IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Strasburgu, 5.7.2016
COM(2016) 447 final
2016/0207(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 230/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi
{SWD(2016) 222 final}
{SWD(2016) 225 final}
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
Il-Memorandum ta' Spjegazzjoni jikkonċerna proposta leġiżlattiva għal Regolament li jemenda r-Regolament (UE) Nru 230/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi.
Il-proposta leġiżlattiva għandha l-għan li ddaħħal Artikolu ġdid fit-Titolu II tar-Regolament (UE) Nru 230/2014 sabiex testendi l-assistenza tal-Unjoni f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni biex jintużaw biex jibnu l-kapaċità ta' atturi militari f'pajjiżi sħab sabiex jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli u b'mod partikolari l-kisba ta' soċjetajiet paċifiċi u inklussivi.
•Raġunijiet u għanijiet tal-proposta
Ir-rabta bejn is-sigurtà u l-iżvilupp intgħarfet kemm fil-livell Ewropew u kemm fil-livell internazzjonali. Il-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp tal-2005 diġà għaraf din ir-rabta, li hija waħda ċentrali għall-massimizzazzjoni tal-effikaċja tal-azzjoni esterna tal-UE. Appoġġ għas-sistemi ta' sigurtà tal-pajjiżi sħab, bħala parti minn proċess ta' riforma usa' biex tiġi pprovduta sigurtà effikaċi u responsabbli lill-Istat u lill-individwi, jikkontribwixxi għall-għanijiet tal-UE ta' żvilupp sostenibbli u inklussiv, bini ta' stati u l-istat tad-dritt. Is-sigurtà tal-bniedem tinkludi approċċi orjentati lejn il-prevenzjoni, speċifiċi għall-kuntest, komprensivi, plurisettorjali u li jiffukaw fuq in-nies. Dan hu partikolarment il-każ meta jkun ċar li mingħajr sigurtà, l-aċċess għan-nies l-iktar fir-riskju li jibqgħu l-art f'ambjent ta' kunflitt ikun limitat u eżiti effikaċi ta' xogħol umanitarju jew ta' żvilupp ikun inqas probabbli.
L-adozzjoni tal-Aġenda għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-2030 tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) u l-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG) 16 tagħha dwar il-"paċi u l-ġustizzja" tenfasizza l-importanza tal-promozzjoni ta' soċjetajiet paċifiċi u inklussivi, l-għoti ta' aċċess għall-ġustizzja għal kulħadd, u l-bini ta' istituzzjonijiet effikaċi u responsabbli fil-livelli kollha. SDG 16 jenfasizza l-bżonn li jissaħħu l-istituzzjonijiet nazzjonali rilevanti, inkluż permezz ta' kooperazzjoni internazzjonali għall-bini ta' kapaċità fil-livelli kollha. B'mod partikolari fi Stati fraġli u affettwati mill-kunflitti, l-indirizzar tal-investimenti b'konformità ma' prinċipji ta' effikaċja tal-iżvilupp jgħin biex jiġu indirizzati l-għeruq tal-kawżi tal-kunflitt u l-fraġilità. L-UE tappoġġa l-"Patt il-Ġdid għal Impenn fi Stati Fraġli" u l-enfasi li tqiegħed fuq in-ness tas-sigurtà u l-iżvilupp.
Id-Direttivi ta' Rappurtar riveduti mill-OECD-DAC dwar l-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) fil-qasam tal-paċi u s-sigurtà jipprovdu iktar ċarezza u żvilupp ulterjuri tal-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli ODA għas-settur tas-sigurtà. Huma jżommu bosta salvagwardji, l-iktar in-natura prinċipalment ċivili tal-ODA, għalkemm sostenn lill-militar jista' jkun rikonoxxut bħala ODA f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni u delimitati b'mod ċar.
Il-Komunikazzjoni Konġunta It-Tisħiħ tal-Kapaċitajiet sabiex jitwieżnu s-Sigurtà u l-Iżvilupp (JOIN(2015) 17 final) analizzat kif l-appoġġ tal-UE biex tgħin tibni l-kapaċitajiet ta' sħabha jista' jitjieb. Il-Komunikazzjoni identifikat lakuni fil-kapaċità tal-UE biex tappoġġa l-bini ta' kapaċitajiet tas-sħab fis-settur tas-sigurtà, minkejja l-ammont ta' azzjonijiet, li diġà huma appoġġati, inklużi amministrazzjoni ċivili effikaċi u kontroll ċivili tas-sistema ta' sigurtà. Il-Komunikazzjoni Konġunta kkonkludiet li, "attwalment ma hemm l-ebda strument fil-baġit tal-UE maħsub sabiex jipprovdi finanzjament komprensiv għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet għas-sigurtà fil-pajjiżi sħab, b’mod partikolari l-komponent militari tagħhom."
In-nuqqas ta' indirizzar tal-bżonnijiet operattivi tas-sħab ixekkel il-ksib tal-għanijiet essenzjali għall-iżvilupp, jiġifieri t-trawwim ta' kundizzjonijiet għall-paċi u s-sigurtà tal-bniedem. It-titjib tal-funzjonament tal-atturi militari u t-tisħiħ tal-governanza tagħhom, partikolarment f'kuntesti fraġli u pajjiżi li qed jemerġu minn kunflitt, jikkontribwixxi għall-paċi, is-sigurtà tal-bniedem u l-istabilità, u għalhekk għall-ksib tal-SDGs. L-inabilità ta' finanzjament tal-bini ta' kapaċità fis-settur tas-sigurtà (kemm tagħmir u kemm taħriġ) itellef l-abilità tas-sħab li jissodisfaw il-bżonnijiet ta' żvilupp tagħhom.
L-objettivi speċifiċi tal-proposta huma li: i) tikkontribwixxi għat-titjib tal-kapaċità tal-pajjiżi sħab biex jipprevjenu u jġestixxu l-kriżijiet waħedhom; ii) tikkontribwixxi għat-titjib tal-effikaċja tal-azzjonijiet tal-iżvilupp tal-Unjoni billi taħdem mal-atturi kollha tas-sigurtà, inkluż il-militar, billi tiggarantixxi l-bini ta' kapaċità b'sostenn għas-sigurtà u l-iżvilupp mill-UE, malajr kemm jista' jkun, b'mod flessibbli u komprensiv; u iii) tikkontribwixxi għall-iżgurar tar-rispett tal-istat tad-dritt, tal-governanza tajba kif ukoll tal-kontroll ċivili msaħħaħ u kontroll fuq il-militar f'pajjiżi terzi.
•Konsistenza ma' politiki oħra tal-Unjoni
L-inizjattiva preżenti hija koerenti mal-ambizzjoni li l-għodod tal-UE jingħaqdu għal sfidi ewlenin, kif spjegat fil-Komunikazzjoni Konġunta L-approċċ komprensiv tal-UE rigward il-konflitti u l-kriżijiet esterni u l-konklużjonijiet tal-Kunsill sussegwenti.
Fir-rigward tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni(PESK) tal-Unjoni, missjonijiet u operazzjonijiet tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) kemm ċivili u kemm militari (u b'mod partikolari missjonijiet ta' taħriġ) huma komponent essenzjali fl-approċċ komprensiv tal-UE għall-ġestjoni tal-kriżijiet f'pajjiżi terza u jissodisfaw il-pilastru tat-taħriġ tal-bini tal-kapaċità b'appoġġ għas-sigurtà u l-iżvilupp għall-persuna tas-sigurtà kemm ċivili u kemm tad-difiża.
Ir-riżorsi għall-operazzjonijiet militari tal-UE PSDK huma ffinanzjati mill-Istati Membri parteċipanti u permezz tal-mekkaniżmu Athena li hu maħsub biex iġestixxi l-finanzjament tal-ispejjeż komuni relatati mal-operazzjonijiet militari tal-UE taħt il-PSDK. Dawn l-ispejjeż jikkonċernaw, fost l-oħrajn, spejjeż operattiviu ta' implimentazzjoni, infrastruttura, loġistika u appoġġ għall-missjonijiet, imma mhux l-ispejjeż imġarrba minn pajjiż sieħeb appoġġat permezz ta' missjoni jew operazzjoni.
Minbarra l-baġit ġenerali tal-Unjoni, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) jipprovdi riżorsi finanzjarji għall-implimentazzjoni tal-politika ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp mal-grupp ta' stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) skont il-Ftehim ta' Sħubija ta' Cotonou. Il-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika (FPA) ġie stabbilit fl-2003 taħt il-FEŻ u sal-lum huwa l-aktar strument estensiv li jindirizza r-rabta ta' bejn is-sigurtà u l-iżvilupp, kif ukoll jipprovdi appoġġ għall-attivitajiet militari. Madankollu, il-FPA hija suġġetta għal għadd ta' limitazzjonijiet, speċjalment fil-kopertura ġeografika u esklussivament reġjonali tagħha, li tipprevjeni l-użu globali ta' din il-Faċilità fil-livell nazzjonali.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
Il-bażi ġuridika ta' din il-proposta leġiżlattiva hija l-Artikolu 209(1) u l-Artikolu 212(2) tat-TFUE.
Meta wieħed jikkunsudra l-kamp ta' applikazzjoni wiesa' tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, il-finanzjament ta' bini ta' kapaċità (appoġġ għat-taħriġ u għat-tagħmir) fis-settur tas-sigurtà fuq il-bażi tal-Artikolu 209/212 TFUE mhux per se eskluż biss minħabba n-natura militari tal-benefiċjarju. Meta wieħed iqis l-għanijiet ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni, jiġifieri li tikkontribwixxi biex ikun hemm żvilupp sostenibbli fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-finanzjament tal-militar huwa possibbli f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni (ara wkoll il-punt 5 hawn taħt dwar l-ispjegazzjoni dettaljata).
