Brussell, 31.5.2016

COM(2016) 351 final

2016/0162(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tkun adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-proposti għal emendi għar-Regolamenti tan-NU Nri 9, 11, 13, 13-H, 14, 16, 30, 41, 44, 49, 54, 55, 60, 64, 75, 78, 79, 83, 90, 106, 113, 115, 117, 129 u 134, il-proposti għal emendi tar-Regolamenti Globali Tekniċi tan-NU 15 u 16, erba' proposti għal Regolament tan-NU ġdid dwar Sistemi għall-Għajnuna tal-Brejk (BAS), dwar il-Kontroll tal-Istabbilità Elettroniku (ESC), dwar is-Sistemi ta’ Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers (TPMS) u dwar l-Installazzjoni tat-Tajers, proposta għal Regolament Globali Tekniku ġdid tan-NU dwar il-proċedura ta’ kejl għall-emissjonijiet għal vetturi bil-mutur b’żewġ jew tliet roti u proposta għal Riżoluzzjoni Speċjali Nru 2 (S.R.2) dwar titjib fl-implimentazzjoni tal-Ftehim Globali tal-1998


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Fil-livell internazzjonali, il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) tiżviluppa rekwiżiti armonizzati, li huma maħsubin biex ineħħu l-ostakli tekniċi fil-kummerċ tal-vetturi bil-mutur bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 Rivedut u biex jiżguraw li vetturi bħal dawn joffru livell għoli ta’ sikurezza u ħarsien ambjentali.

B’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta’ Novembru 1997, l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (“NU/KEE”) dwar l-adozzjoni ta’ preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“il-Ftehim Rivedut tal-1958”), u f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta’ Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi Regolamenti Tekniċi Globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”), l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim Parallel.

Il-laqgħat tal-Grupp ta’ Ħidma 29 (WP.29) tan-NU/KEE, jiġifieri l-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Vetturi, isiru tliet darbiet fis-sena, f’Marzu, f’Ġunju u f’Novembru ta’ kull sena kalendarja. F’kull sessjoni tal-laqgħat, jiġu adottati Regolamenti ġodda tan-NU, emendi tar-Regolamenti tan-NU eżistenti jew tar-Regolamenti Tekniċi Globali tan-NU (UN GTRs) eżistenti, biex jiġu aġġornati skont il-progress tekniku. Qabel kull laqgħa tad-WP.29, dawn l-emendi jiġu adottati minn wieħed mis-sitt gruppi ta' ħidma (GRs) li huma attivi fid-WP.29.

Sussegwentement, f'laqgħa tad-WP.29 jintefa’ l-vot finali għall-adozzjoni tal-emendi, is-supplimenti u r-rettifiki, dment li jintlaħaq il-kworum u jkun hemm maġġoranza kwalifikata fost il-partijiet kontraenti. L-UE hija parti kontraenti f'żewġ Ftehimiet (il-Ftehimiet tal-1958 u tal-1998) fid-WP.29. Kull darba, titħejja Deċiżjoni tal-Kunsill imsejħa l-"megadeċiżjoni", li tħaddan fiha l-lista ta’ Regolamenti, ta’ emendi, ta’ supplimenti u ta’ rettifiki, u tawtorizza lill-Kummissjoni biex tivvota f’isem l-Unjoni f'kull laqgħa tad-WP.29.

Din id-Deċiżjoni tal-Kunsill tiddefinixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-votazzjoni dwar ir-Regolamenti, l-emendi, is-supplimenti u r-rettifiki mressqin għall-votazzjoni fil-laqgħa tad-WP.29 ta’ Ġunju 2016, li se ssir bejn l-20 u l-24 ta’ Ġunju 2016.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Din il-proposta hija totalment konformi mal-politika tas-suq intern tal-Unjoni dwar l-industrija awtomobilistika u tikkumplimentaha.

