l-Grupp tal-BEI, il-korpi governattivi tiegħu, il-persunal u l-kontropartijiet ikunu assoċjati ma’ jew użati għal ħasil tal-flus, finanzjament tat-terroriżmu jew attività kriminali oħra.

Dwar l-akkwiżizzjoni tal- ġestjoni tal-Fond ta’ Garanzija, ir-regoli interni tal-Kummissjoni japplikaw inklużi l-proċeduri speċifiċi stabbiliti għall-ġestjoni ta’ assi finanzjarji.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.L-intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwati

Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta'
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[…]
[Intestatura………………………...……………]

Diff./Mhux diff. 6

mill-pajjiżi tal-EFTA 7

mill-pajjiżi kandidati 8

minn pajjiżi terzi

fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

01.0305 Garanzija tal-UE għas-self mill-BEI

u garanziji fuq self għal operazzjonijiet f’

pajjiżi terzi

LE

Le

Le

Le

[…][XX.YY.YY.YY]

01.0306 Proviżjonament tal-Garanzija

Fond

Diff./Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta'
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru[…][Intestatura………………………...……………]

Diff./Mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

mill-pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[…][XX.YY.YY.YY]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

Numru

[Intestatura……………...……………………………………………………………….]

DĠ: <…….>

Sena
N 9

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

Approprjazzjonijiet operazzjonali

Numru tal-linja baġitarja

Impenji

(1)

Pagamenti

(2)

Numru tal-linja baġitarja

Impenji

(1a)

Pagamenti

(2a)

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 10  

Numru tal-linja baġitarja

(3)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
Għad-DĠ<…….>

Impenji

=1+1a +3

Pagamenti

=2+2a

+3






TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA <….>
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

Pagamenti

=5+ 6

Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura waħda:

TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI minn 1 sa 4
tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Ammont ta' referenza)

Impenji

=4+ 6

Pagamenti

=5+ 6





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

"Nefqa amministrattiva"

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

DĠ: <…….>

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

TOTAL TAD-DĠ <….>

Approprjazzjonijiet

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

(Impenji totali = Pagamenti totali)

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N 11

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI minn 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

Pagamenti

Għal finijiet ta’ informazzjoni, il-kostijiet amministrattivi relatati mal-immaniġġjar tal-portafolji għandhom jitnaqsu mid-dħul tal-Fond ta’ Garanzija u mhux mill-baġit. Dawn il-kostijiet huma tariffi operazzjonali (Tariffi tal-banek, Tariffi Swift u Clearstream inklużi): stima għall-2017, EUR 200 000 li tiżdied sal-2020 għal EUR 250 000.

Tariffi tal-awditjar: EUR 10 000

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

X    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-għanijiet u l-outputs

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 12

Kost medju

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Nru totali

Kost totali

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1 13

- Output

- Output

- Output

Subtotal tal-għan speċifiku Nru 1

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Output

Subtotal tal-għan speċifiku Nru 2

KOST TOTALI

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.Sommarju

X    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N 14

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Barra mill-INTESTATURA 5 15
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta' natura amministrattiva

Subtotal
Barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew kienu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk dan ikun neċessarju, ma’ xi allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tad-diffikultajiet baġitarji.

3.2.3.2.Stima tar-riżorsi umani meħtieġa

X    Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta' riżorsi umani.

   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

Stima li trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full time

Sena
N

Sena
N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Pożizzjonijiet fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

XX 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

 Persunal estern (f’Unità Ekwivalenti għal ingaġġ full-time: FTE) 16

XX 01 02 01 (AC, ENS, INT mill-“finanzjament globali”)

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 ss  17

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, ENS, INT - Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, ENS, INT - Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

XX huwa l-qasam ta' politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma' kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ li jimmaniġġja skont il-proċedura annwali ta' allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

   Immaniġġar ta' assi: immaniġġar tal-portafoll, analiżi kwantitattiva, kif ukoll ħidma analitika ta' appoġġ għar-riskju;

   Funzjoni ta' sostenn relatata mal-immaniġġar dirett, l-aktar l-immaniġġjar tar-riskju u l-funzjonijiet ta' pagamenti tal-middle office;

   Immaniġġar, rappurtar u segwitu tal-garanziji (sensiela ta' proġetti);

   Rapportar finanzjarju/attivitajiet ta' kontabilità u rapportar;

Persunal estern

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

X    Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

   Il-proposta/l-inizjattiva se tkun tinvolvi riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega xi programmazzjoni mill-ġdid hija meħtieġa, billi tispeċifika l-intestaturi tal-baġit konċernati u l-ammonti korrispondenti.

[...]

   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ applikazzjoni tal-istrument ta' flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-intestaturi tal-baġit konċernati u l-ammonti korrispondenti.

[...]

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

x Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

Il-proposta/l-inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustat 'il fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Totali

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati



3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

X    Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq id-dħul mixxellanju

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja tad-dħul baġitarju:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti

L-impatt tal-proposta/inizjattiva 18

Sena
2017

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

 

Għad-dħul mixxellanju assenjat, speċifika l-linja/i tan-nefqa tal-baġit affettwat/i.

Għal skopijiet ta’ informazzjoni, id-dħul mistenni mill-ipprezzar tar-riskju tal-BEI ma għandu l-ebda impatt fuq il-baġit. Id-dħul se jitħallas direttament fil-Fond ta’ Garanzija.

Id-dħul proġettat:

Sena
2017

Sena
2018

Sena
2019

Sena
2020

-

0,504

1,366

2,718

Informazzjoni anċillari: Id-dħul mill-primjum tar-riskju huwa stmat li hu 50 punt bażi u kkalkulat abbażi tal-istima pendenti ta’ self mogħti mill-BEI għal proġetti fis-settur privat b’reazzjoni għall-kriżi tal-migrazzjoni.

Għal skopijiet ta’ informazzjoni, bħalissa l-Kummissjoni ħallset it-tariffi tal-immaniġġjar għall-ġestjoni finanzjarja tal-Fond ta’ Garanzija. Il-proposta għat-trasferiment ta' din l-attività lill-Kummissjoni tippermetti li jiġu ffrankati madwar EUR 900 000 fis-sena (EUR 860 000 tħallsu lill-BEI fl-2015).

(1) COM(2016) 385, 7.6.2016
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 tal-25 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 10).
(3) ABM: ġestjoni bbażata fuq l-attività; ABB: ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività.
(4) Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(5) Id-dettalji tal-metodi ta' ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_mt.html
(6) Diff: = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(7) EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(8) Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Punent tal-Balkani.
(9) Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
(10) Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji "BA"), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(11) Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
(12) Ir-riżultati huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu fornuti (pereżempju: l-għadd ta' skambji tal-istudenti ffinanzjati, l-għadd ta' kilometri ta' toroq mibnija, eċċ).
(13) Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku(ċi)...”
(14) Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
(15) Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu linji "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(16) AC = Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; ENS = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = Persunal tal-Aġenzija; JED = Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet.
(17) Sottolimitu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk li kienu linji "BA").
(18) Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara tnaqqis ta’ 25 % tal-kostijiet tal-ġbir.