Brussell, 12.8.2016

COM(2016) 504 final

2016/0247(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar regoli supplementari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014 sa 2020


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE daħal fis-seħħ fil-21 ta' Mejju 2014 u beda japplika mill-1 ta' Jannar 2014 1 .

Ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet ukoll daħal fis-seħħ fil-21 ta' Mejju 2014 u beda japplika mill-1 ta' Jannar 2014 2 . Skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 japplikaw għall-Istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna (minn issa ’l quddiem imsejjaħ ‘l-ISF — Fruntieri u Viżi”).

L-iskop tal-ISF-Fruntieri u Viżi huwa li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ solidarjetà vinkolanti għall-Istati parteċipanti bl-istess regoli Ewropej dwar il-kontroll tal-fruntieri esterni fl-interess ta' xulxin u f’isem xulxin. Il-Fond għas-Sigurtà Interna-Fruntieri u Viżi se jservi biex jintlaħaq objettiv ewlieni tal-acquis ta’ Schengen, jiġifieri li r-responsabbiltà tiġi kondiviża għal "livell effiċjenti, għoli u uniformi ta’ kontroll fuq il-fruntieri esterni”, kif stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. B’hekk dan huwa żvilupp tal-acquis ta’ Schengen.

L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 jipprovdi li l-istati terzi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen jipparteċipaw fl-istrument skont id-dispożizzjonijiet tiegħu u li għandhom jiġu konklużi arranġamenti li jispeċifikaw ir-regoli supplementari meħtieġa għal tali parteċipazzjoni, inkluż dispożizzjonijiet li jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u s-setgħa tal-awditjar tal-Qorti tal-Awdituri, billi l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni rispettivi ma jipprovdux tali regoli.

L-għan tal-abbozz ta’ Ftehim mal-Liechtenstein (minn hawn ’il quddiem “il-pajjiż assoċjat”) huwa li jistabbilixxi l-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 5(7) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 u li jippermetti li l-Kummissjoni tieħu r-responsabbiltà finali għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-istrument f’dan il-pajjiż assoċjat u li tiddetermina l-kontribuzzjoni ta’ dan il-pajjiż lill-baġit tal-Unjoni fir-rigward ta’ dan l-istrument.

Fir-rigward tal-kontrolli baġitarji u finanzjarji, l-Istati Membri huma suġġetti għal obbligi orizzontali (eż. il-kompetenza tal-Qorti tal-Awdituri u tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)) li ġejjin direttament mit-Trattat jew minn leġiżlazzjoni sekondarja tal-Unjoni. Dawn l-obbligi japplikaw direttament fl-Istati Membri u għalhekk mhumiex stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 515/2014. Madankollu, fl-applikazzjoni tal-Artikolu 5(7) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 iridu jiġu estiżi għall-pajjiż assoċjat permezz tal-abbozz tal-Ftehim.

Sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kontra frodi u irregolaritajiet oħra, ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 jipprevedi li l-persunal tal-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF jingħataw aċċess adegwat biex iwettqu l-kontrolli. L-Artikolu 5(9) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 jgħid ukoll li l-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi għandhom espressament jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu tali awditi, kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post. Konsegwentement, din hija prevista fl-abbozz tal-Ftehim.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Mhux applikabbli.

Konsistenza ma' politiki oħra tal-Unjoni

Mhux applikabbli.

2.IL-BAŻI ĠURIDIKA, IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ

Bażi legali

Billi għandha bħala l-għan tagħha l-konklużjoni ta’ arranġamenti bejn l-Unjoni u l-Liechtenstein dwar il-kontribuzzjoni ta' dan il-pajjiż għall-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża għall-perjodu 2014–20 u r-regoli supplimentari meħtieġa għal din il-parteċipazzjoni, din il-proposta għall-iffirmar tal-Ftehim hija bbażata fuq l-Artikoli 77(2) u 218(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Il-ħtieġa tad-deċiżjoni proposta

Fuq il-bażi tal-Artikolu 5(7) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 il-konklużjoni tal-Ftehim mal-Liechtenstein hija meħtieġa għall-istabbiliment tal-arranġamenti dwar il-kontribuzzjoni ta' dan il-pajjiż għall-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża għall-perjodu 2014–20 u r-regoli supplimentari meħtieġa għal din il-parteċipazzjoni.

