IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 6.9.2016
COM(2016) 552 final
2011/0103(NLE)
Proposta emendata għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha bħala t-tieni parti, l-Iżlanda bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja bħala r-raba’ parti; kif ukoll
dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Anċillari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha bħala l-ewwel parti, l-Iżlanda bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha bħala t-tieni parti, l-Iżlanda bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja bħala r-raba’ parti
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.
Kuntest tal-propostaRaġunijiet għall-proposta u l-objettivi tagħha
Il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti tal-Amerika min-naħa l-oħra (“il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-UE u l-US”) ġie ffirmat fil-25 u fit-30 ta’ April 2007 u ġie emendat bi Protokoll fl-24 ta’ Ġunju 2010. Il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-UE u l-US ġie applikat b'mod provviżorju mit-30 ta’ Marzu 2008. Il-Protokoll ta' Emenda ġie applikat b'mod provviżorju mill-24 ta’ Ġunju 2010.
L-Artikolu 18 (5) tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-UE u l-US jikkonferma l-għan taż-żewġ Partijiet li “jimmassimizzaw il-benefiċċji għall-konsumaturi, il-linji tal-ajru, il-ħaddiema u l-komunitajiet fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku billi jestendu dan il-Ftehim sabiex jinkludi partijiet terzi”. L-Artikolu 18 (5) tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-UE u l-US jitlob ukoll lill-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 18 (1) tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-UE u l-US biex “jiżviluppa proposta dwar il-kondizzjonijiet u l-proċeduri...li tkun meħtieġa għal pajjiżi terzi sabiex jaderixxu ma' dan il-Ftehim”. In-Norveġja u l-Iżlanda talbu formalment li jissieħbu fil-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-UE u l-US fl-2007. Skont l-Artikolu 18 (5) tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-UE u l-US, il-Kumitat Konġunt fil-laqgħa tiegħu tas-16 ta’ Novembru 2010 żviluppa proposta għall-adeżjoni tal-Iżlanda u n-Norveġja fil-Ftehim dwar it-Trasport Pubbliku bejn l-UE u l-US. B’konsegwenza ta’ dan, ġew elaborati ftehim ta’ adeżjoni (“il-Ftehim ta' Adeżjoni”) u ftehim anċillari għall-ftehimiet interni bejn l-Unjoni, in-Norveġja u l-Iżlanda (“il-Ftehim Anċillari”). Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta' Adeżjoni jestendu l-kamp ta' applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-UE u l-US mutatis mutandis għan-Norveġja u l-Iżlanda. Billi n-Norveġja u l-Iżlanda huma parti integrali mill-Ispazju Komuni Ewropew għall-Avjazzjoni, dawn il-Ftehimiet se jiżguraw qafas regolatorju konsistenti għat-titjiriet bejn l-US u s-suq uniku tal-avjazzjoni fl-UE – fosthom l-Iżlanda u n-Norveġja. Dan il-ftehim huwa intiż li joħloq benefiċċji kummerċjali għal-linji tal-ajru u l-konsumaturi fl-UE u biex jiżgura l-konsistenza tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-UE u l-US mal-politika Skandinava komuni dwar it-trasport bl-ajru. Fl-istess ħin, il-proposta tiżgura li jinżamm il-karattru bilaterali tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-UE u l-US.
Fir-rigward tal-Ftehim ta’ Adeżjoni u tal-Ftehim Anċillari, il-Kummissjoni adottat proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-firma u l-applikazzjoni provviżorja fit-2 ta’ Mejju 2011 (KUMM(2011)239 finali).
Il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tiegħu dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta’ Adeżjoni u tal-Ftehim Anċillari, f’isem l-Unjoni, f’att wieħed, flimkien mal-Istati Membri li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, fis-16 ta’ Ġunju 2011 (id-Deċiżjoni 2011/708/UE). L-Artikolu 3 tagħha jistipula l-applikazzjoni provviżorja kemm tal-Ftehim ta’ Adeżjoni u kemm tal-Ftehim Anċillari mid-data tal-firma, li seħħet fl-21 ta’ Ġunju 2011. Dawn iż-żewġ ftehimiet ġew applikati b'mod provviżorju u b’mod sħiħ sa minn dik id-data.
Fis-sentenza tagħha tat-28 ta’ April 2015 fil-kawża C-28/12, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea annullat id-Deċiżjoni 2011/708/UE iżda żammet l-effetti tagħha “sad-dħul fis-seħħ, fi żmien raġonevoli mid-data tal-għoti tas-sentenza preżenti, ta’ deċiżjoni ġdida li għandha tiġi adottata mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 218(5) u (8) TFUE". Il-Qorti ddikjarat li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata fil-kuntest ta’ proċedura li kienet tinkludi, b’mod indistint, elementi li jagħmlu parti mill-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Kunsill u elementi ta’ natura intergovernattiva (il-paragrafu 51). Hija kkonkludiet li, għal din ir-raġuni, id-deċiżjoni kkontestata ma kinetx kompatibbli mal-Artikolu 218(2), (5), u (8) tat-TFUE, u għaldaqstant mal-Artikolu 13(2) tat-TUE (il-paragrafu 53).
Filwaqt li l-proposta oriġinali tal-Kummissjoni (KUMM(2011)239finali) ġiet adottata għalkollox f'konformità mal-Artikoli 218 (2), (5) u (8) tat-TFUE, il-Kummissjoni tqis li huwa espedjenti li taġġorna l-proposta tagħha.Kuntest ġenerali
Il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-UE u l-US neħħa l-ostakoli kummerċjali kollha għat-titjiriet bejn kwalunkwe punt fl-UE u kwalunkwe punt fl-US. Barra minn hekk, l-US tat l-hekk imsejħa seba’ drittijiet ta’ libertà lil-linji tal-ajru tal-UE biex joperaw bejn l-US u pajjiżi tal-Ispazju Komuni Ewropew għall-Avjazzjoni (ECAA) li mhumiex fl-UE, bħan-Norveġja u l-Iżlanda. Madankollu, l-ECAA ma għandha l-ebda dimensjoni esterna. Għalhekk, il-linji tal-ajru tal-UE fil-preżent ma għandhomx id-dritt li joperaw titjiriet bejn in-Norveġja u l-Iżlanda u pajjiżi terzi. Bl-istess mod, il-linji tal-ajru Norveġiżi u Iżlandiżi fil-preżent ma għandhomx id-dritt li joperaw bejn l-UE u l-US.