Is-sistema tad-WP.29 issaħħaħ l-armonizzazzjoni internazzjonali tal-istandards tal-vetturi. Il-Ftehim tal-1958 għandu rwol importanti f'dan l-għan minħabba li l-manifatturi tal-UE jistgħu joperaw b'sett komuni ta' standards ta' Regolamenti filwaqt li jkunu jafu li l-prodotti se jiġu rikonoxxuti mill-Partijiet Kontraenti bħala konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. Din l-iskema ppermettiet li r-Regolament (KE) Nru 661/2009 dwar is-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur iħassar aktar minn 50 Direttiva tal-UE u jibdilhom bir-Regolamenti korrispondenti żviluppati skont il-Ftehim tal-1958.

Approċċ simili ġie meħud mid-Direttiva 2007/46/KE, li ssostitwiet is-sistemi ta' approvazzjoni tal-Istati Membri bi proċedura ta’ approvazzjoni tal-Unjoni, u stabbiliet qafas armonizzat li fih id-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi ġenerali għall-vetturi, għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati ġodda kollha. Dik id-Direttiva inkorporat ir-regolamenti tan-NU fis-sistema tal-UE għall-approvazzjoni tat-tip, kemm bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip inkella bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Minn meta ġiet adottata dik id-Direttiva, ir-regolamenti tan-NU qegħdin jiġu inkorporati dejjem aktar fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qafas tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE.

Konsistenza ma' politiki oħra tal-Unjoni

Is-sistema tad-WP.29 hija marbuta mal-politika tal-Unjoni dwar il-kompetittività, li fuqha din l-inizjattiva għandha impatt pożittiv. Din il-proposta hija konsistenti wkoll mal-politika tal-Unjoni għat-trasport u l-enerġija, li jitqiesu sew fil-proċess għall-abbozzar u l-adozzjoni tar-Regolamenti li jaqgħu taħt il-Ftehim tal-1958.

2.IL-BAŻI LEGALI, IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ

Bażi legali

L-Artikolu 114 flimkien mal-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jifformaw il-bażi ġuridika ta’ din il-proposta.

Sussidjarjetà

L-Unjoni biss tista’ tivvota favur strumenti internazzjonali bħall-proposti għar-Regolamenti tan-NU, l-emendi tar-Regolamenti tan-NU u l-abbozzi tar-Regolamenti Tekniċi Globali u tinkorporahom fis-sistema tal-Unjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur. Dan mhux talli jipprevjeni l-frammentazzjoni tas-Suq Intern, iżda jiżgura wkoll standards ugwali tas-saħħa u tas-sikurezza madwar l-Unjoni. Dan joffri wkoll vantaġġi tal-ekonomiji ta’ skala: il-prodotti jistgħu jsiru għas-suq kollu tal-Unjoni u anki għas-suq internazzjonali, minflok ma jiġu manifatturati speċifikament biex tinkiseb l-approvazzjoni nazzjonali tat-tip għal kull Stat Membru.

Għaldaqstant, din il-proposta hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

Proporzjonalità

Din id-Deċiżjoni tal-Kunsill tawtorizza lill-Kummissjoni li tivvota f'isem l-Unjoni u hija l-istrument proporzjonat skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE sabiex tiġi ddefinita pożizzjoni unifikata tal-UE fin-NU/KEE fir-rigward tal-votazzjoni dwar id-dokumenti ta' ħidma proposti fl-aġenda tal-laqgħa tad-WP.29. Għaldaqstant, din il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għaliex ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet li jiġi żgurat it-tħaddim tajjeb tas-Suq Intern, filwaqt li fl-istess ħin ikun hemm livell għoli ta’ sikurezza u ħarsien pubbliċi.

L-għażla tal-istrument

L-użu ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill huwa meħtieġ skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE sabiex jiġu stabbiliti l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’korp stabbilit permezz ta' ftehim internazzjonali.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX-POST, KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

L-evalwazzjonijiet ex-post/il-kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Mhux applikabbli.

Il-konsultazzjonijiet mal-partijiet konċernati

Mhux applikabbli.