•Sussidjarjetà u proporzjonalità
Ir-Regolament propost jikkonforma mal-prinċipju ta' sussidjarjetà u mal-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE.
Azzjoni tal-UE tkun neċessarja u ġġustifikata kemm fuq il-bażi tal-għanijiet stipulati fit-Trattat u kemm fuq il-prinċipju ta' sussidjarjetà. Appoġġ tal-UE komprensiv u flessibbli għas-settur tas-sigurtà jkollu l-valur miżjud li jippermettu azzjonijiet fit-terminu qasir u f'dak twil biex tinvolvi l-atturi kollha tas-sigurtà f'pajjiż, u jippermetti koordinament aħjar għal dak l-appoġġ. Interventi fil-livell tal-UE jistgħu jiksbu s-sigurtà u l-istabilità aħjar u jkunu ta' inċentiv għal sforzi internazzjonali iktar effikaċi dwar is-sigurtà u l-iżvilupp.
•Għażla tal-istrument
Il-proposta leġiżlattiva għandha l-forma ta' Regolament li jemenda att ġuridiku eżistenti.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Il-konsultazzjoni pubblika onlajn biex tiġbor il-fehmiet tal-pubbliku tnediet fl-1 ta' April u ntemmet fis-27 ta' Mejju 2016. B'kollox, waslu 78 tweġiba, il-parti l-kbira minnhom mingħand ċittadini privati. Għadd ta' Stati Membri (ir-Repubblika Ċeka, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Portugall u Spanja) taw il-kontribut tagħhom għall-inizjattiva fil-forma ta' dokument informali maħruġ fil-15 ta' April 2016.
Kumplessivament, it-tweġibiet indikaw appoġġ qawwi għat-tliet prinċipji ewlenin li jirfdu l-inizjattiva, jiġifieri: i) settur tal-sigurtà effikaċi, leġittimu u responsabbli f'pajjiżi sħab jista' jikkontribwixx għall-paċi, is-sigurtà tal-bniedem u l-iżvilupp sostenibbli; ii) in-ness tal-iżvilupp tas-sigurtà għandu jkun integrat aħjar fl-istrateġiji ta' appoġġ tal-UE sabiex jikkontribwixxi aħjar għall-iżvilupp sostenibbli f'pajjiżi sħab, u iii) it-tisħiħ tal-governanza ta' atturi militari, b'mod partikolari f'pajjiżi fraġli u pajjiżi li qed jemerġu mill-kunflitt, jista' jwassal għal stabilità u għas-sodisfar tal-għanijiet tal-iżvilupp sostenibbli.
•Valutazzjoni tal-impatt
Il-proposta leġiżlattiva hija appoġġata minn valutazzjoni tal-impatt. Ir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt jeżamina l-alternattivi politiċi differenti li jissodisfaw l-għanijiet speċifiċi u jivvaluta alternattivi li ma jinkludux il-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jinkludu l-baġit ġenerali tal-Unjoni.
Il-valutazzjoni tal-impatt tikkonkludi li emenda tal-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi (IcSP) ikun, fid-dawl tal-għanijiet, iż-żmien, il-kopertura ġeografika, u l-flessibilità fl-implimentazzjoni tiegħu bħala strument ta' kriżi, l-iktar alternattiva xierqa u effikaċi fit-terminu l-qasir. Il-valutazzjoni tal-impatt tispjega wkoll li implimentazzjoni komprensiva tal-inizjattiva CBSD (jiġifieri tinkludi appoġġ lill-militar għal finijiet relatati mad-difiża) tkun tirrikjedi l-ikkombinar ta' strument baġitarju (għal kompiti ta' żvilupp) ma' mekkaniżmu ieħor possibilment ekstrabaġitarju.
Drittijiet fundamentali
Il-proposta leġiżlattiva tiżgura li miżuri ta' assistenza skont id-dispożizzjonijiet il-ġodda fir-rigward ta' bini ta' kapaċità b'appoġġ għas-sigurtà u l-iżvilupp jiġu implimentati skont id-dritt internazzjonali, inkluż id-dritt internazzjonali umanitarju. Il-Kummissjoni se timmonitorizza l-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri ta' assistenza biex tiżgura l-konformità mal-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
F'termini ta' spejjeż, ikun hemm bżonn ta' baġit ta' EUR 100 000 000 tul il-perjodu 2017-2020. L-inizjattiva tkun iffinanzjata permezz ta' riassenjazzjoni fl-Intestatura IV tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. Ma tiġi mobilizzata l-ebda riżorsa addizzjonali. L-implimentazzjoni tkun irregolata mir-Regolament (UE) Nru 236/2014.
5.ELEMENTI OĦRAJN
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar
Il-modalitajiet ta' monitoraġġ u evalwazzjoni huma stipulati fl-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 236/2014 li japplika għall-istrumenti ta' finanzjament esterni kollha tal-UE, inkluż l-IcSP, li hija l-alternattiva ppreferuta. Ir-rapportar tal-modalitajiet huma previsti wkoll f'dak ir-Regolament.
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
Din it-taqsima tipprovdi kummentarju dettaljat li juri d-dispożizzjonijiet ewlenin introdotti mir-Regolament propost biex jemenda r-Regolament (UE) Nru 230/214 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għal stabilità u paċi.
(1)Suġġett u għanijiet (l-Artikolu 1, it-Titolu I, Dispożizzjonijiet Ġenerali)
Il-fini tal-bidla fl-Artikolu 1(2) hija li tinkludi assistenza għall-atturi tas-sigurtà, inklużi l-atturi militari, fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament. Tista' tingħata assistenza fiċ-ċirkostanzi ta' eċċezzjoni deskritti hawn taħt (ara l-punt 2) fil-kuntest ta' proċess ta' riforma tar-rapport tas-settur tas-sigurtà usa' u/jew fil-bini ta' kapaċità b'appoġġ għas-sigurtà u l-iżvilupp b'konformità mal-għan ġenerali tal-ksib ta' żvilupp sostenibbli.
(2)Il-bini ta' kapaċità b'appoġġ għas-sigurtà u l-iżvilupp (l-Artikolu 3a, it-Titolu II, Tipi ta' Assistenza tal-Unjoni)
L-Artikolu 3a propost jistipula fl-ewwel paragrafu tiegħu l-assistenza tal-Unjoni tista' tintuża biex tinbena l-kapaċità ta' atturi militari f'pajjiżi sħab f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni, biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli u b'mod partikolari l-kisba ta' soċjetajiet stabbli, paċifiċi u inklussivi. Il-kisba ta' soċjetajiet stabbli, paċifiċi u inklussivi jalludu għall-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG) 16 tagħha dwar il-"paċi u l-ġustizzja", li tenfasizza l-importanza tal-promozzjoni ta' soċjetajiet paċifiċi u inklussivi, l-għoti ta' aċċess għall-ġustizzja għal kulħadd, u l-bini ta' istituzzjonijiet effikaċi u responsabbli fil-livelli kollha. SDG 16 jenfasizza l-bżonn li jissaħħu l-istituzzjonijiet nazzjonali rilevanti, inkluż permezz ta' kooperazzjoni internazzjonali għall-bini ta' kapaċità fil-livelli kollha, b'mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, biex, fost affarijiet oħra, jipprevjenu l-vjolenza u jiġġieldu t-terroriżmu u l-kriminalità. Iċ-ċirkostanzi ta' eċċezzjoni msemmija fil-paragrafu 1 huma definiti ulterjorment fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 3a l-ġdid.
Fil-paragrafu 2 tiegħu, l-Artikolu 3a juri t-tip ta' attivitajiet li jistgħu jiġu appoġġati, jiġifieri: programmi ta' bini ta' kapaċità b'appoġġ għas-sigurtà u l-iżvilupp, inkluż taħriġ, mentoring u pariri, kif ukoll bil-forniment ta' tagħmir, titjib tal-infrastruttura u l-provvista ta' servizzi oħrajn.
Fil-paragrafu 3 tiegħu, l-Artikolu 3a jiddeskrivi ulterjorment iċ-ċirkostanzi ta' eċċezzjoni msemmija fil-paragrafu 1 li l-assistenza tista' tiġi pprovduta fihom. Il-paragrafu 3 lit. a) u lit. b) iridu jinqraw b'mod kumulattiv. Il-paragrafu 3 lit. a) jirrikjedi li atturi militari jkunu ffinanzjati biss meta r-rekwiżiti ma jkunux jistgħu jiġu ssodisfati b'rikors għal atturi mhux militari biex jiġu ssodisfati adegwatament l-għanijiet tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 230/2014 u bil-premessa li l-ksib ta' soċjetajiet stabbli, paċifiċi u inklussivi ikun miċħud minn theddida serja għall-eżistenza ta' istituzzjonijiet Statali li jiffunzjonaw jew l-istituzzjonijiet Statali ma għadhomx jifilħu jlaħħqu ma' din it-theddida serja (eż. ikkollassaw). Il-paragrafu 3 lit. b) jirrikjedi li jkun jeżisti kunsens fost il-komunità internazzjonali u/jew l-Unjoni u l-pajjiż ikkonċernat li s-settur tas-sigurtà, u b'mod partikolari l-militar, huma essenzjali għall-istabbiltà, il-paċi u l-iżvilupp, partikolarment f'kuntesti fraġli u ta' kriżijiet. Dan jista' jseħħ fil-forma ta' Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew dokument ta' programmazzjoni, li kien maqbul bejn l-Unjoni u sħab internazzjonali oħrajn (eż. il-patt għal pajjiż għas-Somalja) jew l-Unjoni tkun impenjata skont it-Titolu V TUE.