Il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-UE u l-US ħoloq kundizzjonijiet uniformi ta’ aċċess għas-suq għal-linji tal-ajru kollha tal-Unjoni, u stabbilixxa arranġamenti ġodda għall-kooperazzjoni regolatorja bejn l-Unjoni Ewropea u l-US f’oqsma essenzjali għat-tħaddim mingħajr periklu, sigur u effiċjenti ta’ servizzi tal-ajru transatlantiċi. In-Norveġja u l-Iżlanda adottaw l-acquis kollu tal-UE fil-politika tal-avjazzjoni. Għalhekk, l-inklużjoni taż-żewġ pajjiżi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-UE u l-US għandha tiżgura li l-linji tal-ajru Ewropej kollha li japplikaw l-acquis tal-UE joperaw is-servizzi tal-ajru transatlantiċi f’qafas armonizzat.
L-adeżjoni tal-Iżlanda u n-Norveġja fil-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-UE u l-US tista’ tkun preċedent għall-adeżjoni tal-Iżlanda u n-Norveġja fi ftehimiet oħra tal-Unjoni dwar l-avjazzjoni (eż. il-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni mal-Marokk).
Konsistenza mal-politiki u l-objettivi l-oħra tal-Unjoni
L-objettiv li l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-UE u l-US jiġi estiż għal pajjiżi terzi huwa previst b’mod espliċitu fil-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-UE u l-US. Dan ma jistabbilixxix dimensjoni esterna għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea. Huwa konsistenti mal-politika ġenerali tal-UE fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja.
Spjegazzjonijiet addizzjonali
Din il-proposta emendata ma tindirizzax l-elementi relatati ma’ i) il-Konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati u l-valutazzjoni tal-impatt ii) l-elementi ġuridiċi, iii) l-Implikazzjonijiet baġitarji li diġà kienu pprovduti fid-dettall fil-proposta oriġinali tal-Kummissjoni (KUMM(2011)239 finali).
2011/0103 (NLE)
Proposta emendata għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha bħala t-tieni parti, l-Iżlanda bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja bħala r-raba’ parti; kif ukoll
dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Anċillari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha bħala l-ewwel parti, l-Iżlanda bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha bħala t-tieni parti, l-Iżlanda bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja bħala r-raba’ parti
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100(2) flimkien mal-Artikolu 218(5) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)Il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti tal-Amerika min-naħa l-oħra (“il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-UE u l-US”) ġie ffirmat fil-25 u fit-30 ta’ April 2007 u ġie emendat bi Protokoll fl-24 ta’ Ġunju 2010. Huwa jistipula b’mod espliċitu l-adeżjoni ta’ pajjiżi terzi fil-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru.
(2)L-Iżlanda u n-Norveġja huma membri kompletament integrati tas-Suq uniku Ewropew tal-Avjazzjoni permezz tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea. Huma talbu formalment li jissieħbu fil-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-UE u l-US fl-2007. F'konformità mal-Artikolu 18(5) tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-UE u l-US, fil-laqgħa tiegħu tas-16 ta’ Novembru 2010 il-Kumitat Konġunt ippropona Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha bħala t-tieni parti, l-Iżlanda bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja bħala r-raba’ parti, (minn hawn ’il quddiem, “il-Ftehim ta' Adeżjoni”).
(3)Il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim Anċillari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha bħala l-ewwel parti, l-Iżlanda bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja bħala t-tielet parti, dwar l-arranġamenti interni għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Adeżjoni (minn hawn ’il quddiem, “il-Ftehim Anċillari”).
(4)Fit-2 ta' Mejju 2011, il-Kummissjoni adottat proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja fir-rigward tal-Ftehim ta’ Adeżjoni u tal-Ftehim Anċillari tiegħu, f’isem l-Unjoni Ewropea.
(5)Fis-16 ta’ Ġunju 2011, il-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill, adottaw Deċiżjoni dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Adeżjoni u tal-Ftehim Anċillari (id-Deċiżjoni 2011/708/UE). L-Artikolu 3 tagħha jistipula għall-applikazzjoni provviżorja kemm tal-Ftehim ta’ Adeżjoni u kemm tal-Ftehim Anċillari mid-data tal-firma, li seħħet fl-21 ta’ Ġunju 2011. Minn dik id-data, dawn iż-żewġ ftehimiet ġew applikati b’mod provviżorju u bis-sħiħ.
(6)Fis-sentenza tagħha tat-28 ta’ April 2015 fil-kawża C-28/12, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea annullat id-deċiżjoni li biha l-Kunsill flimkien mar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, awtorizza f’att wieħed l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta’ Adeżjoni u tal-Ftehim Anċillari. Hija żammet l-effetti tad-Deċiżjoni 2011/708/UE “sad-dħul fis-seħħ, fi żmien raġonevoli mid-data tal-għoti tas-sentenza preżenti, ta’ deċiżjoni ġdida li għandha tiġi adottata mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 218(5) u (8) TFUE".
(7)Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kunsill għandu jadotta din id-Deċiżjoni dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta’ Adeżjoni u tal-Ftehim Anċillari, soġġetta għall-konklużjoni tagħhom f’data aktar tard.