Il-ġbir u l-użu tal-għarfien espert

Għarfien espert estern mhux rilevanti fil-każ ta' din il-proposta. Madanakollu ġie eżaminat mill-Kumitat Tekniku dwar il-Vetturi bil-Mutur.

Valutazzjoni tal-impatt

Din il-proposta ma tistax tkun soġġetta għal valutazzjoni tal-impatt peress li mhix ta' natura leġiżlattiva u l-ebda għażla ta' politika alternattiva mhi disponibbli jew possibbli.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

F'termini ta' piż amministrattiv, l-inizjattiva ma għandhiex riperkussjonijiet, hekk kif ir-referenzi tal-emenda annessi ma' din il-megadeċiżjoni mhux se jintroduċu rappurtar ġdid jew obbligi amministrattivi oħra għall-intrapriżi, inklużi l-SMEs. Anzi, it-tnaqqis tal-piż amministrattiv huwa mmirat bħala l-applikazzjoni ta' rekwiżiti armonizzati fil-livell dinji jippermettu lill-manifatturi li jippreżentaw dokumentazzjoni ta' approvazzjoni ta' sistemi u komponenti mhux fl-UE biss iżda anki fis-swieq tal-esportazzjoni minn Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 barra mill-UE.

Il-proposta għandha impatt tassew pożittiv fuq il-kompetittività u l-kummerċ internazzjonali awtomobilistiċi tal-UE. L-aċċettazzjoni ta' regolamenti tal-vetturi armonizzati internazzjonalment mis-sħab kummerċjali tal-UE hija rikonoxxuta bħala l-aqwa mod kif jitneħħew ostakli mhux tariffarji għall-kummerċ u biex jinfetaħ u jitwessa' l-aċċess għas-suq għall-intrapriżi awtomobilistiċi tal-UE.

Drittijiet fundamentali

Il-proposta ma għandhiex konsegwenzi għall-ħarsien tad-drittijiet fundamentali.

4.L-IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Din l-inizjattiva ma għandha l-ebda implikazzjoni baġitarja.

5.ELEMENTI OĦRA

Il-pjanijiet għall-implimentazzjoni u l-arranġamenti ta’ monitoraġġ, ta’ evalwazzjoni u ta’ rapportar

Mhux applikabbli.

Id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Mhux applikabbli

Spjegazzjoni dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Il-proposta tiddefinixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-votazzjoni dwar

l-emendi tar-Regolamenti tan-NU Nri 9, 11, 13, 13-H, 14, 16, 30, 41, 44, 49, 54, 55, 60, 64, 75, 78, 79, 83, 90, 106, 113, 115, 117, 129 u 134;

Il-proposti għal emendi għar-Regolamenti Tekniċi Globali tan-NU 15 u 16;

erba’ proposti għal Regolament tan-NU ġdid dwar Sistemi għall-Għajnuna tal-Brejk (BAS), dwar il-Kontroll tal-Istabbilità Elettroniku (ESC), dwar is-Sistemi ta’ Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers (TPMS) u dwar l-Installazzjoni tat-Tajers;

proposta għal Regolament Tekniku Globali ġdid tan-NU dwar il-proċedura ta’ kejl għal vetturi bil-mutur b’żewġ jew tliet roti fir-rigward tal-kaxxa tal-krank u l-emissjonijiet evaporattivi; kif ukoll

proposta għal Riżoluzzjoni Speċjali Nru 2 (S.R.2) dwar titjib fl-implimentazzjoni tal-Ftehim Globali tal-1998.