Il-paragrafu 4 tal-Artikolu 3a jenfasizza l-limitazzjonijiet tal-assistenza tal-Unjoni skont dan l-Artikolu l-ġdid, ħlief: infiq militari rikorrenti, l-akkwist ta' armi u munizzjon kif ukoll taħriġ maħsub unikament għall-kontribuzzjoni għall-kapaċità ta' ġlied tal-forzi armati.
Il-paragrafu 5 tal-Artikolu 3a fih il-prinċipji ġenerali li jridu jinfurmaw l-assistenza skont dan l-Artikolu, li huma: responsabbiltà mill-pajjiż sieħeb; bżonn ta' żvilupp tal-elementi u prattiki tajbin meħtieġa għall-iżgurar ta' sostenibbiltà fit-terminu medju u dak twil kif ukoll il-promozzjoni tal-istat tad-dritt u prinċipji tad-dritt internazzjonali stabbiliti.
Finalment il-paragrafu 6 tal-Artikolu 3a jitlob it-twaqqif ta' proċeduri ta' valutazzjoni tar-riskju, monitoraġġ u evalwazzjoni relatati mal-miżuri ta' assistenza stipulati fl-Artikolu l-ġdid.
(3)Miżuri eċċezzjonali u programmi interim (l-Artikolu 7, it-Titolu III, Programmazzjoni u Implimentazzjoni)
L-Artikolu 7(1) huwa emendat biex jinkludi kontroreferenza għall-Artikolu 3a l-ġdid fejn jispeċifika li l-assistenza tal-Unjoni skont l-Artikolu 3a l-ġdid tista' tingħata permezz ta' miżuri ta' assistenza eċċezzjonali u programmi ta' reazzjoni interim.
(4)Dokumenti ta' strateġija tematiċi u programmi indikattivi pluriennali (l-Artikolu 8, it-Titolu III, Programmazzjoni u Implimentazzjoni)
L-Artikolu 8(1) huwa emendat biex jinkludi kontroreferenza għall-Artikolu 3a l-ġdid fejn jispeċifika li l-assistenza tal-Unjoni skont l-Artikolu 3a l-ġdid tista' tingħata permezz ta' dokumenti tematiċi ta' strateġija.
(5)Drittijiet tal-Bniedem (l-Artikolu 10, it-Titolu III, Programmazzjoni u Implimentazzjoni)
L-Artikolu 10(1) huwa emendat biex jestendi l-obbligu għall-implimentazzjoni ta' miżuri ta' assistenza skont id-dritt internazzjonali, inkluż id-dritt umanitarju internazzjonali, għal miżuri ta' assistenza relatati mas-CBSD skont l-Artikolu 3a propost il-ġdid.
(6)Pakkett finanzjarju (l-Artikolu 13, Titolu IV, Dispożizzjonijiet Finali)
L-Artikolu 13(1) iżid il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tar-Regolament b'EUR 100 000 000, u b'hekk il-pakkett finanzjarju tal-IcSP għandu jkun ta' EUR 2 438 719 000. Fir-rigward tas-sottodiviżjoni stipulata fl-Artikolu 13(3), din għandha tibqa' intatta, sabiex ikunu jistgħu jsiru azzjonijiet relatati mas-CBSD taħt artikoli differenti u jkunu ffinanzjati taħt linji baġitarji differenti.
2016/0207 (COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 230/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 209(1) u 212(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1)Il-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp tal-2005 għaraf ir-rabta bejn is-sigurtà u l-iżvilupp.
(2)L-Aġenda tal-2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli, adottata f'Settembru 2015, tenfasizza l-importanza tal-promozzjoni ta' soċjetajiet paċifiċi u inklussivi kemm bħala Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG 16) u kemm biex jinkisbu eżiti oħrajn tal-politika ta' żvilupp. SDG 16.a jitlob spefikament li "jissaħħu l-istituzzjonijiet nazzjonali rilevanti, inkluż permezz ta' kooperazzjoni internazzjonali għall-bini ta' kapaċitajiet fil-livelli kollha, b'mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, biex jipprevjenu l-vjolenza u jiġġieldu t-terroriżmu u l-kriminalità."
(3)L-appoġġ lill-atturi tas-settur tas-sigurtà, inkluż il-militar f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni, f'pajjiżi terzi f'kuntest ta' prevenzjoni ta' konflitti, ġestjoni ta' kriżijiet jew stabbilizzazzjoni huwa essenzjali biex jiżgura l-kundizzjonijiet xierqa għall-iżvilupp u l-qerda tal-faqar. Dawk l-azzjonijiet huma partikolarment neċessarji biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-popolazzjonijiet ċivili fiż-żoni affettwati minn kunflitt, kriżijiet jew fraġilità. Governanza tajba u kontroll femokratiku effikaċi u sorveljanza ċivili tas-sistema ta' sigurtà, inkluż il-militar, kif ukoll konformità mal-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt huma attributi essenzjali ta' Stat li jiffunzjona sew fi kwalunkwe kuntest, u għandu jkun promoss permezz ta' appoġġ lil pajjiżi terzi għal riforma usa' tas-settur tas-sigurtà.
(4)Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-19/20 ta' Diċembru 2013 enfasizza l-importanza ta' appoġġ lill-pajjiżi sħab u lill-organizzazzjonijiet reġjonali, permezz tal-għoti ta' taħriġ, parir, tagħmir u riżorsi fejn xieraq, sabiex ikunu jistgħu jipprevjenu jew iġestixxu dejjem iktar il-kriżijiet waħedhom.
(5)Fil-Komunikazzjoni Konġunta bl-isem "It-tisħiħ tal-kapaċitajiet sabiex jitwieżnu s-sigurtà u l-iżvilupp - L-għoti tas-setgħa lis-sħab sabiex jipprevjenu u jiġġestixxu l-kriżijiet", il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tennew il-bżonn għal soċjetajiet stabbli u sikuri sabiex jinkisbu l-għanijiet ta' żvilupp.
(6)Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) tat-18 ta' Mejju 2015 talbu li jiġu esplorati alternattivi għat-tisħiħ tal-koerenza u l-koordinament bejn l-azzjonijiet ta' sigurtà u żvilupp tal-UE, kif ukoll għat-titjib tat-twassil tal-bini ta' kapaċità b'appoġġ għas-sigurtà u l-iżvilupp, l-iktar f'termini ta' strumenti finanzjarji. Huma stiednu wkoll l-iżvilupp ta' qafas strateġiku mal-UE kollha għar-Riforma tas-Settur ta' Sigurtà, li jgħaqqad il-PSDK u l-għodod rilevanti l-oħra kollha tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) kif ukoll l-istrumenti ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-atturi tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja.
(7)Ir-Regolament (UE) Nru 230/2014 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.
ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 230/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) Fl-Artikolu 1(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:
"Meta tingħata assistenza tal-Unjoni lill-atturi tas-settur tas-sigurtà, din tista' tinkludi wkoll atturi militari f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni kif stipulat fl-Artikolu 3a, b'mod partikolari fil-kuntest ta' proċess ta' riforma tas-settur tas-sigurtà usa' u/jew fil-bini ta' kapaċità b'appoġġ għas-sigurtà u l-iżvilupp f'pajjiżi terzi, b'konformità mal-għan ġenerali tal-ksib ta' żvilupp sostenibbli."
(2) Jiddaħħal l-Artikolu 3a li ġej:
“Artikolu 3a
Il-bini ta' kapaċità b'appoġġ għas-sigurtà u l-iżvilupp
1.
Biex tikkontribiwxxi lejn żvilupp sostenibbli u b'mod partikolari l-kisba ta' soċjetajiet stabbli, paċifiċi u inklussivi, l-assistenza tal-Unjoni skont dan ir-Regolament tista' tintuża biex tibni l-kapaċità ta' atturi militari f'pajjiżi sħab, fiċ-ċikostanzi ta' eċċezzjoni stabbiliti fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.
2.
L-assistenza tista' tkopri b'mod partikolari l-forniment ta' programmi ta' bini ta' kapaċità b'appoġġ għas-sigurtà u l-iżvilupp, inkluż taħriġ, mentoring u pariri, kif ukoll bil-forniment ta' tagħmir, titjib tal-infrastruttura u l-provvista ta' servizzi oħrajn.
3.
Assistenza skont dan l-Artikolu tingħata biss:
(a)
meta r-rekwiżiti ma jkunux jistgħu jiġu ssodisfati b'rikors għal atturi mhux militari biex jiġu ssodisfati adegwatament l-għanijiet tal-Unjoni skont dan ir-Regolament u bil-premessa li l-ksib ta' soċjetajiet stabbli, paċifiċi u inklussivi ikun miċħud minn theddida serja għall-eżistenza ta' istituzzjonijiet Statali li jiffunzjonaw kif ukoll għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, jew l-istituzzjonijiet Statali ma għadhomx jifilħu jlaħħqu ma' din it-theddida serja; u
(b)
meta jkun hemm kunsens bejn il-pajjiż ikkonċernat u l-komunità internazzjonali u/jew l-Unjoni Ewropea li s-settur tas-sigurtà, u b'mod partikolari l-militar, huma essenzjali għall-istabbiltà, il-paċi u l-iżvilupp, partikolarment f'kuntesti u sitwazzjonijiet fraġli u ta' kriżijiet.
4.
L-assistenza tal-Unjoni ma għandhiex tintuża biex tiffinanzja:
(a)
infiq militari rikorrenti;
(b)
l-akkwist ta' armi u munizzjon;
(c)
taħriġ maħsub unikament biex jikkontribwixxi għall-kapaċità ta' ġlied tal-forzi armati.
5.
Waqt it-tfassil u l-implimentazzjoni ta' miżuri skont dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tippromwovi r-responsabbiltà tal-pajjiż sieħeb. Hija għandha tiżvilupp wkoll l-elementi u prattiki tajbin meħtieġa għall-iżgurar ta' sostenibbiltà fit-terminu medju u dak twil kif ukoll il-promozzjoni tal-istat tad-dritt u l-prinċipji tad-dritt internazzjonali stabbiliti.