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jaħtar persuna (persuni) bis-setgħa li tiffirma (jiffirmaw) f'isem l-Unjoni, il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja bħala r-raba’ parti, u l-Ftehim Anċillari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha bħala l-ewwel parti, l-Iżlanda bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha bħala t-tieni parti, l-Iżlanda bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja bħala r-raba’ parti.
Artikolu 2
It-testi tal-Ftehim ta' Adeżjoni u tal-Ftehim Anċillari huma annessi ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Il-Ftehim ta' Adeżjoni u l-Ftehim Anċillari għandhom jiġu applikati b'mod provviżorju mid-data tal-iffirmar sakemm jidħlu fis-seħħ.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Hija għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 6.9.2016
COM(2016) 552 final
ANNESS
tal-Proposta emendata
għal Deċiżjoni tal-Kunsill
dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha bħala t-tieni parti, l-Iżlanda bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja bħala r-raba’ parti; kif ukoll
dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Anċillari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha bħala l-ewwel parti, l-Iżlanda bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha bħala t-tieni parti, l-Iżlanda bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja bħala r-raba’ parti
ANNESS
tal-Proposta emendata
għal Deċiżjoni tal-Kunsill
dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha bħala t-tieni parti, l-Iżlanda bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja bħala r-raba’ parti; kif ukoll
dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Anċillari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha bħala l-ewwel parti, l-Iżlanda bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha bħala t-tieni parti, l-Iżlanda bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja bħala r-raba’ parti
APPENDIĊI 1
Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru
L-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA (minn hawn ’il quddiem, l-"Istati Uniti"),
bħala l-ewwel parti;
IR-RENJU TAL-BELĠJU,
IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,
IR-REPUBBLIKA ĊEKA,
IR-RENJU TAD-DANIMARKA,
IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,
L-IRLANDA,
IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,
IR-RENJU TA' SPANJA,
IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,
IR-REPUBBLIKA TALJANA,
IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,
IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,
IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,
IR-REPUBBLIKA TAL-UNGERIJA,
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,
IR-RENJU TAN-NETHERLANDS,
IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,
IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,
IR-RUMANIJA,
IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,
IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,
IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,
IR-RENJU TAL-IŻVEZJA,
IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,
billi huma partijiet għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u billi huma Stati Membri tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem, l-"Istati Membri"),
kif ukoll
L-UNJONI EWROPEA,
bħala t-tieni parti;
l-Iżlanda,
bħala t-tielet parti; kif ukoll
Ir-Renju tan-Norveġja (minn hawn ’il quddiem, “in-Norveġja”),
bħala r-raba’ parti;
Xewqana li jippromwovu sistema tal-avjazzjoni internazzjonali bbażata fuq il-kompetizzjoni bejn il-linji tal-ajru fis-suq b’interferenza u regolazzjoni minimi mill-gvern;
Xewqana li jiffaċilitaw l-espansjoni tal-opportunitajiet għat-trasport internazzjonali bl-ajru, fosthom permezz tal-iżvilupp ta’ netwerks ta’ trasport bl-ajru li jaqdu l-ħtiġijiet tal-passiġġieri u t-trasportaturi għal servizzi komdi ta’ trasport bl-ajru;
Xewqana li jagħmluha possibbli għal-linji tal-ajru li lill-pubbliku li jivvjaġġa u li jibgħat l-merkanzija joffrulu prezzijiet u servizzi kompetittivi fis-swieq miftuħa;
Xewqana li s-setturi kollha tal-industrija tat-trasport bl-ajru, inklużi l-ħaddiema tal-linji tal-ajru, jibbenefikaw fi ftehim liberalizzat;
Xewqana li jiżguraw l-ogħla livell ta’ sikurezza u sigurtà fit-trasport internazzjonali bl-ajru u filwaqt li jaffermaw mill-ġdid it-tħassib gravi tagħhom dwar l-atti jew it-theddidiet kontra s-sigurtà tal-inġenji tal-ajru, li jipperikolaw is-sikurezza tal-persuni jew tal-proprjetà, jaffettwaw ħażin l-operat tat-trasport bl-ajru, u jimminaw il-fiduċja tal-pubbliku fis-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili;
Filwaqt li jinnotaw il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, li nfetħet għall-iffirmar f’Chicago fis-7 ta’ Diċembru 1944;
Filwaqt li jirrikonoxxu li s-sussidji tal-gvern jistgħu jaffettwaw ħażin il-kompetizzjoni bejn il-linji tal-ajru u jistgħu jipperikolaw l-objettivi bażiċi ta’ dan il-Ftehim;
Filwaqt li jaffermaw l-importanza tal-ħarsien tal-ambjent fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-politika dwar l-avjazzjoni internazzjonali;
Filwaqt li jinnotaw l-importanza li jitħarsu l-konsumaturi, inklużi l-protezzjonijiet mogħtija mill-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli tat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru, li saret f’Montreal fit-28 ta’ Mejju 1999;
Bil-ħsieb li jibnu fuq il-qafas tal-ftehimiet eżistenti bil-għan li jiftħu l-aċċess għas-swieq u jimmassimizzaw il-benefiċċji għall-konsumaturi, il-linji tal-ajru, il-ħaddiema, u l-komunitajiet fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku;
Filwaqt li jirrikonoxxu l-importanza li jittejjeb l-aċċess tal-linji tal-ajru tagħhom għas-swieq kapitali globali bil-għan li tissaħħaħ il-kompetizzjoni u jiġu promossi l-objettivi ta’ dan il-Ftehim;
Bil-ħsieb li jistabbilixxu preċedent ta’ importanza globali biex jippromwovu l-benefiċċji tal-liberalizzazzjoni f’dan is-settur ekonomiku kruċjali;
FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li l-Unjoni Ewropea ħadet post u ssuċċediet il-Komunità Ewropea bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009, tat-Trattat ta’ Lisbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u li minn dik id-data, id-drittijiet u l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea u r-referenzi kollha għalija fil-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru ffirmat mill-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Istati Uniti tal-Amerika fil-25 u 30 ta’ April 2007, japplikaw għall-Unjoni Ewropea;
Ftiehmu kif ġej:
Artikolu 1
Definizzjoni
“Parti” tfisser l-Istati Uniti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, l-Iżlanda, jew in-Norveġja.