2016/0162 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tkun adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-proposti għal emendi għar-Regolamenti tan-NU Nri 9, 11, 13, 13-H, 14, 16, 30, 41, 44, 49, 54, 55, 60, 64, 75, 78, 79, 83, 90, 106, 113, 115, 117, 129 u 134, il-proposti għal emendi tar-Regolamenti Globali Tekniċi tan-NU 15 u 16, erba' proposti għal Regolament tan-NU ġdid dwar Sistemi għall-Għajnuna tal-Brejk (BAS), dwar il-Kontroll tal-Istabbilità Elettroniku (ESC), dwar is-Sistemi ta’ Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers (TPMS) u dwar l-Installazzjoni tat-Tajers, proposta għal Regolament Globali Tekniku ġdid tan-NU dwar il-proċedura ta’ kejl għall-emissjonijiet għal vetturi bil-mutur b’żewġ jew tliet roti u proposta għal Riżoluzzjoni Speċjali Nru 2 (S.R.2) dwar titjib fl-implimentazzjoni tal-Ftehim Globali tal-1998

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)B’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE 1 , l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) dwar l-adozzjoni ta’ preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, għat-tagħmir u għall-partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“Ftehim Rivedut tal-1958”).

(2)B’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE 2 , l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, għat-tagħmir u għall-partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”).

(3)Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 3 issostitwiet is-sistemi tal-Istati Membri għall-approvazzjoni tat-tip bi proċedura ta’ approvazzjoni tal-Unjoni, u stabbiliet qafas armonizzat li fih id-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi ġenerali għall-vetturi, għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati ġodda kollha. Dik id-Direttiva inkorporat ir-regolamenti tan-NU fis-sistema tal-UE għall-approvazzjoni tat-tip, kemm bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip inkella bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Minn meta ġiet adottata dik id-Direttiva, ir-regolamenti tan-NU qegħdin jiġu inkorporati dejjem aktar fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qafas tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE.

(4)Fid-dawl tal-esperjenza u l-iżviluppi tekniċi, ir-rekwiżiti marbuta ma' ċerti elementi jew fatturi koperti bir-Regolamenti tan-NU/KEE Nri 9, 11, 13, 14, 16, 30, 41, 44, 49, 54, 55, 60, 64, 75, 78, 79, 83, 90, 106, 113, 115, 117, 129 u 134, kif ukoll bir-Regolamenti Tekniċi Globali Nri 15 u 16 jeħtieġ li jiġu adattati skont il-progress tekniku.

(5)Sabiex jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ Sistemi ta’ Assistenza fl-Ibbrejkjar (BAS), il-Kontroll ta’ Stabbilità Elettroniku (ESC), Sistemi ta’ Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers (TPMS) u Tajers ta’ Installazzjoni, erba’ Regolamenti ġodda tan-NU għandhom jiġu adottati.

(6)Sabiex jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet tekniċi uniformi dwar il-proċedura tal-kejl għal vetturi bil-mutur b’żewġ jew tliet roti fir-rigward ta’ ċerti tipi ta’ emissjonijiet, ir-Regolament Tekniku Globali ġdid tan-NU għandu jiġu adottat.

(7)Sabiex itejbu l-implimentazzjoni tal-Ftehim Globali tal-1998, Riżoluzzjoni Speċjali ġdida Nru 2 (S.R.2) għandha tiġi adottata.

(8)Għaldaqstant, jeħtieġ li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel, fir-rigward tal-adozzjoni ta' dawk l-atti tan-NU,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel matul il-perjodu mill-20 sal-24 ta' Ġunju 2016 għandha tkun ta' vot favur il-proposti elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997 bil-ħsieb tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li tikkonċerna l-addozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati ma' u/jew ikunu użati ma' vetturi bir-roti u l-kondizzjonijet reċiproċi tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijet (“Ftehim Rivedut tal-1958”) ( ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta' Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti, tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f'vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”) ( ĠU L 35, 10.2.2000, p. 12).
(3) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

Brussell, 31.5.2016

COM(2016) 351 final

ANNESS

ta' [...]

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tkun adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-proposti għal emendi għar-Regolamenti tan-NU Nri 9, 11, 13, 13-H, 14, 16, 30, 41, 44, 49, 54, 55, 60, 64, 75, 78, 79, 83, 90, 106, 113, 115, 117, 129 u 134, il-proposti għal emendi tar-Regolamenti Globali Tekniċi tan-NU 15 u 16, erba' proposti għal Regolament tan-NU ġdid dwar Sistemi għall-Għajnuna tal-Brejk (BAS), dwar il-Kontroll tal-Istabbilità Elettroniku (ESC), dwar is-Sistemi ta’ Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers (TPMS) u dwar l-Installazzjoni tat-Tajers, proposta għal Regolament Globali Tekniku ġdid tan-NU dwar il-proċedura ta’ kejl għall-emissjonijiet għal vetturi bil-mutur b’żewġ jew tliet roti u proposta għal Riżoluzzjoni Speċjali Nru 2 (S.R.2) dwar titjib fl-implimentazzjoni tal-Ftehim Globali tal-1998


ANNESS

Titolu tal-punt tal-aġenda

Referenza tad-dok

Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 07 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 9 (Storbju ta’ vetturi bi tliet roti)

ECE/TRANS/WP.29/2016/45

Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje 03 ta’ emendi tar-Regolament tan-NU Nru 11 (Lukketti u ċappetti tal-bibien)

ECE/TRANS/WP.29/2016/33

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 04 ta’ emendi tar-Regolament tan-NU Nru 11 (Lukketti u ċappetti tal-bibien)

ECE/TRANS/WP.29/2016/34

Proposta għas-Suppliment 14 tas-serje 11 ta’ emendi tar-Regolament tan-NU Nru 13 (Ibbrejkjar ta' vetturi tqal)

ECE/TRANS/WP.29/2016/49

Proposta għas-serje 01 ta’ emendi tar-Regolament tan-NU Nru 13-H (Brejkijiet tal-vetturi M1 u N1)

ECE/TRANS/WP.29/2016/50

Proposta għas-Suppliment 7 tas-serje 07 ta' emendi tar-Regolament Nru 14 (Ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza, tal-ISOFIX u tal-iSize)

ECE/TRANS/WP.29/2016/35

Proposta għas-Suppliment 7 tas-sensiela 06 ta’ emendi tar-Regolament tan-NU Nru 16 (Ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza, tal-ISOFIX u tal-iSize)

ECE/TRANS/WP.29/2016/36

Proposta għas-Suppliment 18 tas-serje 02 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 30 (Tajers għall-karozzi tal-passiġġieri u l-karrijiet tagħhom)

ECE/TRANS/WP.29/2016/51

Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje 04 tal-emendi tar-Regolament tan-NU Nru 41 (Emissjonijiet ta' ħsejjes tal-muturi)

ECE/TRANS/WP.29/2016/46

Proposta għas-Suppliment 11 tas-serje 04 ta’ emendi tar-Regolament tan-NU Nru 44 (Sistemi ta’ trażżin għat-tfal)

ECE/TRANS/WP.29/2016/37

Proposta għas-Suppliment 8 tas-serje ta' emendi 05 tar-Regolament tan-NU Nru 49 (Emissjonijiet ta' magni ta' tqabbid bil-kompressjoni u ta' tqabbid bl-ispark plaggs (LPG u CNG))

ECE/TRANS/WP.29/2016/40

Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje ta' emendi 06 tar-Regolament tan-NU Nru 49 (Emissjonijiet ta' magni ta' tqabbid bil-kompressjoni u ta' tqabbid bl-ispark plaggs (LPG u CNG))

ECE/TRANS/WP.29/2016/41

Proposta għas-Suppliment 21 tas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 54 (Tajers għall-karozzi tal-passiġġieri u l-karrijiet tagħhom)

ECE/TRANS/WP.29/2016/52

Proposta għas-Suppliment 6 tas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 55 (Perni mekkaniċi)

ECE/TRANS/WP.29/2016/53

Proposta għas-Suppliment 5 tar-Regolament tan-NU Nru 60 (Kontrolli mħaddma mis-sewwieq (mopeds/muturi))

ECE/TRANS/WP.29/2016/27

Proposta għal serje 03 ġdida ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 64 (Unità ta' emerġenza għal użu temporanju, tajers tat-tip run flat, sistema tat-tip run flat u sistema għall-monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers)

ECE/TRANS/WP.29/2016/54

Proposta għas-Suppliment 16 tar-Regolament Nru 75 (Tajers għall-vetturi tal-kategorija L)

ECE/TRANS/WP.29/2016/55

Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje 03 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 78 (Ibbrejkjar (vetturi tal-kategorija L))

ECE/TRANS/WP.29/2016/56

u WP.29-169-03

Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje 01 ta’ emendi tar-Regolament tan-NU Nru 79 (Tagħmir tat-tmun)

ECE/TRANS/WP.29/2016/57

Proposta għas-Suppliment 7 tas-serje 06 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 83 (Emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1)

ECE/TRANS/WP.29/2016/42

Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje 07 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 83 (Emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1)

ECE/TRANS/WP.29/2016/43

Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje 02 ta’ emendi tar-Regolament tan-NU Nru 90 (sostituzzjoni tal-partijiet tal-brejkijiet)

ECE/TRANS/WP.29/2016/58

Proposta għas-Suppliment 14 tar-Regolament tan-NU Nru 106 (Tajers għall-vetturi agrikoli)

ECE/TRANS/WP.29/2016/59

Proposta għas-Suppliment 6 tas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 113 (Fanali ta' quddiem li jitfgħu raġġ tal-passaġġ simmetriku)

ECE/TRANS/WP.29/2016/74

Proposta għas-Suppliment 7 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 115 (Sistemi ta’ twaħħil tal-LPG u s-CNG)

ECE/TRANS/WP.29/2016/44

Proposta għas-Suppliment 9 tas-serje 02 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 117 (Tajers, reżistenza għad-dawrien, il-ħoss fid-dawrien, l-irbit fiż-żliq)

ECE/TRANS/WP.29/2016/60

Proposta għas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 129 (Sistemi Msaħħa ta’ Trażżin għat-Tfal (ECRS))

ECE/TRANS/WP.29/2016/38

Proposta għas-Suppliment 2 tas-Suppliment 2 tar-Regolament tan-NU Nru 134 (Vetturi tal-idroġenu u taċ-ċelloli tal-fjuwil (HFCV))

ECE/TRANS/WP.29/2016/39

Proposta għal Regolament ġdid tan-NU dwar Sistema għall-Għajnuna tal-Brejk (BAS)

ECE/TRANS/WP.29/2016/61

Proposta għal Regolament ġdid tan-NU dwar il-Kontroll tal-Istabbilità Elettroniku (ESC)

ECE/TRANS/WP.29/2016/62

Proposta għal Regolament ġdid tan-NU dwar Sistemi għall-Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers (BAS)

ECE/TRANS/WP.29/2016/63

Proposta għal Regolament ġdid tan-NU dwar l-Installazzjoni tat-Tajers

ECE/TRANS/WP.29/2016/64

Proposta għall-Emenda 1 tar-regolament tekniku globali (UN GTR) Nru 15 (Proċedura ta' ttestjar armonizzata fuq livell dinji għall-vetturi ħfief (WMTC))

ECE/TRANS/WP.29/2016/68

Proposta għall-Emenda 1 tar-regolament tekniku globali (UN GTR) Nru 16 (Tajers)

ECE/TRANS/WP.29/2016/70

Proposta għar-Reżoluzzjoni Speċjali ġdida Nru 2 (S.R.2) - Titjib fl-implimentazzjoni tal-Ftehim Globali tal-1998

ECE/TRANS/WP.29/2016/65

Proposta għal regolament tekniku globali (UN GTR) dwar il-proċedura ta' kejl għal vetturi bil-mutur b'żewġ jew tliet roti mgħammrin b'magna bil-kombustjoni fir-rigward tal-kaxxa tal-krank u tal-emissjonijiet evaporattivi

ECE/TRANS/WP.29/2016/66