6.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi proċeduri xierqa ta' valutazzjoni tar-riskju, monitoraġġ u evalwazzjoni għall-miżuri skont dan l-Artikolu."
(3)Fl-Artikolu 7, il-paragrafu (1) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“1. L-assistenza tal-Unjoni skont l-Artikolu 3 u l-Artikolu 3a kif xieraq, għandha tingħata permezz ta' miżura ta' assistenza eċċezzjonali u ta' programmi interim ta' reazzjoni."
(4)Fl-Artikolu 8, il-paragrafu (1) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“1. Id-dokumenti tematiċi ta' strateġija għandhom jikkostitwixxu l-bażi ġenerali għall-implimentazzjoni tal-assistenza skont l-Artikoli 4 u 5, u l-Artikolu 3a kif xieraq. Id-dokumenti tematiċi ta' strateġija għandhom jipprovdu qafas għall-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-pajjiżi sħab jew ir-reġjuni kkonċernati."
(5)Fl-Artikolu 10, il-paragrafu (1) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-miżuri adottati skont dan ir-Regolament fir-rigward tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, kif ukoll il-miżuri skont l-Artikolu 3a, ikunu implimentati skont id-dritt internazzjonali, inkluż id-dritt umanitarju internazzjonali."
(6)Fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 13:
In-numru "2 338 719 000" jiġi sostiwit b'"2 438 719 000".
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
Il-President
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva
1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB
1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva
1.4.Għan(ijiet)
1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva
1.6.Tul taż-żmien u impatt finanzjarju
1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar
2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet
3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
3.2.3.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 230/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi
1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB
Huma kkonċernati żewġ oqsma ta' politika:
Titolu 19: Strumenti ta’ Politika Barranija
Attività 19 02: Strument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi (IcSP) - Reazzjoni għall-kriżijiet, prevenzjoni ta' kunflitti, bini tal-paċi u tħejjija għall-kriżijiet
Titolu 21: Kooperazzjoni Internazzjonali u Żvilupp
Attività 21 05: Strument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi (IcSP) - Theddid globali u transreġjonali u emerġenti
It-titoli ta’ dawn il-kapitoli tal-baġit jikkorrispondu għall-istruttura attwali tal-istrumenti finanzjarji 2014-2020. Hu propost li jinżammu l-istess attivitajiet u l-istess t-titoli.
1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva
X◻ Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida
◻Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma' azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja
◻ Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta' azzjoni eżistenti
◻ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma' azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida
1.4.Għan(ijiet)
1.4.1.L-għan(ijiet) strateġiku/ċi pluriennali tal-Kummissjoni li l-proposta/inizjattiva hija diretta lejhom
Il-proposta għandha fil-mira l-Objettiv Strateġiku 9 – l-UE bħala Attur Globali Iktar b'Saħħtu – tal-Linji Gwida Politiċi tal-President Juncker. B'mod iktar speċifiku, hija tipprova tindirizza l-bżonn tal-UE għal Ewropa iktar b'saħħitha fil-politika barranija biex tikkontribwixxi aħjar fl-appoġġ għall-iżvilupp u l-iżgurar tal-paċi u l-prosperità fid-dinja.
Għaldaqstant, il-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni tal-2016, adottat fis-27 ta' Ottubru 2015 inkluda fl-Anness I tiegħu "strument iddedikat possibbli għall-bini ta' kapaċità fl-appoġġ għas-sigurtà u l-iżvilupp fil-pajjiżi sħab" (partita 21).
L-objettivi ġenerali tal-inizjattiva huma dawk stabbiliti fl-Artikoli 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u fl-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) b'mod partikolari:
- il-kontribuzzjoni għall-preservazzjoni tal-paċi, il-prevenzjoni tal-kunflitti u t-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali, b'konformità mal-finijiet u l-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti;
- it-trawwim tal-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, bl-għan ewlieni li jiġi eradikat il-faqar, filwaqt li tikkonforma mal-impenji u tqis l-objettivi approvati fil-kuntest tan-Nazzjonijiet Uniti u organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti oħrajn.
1.4.2.Għan(ijiet) speċifiku/iċi u attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernati
L-inizjattiva tal-bini ta' Kapaċità b'appoġġ għas-sigurtà u l-iżvilupp (CBSD) se tiġi implimentata skont ir-Regolament IcSP eżistenti jiġifieri r-Regolament (UE) Nru 230/2014 u b'hekk se jikkontribwixxi għall-għanijiet stipulati fl-Artikolu 1(1) tiegħu jiġifieri li jingħata "appoġġ dirett għall-politiki esterni tal-Unjoni billi tiżdied l-effikaċja u l-koerenza tal-azzjonijiet tal-Unjoni fl-oqsma ta' reazzjoni għall-kriżijiet, il-prvenzjoni tal-kunflitti, il-bini tal-paċi u t-tħejjija għal-kriżijiet, u fl-indirizzar tat-theddidiet globali u transreġjonali."
B'mod iktar speċifiku, l-għanijiet ta' din il-proposta se jkunu li:
tikkontribwixxi għat-titjib tal-kapaċità tal-pajjiżi sħab biex jipprevjenu u jġestixxu l-kriżijiet waħedhom;
tikkontribwixxi għat-titjib tal-effikaċja tal-azzjonijiet tal-iżvilupp tal-Unjoni billi taħdem mal-atturi kollha tas-sigurtà, inkluż il-militar, billi tiggarantixxi l-bini ta' kapaċità b'sostenn għas-sigurtà u l-iżvilupp mill-UE, malajr kemm jista' jkun, b'mod flessibbli u komprensiv; u
tikkontribwixxi għall-iżgurar tar-rispett tal-istat tad-dritt, tal-governanza tajba kif ukoll tal-kontroll ċivili msaħħaħ u kontroll fuq il-militar f'pajjiżi terzi.
Attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernata/i:
Attività 19 02: Strument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi (IcSP) - Reazzjoni għall-kriżijiet, prevenzjoni ta' kunflitti, bini tal-paċi u tħejjija għall-kriżijiet
Attività 21 05: Strument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi (IcSP) - Theddid globali u transreġjonali u emerġenti
1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija
Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi li hija diretta lejhom.
- Kapaċità mtejba tal-pajjiżi sħab biex jipprevjenu u jġestixxu l-kriżijiet waħedhom;
- Effikaċja mtejba tal-atturi kollha fis-setturi tas-sigurtà tal-pajjiżi sħab biex jaġixxu b'appoġġ għal sigurtà umana ikbar fi stati fraġli jew f'żoni bi kriżijiet spissi jew li ħerġin minn perjodu ta' kunflitt;
- Rispett ikbar tal-istat tad-dritt, tal-governanza tajba kif ukoll tal-kontroll ċivili msaħħaħ u kontroll fuq il-militar f'pajjiżi terzi;
Soċjetajiet iktar stabbli u sikuri huma prekundizzjoni għal żvilupp sostenibbli u iktar benessri, u b'hekk inaqqsu l-pressjonijiet relatati mal-fraġilità u mal-kunflitti. Għall-pajjiżi kkonċernati, l-impatt ekonomiku u fuq l-iżvilupp fit-tul ta' din l-iniżjattiva għandu jkun konsiderevoli.
1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
It-twaqqif ta' indikaturi tal-impatt u riżultati ġodda għadu xogħol għaddej. Indikatur ġenerali usa' tal-livell tas-sigurtà tal-bniedem (Libertà mill-Biża') tan-nies li jgħixu fi stati fraġli jew f'żoni bi kriżijiet spissi jew li ħerġin minn perjodu ta' kunflitt jista' jkun xieraq.
L-Istqarrija tal-Programm għall-IcSP rilevanti se tkun ikkomplementata biex tqis indikaturi ġodda.
Azzjonijiet individwali għandhom ikunu relatati ma' għanijiet speċifiċi. Dawn l-azzjonijiet se jitkejlu wkoll kontra indikaturi speċifiċi għall-proġett.
1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fit-terminu qasir jew twil
Il-proposta ssegwi l-Komunikazzjoni Konġunta mill-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar "It-tisħiħ tal-kapaċitajiet sabiex jitwieżnu s-sigurtà u l-iżvilupp" (CBSD) tat-28 ta' April 2015 (JOIN(2015) 17) u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin (fil-formazzjoni tad-Difiża) tat-18 ta' Mejju 2015 li jitolbu proposta dwar kif jista' jingħata appoġġ komprensivament u flessibilment (taħriġ u tagħmir) lill-atturi militari f'pajjiżi terzi għall-kisba tal-għanijiet politiċi tal-UE għal kooperazzjoni fl-iżvilupp.
Il-Komunikazzjoni Konġunta enfasizzat li t-titjib, permezz ta' bini ta' kapaċità b'appoġġ għal sigurtà u żvilupp, tal-funzjonament tal-atturi tas-sigurtà, inklużi l-forzi militari, kif ukoll t-tisħiħ tal-governanza tagħhom, partikolarment f'pajjiżi fraġli u pajjiżi li qed jemerġu minn kunflitt, jikkontribwixxi għall-paċi, is-sigurtà tal-bniedem u l-istabilità, u għalhekk għall-ksib tal-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli. Il-Komunikazzjoni Konġunta appoġġat ukoll sforzi tal-UE biex tingħata prijorità għall-prevenzjoni ta' kunflitti f'pajjiżi fraġli u b'kunflitti spissi filwaqt li tidentifika lakuni fil-kapaċità tal-UE biex tibni l-kapaċitajiet tas-sħab fis-settur tas-sigurtà.