Artikolu 2
Applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru kif emendat mill-Protokoll
u l-Anness ta' dan il-Ftehim
Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru ffirmat mill-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Istati Uniti tal-Amerika fil-25 u 30 ta’ April 2007 (minn hawn ’il quddiem, “il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru”), kif emendat mill-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru li ġie ffirmat mill-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea fl-24 ta’ Ġunju 2010 (minn hawn ’il quddiem, “il-Protokoll”), li qed jiġu inkorporati b’referenza, għandhom japplikaw għall-Partijiet kollha f’dan il-Ftehim, suġġetti għall-Anness ta' dan il-Ftehim. Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru, kif emendat mill-Protokoll, għandhom japplikaw għall-Iżlanda u n-Norveġja daqslikieku kienu Stati Membri tal-Unjoni Ewropea, biex l-Iżlanda u n-Norveġja jkollhom id-drittijiet u l-obbligi kollha tal-Istati Membri skont dak il-ftehim. Id-dispożizzjonijiet tal-Anness ta' dan il-Ftehim jiffurmaw parti integrali minn dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 3
Terminazzjoni
1.
L-Istati Uniti jew l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, jistgħu, fi kwalunkwe ħin, jagħtu avviż bil-miktub permezz ta’ kanali diplomatiċi lit-tliet Partijiet l-oħra, tad-deċiżjoni tagħhom li jtemmu dan il-Ftehim jew li jwaqqfu l-applikazzjoni provviżorja ta’ dan l-Ftehim skont l-Artikolu 5.
Kopja tal-avviż għandha tintbagħat fl-istess ħin lill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO). Dan il-Ftehim għandu jintemm, jew l-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Ftehim għandha tieqaf, f’nofsillejl GMT fl-aħħar tal-istaġun tat-traffiku tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru (IATA) li jkun fis-seħħ sena wara d-data tan-notifika bil-miktub, sakemm l-avviż ma jiġix irtirat qabel it-tmiem ta’ dan il-perjodu bi qbil bejn il-Partijiet kollha.
2.
L-Iżlanda jew in-Norveġja jistgħu, fi kwalunkwe ħin, jagħtu avviż bil-miktub lill-Partijiet l-oħra, permezz ta’ kanali diplomatiċi, tad-deċiżjoni tagħhom li jirtiraw minn dan il-Ftehim jew li jtemmu l-applikazzjoni provviżorja tiegħu skont l-Artikolu 5. Kopja tal-avviż għandha tintbagħat fl-istess ħin lill-ICAO. Tali rtirar jew waqfien tal-applikazzjoni provviżorja għandu jkun effettiv f’nofsillejl GMT fl-aħħar tal-istaġun tat-traffiku tal-IATA li jkun fis-seħħ sena wara d-data tan-notifika bil-miktub, sakemm l-avviż ma jiġix irtirat qabel it-tmiem ta’ dan il-perjodu bi qbil bejn il-Parti li tagħti l-avviż bil-miktub, l-Istati Uniti, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha.
3.
L-Istati Uniti jew l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha jistgħu, fi kwalunkwe ħin, jagħtu avviż bil-miktub permezz ta’ kanali diplomatiċi, lill-Iżlanda jew lin-Norveġja, tad-deċiżjoni tagħhom li jtemmu dan il-Ftehim jew li jwaqqfu l-applikazzjoni provviżorja tiegħu, fir-rigward tal-Iżlanda jew in-Norveġja. Kopji tal-avviż għandhom jintbagħtu fl-istess ħin liż-żewġ Partijiet l-oħra għal dan il-Ftehim u lill-ICAO. It-terminazzjoni jew il-waqfien tal-applikazzjoni provviżorja fir-rigward tal-Iżlanda jew tan-Norveġja għandu jkun effettiv f’nofsillejl GMT fl-aħħar tal-istaġun tat-traffiku tal-IATA li jkun fis-seħħ sena wara d-data tan-notifika bil-miktub, sakemm l-avviż ma jiġix irtirat qabel it-tmiem ta’ dan il-perjodu bi qbil bejn l-Istati Uniti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-Parti li tirċievi l-avviż.
4.
Għall-finijiet tan-noti diplomatiċi kkontemplati minn dan l-Artikolu, in-noti diplomatiċi lill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha jew mingħandhom għandhom jintbagħtu lill-Unjoni Ewropea jew minnha skont kif ikun il-każ.
5.
Minkejja kull dispożizzjoni oħra ta’ dan l-Artikolu, jekk il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru, kif emendat mill-Protokoll, jiġi tterminat, dan il-Ftehim għandu jintemm fl-istess ħin.
ARTIKOLU 4
Reġistrazzjoni mal-ICAO
Dan il-Ftehim u l-emendi kollha li jsiru fih għandhom jiġu rreġistrati mal-ICAO mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
ARTIKOLU 5
Applikazzjoni Provviżorja
Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Partijiet jaqblu li japplikaw dan il-Ftehim b’mod provviżorju, sa fejn permess skont il-liġi domestika applikabbli, mid-data tal-firma. Jekk il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru, kif emendat mill-Protokoll, jiġi tterminat skont l-Artikolu 23 tiegħu, jew l-applikazzjoni provviżorja tiegħu titwaqqaf skont l-Artikolu 25 ta’ dak il-Ftehim, jew l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll titwaqqaf skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll, l-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Ftehim għandha tieqaf fl-istess ħin.