Proporzjonalità

Mhux applikabbli.

L-għażla tal-istrument

Mhux applikabbli.

3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

L-evalwazzjonijiet ex-post/il-kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Mhux applikabbli.

Il-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Mhux applikabbli.

Il-ġbir u l-użu tal-għarfien espert

Mhux applikabbli.

Valutazzjoni tal-impatt

Mhux applikabbli, minħabba li l-proposta hija marbuta mal-programm ta’ ġestjoni u għandha l-għan li jiġi ffirmat ftehim internazzjonali li ġie nnegozjat abbażi ta’ direttivi dwar in-negozjati stabbiliti mill-Kunsill.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Mhux applikabbli.

Drittijiet fundamentali

Mhux applikabbli.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

L-Artikolu 10 u l-Anness I tal-abbozz ta’ Ftehim jiddeskrivu d-dispożizzjonijiet relatati mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji annwali tal-Istati assoċjati għall-baġit tal-Fond għas-Sigurtà Interna — il-Fruntieri u l-Viżi u l-adattament possibbli tagħhom għas-sitwazzjoni deskritta skont l-Anness I.

5.ELEMENTI OĦRA

Applikazzjoni territorjali

Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 jikkostitwixxi żvilupp tal-acquis ta’ Schengen. F’dan ir-rigward, dan il-Ftehim mal-Liechtenstein jibni wkoll fuq l-acquis ta’ Schengen.

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u t-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. F'konformità mal-Artikolu 4 tal-Protokoll imsemmi qabel, id-Danimarka għandha tiddeċiedi fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun adotta din il-proposta propost jekk hijiex ser timplimentaha fil-liġi nazzjonali tagħha.

Peress li din il-proposta tikkostitwixxi żvilupp ta’ dawk l-elementi tal-acquis ta’ Schengen li r-Renju Unit u l-Irlanda ma jiħdux sehem fihom u mhux ser ikunu marbutin jew ikunu soġġetti għall-applikazzjoni tagħhom, f'konformità mad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2000/365/KE 3 u 2002/192/KE 4  rispettivament.

Il-pjanijiet għall-implimentazzjoni u l-arranġamenti ta’ monitoraġġ, ta’ evalwazzjoni u ta’ rapportar

L-Artikolu 17 tal-Ftehim jispeċifika r-rapportar applikabbli u l-arranġamenti ta’ monitoraġġ. Sal-15 ta’ Frar ta’ kull sena u sal-2022 inklużi, il-Liechtenstein għandu jissottometti rapport ta’ implimentazzjoni annwali lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja ta’ qabel.

Id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Mhux applikabbli.

Spjegazzjoni dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Mhux meħtieġa

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet stipulati hawn fuq, il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill japprova, wara li jkun irċieva l-kunsens mill-Parlament Ewropew, il-Ftehim mal-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar regoli supplementari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014 sa 2020.

2016/0247 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar regoli supplementari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014 sa 2020

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 77(2) u 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew 5 ,

Billi:

(1)F'konformità mad-Deċiżjoni 2016/XXX tal-Kunsill ta' [...], il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein dwar regoli supplementari b’rabta mal-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014 sa 2020 ġie ffirmat mill-Kummissjoni fil- [...], soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

(2)Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tas-16 ta’ April 2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża għall-perjodu 2014–2020 jipprevedi fl-Artikolu 5(7) li pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen għandhom jipparteċipaw fl-istrument skont id-dispożizzjonijiet tiegħu u li għandhom jiġu konklużi arranġamenti dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tagħhom u r-regoli supplimentari meħtieġa għat-tali parteċipazzjoni, inklużi dispożizzjonijiet li jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u s-setgħa tal-awditjar tal-Qorti tal-Awdituri.

(3)F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Minħabba li din id-Deċiżjoni tibni fuq l-acquis ta' Schengen, id-Danimarka għandha, f'konformità mal-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur minn meta l-Kunsill ikun iddeċieda dwar din id-Deċiżjoni, jekk hijiex ser timplimentaha fil-liġi nazzjonali tagħha.

(4)Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit ma jieħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi disposizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen; għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qiegħed jieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha 6 .

(5)Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda ma tiħux sehem skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda sabiex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis 7 ta' Schengen; Għalhekk l-Irlanda mhijiex se tieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhijiex marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu

(6)Il-Ftehim għandu jiġi approvat.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein dwar regoli supplementari b’rabta mal-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014 sa 2020 huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill jaħtar il-persuna/i awtorizzata/i biex tipproċedi/jipproċedu, f’isem l-Unjoni Ewropea, għan-notifika stabbilita fl-Artikolu 19(2) tal-Ftehim, sabiex jiġi espress il-kunsens tal-Unjoni Ewropea li tintrabat bil-Ftehim.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1) ĠU L 150, 20.05.2014, p. 143.
(2) ĠU L 150, 20.05.2014, p. 112.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tiehu sehem f’xi disposizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.
(5) ĠU C , , p. .
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tiehu sehem f’xi disposizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

Brussell, 12.8.2016

COM(2016) 504 final

ANNESSI

tal-Proposta għal

Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar regoli supplementari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014 sa 2020


ANNESSI

tal-Proposta għal

Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar regoli supplementari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014 sa 2020

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni”,

kif ukoll

IL-PRINĊIPAT TAL-LIECHTENSTEIN, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Liechtenstein”,

Minn hawn ‘il quddiem imsejħin “il-Partijiet”,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein fil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis 1 ta’ Schengen (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ bħala l-Protokoll ta' Assoċjazzjoni mal-Liechtenstein),

BILLI:

(1)L-Unjoni stabbilixxiet l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna permezz tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2 .

(2)Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 jikkostitwixxi żvilupp tal-acquis ta’ Schengen fi ħdan it-tifsira tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni mal-Liechtenstein.

(3)Billi r-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 3 għandu impatt dirett fuq l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 515/2014, u b’hekk jaffettwa l-qafas legali ta’ dan tal-aħħar, u peress li l-proċeduri stipulati fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni mal-Liechtenstein ġew applikati għall-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 li ġie innotifikat lil-Liechtenstein, il-Partijiet jirrikonoxxu li r-Regolament (UE) Nru 514/2014 jikkostitwixxi żvilupp tal-acquis ta’ Schengen fi ħdan it-tifsira tal-Protokoll ta’ Assoċjazzjoni mal-Liechtenstein dment li jkun neċessarju għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 515/2014.

(4)L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 jipprovdi li l-pajjiżi terzi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen - fosthom il-Liechtenstein - jipparteċipaw fl-istrument skont id-dispożizzjonijiet tiegħu u li għandhom jiġu konklużi arranġamenti li jispeċifikaw il-kontribuzzjonijiet finanzjarji ta' dawk il-pajjiżi u r-regoli supplementari meħtieġa għal tali parteċipazzjoni, inkluż dispożizzjonijiet li jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u s-setgħa tal-awditjar tal-Qorti tal-Awdituri.

(5)L-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża, bħala parti tal-Fond għas-Sigurtà Interna ("ISF-Fruntieri u Viża") jikkostitwixxi strumenti speċifiku fil-kuntest tal-acquis ta’ Schengen imfassal biex jipprovdi għal qsim tal-piż u l-appoġġ finanzjarju fil-qasam tal-fruntieri esterni u l-politika dwar il-viża fl-Istati Membri u l-Istati assoċjati.

(6)L-Artikolu 60 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 4 jipprovdi għar-regoli dwar il-ġestjoni indiretta li huma applikabbli fejn il-pajjiżi terzi, inklużi l-istati assoċjati, ikunu fdati b’kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit.

(7)    L-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 jipprovdi għall-eliġibbiltà tan-nefqa mġarrba fl-2014 minn Awtorità Responsabbli li għad ma ġietx iddeżinjata formalment, biex b’hekk tkun żgurata transizzjoni mingħajr xkiel bejn il-Fond għall-Fruntieri Esterni u l-Fond għas-Sigurtà Interna. Bl-istess mod huwa importanti li l-istess kwistjoni tiġi riflessa f’dan il-Ftehim. Peress li dan il-Ftehim ma daħalx fis-seħħ qabel tmiem l-2014, huwa essenzjali li tiġi żgurata l-eliġibbiltà tal-infiq li jkun sar qabel u sakemm issir id-deżinjazzjoni formali tal-Awtorità Responsabbli, dment li s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll applikati qabel ikunu essenzjalment l-istess bħal dawk fis-seħħ wara d-deżinjazzjoni formali tal-Awtorità Responsabbli.