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-25-26 ta' Ġunju 2015 fakkar fil-bżonn għal "għoti ta' setgħa lis-sħab biex ikunu jistgħu jipprevjenu u jġsetixxu l-kriżijiet inkluż permezz ta' proġetti konkreti ta' bini ta' kapaċità b'kamp ta' applikazzjoni ġeografiku flessibbli" li jirriflettu l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' qabel tad-19-20 ta' Diċembru 2013 li enfasizzaw "l-importanza ta' appoġġ lil pajjiżi sħab u organizzazzjonijiet reġjonali, permezz tal-għoti ta' taħriġ, pariri, tagħmir u riżorsi fejn xieraq, biex ikunu jistgħu jipprevjenu jew iġestixxu dejjem iktar il-kriżijiet waħedhom."
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE
Azzjoni tal-UE tkun neċessarja u ġġustifikata fuq il-bażi tal-għanijiet stipulati fit-Trattat, b'mod partikolari l-Artikolu 21 TUE u l-prinċipju ta' sussidjarjetà. Appoġġ komprensiv u flessibbli fil-bini ta' kapaċità għas-sigurtà u l-iżvilupp (CBSD) fil-livell tal-UE jkollu l-benefiċċju li jippermettu azzjonijiet fit-terminu qasir u f'dak twil biex tinvolvi l-atturi kollha tas-sigurtà f'pajjiż, u jippermetti koordinament aħjar għal dak l-appoġġ.
Interventi fil-livell tal-UE jistgħu jiksbu s-sigurtà u l-istabilità aħjar u jkunu ta' inċentiv għal sforzi internazzjonali iktar effikaċi dwar is-sigurtà u l-iżvilupp. L-għan politiku tat-twassil għal sitwazzjoni ta' sigurtà għall-UE ma jistax jinkiseb mingħajr impenn effikaċi ma' sħab f'pajjiżi mhux tal-UE u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali.
L-operazzjonijiet tal-Unjoni u dawk tal-Istati Membri għandhom jikkomplementaw u jsaħħu lil xulxin b'konformità mal-Artikolu 212(1) TFUE. L-UE u l-Istati Membru tagħha għandhom rwol permezz tal-approċċ komprensiv fil-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti u l-kawżi tagħhom.
1.5.3.Tagħlim miksub minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
Avvanzi futuri fit-tnaqqis tal-faqar u kisbiet iktar fit-tul fl-iżvilupp sostenibbli fil-kuntest tal-ksib tal-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli 16 (Paċi, ġustizzja u istituzzjonijiet b'saħħithom) se jkunu jiddependu bil-kbir fuq il-kapaċità biex jiġu indirizzati b'mod effikaċi l-għeruq tal-kawżi tal-fraġilità u speċjalment in-nuqqas ta' sigurtà.
Parti sinifikanti tal-programmi ta' assistenza esterna ffinanzjata mill-istrumenti ta' kooperazzjoni teknika u tal-iżvilupp diġà jittrattaw l-isfidi ta' sigurtà u żvilupp permezz ta' multipliċità ta' kanali u strumenti differenti. Madankollu, sħab ta' pajjiżi terzi li fittxu appoġġ għall-forniment ta' bini ta' kapaċità b'appoġġ għas-sigurtà u l-iżvilupp inkluż taħriġ jew tagħmir mhux dejjem kienu f'qagħda li jirċevuh peress li l-istrumenti tal-UE attwali mhumiex mgħammra biex jissodisfaw dan il-bżonn b'mod flessibbli.
Il-Komunikazzjoni Konġunta tidentifika lakuna fil-kaxxa tal-għodda tal-UE relatata mal-appoġġ għall-atturi militari tal-pajjiżi sħab biex jipprovdu l-istabilità meħtieġa biex jippermettu l-attivitajiet ta' żvilupp.
Lakuna bħal din tafettwa l-effikaċa u s-sostenibilità tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, inkluża l-politika tal-iżvilupp tagħha. F'ambjent ta' sigurtà globali li qed jiddeterjora, il-limitazzjonijiet tal-kaxxa tal-għodda tal-UE attwali tal-istrumenti tal-azzjoni esterna jxekklu l-kapaċità tagħha li tindirizza komprensivament din il-kwistjoni, ittejjeb il-kooperazzjoni, u b'hekk tikkontribwixxi b'mod effikaċi l-isforzi ta' żvilupp.
1.5.4.Il-kompatibbiltà u s-sinerġija possibbli ma’ strumenti oħrajn xierqa
L-inizjattiva se tiżgura:
(a) koerenza ma’ azzjonijiet oħra tal-UE (inklużi azzjonijiet tal-PESK) bħala parti minn approċċ komprensiv tal-UE usa' marbut mal-konflitti u l-kriżijiet esterni;
(b) konsistenza, koordinament u komplementarjetà tal-kapaċitajiet u strumenti differenti għat-terminu l-qasir u dak twil, abbażi ta' viżjoni strateġika komuni.
L-azzjonijiet differenti skont l-inizjattiva proposta għandhom ikunu mfassla b'konformità mal-qafas ta' Riforma l-ġdid mal-UE kollha tas-Settur tas-Siġurtà (SSR), inkluż prinċipji ta' monitoraġġ u evalwazzjoni u qafas ta' ġestjoni tar-riskju ddedikat. Il-programmi jkollhom jistabbilixxu kif ikunu adatti fil-pajjiż tal-UE rilevanti jew fl-istrateġiji reġjonali, u jkunu mfassla u ppjanati b'mod li jiżguraw l-involviment tal-atturi tal-UE rilevanti kollha.
1.6.Tul taż-żmien u impatt finanzjarju
X◻ Proposta/inizjattiva b’tul ta’ żmien limitat
–X◻
◻Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-01/01/2017 sal-31/12/2020
–◻
◻
Impatt finanzjarju mill-2017 sal-2020
◻ Proposta/inizjattiva b’tul ta’ żmien mhux limitat
–Implimentazzjoni b'perjodu ta' bidu mill-SSSS sal-SSSS,
–segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)
X◻ Ġestjoni Diretta mill-Kummissjoni
–X◻ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
–◻
◻mill-aġenziji eżekuttivi
◻ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
X◻ Ġestjoni indiretta billi l-kompiti tal-implimentazzjoni baġitarja jiġu ddelegati lil:
–◻ pajjiżi terzi jew il-korpi nnominati minnhom;
–X◻ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
–◻ il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;
–◻ korpi msemmijin fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;
–X◻ korpi tad-dritt pubbliku;
–X◻ korpi rregolati mid-dritt privat li l-missjoni tas-servizz pubbliku tagħhom tkun li huma jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–X◻ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
–Jekk ikun indikat aktar minn metodu wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.
Kummenti
Japplikaw ir-regoli ta' ġestjoni tar-Regolament (UE) Nru 236/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għall-finanzjament tal-azzjoni esterna.
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.
Id-Delegazzjoni tal-UE u s-servizzi tal-Kummissjoni se jkomplu jimmonitorizzaw l-implimentazzjoni tal-proġetti CBSD ma' atturi militari inkluż permezz ta' żjarat fuq il-post, filwaqt li jipprovdu informazzjoni prezzjuża lill-maniġers dwar il-progress jew in-nuqqas tiegħu fil-konfront ta' għanijiet stabbiliti filwaqt li jgħinu biex jidentifikaw/jantiċipaw id-diffikultajiet possibbli biex tittieħed azzjoni korrettiva.
Jistgħu jiġu kkuntrattati wkoll esperti esterni indipendenti biex jivvalutaw u jevalwaw il-prestazzjoni tal-programmi CBSD. Dawn il-valutazzjonijiet u evalwazzjonijiet, kemm interni u kemm esterni, se jikkontribwixxu għar-responsabbiltà, u għat-titjib tal-interventi attwali; dawn se joħorġu tagħlimiet mill-esperjenzi biex jinformaw il-politiki u l-azzjonijiet futuri bl-użu tal-kriterji ta' evalwazzjoni OECD-DAC rikonoxxuti internazzjonalment inkluż l-impatt (potenzjali).
2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll
2.2.1.Riskju/i identifikat(i)
L-ambjent tar-riskju:
Appoġġ għall-atturi militari f'pajjiżi affettwati mill-kunflitti jfisser firxa wiesgħa ta' riskji (kuntestwali, programmatiċi, reputazzjonali u istituzzjonali) li jistgħu jolqtu ħażin l-effikaċja u s-sostenibilità tal-appoġġ CBSD. L-użu ħażin possibbli tat-tagħmir ipprovdut, li in extremis jistgħu jintużaw mill-forzi lokali għal finijiet li jistgħu jwasslu għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u/jew jiġu ttrasferiti lil atturi nonamikevoli, (eż gruppi armati mhux statali li jikkonfiskaw it-tagħmir) jeħtieġ attenzjoni speċjali waqt it-tfassil tal-proġett u waqt l-implimentazzjoni tal-proġett permezz ta' arranġamenti ta' monitoraġġ mill-qrib. L-esklużjoni ta' tagħmir letali toffri xi garanziji kontra l-użu ħażin tal-assistenza; madankollu, tagħmir militari mhux letali jista' jintuża ħażin minn perspettiva tad-dritt umanitarju internazzjonali.
Mitigazzjoni tar-riskji:
Il-miżuri CBSD se jeskludu l-finanzjament ta' armi u munizzjon li jillimita r-riskji inerenti ta' użu ħażin potenzjali tat-tagħmir.
Barra minn hekk, sabiex tnaqqas ir-riskji possibbli u skont il-Komunikazzjoni Konġunta li talbet l-iżvilupp ta' metodoloġija ta' ġestjoni tar-riskju dwar l-appoġġ tal-UE lis-settur tas-sigurtà tal-pajjiżi jew l-organizzazzjonijiet sħab, valutazzjoni tar-riskju speċifika se tkun obbligatorja għall-programmi CBSD kollha maħsuba għall-kooperazzjoni mal-mitiliar ta' pajjiżi terzi sħab. Ir-riskji se jkomplu jkunu mmonitorizzati kontinwament waqt l-implimentazzjoni tal-proġetti.
Qed jiġu żviluppati modalitajiet ta' monitoraġġ u valutazzjoni tar-riskju speċifiċi fil-kuntest tal-qafas politiku SSR.
It-tagħlimiet meħuda mill-esperjenzi fir-rigward tal-oqfsa ta' ġestjoni tar-riskju b'appoġġ baġitarju kif ukoll prattika emerġenti ta' punti ta’ riferiment tal-prestazzjoni ta' missjoni CSDP kollha jkunu ta' kontribuzzjoni prezzjuża għal dan l-eżerċizzju.
Modalitajiet ta' valutazzjoni tar-riskju speċifiċi applikabbli għas-CBSD jistgħu jinkludu imma mhumiex limitati għal:
- Valutazzjonijiet ta' Riskju ta' Kunflitt (abbażi ta' għodod ta' riskju strutturali bħall-GCRI (l-Indiċi ta' Riskju ta' Kunflitt Globali) żviluppat mill-JRC) u
- Oqfsa ta' Analiżi tal-Kunflitti biex jiġu żviluppati fehim kondiviż u monitoraġġ regolari tas-sitwazzjoni minn atturi tas-sigurtà tal-iżvilupp umanitarju.
L-impenn għall-iżgurar tat-trasparenza u l-impatt tal-infiq fuq il-paċi u s-sigurtà u r-rintraċċar tal-kontribuzzjoni tiegħu biex jinkisbu l-miri SDG 16 jista' jindirizza dak li xi partijiet kkonċernati jistgħu jipperċepixxu bħala riskju għat-"titolizzazzjoni tal-iżvilupp".
Bħala parti mill-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju ta' hawn fuq, l-appoġġ tal-UE għas-CBSD ukoll jeħtieġ li jkun ibbażat fuq analiżi tal-kuntatt/kunflitt u jkun sensittiv għall-kunflitt (analiżi speċifika għall-kuntest). Il-prinċipju "tagħmilx ħsara" se jkun prinċipju sottostanti ewlieni għas-CBSD. Analiżi profonda tas-sitwazzjoni politika u tas-sigurtà tal-pajjiż ikkonċernat u tar-riskji relatati potenzjali jkollha ssir fil-ħin bil-ħsieb li tkun iddeterminata l-kapaċità tal-Unjoni biex tassisti jiġifieri biex jiġi evitat l-użu ħażin tal-appoġġ. Id-Delegazzjonijiet tal-UE se jkunu involuti fit-twettiq tal-valutazzjonijiet rilevanti. Dawn il-valutazzjonijiet se jkopru, fost affarijiet oħra, implikazzjonijiet tar-riżorsi, rendikont tal-isforzi tal-atturi l-oħrajn; assistenza ppjanata biex isiru sforzi ta' bini ta' kapaċità; valutazzjoni tal-bżonnijiet speċifiċi tal-pajjiż kif ukoll għanijiet u punti ta' riferiment għall-monitoraġġ tal-progress. Aspetti importanti oħrajn bħal responsabbiltà lokali mill-pajjiż sieħeb, kapaċità ta' assorbiment, u sostenibilità fit-terminu medju u twil kif ukoll artikolazzjoni ma' programmi SSR usa' u għal terminu itwal fis-settur tal-governanza jkunu parti mill-analiżi speċifika għall-kuntest.
2.2.2.Informazzjoni li tikkonċerna s-sistema stabbilita ta’ kontroll intern
L-arkitettura ta' Kontroll Intern tal-FPI/DEVCO
Il-kontroll intern / il-proċess ta' ġestjoni tal-FPI/DEVCO huwa mfassal biex jipprovdi assigurazzjoni raġjonevoli fir-rigward tal-ġestjoni finanzjarja tajba tal-operazzjonijiet tiegħu, tal-affidabbiltà tar-rapportar finanzjarju tiegħu u tal-konformità mal-qafas leġiżlattiv u proċedurali rilevanti.
Effikaċja, effiċjenza u ekonomija
Biex jiġi żgurat li l-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba jkunu rispettati (u biex jiġi mitigat il-livell għoli ta' riskju fl-ambjent tiegħu ta' għajnuna esterna), flimkien mal-elementi kollha tal-proċess ta' Ppjanar u Programmazzjoni Strateġiċi tal-Kummissjoni, l-ambjent ta' awditjar intern u rekwiżiti tal-Prinċipji tal-Kontroll Intern tal-Kummissjoni, l-FPI/DEVCO se jkomplu jaddattaw l-ambjent ta' kontroll tagħhom li jinkludi:
–
Ġestjoni devoluta tal-proġetti mid-Delegazzjonijiet tal-UE fil-qasam meta jkun xieraq;
–
Linji ta' responsabbiltà finanzjarja ċari u formalizzati (mill-uffiċjal Awtorizzanti Ddelegat) permezz ta' sottodelegazzjoni għall-Kap tal-Unità jew Kap tad-Delegazzjoni rispettiv;
–
Rappurtar regolari mid-Delegazzjonijiet tal-UE lill-KWARTIERI Ġenerali (Rapporti dwar il-Ġestjoni ta' Assistenza Esterna għal DEVCO u rapporti tal-uffiċjal awtorizzanti sottodelegati għall-FPI), inkluża d-Dikjarazzjoni annwali ta' Assigurazzjoni mill-Kap tad-Delegazzjoni;
–
Provvista ta’ programm sostanzjali ta’ taħriġ għall-persunal kemm fil-kwartieri ġenerali kif ukoll fid-Delegazzjonijiet tal-UE;
–
Appoġġ u gwida sinifikanti tal-kwartieri ġenerali/id-Delegazzjoni tal-UE;
–
Missjonijiet regolari ta' "verifika/sorveljanza" lejn Delegazzjonijiet tal-UE "devoluti";
–
Metodoloġija tal-ġestjoni taċ-ċiklu tal-proġett u l-programm inkluż:
a) meta xieraq, l-għodod ta' appoġġ għall-kwalità għat-tfassil tal-intervent, il-metodu tat-twassil tiegħu, il-mekkaniżmu ta' finanzjament, is-sistema tal-ġestjoni, il-valutazzjoni u l-għażla ta' kwalunkwe sieħeb ta' implimentazzjoni;
b) il-ġestjoni ta' programmi u proġetti, l-għodod ta' monitoraġġ u rappurtar għal implimentazzjoni effikaċi inkluż il-monitoraġġ estern regolari tal-proġetti fuq il-post;
c) komponenti ta' valutazzjoni u ta' awditjar.
Rappurtar Finanzjarju u Kontabbiltà
L-FPI/DEVCO se jkompli jaħdem biex jilħaq l-ogħla standards ta' kontabbiltà u ta' rappurtar finanzjarju billi juża s-sistema ta' kontabbiltà bbażata fuq id-dovuti tal-Kummissjoni (ABAC) kif ukoll l-għodod speċifiċi għall-għajnuna esterna.
2.2.3.Stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta’ żball
L-objettiv ta' konformità għall-istrument hu li l-livell storiku ta' riskju ta' nuqqas ta' konformità jinżamm (rata ta' żball) għall-portafoll FPI/DEVCO li huwa livell residwu "nett" ta' żball (fuq bażi pluriennali wara li l-kontrolli u l-korrezzjonijiet kollha ppjanati jkunu ġew eżegwiti fuq kuntratti magħluqa) ta' inqas minn 2 %.
Dan tradizzjonalment jikkorrespondi għal firxa stmata ta' żbalji ta' 2-5 % f’termini ta' kampjun aleatorju annwali ta' tranżazzjonijiet imwettqa mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri għall-finijiet tad-Dikjarazzjoni annwali ta' Assigurazzjoni (DAS).
L-FPI/DEVCO jqis li dan huwa l-aktar riskju ta' nuqqas ta' konformità baxx, li jista' jiġi akkwistat billi jiġi kkunsidrat l-ambjent ta' riskju għoli tiegħu u billi jitqiesu l-piż amministrattiv u l-effikaċja f'termini ta' spejjeż meħtieġa għall-kontrolli ta' konformità.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet
Speċifika l-miżuri ta' prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti.
Miżuri preventivi għall-irregolaritajiet
Minħabba l-ambjent ta' riskju ltas-CBSD, jeħtieġ li s-sistemi ta' kontroll jantiċipaw żbalji ta' konformità potenzjali (irregolaritajiet) fit-tranżazzjonijiet u jibnu livell għoli ta’ kontrolli ta’ prevenzjoni, skoperta u korrezzjoni malajr kemm jista’ jkun fil-proċess ta’ ħlas. Fil-prattika dan ifisser li l-kontrolli tal-konformità tal-FPI/DEVCO se jagħmlu l-akbar enfasi fuq il-kontrolli ex-ante kemm mill-awdituri esterni kif ukoll mill-persunal tal-Kummissjoni fil-qasam, qabel il-ħlas finali tal-proġett (filwaqt li xorta jsiru xi eżerċizzji ta' awditjar u kontrolli ex-post), li jmorru lil hinn sew mis-salvagwardji finanzjarji mitluba mir-Regolament Finanzjarju.
Il-qafas tal-konformità tal-FPI/DEVCO hu magħmul fost affarijiet oħra minn dawn il-komponenti sinifikanti li ġejjin:
Miżuri preventivi għall-frodi
- L-għoti ta' gwida speċifika inkluża l-Gwida Prattika għall-Kuntratti (PRAG), il-Manwal tad-DEVCO u s-sett ta' għodod għall-Ġestjoni tal-Finanzi (għas-sħab tal-implimentazzjoni) meta applikabbli.
- Taħriġ prinċipali obbligatorju li jkopri l-prevenzjoni tal-frodi u kwistjonijiet ta' skoperta għall-persunal tal-ġestjoni tal-għajnuna (maniġers tal-proġetti, uffiċċjali finanzjarji, u persunal/awdituri tal-kontroll ex-post) fil-kwartieri ġenerali u fid-Delegazzjonijiet tal-UE, b'konformità mal-Istrateġija ta' Kontra l-Frodi għar-Relazzjonijiet Esterni tal-UE u bl-istrateġiji speċifiċi kontra l-frodi kemm tal-FPI u kemm tad-DEVCO. L-Istrateġija ta' Kontra l-Frodi għar-Relazzjonijiet Esterni tal-UE tkopri l-attivitajiet kemm tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u kemm is-servizz tal-Kummissjoni tal-familja tar-relazzjonijiet esterni (DEVCO, FPI, NEAR), b'attenzjoni partikolari għall-attivitajiet imwettqa mid-Delegazzjonijiet tal-UE.
- Valutazzjoni ex-ante biex jiġi żgurat li miżuri xierqa kontra l-frodi biex jipprevjenu u jaqbdu frodi fil-ġestjoni tal-fondi tal-UE jkunu fis-seħħ fl-awtoritajiet li jġestixxu l-fondi rilevanti (kemm taħt ġestjoni diretta u kemm taħt ġestjoni indiretta).
- Monitoraġġ ex-ante tal-mekkaniżmi ta' kontra l-frodi disponibbli fil-pajjiż sieħeb (u/jew organizzazzjoni internazzjonali sieħba) bħala parti mill-valutazzjoni tal-kriterju ta' eliġibbiltà tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi għall-appoġġ mill-baġit (jiġifieri impenn attiv fil-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni, awtoritajiet ta' spezzjoni adegwati, kapaċità ġudizzjarja suffiċjenti u rispons effiċjenti u mekkaniżmi ta' sanzjonijiet).
- Il-Kummissjoni ffirmat l-Inizjattiva għat-Trasparenza tal-Għajnuna Internazzjonali (IATI) f’Accra fl-2008, fejn qablet dwar standard għat-trasparenza tal-għajnuna li jiżgura dejta aktar fil-ħin, iddettaljata u regolari fuq il-flussi u d-dokumenti tal-għajnuna. Hija ilha taħdem fuq l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-istandards IATI għall-pubblikazzjoni tal-informazzjoni tal-għajnuna minn Ottubru 2011.
- Barra minn hekk, il-Kummissjoni taħdem f’kooperazzjoni mal-Istati Membri tal-UE fuq applikazzjoni tal-IT bbażata fuq il-web konġunta msejħa EU Aid Explorer, li tittrasforma d-dejta dwar l-għajnuna tal-UE pprovduta permezz tal-IATI u sorsi oħra f’informazzjoni dwar l-għajnuna b’użu faċli għall-utent.
- Fl-2015, l-OLAF iffirma 5 arranġamenti ta' kooperazzjoni amministrattiva ġodda ma' organizzazzjonijiet internazzjonali (Il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, il-Bank Inter-Amerikan, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, il-Programm Dinji tal-Ikelu l-Uffiċċju tan-NU għas-Servizzi tal-Proġetti). L-OLAF jikkoopera wkoll mal-aġenziji ta' kontra l-frodi ekwivalenti tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Bank Dinji u organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn. L-OLAF jaħdem ukoll mal-EUROPOL u l-EUROJUST. L-OLAF jistabbilixxi wkoll, fuq bażi kontinwa jew ad hoc kif ikun xieraq, relazzjonijiet ma' awtoritajiet ta' pajjiżi mhux tal-UE, li jkunu neċessarji biex jinvestigaw il-frodi kontra l-baġit tal-UE (l-iktar fondi tal-UE minfuqa fuq għajnuna esterna). Fl-2015, l-OLAF ikkonkluda arranġamenti amministrattivi ma' awtoritajiet sħab fl-Angola, il-Moldova u s-Senegal.
Miżuri rimedjali u ta' detezzjoni għall-irregolaritajiet u l-frodi
- L-eżerċizzji esterni tal-awditjar u l-verifiki (kemm dawk obbligatorji kif ukoll dawk ibbażati fuq ir-riskju), inkluża l-Qorti Ewropea tal-Awdituri;
- Il-kontrolli retrospettivi (ibbażati fuq ir-riskju) u l-irkupri;
- Sospensjoni tal-finanzjament tal-UE fejn ikun hemm każ serju ta’ frodi, inkluża korruzzjoni fuq skala kbira, sakemm l-awtoritajiet jieħdu azzjoni xierqa bil-għan li jikkoreġu u jipprevjenu tali frodi fil-futur.
- L-FPI/DEVCO se jkompli jfassal l-istrateġija tiegħu ta' kontra l-frodi b'konformità mal-istrateġija l-ġdida ta' Kontra l-frodi tal-Kummissjoni għar-Relazzjonijiet Esterni tal-UE ("Umbrella AFS") approvata fl-2013. L-FPI u d-DEVCO jimplimentaw l-istrateġija billi jikkonċentraw fuq tliet għanijiet strateġiċi:
- Li jkun hemm sensibilizzazzjoni tal-persunal li jikkonċerna l-prevenzjoni u d-detezzjoni, speċjalment fil-prevenzjoni tal-frodi u d-detezzjoni waqt it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-għotjiet u l-kuntratti pubbliċi.
- Li jittejbu l-kapaċitajiet tal-persunal FPI u DEVCO biex jittrattaw b'mod effikaċi l-frodi interna u esterna bl-użu ta' għodod ta' kontra l-frodi.
- Li tittejjeb ir-reazzjoni għal frodi suspetta u l-ammont taż-żmien biex jiġu rkuprati somom minfuqa indebitament.
3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
L-intestaturi baġitjarji eżistenti
Fl-ordni tal-intestaturi u l-linji baġitarji tal-qafas finanzjarju pluriennali.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Numru
Deskrizzjoni
|
Diff./Mhux-diff.
|
minn pajjiżi tal-EFTA
|
minn pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
|
IV
|
19 02 - Strument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi (IcSP) - Reazzjoni għall-kriżijiet, prevenzjoni ta' kunflitti, bini tal-paċi u tħejjija għall-kriżijiet
19 02 01 Reazzjoni għall-kriżijiet u għall-kriżijiet emerġenti
19 02 02 Appoġġ għall-prevenzjoni tal-kunflitti, il-bini tal-paċi u t-tħejjija għall-kriżijiet
19 01 Nefqa amministrattiva tal-qasam ta' politika "Strumenti tal-politika barranija"
19 01 04 01 In-nefqa ta' sostenn għall-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi (IcSP)
21 05 Strument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi (IcSP) - Theddid globali u transreġjonali emerġenti
21 05 01 Theddid globali u transreġjonali emerġenti
21 01 Nefqa amministrattiva tal-qasam ta' politika "Kooperazzjoni u żvilupp internazzjonali"
21 01 04 04 In-nefqa ta' sostenn għall-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi (IcSP)
|
Diff
|
LE
|
LE
|
LE
|
/LE
|
3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
Numru
|
Intestatura 4 Ewropa Globali
|
|
DĠ: FPI/DEVCO
|
|
|
Sena
2017
|
Sena
2018
|
Sena
2019
|
Sena
2020
|
Daħħal snin daqs kemm ikun meħtieġ biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
|
• Approprjazzjonijiet operazzjonali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Numru tal-linja tal-baġit 19 02 01
|
Impenji
|
(1)
|
6.600
|
20.400
|
20.350
|
20.700
|
|
|
|
68.050
|
|
|
Pagamenti
|
(2)
|
0
|
10.000
|
15.000
|
20.000
|
|
|
|
45.000
|
|
Numru tal-linja tal-baġit 19 02 02
|
Impenji
|
(1a)
|
0.608
|
2.678
|
2.528
|
2.177
|
|
|
|
7.990
|
|
|
Pagamenti
|
(2 a)
|
0
|
1.000
|
2.000
|
2.000
|
|
|
|
5.000
|
|
Numru tal-linja tal-baġit 21 05 01
|
Impenji
|
(1b)
|
2.150
|
6.250
|
6.300
|
6.300
|
|
|
|
21.000
|
|
|
Pagamenti
|
(2b)
|
0
|
3.000
|
4.000
|
6.000
|
|
|
|
13.000
|
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Numru tal-linja baġitarja 19.01.04.01
|
|
(3)
|
0.643
|
0.673
|
0.823
|
0.823
|
|
|
|
2.962
|
|
|
|
(3 a)
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
|
|
0.000
|
|
Approprjazzjonijiet TOTALI
għal FPI/DEVCO
|
Impenji
|
=1+1a +1b+3
|
10.0
|
30.0
|
30.0
|
30.0
|
|
|
|
100.000
|
|
|
Pagamenti
|
=2+2a+2b
+3+3a
|
0
|
14.0
|
21.0
|
28.0
|
|
|
|
66.600
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
5
|
"Nefqa amministrattiva"
|
EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)
|
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal snin daqs kemm ikun meħtieġ biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
|
DĠ: FPI
|
|
• Riżorsi umani
|
0.746
|
0.746
|
0.746
|
0.746
|
|
|
|
2.984
|
|
• Infiq amministrattiv ieħor
|
0.06
|
0.06
|
0.06
|
0.06
|
|
|
|
0.240
|
|
TOTAL FPI
|
Approprjazzjonijiet
|
0.806
|
0.806
|
0.806
|
0.806
|
|
|
|
3.224
|
|
DĠ: DEVCO
|
|
• Riżorsi umani
|
0.140
|
0.140
|
0.140
|
0.140
|
|
|
|
0.560
|
|
• Infiq amministrattiv ieħor
|
0
|
0
|
0
|
0
|
|
|
|
0.000
|
|
TOTAL DĠ DEVCO
|
Approprjazzjonijiet
|
0.140
|
0.140
|
0.140
|
0.140
|
|
|
|
0.560
|
|
Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
(Impenji totali = Pagamenti totali)
|
0.946
|
0.946
|
0.946
|
0.946
|
|
|
|
3.784
|
EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)
|
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal snin daqs kemm ikun meħtieġ biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
|
Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
10.946
|
30.946
|
30.946
|
30.946
|
|
|
|
103.784
|
|
|
Pagamenti
|
0.946
|
14.946
|
21.946
|
28.946
|
|
|
|
70.384
|
3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
–◻
◻Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
–X◻
◻Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:
Outputs indikattivi skont l-objettivi:
Objettiv speċifiku 1 - Stima tal-għadd ta' miżuri ta' reazzjoni f'sitwazzjonijiet ta' kriżi jew kriżi emerġenti f'sena finanzjarja partikolari.
Objettiv speċifiku 2 - Stima tal-għadd ta' azzjonijiet ta' bini ta' kapaċità dwar il-prevenzjoni ta' konflitti, ħolqien tal-paċi u tħejjija għall-kriżijiet f'sena finanzjarja partikolari.
Objettiv speċifiku 3 - Għadd ta' persuni mħarrġa u/jew tagħmir mixtri f'sena finanzjarja partikolari.
Approprjazzjonijiet ta' impenn f’miljuni ta’ Euro (sa tliet punti deċimali)
|
Indika l-objettivi u l-outputs
⇩
|
|
|
Sena
2017
|
Sena
2018
|
Sena
2019
|
Sena
2020
|
Daħħal snin daqs kemm ikun meħtieġ biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
|
|
OUTPUTS
|
|
|
Tip
|
Spiża Medja
|
Le
|
Spiża
|
Le
|
Spiża
|
Le
|
Spiża
|
Le
|
Spiża
|
Le
|
Spiża
|
Le
|
Spiża
|
Le
|
Spiża
|
Nru totali
|
Spiża totali
|
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1
Intestatura tal-baġit 19 02 01
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 1
|
|
6.6
|
|
20.4
|
|
20.4
|
|
20.7
|
|
|
|
|
|
|
|
68.1
|
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ... Intestatura tal-baġit 19 02 02
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 2
|
1
|
0.6
|
1
|
2.7
|
1
|
2.5
|
1
|
2.2
|
|
|
|
|
|
|
|
8.0
|
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU NRU 3
Intestatura tal-baġit 21 05 01
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
-Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 3
|
1
|
2.1
|
1
|
6.3
|
1
|
6.3
|
1
|
6.3
|
|
|
|
|
|
|
|
21.0
|
|
SPIŻA TOTALI
|
|
10
|
|
30
|
|
30
|
|
30
|
|
|
|
|
|
|
|
100
|
11. Outputs skont l-Objettiv Speċifiku 1 għal BL 19 02 01 mhumiex programmabbli u għalhekk, ċifra tal-output ma tkunx xierqa.
3.2.3.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
3.2.3.1.Sommarju
–◻
◻Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta' approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–X
Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta' approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal snin daqs kemm ikun meħtieġ biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
|
INTESTATURA 5tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
0.886
|
0.886
|
0.886
|
0.886
|
|
|
|
3.544
|
|
Infiq amministrattiv ieħor
|
0.060
|
0.060
|
0.060
|
0.060
|
|
|
|
0.240
|
|
Subtotal tal-INTESTATURA 5tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
0.946
|
0.946
|
0.946
|
0.946
|
|
|
|
3.784
|
|
Barra mill-INTESTATURA 5tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
BL 19 01 04 01 *
|
0.448
|
0.448
|
0.448
|
0.448
|
|
|
|
1.792
|
|
Infiq ieħor
ta' natura amministrattiva
|
0.195
|
0.225
|
0.375
|
0.375
|
|
|
|
1.170
|
|
Subtotal
barra mill-INTESTATURA 5tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
0.643
|
0.673
|
0.823
|
0.883.
|
|
|
|
3.022
|
|
TOTAL
|
1.589
|
1.619
|
1.769
|
1.829
|
|
|
|
|
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal infiq ieħor ta’ natura amministrattiva se jiġu ssodisfati b’approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew kienu ġew ridistribwiti fid-DĠ, flimkien, jekk dan ikun neċessarju, ma’ xi allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.
* Tikkorrispondi għal 3 karigi CA taħt il-linja baġitarja tal-FPI
3.2.3.2.Stima tar-rekwiżiti tar-riżorsi umani
–◻
◻Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta' riżorsi umani.
–x
Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta' riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
Stima li trid tingħata f’unitajiet ekwivalenti għal full time
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena N+2
|
Sena N+3
|
Daħħal snin daqs kemm ikun meħtieġ biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
|
• Karigi fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)
|
|
|
|
19 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta' Rappreżentanza tal-Kummissjoni)
|
4
|
4
|
4
|
4
|
|
|
|
|
XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
10 01 05 01 (Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
• Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full-Time: FTE)
|
|
19 01 02 01 (AC, END, INT mill-"envelop globali")
21 01 02 01 (AC, END, INT mill-"envelop globali")
|
3
2
|
3
2
|
3
2
|
3
2
|
|
|
|
|
XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
19 01 04 01
|
- fil-Kwartieri ġenerali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- fid-Delegazzjonijiet
|
3
|
3
|
3
|
3
|
|
|
|
|
XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
10 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħrajn (speċifika)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL
|
12
|
12
|
12
|
12
|
|
|
|
19 u 21 huma l-oqsma tal-politika jew it-titoli tal-baġit ikkonċernat.
Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew riallokati fid-DĠ, flimkien, jekk inhu meħtieġ ma' kull allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ li jġestixxi skont il-proċedura annwali ta' allokazzjoni u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:
|
Uffiċjali u persunal temporanju
|
Ir-riżorsi umani għall-uffiċjali (AD) jippermettu l-ġestjoni kumplessiva tal-impenji addizzjonali u b'mod partikolari, l-identifikazzjoni, il-valutazzjoni, it-tfassil, l-ikkuntrattar u l-evalwazzjoni tajbin tal-azzjonijiet CBSD fi ħdan portafoll ta' proġett imkabbar u tfassil ta' modalitajiet ta' valutazzjoni tar-riskju CBSD (ara s-Sezzjoni 2.2.1). Din l-ispiża tinvolvi wkoll it-twettiq ta' missjonijiet ta' monitoraġġ regolari fuq il-post għal laqgħat mal-awtoritajiet governattivi rilevanti u jiġi żgurat koordinament lokali upstream ma' atturi u donaturi oħrajn. Huwa mistenni wkoll li s-CBSD jirrikjedi koordinament mill-qrib mal-Kunsill, il-Parlament, u partijiet ikkonċernati oħrajn (fosthom is-soċjetà ċivili). Il-qasam tas-CBSD, peress li huwa "territorju" ġdid għall-Kummissjoni, se jkun jeħtieġ attenzjoni speċifika u bini ta' kompetenzi ad-hoc, u b'hekk ikollu intensità qawwija ta' riżorsi, speċjalment fil-fażi tal-bini tiegħu.
Ir-riżorsi (AST) jippermettu l-ikkuntrattar u l-ġestjoni finanzjarja tal-azzjonijiet tas-CBSD kif ukoll it-twettiq ta' awditi u kontrolli, rapportar annwali (SPP), segwitu għall-mistoqsijiet tal-PE/Ombudsman, rapportar finanzjarju u sorveljanza tal-impenji u l-pagamenti fil-livell ċentrali.
Spejjeż addizzjonali jiżdiedu wkoll fir-relazzjoni ma' kompiti klerikali oħrajn.
|
|
Persunal estern
|
Ir-riżorsi umani għall-persuna estern (CA) jippermettu l-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-portafoll tal-proġetti CBSD ġestiti ċentralment fil-livell tal-kwartieri ġenerali u/jew ġestiti fid-Delegazzjonijiet. Dan jinvolvi ġestjoni ta' kuljum tal-proġetti (operazzjonali u finanzjarji), koordinament mal-Istati Membri u l-atturi l-oħrajn, monitoraġġ regolari tal-proġetti u koordinament mad-Delegazzjonijiet tal-UE meta jkun xieraq. Ġestjoni tal-evalwazzjonijiet u l-awditi. Dan il-kompitu jinvolvi wkoll missjonijiet regolari fuq il-post.
|
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
–◻
◻Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali kurrenti.
–X
Il-proposta/inizjattiva se teħtieġ programmar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.
Spjega xi programmazzjoni mill-ġdid hija meħtieġa, billi tispeċifika l-linji baġitarji konċernati u l-ammonti korrispondenti.
Il-EUR 100 000 000 meħtieġa għall-azzjoni CBSD se jgħaddu fi ħdan l-Intestatura 4 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) tal-2014-2020.
–◻
◻Il-proposta/inizjattiva teħtieġ applikazzjoni tal-istrument ta' flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.
Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-intestaturi tal-baġit konċernati u l-ammonti korrispondenti.
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
–Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.
–Il-proposta tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal snin daqs kemm ikun meħtieġ biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
Total
|
|
Speċifika l-korp ta' kofinanzjament
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
–X
Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
–◻
◻Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
fuq ir-riżorsi proprji
fuq id-dħul mixxellanju
EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)
|
Linja baġitarja tad-dħul:
|
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti
|
Impatt tal-proposta/inizjattiva
|
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal snin daqs kemm ikun meħtieġ biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
|
Artikolu
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Għad-dħul mixxellanju "assenjat", speċifika l-linja/i tan-nefqa tal-baġit milquta.
Speċifika l-metodu tal-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.