ARTIKOLU 6
Dħul fis-seħħ
Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-aktar waħda tard minn dawn li ġejjin:
1.
id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru,
2.
id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll, u
3.
xahar wara d-data tal-aħħar nota tal-iskambji tan-noti diplomatiċi bejn il-Partijiet li jikkonfermaw li tlestew il-proċeduri neċessarji kollha għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
Għall-finijiet ta’ dan l-iskambju ta’ noti diplomatiċi, in-noti diplomatiċi lill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha jew mingħandhom għandhom jintbagħtu lill-Unjoni Ewropea jew minnha, skont kif ikun il-każ. In-nota jew noti diplomatiċi mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha għandhom jinkludu komunikazzjonijiet minn kull Stat Membru li jikkonferma li jkunu tlestew il-proċeduri neċessarji tiegħu għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
B’XHIEDA TA’ DAN il-firmatarji, debitament awtorizzati, iffirmaw dan il-Ftehim.
MAGĦMUL fi ………., f’erba’ kopji, illum ………. jum ta’ …………….
GĦALL-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA
GĦAR-RENJU TAL-BELĠJU
GĦAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA
GĦAR-REPUBBLIKA ĊEKA
GĦAR-RENJU TAD-DANIMARKA
GĦAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA
GĦAR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA
GĦALL-IRLANDA
GĦAR-REPUBBLIKA ELLENIKA
GĦAR-RENJU TA’ SPANJA
GĦAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA
GĦAR-REPUBBLIKA TALJANA
GĦAR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU
GĦAR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA
GĦAR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA
GĦALL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU
GĦAR-REPUBBLIKA TAL-UNGERIJA
GĦAR-REPUBBLIKA TA’ MALTA
GĦAR-RENJU TAN-NETHERLANDS
GĦAR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA
GĦAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA
GĦAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA
GĦAR-RUMANIJA
GĦAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA
GĦAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA
GĦAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA
GĦAR-RENJU TAL-IŻVEZJA
GĦAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ
GĦALL-UNJONI EWROPEA
Għall-Iżlanda
Għar-Renju tan-Norveġja:
ANNESS
Dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja
Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru, kif emendat mill-Protokoll, u modifikati kif ġej, għandhom japplikaw għall-Partijiet kollha f’dan il-Ftehim. Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru, kif emendat mill-Protokoll, għandhom japplikaw għall-Iżlanda u n-Norveġja daqslikieku kienu Stati Membri tal-Unjoni Ewropea, biex l-Iżlanda u n-Norveġja jkollhom id-drittijiet u l-obbligi kollha tal-Istati Membri skont dak il-ftehim:
1.
Il-paragrafu 9 tal-Artikolu 1 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru, kif emendat mill-Protokoll, għandu jaqra kif ġej:
“Territorju” tfisser, għall-Istati Uniti, iż-żoni tal-art (l-art prinċipali u l-gżejjer), l-ilmijiet interni u l-baħar territorjali taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tiegħu, u, għall-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iż-żoni tal-art (l-art prinċipali u l-gżejjer), l-ilmijiet interni u l-baħar territorjali li fihom jiġi applikat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u bil-kundizzjonijiet stipulati f’dak il-ftehim u kwalunkwe strument suċċessur, bl-eċċezzjoni taż-żoni tal-art u l-ilmijiet interni taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein; l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għall-ajruport ta’ Ġibiltà hija mifhuma li tkun mingħajr ħsara għall-pożizzjonijiet legali rispettivi tar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit fir-rigward tat-tilwima dwar is-sovranità fuq it-territorju li fih jinsab l-ajruport, u għat-tkomplija tas-sospensjoni tal-Ajruport ta’ Ġibiltà mill-miżuri tal-avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea li jeżistu mit-18 ta’ Settembru 2006 bejn l-Istati Membri, skont l-istqarrija Ministerjali dwar l-Ajruport ta’ Ġibiltà li ġiet miftiehma f’Córdoba fit-18 ta’ Settembru 2006; kif ukoll
2.
L-Artikoli 23 sa 26 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru, kif emendat mill-Protokoll, ma għandhomx japplikaw għall-Iżlanda u n-Norveġja.
3.
L-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll ma għandhomx japplikaw għall-Iżlanda u n-Norveġja.
4.
Dan li ġej għandu jiżdied mat-Taqsima 1 tal-Anness 1 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru, kif emendat mill-Protokoll:
w.
L-Iżlanda: Il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru, iffirmat f’Washington fl-14 ta’ Ġunju, 1995; emendat fl-1 ta’ Marzu 2002 bi skambju ta’ noti; emendat fl-14 ta’ Awwissu 2006 u fid-9 ta’ Marzu 2007 bi skambju ta’ noti.
x.
Ir-Renju tan-Norveġja: Il-Ftehim dwar is-Servizzi tat-Trasport bl-Ajru affettwat bl-iskambji ta’ noti f’Washington, fis-6 ta’ Ottubru 1945; emendat fis-6 ta’ Awwissu 1954 bi skambju ta’ noti; emendat fis-16 ta’ Ġunju 1995 bi skambju ta’ noti.
5.
It-test tat-Taqsima 2 tal-Anness 1 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru, kif emendat mill-Protokoll, għandu jinqara kif ġej:
Minkejja t-Taqsima 1 ta’ dan l-Anness, għaż-żoni li mhumiex inkorporati fid-definizzjoni ta’ “territorju” fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim, il-ftehimiet fil-paragrafi (e) (id-Danimarka-l-Istati Uniti), (g) (Franza-l-Istati Uniti), (v) (ir-Renju Unit-l-Istati Uniti), u (x) (in-Norveġja-l-Istati Uniti) ta’ dik it-taqsima għandhom ikomplu japplikaw, skont it-termini tagħhom.
6.
It-test tat-Taqsima 3 tal-Anness 1 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru, kif emendat mill-Protokoll, għandu jinqara kif ġej:
Minkejja l-Artikolu 3 ta’ dan il-Ftehim, il-linji tal-ajru tal-US mhux se jkollhom id-dritt li jipprovdu servizzi ta’ merkanzija biss, li ma jkunux parti minn servizz li jaqdi lill-Istati Uniti, lejn jew minn punti fl-Istati Membri, ħlief lejn jew minn punti fir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika Slovakka, l-Iżlanda, u r-Renju tan-Norveġja.