(8)Biex tiġi ffaċilitata l-kalkolazzjoni u l-użu tal-kontribuzzjonijiet annwali dovuti mil-Liechtenstein għall-ISF-Fruntieri u Viża, il-kontribuzzjonijiet tiegħu għall-perjodu 2014-2020 se jitħallsu f’ħames pagamenti parzjali annwali mill-2016 sal-2020. Mill-2016 sal-2018, il-kontribuzzjonijiet annwali huma stabbiliti f’ammonti fissi filwaqt li l-kontribuzzjoni li għandha titħallas għas-snin 2019 u 2020 ser jiġi stabbilit fl-2019 fuq il-bażi tal-prodott gross domestiku tal-Istati kollha li jipparteċipaw tal-ISF-Fruntieri u Viża b’kont meħud tal-pagamenti li fil-fatt saru,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

Dan il-Ftehim jistabblixxi r-regoli supplementari meħtieġa għall-parteċipazzjoni tal-Liechtenstein fl-ISF- Fruntieri u Viża skont ir-Regolament (UE) Nru 515/2014.

Artikolu 2

Ġestjoni u kontrolli finanzjarji

1.    Il-Liechtenstein għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex tiġi żgurata konformità mad-dispożizzjonijiet relevanti għall-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll li huma stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) u fil-liġi tal-Unjoni bbażata fuq it-TFUE.

Id-dispożizzjonijiet tat-TFUE u tal-liġi sekondarja msemmija fl-ewwel subparagrafu huma dawn li ġejjin:

(a)L-Artikolu 287(1), (2) u (3) TFUE;

(b)L-Artikoli 30, 32 u 57, Artikolu 58(1)(c)(i), l-Artikolu 60 u l-Artikoli 79(2) u 108(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012;

(c)L-Artikoli 32, 38, 42, 84, 88, 142 u 144 tar-Regolament (UE) Nru 1268/2012 ta’ Delega tal-Kummissjoni 5 ;

(d)Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2185/96 6 ;

(e)Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 7 .

Il-Partijiet jistgħu jiddeċiedu li jemendaw din il-lista bi ftehim reċiproku.

2.    Il-Liechtenstein għandu japplika d-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 fit-territorju tiegħu f'konformità ma' dan il-Ftehim.

Artikolu 3

Rispett għall-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja soda

Il-fondi allokati lil Liechtenstein taħt l-ISF, Fruntieri u Viża għandhom jintużaw skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.

Artikolu 4

Rispett tal-prinċipju dwar il-kunflitti ta' interess

L-atturi finanzjarji kollha u kwalunkwe persuna oħra involuta fl-implimentazzjoni baġitarja u l-ġestjoni, inklużi atti preparatorji relatati, l-awditi jew il-kontroll fit-territorju tal-Liechtenstein għandhom ikunu pprojbiti milli jieħdu kwalunkwe azzjoni li tista’ ġġib l-interessi tagħhom f’kunflitt ma’ dawk tal-Unjoni.

Artikolu 5

Infurzar

Id-Deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni li jimponu obbligu finanzjarju fuq persuni apparti mill-Istati għandhom ikunu infurzabbli fit-territorju tal-Liechtenstein.

L-infurzar għandu jkun regolat bir-regoli tal-proċedura ċivili li jkunu fis-seħħ fil-Liechtenstein. L-ordni għall-infurzar tagħha għandha tiġi mehmuża mad-deċiżjoni, mingħajr formalitajiet oħra għajr għall-verifika tal-awtentiċità tad-deċiżjoni, mill-awtorità nazzjonali li l-gvern tal-Liechtenstein għandu jaħtar għal dan il-għan u li l-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa dwarha.

Meta jitlestew dawn il-formalitajiet b'applikazzjoni mill-Kummissjoni, din tal-aħħar tkun tista' tipproċedi bl-infurzar f'konformità mal-liġi nazzjonali, billi tressaq il-kwistjoni direttament quddiem l-awtorità kompetenti.

L-infurzar jista' jiġi sospiż biss b'deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Madanakollu, il-qrati tal-Liechtenstein għandu jkollhom ġuriżdizzjoni fuq ilmenti li l-infurzar ikun qed isir b'mod irregolari.

Artikolu 6

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni kontra l-frodi

1.Il-Liechtenstein

(a)jiġġieled il-frodi u kwalunkwe attività illegali oħra li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz ta' miżuri li għandhom jaġixxu ta' deterrent u li jkunu tali li jagħtu protezzjoni effettiva fil-Liechtenstein;

(b)jieħu l-istess miżuri biex jiġġieled il-frodi li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Unjoni bħal ma jieħu biex jiġġieled il-frodi li tolqot l-interessi finanzjarji tiegħu stess; kif ukoll

(c)jikkoordina l-azzjoni tiegħu li għandha l-għan li tħares l-interessi finanzjarji tal-Unjoni mal-Istati Membri u l-Kummissjoni.

2.Il-Liechtenstein għandu jadotta miżuri ekwivalenti għal dawk adottati mill-Unjoni skont l-Artikolu 325(4) TFUE li jkunu fis-seħħ fil-mument tal-iffirmar ta' dan il-Ftehim.

Il-Partijiet jistgħu jiddeċiedu bi ftehim reċiproku li jadottaw miżuri ekwivalenti għal kwalunkwe miżura sussegwenti adottata mill-Unjoni skont dan l-Artikolu.

Artikolu 7

Verifiki u spezzjonijiet fuq il-post mill-Kummissjoni (OLAF)

Bla ħsara għad-drittijiet tagħha taħt skont l-Artikolu 5(8) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, il-Kummissjoni (l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi OLAF) għandha tkun awtorizzata li twettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fit-territorju tal-Liechtenstein fir-rigward tal-ISF-Fruntieri u Viża f’konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96.

L-awtoritajiet tal-Liechtenstein għandhom jiffaċilitaw verifiki u spezzjonijiet fuq il-post li jistgħu, skont ix-xewqa tal-awtoritajiet, jitwettqu b'mod konġunt magħhom.

Artikolu 8

Il-Qorti tal-Awdituri

F'konformità mal-Artikolu 287(3) TFUE u l-Ewwel Parti, Titolu X, kapitolu 1 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-Qorti tal-Awdituri jkollha l-possibbiltà li twettaq awditi fuq il-post fil-bini ta' kwalunkwe entità li timmaniġġja dħul jew nefqa f'isem l-Unjoni fit-territorju tal-Liechtenstein fir-rigward tal-ISF-Fruntieri u Viża inkluż fil-bini ta' kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun irċeviet pagamenti mill-baġit.

Fil-Liechtenstein, awditi mill-Qorti tal-Awdituri għandhom jitwettqu flimkien ma' entitajiet nazzjonali tal-awditjar jew, jekk dawn ma jkollhomx is-setgħat meħtieġa, mad-dipartimenti nazzjonali kompetenti. Il-Qorti tal-Awdituri u l-korpi nazzjonali tal-awditi tal-Liechtenstein għandhom jikkoperaw fi spirtu ta' fiduċja waqt li jżommu l-indipendenza tagħhom. Dawn il-korpi jew dipartimenti għandhom jinformaw lill-Qorti tal-Awdituri jekk tkunx l-intenzjoni tagħhom li jieħdu sehem fil-awditu.

Il-Qorti tal-Awdituri għandha jkollha tal-anqas l-istess drittijiet bħall-Kummissjoni kif stabbilit fl-Artikoli 5(7) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u l-Artikolu 7 ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 9

Akkwist pubbliku

Il-Liechtenstein għandu japplika d-dispożizzjonijiet tal-liġi tiegħu dwar l-akkwist pubbliku skont l-Anness XVI tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea 8 .

Artikolu 10

Kontribuzzjonijiet finanzjarji

1.Għas-snin 2016 sa 2018, il-Liechtensetin għandu jagħmel pagamenti annwali lill-baġit tal-ISF-Fruntieri u Viża skont it-tabella li ġejja:

(L-ammonti kollha f’EUR)

2016

2017

2018

Il-Liechtenstein

218 815

218 815

218 815

2.Il-kontribuzzjonijiet tal-Liechtenstein għas-snin 2019 u 2020 għandhom jiġu kkalkulati skont il-Prodott Domestiku Gross (PDG) rispettiv tiegħu bħala persentaġġ tal-PDG tal-Istati kollha li qed jipparteċipaw fl-ISF-Fruntieri u Viża f’konformità mal-formula deskritta fl-Anness.

3.Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmija f’dan l-Artikolu għandhom ikunu dovuti mil-Liechtenstein irrispettivament mid-data ta’ adozzjoni tal-programm nazzjonali tiegħu msemmi fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014.

Artikolu 11

Użu ta' kontribuzzjonijiet finanzjarja

1.It-total tal-pagamenti annwali tal-2016 u l-2017 għandhom jiġu assenjati kif ġej:

(a)75% għar-rieżami ta' nofs it-terminu msemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014;

(b)15% għall-iżvilupp tas-sistemi tal-IT imsemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014, soġġett għall-adozzjoni tal-atti leġiżlattivi rilevanti tal-Unjoni sat-30 ta’ Ġunju 2017;

(c)10% għal azzjonijiet tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 u l-assistenza ta’ emerġenza msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014.

Fejn l-ammont imsemmi fil-punt (b) ma jkunx allokat jew minfuq, il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura stipulata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014, tallokah mill-ġdid lil azzjonijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014.

Jekk dan il-Ftehim ma jidħolx fis-seħħ jew ma jiġix applikat fuq bażi proviżorja sal-1 ta’ Ġunju 2017, il-kontribuzzjoni sħiħa tal-Liechtenstein għandha tintuża skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.It-total tal-pagamenti annwali tal-2018, l-2019 u l-2020 għandhom jiġu assenjati kif ġej:

(a)40% għall-azzjonijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014;

(b)50% għall-iżvilupp tas-sistemi tal-IT imsemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014, soġġett għall-adozzjoni tal-atti leġiżlattivi rilevanti tal-Unjoni sal-31 ta’ Diċembru 2018;

(c)10% għal azzjonijiet tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 u l-assistenza ta’ emerġenza msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014.

Fejn l-ammont imsemmi fil-punt (b) ma jkunx allokat jew minfuq, il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura stipulata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014, tallokah mill-ġdid lil azzjonijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014.

3.L-ammonti addizzjonali assenjati għar-rieżami ta’ nofs it-term, azzjonijiet tal-Unjoni, azzjonijiet speċifiċi jew il-programm tal-iżvilupp ta’ sistemi tal-IT għandhom jintużaw f’konformità mal-proċeduri rilevanti previsti f’waħda mid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)L-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 514/2014;

(b)L-Artikolu 8(7) tar-Regolament (KE) Nru 515/2014;

(c)L-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 515/2014;

(d) it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014.

4.    Kull sena, il-Kummissjoni tista' tuża sa EUR 1 581 mill-pagamenti li jsiru mil-Liechtenstein għall-finanzjament tan-nefqa amministrattiva relatata mal-persunal jew persunal estern meħtieġ għall-appoġġ tal-implimentazzjoni mil-Liechtenstein tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 u dan il-Ftehim.

Artikolu 12

Kunfidenzjalità

L-informazzjoni kkomunikata jew miksuba, tkun f'liema forma tkun, sussegwenti għal dan il-Ftethim, għandha tkun koperta mis-sigriet professjonali u mħarsa bl-istess mod bħalma titħares informazzjoni simili mid-dispożizzjonijiet applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni u mil-liġijiet tal-Liechtenstein. Din l-informazzjoni m' għandhiex tiġi kkomunikata lil persuni oħrajn ħlief lil dawk fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni, fl-Istati Membri jew fil-Liechtenstein, li l-funzjonijiet tagħhom jirrikjedu li jkunu jafuha, u lanqas ma tista’ tintuża għal skopijiet oħra ħlief dawk li jservu biex jiżguraw il-protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet.

           Artikolu 13

Deżinjazzjoni ta’ Awtorità Responsabbli

1.    Il-Liechtenstein għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar id-deżinjazzjoni formali f'livell ministerjali tal-Awtorità Responsabbli responsabbli għall-ġestjoni u l-kontroll tan-nefqa taħt l-ISF-Fruntieri u Viża, malajr kemm jista’ jkun wara l-approvazzjoni tal-programm nazzjonali.

2.    Id-deżinjazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir soġġett għall-korp li jikkonforma mal-kriterji ta’ deżinjazzjoni dwar l-ambjent intern, l-attivitajiet ta’ kontroll, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u l-monitoraġġ stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 514/2014.jew abbażi tiegħu.

3.    Id-deżinjazzjoni ta’ Awtorità Responsabbli għandha tkun ibbażata fuq opinjoni ta’ korp tal-awditu, li jista’ jkun l-Awtorità ta’ Awditu, li tivvaluta l-konformità tal-Awtorità Responsabbli mal-kriterji ta’ deżinjazzjoni. Dak il-korp jista’ jkun l-istituzzjoni pubblika awtonoma responsabbli għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-awditjar tal-amministrazzjoni. Il-korp tal-awditu għandu jiffunzjona indipendentement mill-Awtorità Responsabbli u jwettaq il-ħidma tiegħu f’konformità ma' standards ta’ awditu aċċettati internazzjonalment. Il-Liechtenstein jista' jibbaża d-deċiżjoni tiegħu dwar id-deżinjazzjoni fuq jekk is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll humiex essenzjalment l-istess bħal dawk fis-seħħ għall-perjodu preċedenti u jekk iffunzjonawx b’mod effikaċi. Jekk ir-riżultati tal-awditu u tal-kontroll eżistenti juru li l-korp deżinjat ma għadux konformi mal-kriterji tad-deżinjazzjoni, il-Liechtenstein għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura li jinstab rimedju għan-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tal-kompiti ta’ dak il-korp, inkluż billi tintemm id-deżinjazzjoni. 

Artikolu 14

Definizzjoni tas-sena finanzjarja

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, is-sena finanzjarja msemmija fl-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, għandha tkopri n-nefqa mħallsa u d-dħul irċevut u mdaħħla fil-kontijiet tal-Awtorità Responsabbli fil-perjodu li jibda mis-16 ta’ Ottubru tas-sena “N-1” u jintemm fil-15 ta’ Ottubru tas-sena “N”.

Artikolu 15

Eliġibbiltà tan-nefqa

B’deroga mill-Artikolu 17(3)(b) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, in-nefqa għandha tkun eliġibbli meta din tkun tħallset mill-Awtorità Responsabbli qabel id-deżinjazzjoni formali tagħha mill-Awtorità Responsabbli f’konformità mal-Artikolu 13 ta' dan il-Ftehim, dment li s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll applikati qabel ikunu essenzjalment l-istess bħal dawk fis-seħħ wara d-deżinjazzjoni formali tal-Awtorità Responsabbli.

Artikolu 16

Talba għal pagament tal-bilanċ annwali

1.    Sal-15 ta’ Frar tas-sena wara s-sena finanzjarja, il-Liechtenstein għandu jippreżenta lill-Kummissjoni d-dokumenti u l-informazzjoni meħtieġa fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

B’deroga mill-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-Liechtenstein għandu jissottometti lill-Kummissjoni l-opinjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 sal-15 ta' Marzu tas-sena wara s-sena finanzjarja.

Id-dokumenti sottomessi msemmija f'dan il-paragrafu għandhom iservu ta’ talba għal pagament tal-bilanċ annwali.

2.    Id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitfasslu skont il-mudelli adottati mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 44(3) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014.

Artikolu 17

Rapport ta’ implimentazzjoni

B’deroga mill-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-Liechtenstein għandu jissottometti lill-Kummissjoni rapport annwali dwar l-implimentazzjoni ta’ programm nazzjonali fis-sena finanzjarja preċedenti sal-15 ta’ Frar ta’ kull sena sa u inkluż l-2022 u jista’, fil-livell xieraq, jippubblika din l-informazzjoni.

L-ewwel rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali għandu jiġi ppreżentat fil-15 ta’ Frar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim jew il-bidu tal-applikazzjoni proviżorja tiegħu.

L-ewwel rapport għandu jkopri s-snin finanzjarji mill-2014 ’il quddiem sas-sena finanzjarja qabel kien dovut l-ewwel rapport annwali f’konformità mat-tieni subparagrafu. Il-Liechtenstein għandu jissottometti rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali sal-31 ta’ Diċembru 2023.

Artikolu 18

Sistema ta’ skambju elettroniku tad-dejta

Skont l-Artikolu 24(5) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, l-iskambji tal-informazzjoni uffiċjali kollha bejn il-Liechtenstein u l-Kummissjoni għandhom jitwettqu permezz ta’ sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika stabbilita mill-Kummissjoni għal dak l-għan.

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ

1.Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jkollu l-irwol tad-depożitarju ta' dan il-Ftehim.

2.Il-Partijiet għandhom japprovaw dan il-Ftehim skont il-proċeduri tagħhom. Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija ta' dawk il-proċeduri.

3.Dan l-Arranġament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara l-jum tal-aħħar notifika msemmija fil-paragrafu 2.

4.Bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 5, il-Partijiet għandhom japplikaw dan il-Ftehim mill-jum ta' wara l-firma tiegħu, bla ħsara għal rekwiżiti kostituzzjonali.

Artikolu 20

Validità u terminazzjoni

1.Kemm l-Unjoni kif ukoll il-Liechtenstein jistgħu jtemmu dan il-Ftehim billi jinnotifikaw lill-Parti l-oħra bid-deċiżjoni tagħhom. Il-Ftehim għandu jieqaf japplika tliet xhur wara d-data ta’ tali notifika. Il-proġetti u l-attivitajiet li jkunu għaddejjin fil-mument tat-terminazzjoni għandhom jissoktaw skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Ftehim. Il-Partijiet għandhom isolvu bi ftehim reċiproku kwalunkwe konsegwenzi oħra dwar it-terminazzjoni.

2.Dan il-Ftehim għandu jiġi tterminat meta l-Protokoll ta' Assoċjazzjoni mal-Liechtenstein jiġi tterminat skont l-Artikolu 5(4), l-Artikolu 11(1) jew l-Artikolu 11(3) tal-Protokoll ta' Assoċjazzjoni mal-Liechtenstein.

Artikolu 21

Lingwi

Dan il-Ftehim jitfassal f'kopja waħda oriġinali bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana, u Ungeriża, b'kull test ikun ugwalment awtentiku.


ANNESS

Formula għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għas-snin 2019 u 2020 u d-dettalji tal-ħlas

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Liechtenstein għall-ISF-Fruntieri u Viża msemmija fit-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 5(7) tar-Regolament 515/2014 hija kkalkulata kif ġej għas-snin 2019 u 2020:

Għal kull sena minn 2013 sa 2017, iċ-ċifri finali aġġornati tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) tal-Liechtenstein disponibbli fil-31 ta' Marzu ta' 2019 għandhom jiġu diviżi bit-total taċ-ċifri tal-PDG tal-Istati kollha li jipparteċipaw fl-ISF-Fruntieri u Viża għas-sena rispettiva. Il-medja tal-ħames perċentwali miksuba għas-snin 2013 sa 2017 għandha tiġi applikata għas-somma tal-approprjazzjonijiet annwali attwali tal-ISF-Fruntieri u Viża għas-snin 2014 sal-2019 u approprjazzjonijiet ta’ impenn annwali tal-ISF-Fruntieri u Viża għas-sena 2020 kif inkluż fl-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 adottat mill-Kummissjoni sabiex jinkiseb l-ammont totali li għandu jitħallas mil-Liechtenstein matul il-perjodu kollu tal-implimentazzjoni tal-ISF-Fruntieri u Viża. Minn dan l-ammont, il-pagamenti annwali effettivament magħmula mil-Liechtenstein skont l-Artikolu 10(1) ta’ dan il-Ftehim għandhom jiġu mnaqqsa sabiex jinkiseb l-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tiegħu għas-snin 2019 u 2020. Nofs dan l-ammont għandu jitħallas fl-2019 u n-nofs l-ieħor fl-2020.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titħallas f'EUR.

Il-Liechtenstein għandu jħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja rispettiva tiegħu mhux aktar tard minn 45 jum wara li jirċievi n-nota ta’ debitu. Kull dewmien fil-ħlas tal-kontribut għandu jiskatta l-ħlas ta' mgħax ta' inadempjenza fuq l-ammont mhux imħallas mid-data dovuta. Ir-rata tal-imgħax tkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta' rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikat fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tkun fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xhur tad-data ta' skadenza, miżjuda bi 3,5 punti perċentwali.

(1) ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p, 143).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 112).
(4) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1) kif l-aħħar emendat bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 547/2014 tal-15 ta' Mejju 2014 (ĠU L 163. 29.5.2014, p. 18).
(5) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(7) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(8) ĠU L 1, 3.1.1994, p. 461.