7.
Is-sentenza li ġejja għandha tiżdied fit-tmiem tal-Artikolu 3 tal-Anness 2 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru, kif emendat mill-Protokoll:
Għall-Iżlanda u għan-Norveġja, dan jinkludi, iżda mhuwiex limitat għal, l-Artikoli 53, 54, u 55 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u r-Regolamenti tal-UE li jimplimentaw l-Artikoli 101, 102 u 105 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea kif inkorporati fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll kwalunkwe emendi li jsiru fihom.
8.
Il-paragrafu 4 tal-Artikolu 21 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru kif emendat mill-Protokoll għandu japplika għall-Iżlanda u għan-Norveġja sa fejn il-liġijiet u r-regolamenti rilevanti tal-Unjoni Ewropea jiġu inkorporati fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, f'konformità ma’ kwalunkwe addattament li jkun stipulat fih.
Dikjarazzjoni Konġunta
Ir-rappreżentanti tal-Istati Uniti tal-Amerika, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, l-Iżlanda, u r-Renju tan-Norveġja kkonfermaw li t-test tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti (il-”Ftehim”), għandu jiġi awtentikat f’lingwi oħra, kif previst, qabel l-iffirmar tal-Ftehim, bi Skambji ta’ Ittri bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, il-Kummissjoni Ewropea f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, l-Iżlanda, u r-Renju tan-Norveġja jew, wara l-iffirmar tal-Ftehim, b’deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt.
Din id-Dikjarazzjoni Konġunta hija parti integrali tal-Ftehim.
|
Għall-Istati Uniti tal-Amerika:
|
Għall-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha:
|
|
XXX
|
XXX
|
|
Għall-Iżlanda:
|
Għar-Renju tan-Norveġja:
|
|
XXX
|
XXX
|
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 6.9.2016
COM(2016) 552 final
ANNESS
tal-Proposta emendata
għal Deċiżjoni tal-Kunsill
dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha bħala t-tieni parti, l-Iżlanda bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja bħala r-raba’ parti; kif ukoll
dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Anċillari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha bħala l-ewwel parti, l-Iżlanda bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha bħala t-tieni parti, l-Iżlanda bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja bħala r-raba’ parti
ANNESS
tal-Proposta emendata
għal Deċiżjoni tal-Kunsill
dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha bħala t-tieni parti, l-Iżlanda bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja bħala r-raba’ parti; kif ukoll
dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Anċillari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha bħala l-ewwel parti, l-Iżlanda bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha bħala t-tieni parti, l-Iżlanda bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja bħala r-raba’ parti
APPENDIĊI 2
FTEHIM ANĊILLARI
bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha bħala l-ewwel parti, l-Iżlanda bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha bħala t-tieni parti, l-Iżlanda bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja bħala r-raba’ parti
IR-RENJU TAL-BELĠJU,
IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,
IR-REPUBBLIKA ĊEKA,
IR-RENJU TAD-DANIMARKA,
IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,
L-IRLANDA,
IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,
IR-RENJU TA' SPANJA,
IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,
IR-REPUBBLIKA TALJANA,
IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,
IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,
IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,
IR-REPUBBLIKA TAL-UNGERIJA,
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,
IR-RENJU TAN-NETHERLANDS,
IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,
IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,
IR-RUMANIJA,
IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,
IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,
IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,
IR-RENJU TAL-IŻVEZJA,
IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,
billi huma partijiet għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u billi huma Stati Membri tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem, l-“Istati Membri”),
kif ukoll
L-UNJONI EWROPEA,
bħala l-ewwel parti;
l-Iżlanda,
bħala t-tieni parti;
kif ukoll
Ir-Renju tan-Norveġja (minn hawn ’il quddiem, “in-Norveġja”),
bħala t-tielet parti;
FILWAQT LI JINNOTAW li l-Kummissjoni Ewropea nnegozjat, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri, Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru mal-Istati Uniti tal-Amerika skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati,
FILWAQT LI JINNOTAW li l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha (minn hawn ’il quddiem, “il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru”) ġie inizjalat fit-2 ta’ Marzu 2007, iffirmat fi Brussell fil-25 ta’ April 2007 u f’Washington, D.C. fit-30 ta’ April 2007 u applikat b'mod provviżorju mit-30 ta’ Marzu 2008,
FILWAQT LI JINNOTAW li l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru ġie emendat mill-Protokoll biex jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha (minn hawn ’il quddiem, “il-Protokoll”), inizjalat fit-2 ta’ Marzu 2010, u ffirmat fil-Lussemburgu fl-24 ta’ Ġunju 2010,
FILWAQT LI JINNOTAW li l-Iżlanda u n-Norveġja, billi huma membri kompletament integrati tas-Suq uniku Ewropew tal-Avjazzjoni permezz tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, żammew mal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru kif emendat mill-Protokoll permezz ta’ Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti, tal-istess data, (minn hawn ’il quddiem, “il-Ftehim”), li jinkorpora l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru kif emendat mill-Protokoll.
FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li huwa neċessarju li jiġu stabbiliti arranġamenti proċedurali biex jiġi deċiż, jekk ikun xieraq, kif għandhom jittieħdu miżuri skont il-paragrafu 5 tal-Artikolu 21 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru kif emendat mill-Protokoll.
FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li huwa neċessarju wkoll li jiġu stabbiliti arranġamenti proċedurali għall-parteċipazzjoni tal-Iżlanda u n-Norveġja fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 18 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru kif emendat mill-Protokoll u fil-proċeduri tal-arbitraġġ stipulati fl-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru kif emendat mill-Protokoll. Dawn l-arranġamenti proċedurali għandhom jiżguraw l-kooperazzjoni, il-fluss tal-informazzjoni u l-konsultazzjoni meħtieġa qabel il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt, kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru kif emendat mill-Protokoll, inklużi dawk dwar is-sikurezza, is-sigurtà, l-għoti u r-revoka tad-drittijiet tat-traffiku u l-appoġġ mill-gvern,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
ARTIKOLU 1
Notifiki
F’każ li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha jiddeċiedu li jtemmu l-Ftehim skont l-Artikolu 3 tal-Ftehim, jew li ma jkomplux japplikawh b’mod provviżorju, jew li jirtiraw avviżi dwar dan, il-Kummissjoni għandha tinnotifika immedjatament lill-Iżlanda u n-Norveġja dwar dan qabel ma tinforma lill-Istati Uniti tal-Amerika permezz tal- kanali diplomatiċi. Bl-istess mod, l-Iżlanda u/jew in-Norveġja għandhom jinfurmaw immedjatament lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni ta’ dan it-tip.
ARTIKOLU 2
Sospensjoni tad-Drittijiet tat-Traffiku
Il-Kunsill, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri, l-Iżlanda u n-Norveġja għandhom jadottaw Deċiżjoni biex linji tal-ajru tal-Parti l-oħra ma jitħallewx joperaw frekwenzi addizzjonali jew jidħlu fi swieq ġodda taħt il-Ftehim u jinnotifikaw lill-Istati Uniti tal-Amerika dwar dan, jew biex, bi qbil, titneħħa kwalunkwe deċiżjoni simili, meħuda skont il-paragrafu 5 tal-Artikolu 21 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru kif emendat mill-Protokoll, billi jaġixxu b’mod unanimu skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat. Il-president tal-Kunsill, li jaġixxi f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri, l-Iżlanda u n-Norveġja għandhom imbagħad jinfurmaw lill-Istati Uniti tal-Amerika bi kwalunkwe deċiżjoni bħal din.
ARTIKOLU 3
Kumitat Konġunt
1.
L-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri, l-Iżlanda u n-Norveġja għandhom ikunu rappreżentati fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 18 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru kif emendat mill-Protokoll minn rappreżentanti tal-Kummissjoni, l-Istati Membri, l-Iżlanda u n-Norveġja.
2.
Il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri, l-Iżlanda u n-Norveġja fi ħdan il-Kumitat Konġunt għandha tkun ippreżentata mill-Kummissjoni, għajr f’oqsma li fi ħdan l-UE jaqgħu esklussivament taħt il-kompetenza tal-Istati Membri, f’liema każ hija għandha tiġi ppreżentata mill-Presidenza tal-Kunsill jew mill-Kummissjoni, l-Iżlanda u n-Norveġja kif ikun xieraq.
3.
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Iżlanda u n-Norveġja fi ħdan il-Kumitat Konġunt fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu taħt l-Artikoli 14 jew 20 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru kif emendat mill-Protokoll jew kwistjonijiet li ma jeħtiġux l-adozzjoni ta’ deċiżjoni li jkollha effetti legali għandha tiġi adottata mill-Iżlanda u n-Norveġja bi qbil mal-Kummissjoni.
4.
Għal deċiżjonijiet oħra tal-Kumitat Konġunt dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt regolamenti u direttivi li huma inkorporati fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri, l-Iżlanda u n-Norveġja, għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni bi ftehim mal-Iżlanda u n-Norveġja.
5.
Għal deċiżjonijiet oħra tal-Kumitat Konġunt dwar kwistjonijiet li ma jaqgħux taħt regolamenti u direttivi li huma inkorporati fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Iżlanda u n-Norveġja, għandha tiġi adottata mill-Iżlanda u n-Norveġja bi ftehim mal-Kummissjoni.
6.
Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri adegwati biex tiżgura l-parteċipazzjoni sħiħa tal-Iżlanda u n-Norveġja fi kwalunkwe laqgħa ta’ koordinazzjoni, konsultazzjoni jew teħid tad-deċiżjonijiet mal-Istati Membri u aċċess għall-informazzjoni rilevanti bi preparazzjoni għal-laqgħat li jkunu se jsiru tal-Kumitat Konġunt.
ARTIKOLU 4
Arbitraġġ
1.
Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri, l-Iżlanda u n-Norveġja fi proċeduri tal-arbitraġġ skont l-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru kif emendat mill-Protokoll.
2.
Il-Kummissjoni għandha, kif ikun xieraq, tieħu miżuri sabiex tiżgura l-involviment tal-Iżlanda u n-Norveġja fil-preparazzjoni u l-koordinazzjoni tal-proċeduri tal-arbitraġġ.
3.
Jekk il-Kunsill jiddeċiedi li jissospendi l-benefiċċji skont il-paragrafu 7 tal-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru kif emendat mill-Protokoll, dik id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Iżlanda u lin-Norveġja. Bl-istess mod, l-Iżlanda u/jew in-Norveġja għandhom jinfurmaw ukoll lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni/deċiżjonijiet simili li jkunu ħadu.
4.
Kwalunkwe azzjoni xierqa oħra li għandha tittieħed skont l-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru kif emendat mill-Protokoll dwar kwistjonijiet li fi ħdan l-UE jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni għandha tiġi deċiża mill-Kummissjoni, bl-għajnuna ta’ Kumitat Speċjali ta’ rappreżentanti tal-Istati Membri maħtura mill-Kunsill, tal-Iżlanda u tan-Norveġja.
ARTIKOLU 5
Skambju tal-Informazzjoni
1.
L-Iżlanda u n-Norveġja għandhom jinfurmaw immedjatament lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni li jirrifjutaw, jirrevokaw, jissospendu jew jillimitaw l-awtorizzazzjonijiet ta’ linja tal-ajru tal-Istati Uniti tal-Amerika li jkunu adottaw skont l-Artikolu 4 u 5 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru kif emendat mill-Protokoll. Bl-istess mod, il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament lill-Iżlanda u lin-Norveġja bi kwalunkwe deċiżjoni ta’ dan it-tip li jkunu ħadu l-Istati Membri.
2.
L-Iżlanda u n-Norveġja għandhom jinfurmaw immedjatament lill-Kummissjoni bi kwalunkwe talba jew notifika li jkunu għamlu jew irċevew skont l-Artikolu 8 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru kif emendat mill-Protokoll. Bl-istess mod, il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament lill-Iżlanda u lin-Norveġja bi kwalunkwe talba jew notifika li jkunu għamlu jew irċevew l-Istati Membri.
3.
L-Iżlanda u n-Norveġja għandhom jinfurmaw immedjatament lill-Kummissjoni bi kwalunkwe talba jew notifika li jkunu għamlu jew irċevew skont l-Artikolu 9 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru kif emendat mill-Protokoll. Bl-istess mod, il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament lill-Iżlanda u lin-Norveġja bi kwalunkwe talba jew notifika li jkunu għamlu jew irċevew l-Istati Membri.
ARTIKOLU 6
Sussidji u appoġġ mill-gvern
1.
Jekk l-Iżlanda jew in-Norveġja huma tal-fehma li sussidju jew appoġġ li jkun qed jiġi kkunsidrat jew mogħti minn entità governattiva fit-territorju tal-Istati Uniti tal-Amerika jkun se jkollu l-effetti ħżiena fuq il-kompetizzjoni li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 14 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru kif emendat mill-Protokoll, huma għandhom jiġbdu l-attenzjoni tal-Kummissjoni għal din il-kwistjoni. Jekk Stat Membru jkun ġibed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għal kwistjoni simili, il-Kummissjoni għandha, bl-istess mod, tiġbed l-attenzjoni tal-Iżlanda u tan-Norveġja dwar din il-kwistjoni.
2.
Il-Kummissjoni, l-Iżlanda u n-Norveġja jistgħu javviċinaw lil dik l-entità jew jitolbu laqgħa tal-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 18 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru kif emendat mill-Protokoll.
3.
Il-Kummissjoni, l-Iżlanda u n-Norveġja għandhom jinfurmaw immedjatament lil xulxin meta jiġu kkuntattjati mill-Istati Uniti tal-Amerika skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 14 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru kif emendat mill-Protokoll.
ARTIKOLU 7
Terminazzjoni
1.
Parti tista’, fi kwalunkwe ħin, tagħti avviż bil-miktub lill-Partijiet l-oħra, permezz tal-kanali diplomatiċi, bid-deċiżjoni tagħha li ttemm dan il-Ftehim Anċillari jew l-applikazzjoni provviżorja tiegħu. Dan il-Ftehim Anċillari għandu jintemm jew ma għandux jibqa’ japplika b’mod provviżorju f’nofsillejl GMT sitt xhur wara d-data tan-notifika bil-miktub tat-tmiem jew tal-waqfien tal-applikazzjoni provviżorja, sakemm l-avviż ma jiġix irtirat qabel it-tmiem ta’ dan il-perjodu bi qbil bejn il-Partijiet.
2.
Minkejja kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ dan l-Artikolu, jekk il-Ftehim jiġi tterminat jew ma jibqax jiġi applikat b’mod provviżorju, dan il-Ftehim Anċillari għandu jintemm jew ma jibqax jiġi applikat b’mod provviżorju fl-istess ħin.
ARTIKOLU 8
Applikazzjoni provviżorja
Sakemm jidħol fis-seħħ skont l-Artikolu 9, il-Partijiet ftiehmu li japplikaw dan il-Ftehim Anċillari b’mod provviżorju skont il-liġijiet nazzjonali tal-Partijiet, mill-aħħar data fost id-dati li fihom jiġi ffirmat dan il-Ftehim Anċillari jew id-data tal-applikazzjoni provviżorja speċifikata fl-Artikolu 5 tal-Ftehim.
ARTIKOLU 9
Dħul fis-seħħ
Dan il-Ftehim Anċillari għandu jidħol fis-seħħ (a) xahar wara d-data tal-aħħar nota fl-iskambju ta’ noti diplomatiċi bejn il-Partijiet li jikkonfermaw li jkunu tlestew il-proċeduri kollha meħtieġa għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim Anċillari, jew inkella (b) id-data tad-dħul fis-seħħ jew l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim, skont liema minnhom tiġi l-aħħar.
B’XHIEDA TA’ DAN, il-firmatarji ta’ hawn taħt, debitament awtorizzati għal dan il-għan, iffirmaw dan il-Ftehim Anċillari.
MAGĦMUL fi ……… fi tliet kopji, illum ………. jum ta’ ……………., bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Netherlandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Iżlandiża, Irlandiża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Norveġiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola u Żvediża, it-testi kollha jkunu awtentiċi.
GĦAR-RENJU TAL-BELĠJU
GĦAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA
GĦAR-REPUBBLIKA ĊEKA
GĦAR-RENJU TAD-DANIMARKA
GĦAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA
GĦAR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA
GĦALL-IRLANDA
GĦAR-REPUBBLIKA ELLENIKA
GĦAR-RENJU TA’ SPANJA
GĦAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA
GĦAR-REPUBBLIKA TALJANA
GĦAR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU
GĦAR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA
GĦAR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA
GĦALL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU
GĦAR-REPUBBLIKA TAL-UNGERIJA
GĦAR-REPUBBLIKA TA’ MALTA
GĦAR-RENJU TAN-NETHERLANDS
GĦAR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA
GĦAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA
GĦAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA
GĦAR-RUMANIJA
GĦAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA
GĦAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA
GĦAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA
GĦAR-RENJU TAL-IŻVEZJA
GĦAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ
GĦALL-UNJONI EWROPEA
Għall-Iżlanda
Għar-Renju tan-Norveġja: