Brussell, 4.5.2016

COM(2016) 271 final

2016/0131(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-ażil u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

Fis-6 ta’ April 2016, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni intitolata “Għar-riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil u għat-tisħiħ ta' rotot legali lejn l-Ewropa”, 1 li tistabbilixxi l-prijoritajiet tagħha biex tittejjeb is-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil (SEKA). Il-Kummissjoni ħabbret, bħala reazzjoni għal sejħiet mill-Kunsill Ewropew, 2 li se taħdem b’mod progressiv sabiex tirriforma l-qafas eżistenti tal-Unjoni permezz tal-istabbiliment ta’ sistema sostenibbli u ġusta biex ikunu determinati l-Istati Membri responsabbli għal dawk li jfittxu ażil, billi ssaħħaħ is-sistema Eurodac, billi tinkiseb aktar konverġenza fis-sistema tal-ażil bl-għan li jiġu evitati movimenti sekondarji, u permezz tal-iżvilupp ta’ mandat imsaħħaħ għall-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil (European Asylum Support Office, EASO). Din il-proposta qed tiġi ppreżentata bħala parti mill-ewwel pakkett ta’ riforma tas-SEKA, flimkien ma’ żewġ proposti oħra, jiġifieri proposta għal riforma tas-sistema ta’ Dublin u proposta oħra li temenda s-sistema Eurodac.

L-għan ta’ din il-proposta huwa li ssaħħaħ ir-rwol tal-EASO u tiġi żviluppata f’aġenzija li tiffaċilita l-implimentazzjoni u ttejjeb il-funzjonament tas-sistema tas-SEKA. Sa minn meta assumiet ir-responsabbiltajiet tagħha fl-2011, l-EASO, appoġġat kontinwament lill-Istati Membri biex japplikaw ir-regoli attwali u biex itejbu l-funzjonament tal-istrumenti eżistenti. L-Aġenzija kisbet esperjenza u kredibbiltà għall-ħidma tagħha fir-rigward tal-kooperazzjoni prattika fost l-Istati Membri u fl-għoti ta’ appoġġ lilhom biex jimplimentaw l-obbligi tagħhom permezz tas-SEKA. Biż-żmien, il-kompiti mwettqa mill-EASO evolvew gradwalment sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet dejjem akbar tal-Istati Membri u tas-SEKA b’mod ġenerali. L-Istati Membri jiddependu dejjem aktar fuq l-appoġġ operazzjonali u tekniku tal-Aġenzija. L-Aġenzija żiedet b'mod sinifikanti l-għarfien u l-esperjenza fil-qasam tal-ażil u wasal iż-żmien li din tinbidel f’ċentru ta’ għarfien espert u mhux waħda li għadha wisq tiddependi fuq l-informazzjoni u l-għarfien espert ipprovdut mill-Istati Membri.

Fil-fehma tal-Kummissjoni, l-Aġenzija hija waħda mill-għodod li jistgħu jintużaw b'mod effettiv biex jindirizzaw id-dgħjufijiet strutturali tas-SEKA li komplew jiżdiedu bil-wasla fuq skala kbira u mhux kontrollata ta’ migranti u persuni li jfittxu l-ażil fl-Unjoni Ewropea b’mod partikolari matul is-sena li għaddiet. Ma jkunx plawżibbli li tiġi riformata s-SEKA mingħajr ma l-Aġenzija tingħata mandat li jikkorrispondi għat-talbiet li r-riforma se ġġib magħha. Huwa essenzjali li l-Aġenzija tingħata l-mezzi meħtieġa biex tassisti lill-Istati Membri f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, iżda huwa aktar meħtieġ li jinbena qafas legali, operazzjonali u prattiku sod sabiex l-Aġenzija tkun tista’ ssaħħaħ u tikkumplimenta s-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza tal-Istati Membri.

Biex tirrifletti dan l-iżvilupp, il-proposta se tibdel l-isem tal-EASO bħala l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil. Mandat imtejjeb, kif stipulat f’din il-proposta, jittrasforma l-EASO f’Aġenzija sħiħa li tkun kapaċi tipprovdi l-għajnuna operazzjonali u teknika neċessarja lill-Istati Membri, iżżid il-kooperazzjoni prattika u l-iskambju ta’ informazzjoni fost l-Istati Membri, tappoġġa distribuzzjoni ġusta u sostenibbli ta’ applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, tissorvelja u tivvaluta l-implimentazzjoni tas-SEKA u l-kapaċità tas-sistemi tal-ażil u s-sistemi tal-akkoljenza fl-Istati Membri, u tippermetti l-konverġenza fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali madwar l-Unjoni.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta' politka eżistenti fil-qasam ta’ politika

Fid-19 ta’ Frar 2016, il-Kunsill Ewropew ikkunsidra li għandu jsir progress lejn riforma tal-qafas eżistenti tal-UE sabiex tkun żgurata politka tal-ażil effiċjenti u umana. Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-6 ta’ April 2016, il-Kummissjoni sostniet li l-għan globali tal-politika tal-migrazzjoni u tal-ażil tal-Unjoni huwa li titbiegħed minn sistema li permezz ta’ tfassil dgħajjef jew implimentazzjoni mhux daqshekk tajba tpoġġi responsabilità sproporzjonata fuq ċerti Stati Membri u tinkoraġġixxi ċaqliq mhux ikkontrollat lejn Stati Membri oħra. L-għan huwa li l-Unjoni jkollha sistema robusta u effettiva għal ġestjoni ta’ migrazzjoni sostenibbli msejsa fuq il-prinċipji ta’ responsabbiltà u solidarjetà.

Fl-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni 3 , il-Kummissjoni rrikonoxxiet l-importanza tar-rwol tal-EASO għall-iżvilupp u ż-żamma ta’ politika komuni b’saħħitha dwar l-ażil. Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-EASO tista’ żżid il-kooperazzjoni prattika, tiżviluppa rwol bħala l-kamra tal-ikklerjar tal-informazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini nazzjonali biex tħeġġeġ aktar deċiżjonijiet uniformi, tieħu miżuri ewlenin fir-rigward tat-taħriġ u twaqqaf netwerks speċjalizzati tal-awtoritajiet nazzjonali biex titjieb il-kooperazzjoni operazzjonali dwar kwistjonijiet relatati mal-ażil. Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-6 ta’ April 2016, il-Kummissjoni ħabbret li se tipproponi mandat iktar b’saħħtu għall-EASO, sabiex din tkun tista’ taqdi r-rwol ġdid ta' implimentazzjoni tal-politika u rwol operazzjonali msaħħaħ. Dan jista’ jinkiseb permezz ta’ mekkaniżmu ta’ monitoraġġ biex jivvaluta l-konformità mas-SEKA u kompiti ewlenin oħra bħalma huma l-provvediment u l-analiżi ta’ informazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini, l-operar tas-sistema ta’ distribuzzjoni ewlenija tas-sistema ta’ Dublin u tintervenjeni biex tappoġġa lill-Istati Membri f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jew meta l-miżuri korrettivi neċessarji ma jkunux ittieħdu.

L-għan ta’ din il-proposta huwa li tipprovdi lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil bl-għodda neċessarja biex tiġi żviluppata f’aġenzija li tiffaċilita l-implimentazzjoni u ttejjeb il-funzjonament tas-sistema tas-SEKA. F’dan ir-rigward, huwa jikkumplimenta strumenti legali u ta’ politika fil-qasam tal-ażil, partikolarment dwar il-proċeduri tal-ażil, standards għall-kwalifika ta' individwi għal protezzjoni internazzjonali, is-sistema ta’ Dublin, ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni.

Konsistenza ma' politiki oħra tal-Unjoni

Din il-proposta hija konsistenti mal-linja ta’ politika komprensiva għal medda twila ta’ żmien dwar ġestjoni aħjar tal-migrazzjoni kif stipulata mill-Kummissjoni fl-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, li żviluppat il-linji gwida politiċi tal-President Juncker f’sett ta’ inizjattivi koerenti u li jsaħħu lil xulxin, ibbażati fuq erba’ pilastri. Dawn il-pilastri għandhom l-għan li jnaqqsu l-inċentiv għall-immigrazzjoni irregolari, li jagħmlu fruntieri esterni siguri u li jsalvaw il-ħajjiet, b'politika b’saħħitha dwar l-ażil u politika ġdida dwar il-migrazzjoni legali. Din il-proposta tkompli timplimenta l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-objettiv tat-tisħiħ tal-politika tal-ażil tal-Unjoni peress li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil se tiżgura implimentazzjoni sħiħa u koerenti tas-SEKA.

2.IL-BAŻI ĠURIDIKA, IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ

Bażi legali

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 78(1) u (2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Sussidjarjetà

L-għanijiet ta’ din il-proposta huma li tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni u biex jitjieb il-funzjonament tas-SEKA, li tissaħħaħ il-kooperazzjoni prattika u l-iskambju ta’ informazzjoni fost l-Istati Membri dwar kwistjonijiet relatati mal-ażil, biex tippromwovi d-dritt tal-Unjoni u standards operazzjonali biex jiġi żgurat livell għoli ta’ uniformità fir-rigward ta’ proċeduri tal-ażil, il-kundizzjonijiet tal-akkoljenza u l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ protezzjoni madwar l-Unjoni, biex tiġi sorveljata l-applikazzjoni operazzjonali u teknika tal-liġi tal-Unjoni u l-istandards fir-rigward tal-ażil u li jingħata aktar appoġġ tekniku u operazzjonali lill-Istati Membri għall-ġestjoni tas-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza, b’mod partikolari għall-Istati Membri soġġetti għal pressjonijiet sproporzjonati fuq is-sistemi tagħhom tal-ażil u l-akkoljenza.

Peress li huwa ta’ interess komuni li tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa tal-qafas legali dwar l-ażil, permezz ta’ azzjoni miftiehma fost l-Istati Membri bl-appoġġ tal-Aġenzija Ewropea għall-Ażil, b’mod partikolari sabiex jiġu konsolidati l-istabbilità u l-ordni fil-funzjonament tas-SEKA, l-għanijiet ta’ din il-proposta ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni u l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Proporzjonalità

Il-proposta hija maħsuba biex tindirizza r-realtajiet politiċi u l-isfidi li tiffaċċja l-Unjoni fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil, billi tipprovdi lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil bl-għodda meħtieġa biex tindirizza kemm il-pressjoni sproporzjonata fuq is-Sistema tal-Ażil u tal-akkoljenza ta' Stat Membru, u dgħjufijiet inerenti f’dawn is-sistemi għal perjodu itwal ta’ żmien.

Il-proposta tfittex li tiżgura li l-leġiżlazzjoni u l-istandards operazzjonali dwar l-ażil huma applikati kompletament u b’mod korrett mill-Istati Membri, li l-kooperazzjoni prattika u l-informazzjoni bejn l-Istati Membri kif ukoll ma’ pajjiżi terzi hija msaħħa, li tittieħed azzjoni xierqa sabiex jinżamm il-funzjonament tajjeb tas-SEKA u biex jiġu indirizzati pressjonijiet sproporzjonati b’mod effettiv bl-għajnuna ta’ u f’kooperazzjoni mal-Aġenzija. L-Aġenzija tista’ tassisti lill-Istati Membri permezz ta’ eżami tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, b'talba tal-Istati Membri u f'qafas stabbilit b’mod ċar fil-pjan operazzjonali. L-Aġenzija tista’ tiġi mitluba li tintervjeni u tipprovdi assistenza lil Stat Membru f’dawk il-każijiet biss fejn, b’segwitu għal eżerċizzju ta’ monitoraġġ jew f’każ ta’ pressjonijiet sproporzjonati fuq is-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza ma tittieħed l-ebda azzjoni jew jittieħdu miżuri insuffiċjenti mill-Istat Membru kkonċernati, u b’hekk jipperikolaw il-funzjonament tas-SEKA. Skont l-għan tagħha u skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, din il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

L-għażla tal-istrument

Huwa biss Regolament li jista’ jipprovdi l-livell meħtieġ ta’ effiċjenza u uniformità meħtieġa fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni dwar l-ażil. Barra minn hekk, fid-dawl tal-fatt li l-EASO, li ngħatat l-isem il-ġdid Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil, ġiet stabbilita permezz ta’ regolament, l-istess strument legali huwa wkoll xieraq għal din il-proposta.

3.KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI

Bi tħejjija għal din il-proposta, il-Kummissjoni bbażat fuq id-diskussjonijiet li saru regolarment fil-Kunsill Ewropew u l-Kunsill tal-Ministri, kif ukoll fil-Parlament Ewropew, dwar l-iżvilupp tal-politika tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni u l-ażil u l-użu tal-aġenziji tal-Unjoni f’ġestjoni aħjar tal-migrazzjoni. Ir-rwol tal-EASO biex tipprovdi appoġġ tekniku u operazzjonali lill-Istati Membri inkluż fil-fruntieri esterni f’kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, ġie invokat diversi drabi. L-Istati Membri ġeneralment qiesu li l-EASO kellha rwol sinifikanti biex tassistihom permezz ta’ rilokazzjoni u ta’ risistemazzjoni.

Minn meta l-EASO ħadet ir-responsabbiltajiet tagħha fl-1 ta’ Frar 2011, kien hemm diskussjonijiet kontinwi mal-partijiet interessati rilevanti fuq livell Ewropew u nazzjonali. B’mod partikolari, kien hemm diskussjonijiet regolari fil-kuntest tar-rapportar mill-Aġenzija fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill. L-Aġenzija kontinwament tirrapporta dwar l-attivitajiet tagħha fil-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija u permezz ta' diversi rapporti li toħroġ matul is-sena. Kien hemm ukoll skambji ta’ informazzjoni regolari ma’ aġenziji oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali. Ġew organizzati wkoll diversi diskussjonijiet mas-soċjetà ċivili u l-akkademja.

Evalwazzjoni tal-EASO twettqet fuq il-bażi tal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 439/2010 li jipprovdi għal evalwazzjoni esterna indipendenti li tkopri l-impatt tal-EASO fuq il-kooperazzjoni prattika fil-qasam tal-ażil u fuq is-SEKA. Il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni interna tal-EASO fl-2013. Fl-2014, l-EASO għaddiet minn valutazzjoni esterna minn kuntrattur estern indipendenti u kopriet il-perjodu minn Frar 2011 sa Ġunju 2014. L-ambitu temporali tal-evalwazzjoni esterna ġie sussegwentement estiż sabiex ikopri l-perjodu kollu peress li l-Aġenzija assumiet ir-responsabbiltajiet tagħha. L-evalwazzjoni twettqet bejn Ottubru 2014 u Lulju 2015, u din kienet tkopri l-attivitajiet kollha mwettqa mill-EASO fost l-Istati Membri kollha. Din il-proposta tieħu kont tar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw minn din l-evalwazzjoni u l-fehmiet tal-EASO dwar il-futur tal-Aġenzija.

Drittijiet fundamentali

Din il-proposta tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. L-attivitajiet kollha tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil għandhom jitwettqu b’rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali kif imħaddnin mill-Karta, inkluż id-dritt għall-ażil (l-Artikolu 18 tal-Karta), il-protezzjoni minn refoulement (l-Artikolu 19 tal-Karta), id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja (l-Artikolu 7 tal-Karta), id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali (l-Artikolu 8 tal-Karta) u d-dritt għal rimedju effettiv (l-Artikolu 47 tal-Karta). Il-proposta tqis bis-sħiħ id-drittijiet tat-tfal u l-ħtiġijiet speċjali ta’ persuni vulnerabbli.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil, li għandha tinbena l-EASO eżistenti, għandha l-kompitu li tiffaċilita l-implimentazzjoni u t-titjib tal-funzjonament tas-SEKA.

It-total tar-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex l-Aġenzija tkun tista’ twettaq il-missjoni tagħha bil-mandat estiż propost jammonta għal EUR 363,963 miljun għall-perjodu 2017–2020. Sabiex l-Aġenzija twettaq il-kompiti l-ġodda tagħha b’mod effettiv, 275 post ta’ aġent temporanju u 82 aġent kuntrattwali għal total ta’ 357 membru tal-persunal matul il-perjodu 2017–2020 se jkunu meħtieġa minbarra l-għadd attwali ta’ postijiet ta’ aġenti temporanji u kuntrattwali awtorizzati fil-baġit tal-2016 biex il-persunal tal-Aġenzija b'kollox jammonta għal 500 sal-2020.

Il-ħtiġijiet finanzjarji huma kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali u jistgħu jinvolvu l-użu ta’ strumenti speċjali kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 4 .

5.ELEMENTI OĦRA

Arranġamenti ta' monitoraġġ, ta' evalwazzjoni u ta' rapportar

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil għandha tfassal rapport ta’ attività annwali dwar is-sitwazzjoni tal-ażil, fejn hemm bżonn li jiġu evalwati r-riżultati tal-attivitajiet imwettqa minnha matul is-sena. Ir-rapport għandu jinkludi analiżi komparattiva tal-attivitajiet tal-Aġenzija sabiex l-Aġenzija tkun tista’ ttejjeb il-kwalità, il-konsistenza u l-effettività tas-SEKA. Dan ir-rapport ta’ attività annwali għandu jiġi trażmess mill-Aġenzija lill-Bord tat-Tmexxija, lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Il-Kummissjoni għandha tikkummissjona evalwazzjoni fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u mbagħad kull ħames snin wara dan, sabiex tivvaluta, b’mod partikolari, l-impatt, l-effettività u l-effiċjenza tal-Aġenzija u l-prattiċi ta’ ħidma tagħha. Din il-valutazzjoni għandha tkopri l-impatt tal-Aġenzija fuq il-kooperazzjoni prattika dwar kwistjonijiet relatati mal-ażil u fuq is-SEKA. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta’ evalwazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha dwar ir-rapport, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord tat-Tmexxija. Is-sejbiet tal-evalwazzjoni jkunu disponibbli għall-pubbliku.

Spjegazzjoni dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Ir-Regolament (UE) Nru 439/2010 jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil (EASO) u jiddefinixxi r-rwol tal-EASO bħala dak intenzjonat li jsaħħaħ il-kooperazzjoni prattika fost l-Istati Membri u biex tipprovdi jew tikkoordina l-għoti ta’ appoġġ operazzjonali lill-Istati Membri. L-EASO tista’ tikseb dawn l-objettivi billi tippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni u l-akkomunament tal-aħjar prattika, tipprovdi appoġġ għat-taħriġ u għar-rilokazzjoni, tikkoordina attivitajiet relatati ma’ informazzjoni dwar il-pajjiż tal-oriġini, tipprovdi appoġġ fir-rigward tal-implimentazzjoni u tad-dimensjoni esterna tas-SEKA, tippubblika dokumenti tekniċi dwar l-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni dwar l-ażil u billi tipprovdi appoġġ operazzjonali lill-Istati Membri li jkunu suġġetti għal pressjoni partikolari.

Din il-proposta tibni fuq il-mandat kurrenti tal-EASO u tespandih sabiex tittrasforma l-EASO f'Aġenzija kompluta mgħammra bl-għodod meħtieġa sabiex: (1) ittejjeb il-kooperazzjoni prattika u l-iskambju tal-informazzjoni dwar l-ażil; (2) tippromwovi l-liġi tal-Unjoni u l-istandards operazzjonali biex tiżgura grad għoli ta' applikazzjoni uniformi tal-qafas legali dwar l-ażil; (3) tiżgura konverġenza akbar fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ protezzjoni madwar l-Unjoni; (4) tissorvelja u tevalwa l-implimentazzjoni tas-SEKA; (5) tipprovdi aktar għajnuna operazzjonali u teknika lill-Istati Membri għall-ġestjoni tas-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza, b'mod partikolari f'każijiet ta' pressjoni sproporzjonata. Il-proposta tibdel l-isem tal-EASO bħala l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil sabiex tirrifletti l-mandat aktar b'saħħtu tal-Aġenzija.

(1)Titjib tal-kooperazzjoni prattika u l-iskambju tal-informazzjoni dwar l-ażil;

Dan l-aspett huwa kopert bil-Kapitolu 2 tal-proposta dwar il-kooperazzjoni prattika u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u mal-Aġenzija. Il-proposta tistabbilixxi kif l-Aġenzija sejra twettaq il-kompiti ta' faċilitazzjoni, koordinazzjoni u tisħiħ tal-kooperazzjoni prattika u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar diversi aspetti tal-ażil. Dawn ir-rwoli ma humiex kompletament ġodda għall-Aġenzija ladarba l-EASO diġà hija responsabbli biex tippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni u l-faċilitazzjoni ta’ kooperazzjoni prattika. Madankollu, l-EASO kellha bżonn tiddependi fuq l-għoti volontarju tal-informazzjoni mill-Istati Membri. B’din il-proposta, l-Aġenzija u l-Istati Membri jkollhom id-dmir ta’ kooperazzjoni, u obbligu biex jiskambjaw informazzjoni.

Bħala ċentru ta’ għarfien espert, l-Aġenzija se jkollha tibni l-kapaċità tagħha ta’ ġbir u analiżi ta’ informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ażil fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi, sa fejn dan jista’ jkollu impatt fuq l-Unjoni, kif ukoll fuq l-implimentazzjoni tas-SEKA. L-analiżi tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ażil jinħtieġ li jippermetti lill-Aġenzija biex tassisti lill-Istati Membri b’fehim aħjar tal-fatturi relatati mal-ażil għal migrazzjoni lejn u fl-Unjoni, kif ukoll għall-finijiet ta’ twissija bikrija u tħejjija tal-Istati Membri. F’dan ir-rigward, l-Aġenzija jinħtieġ li taħdem mill-qrib mhux biss mal-Istati Membri iżda wkoll ma’ aġenziji rilevanti oħrajn tal-Unjoni, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-UNHCR.

Fil-kuntest ta’ riforma tas-sistema ta’ Dublin, l-Aġenzija se jkollha kompiti u obbligi addizzjonali li joħorġu minn din ir-riforma. L-Aġenzija hija l-għażla naturali biex tipprovdi lill-Istati Membri bl-appoġġ li jeħtieġu biex joperaw u jamministraw il-mekkaniżmu korrettiv.

L-Aġenzija se jkompli jkollha rwol importanti fl-iżvilupp u l-provvediment ta' taħriġ għall-membri ta’ amministrazzjonijiet nazzjonali, qrati, tribunali u servizzi nazzjonali responsabbli għall-kwistjonijiet ta’ ażil fl-Istati Membri. B’involviment akbar tal-persunal tal-Aġenzija stess sabiex tipprovdi assistenza operazzjonali u teknika lill-Istati Membri, l-Aġenzija se jkollha wkoll tiżgura taħriġ adatt tal-persunal tagħha. Barra minn hekk, l-Aġenzija għandha tiżgura li dawk l-esperti li jipparteċipaw fit-timijiet ta’ appoġġ għall-ażil u r-riżerva ta' intervent għall-ażil jirċievu taħriġ speċjalizzat rilevanti għall-kompiti u l-funzjonijiet tagħhom, qabel il-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet operazzjonali.

(2)Żgurar ta' konverġenza akbar fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ protezzjoni madwar l-Unjoni;

Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-21 ta’ April 2016 dwar il-konverġenza ta’ prattiki ta’ deċiżjonijiet dwar l-ażil, 5 il-Kunsill innota li minkejja l-progress dwar is-SEKA, għad baqa’ differenzi kbar bejn l-Istati Membri fir-rati ta’ rikonoxximent, in-natura u l-kwalità tal-protezzjoni internazzjonali mogħtija u b’mod ġenerali, l-eżitu tal-proċeduri. Il-Kunsill irrikonoxxa l-ħtieġa li jinħoloq approċċ aktar strutturat u ssimplifikat tal-proċess tal-produzzjoni u tal-EASO COI li jkopri l-pajjiżi ewlenin kollha ta’ oriġini u kwistjonijiet tematiċi billi jissaħħu r-riżorsi disponibbli għall-produzzjoni tal-EASO COI, u huwa stieden lill-EASO biex tgħin fil-proċess tal-iżvilupp tal-politika fil-livell tal-UE abbażi ta’ COI konġunt.

Biex tiżgura konverġenza akbar u tindirizzaw differenzi fil-valutazzjoni ta’ applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, il-proposta tagħti lill-Aġenzija l-kompitu li tikkoordina l-isforzi fost l-Istati Membri biex jinvolvu ruħhom u jiżviluppaw analiżi komuni li jipprovdi gwida dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiżi terzi tal-oriġini kif stabbilit fil-Kapitolu 3 tal-proposta. Sa issa, l-Aġenzija kellha torganizza, tippromwovi u tikkoordina attivitajiet relatati mal-informazzjoni dwar il-pajjiżi ta’ oriġini, inkluż billi tipprovdi analiżi ta’ din l-informazzjoni. Dan huwa kompitu li l-Aġenzija se tkompli twettaq u għandha wkoll tiżgura l-koordinazzjoni ta’ inizjattivi nazzjonali li jipproduċu informazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini bit-twaqqif ta’ netwerks ta’ informazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini. Dawn in-netwerks għandhom jintużaw biex isir skambju u aġġornament tar-rapporti nazzjonali, kif ukoll biex iservu bħala sistema ta' mistoqsijiet fejn mistoqsijiet speċifiċi ta’ fatt li jistgħu jirriżultaw minn applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali jkunu jistgħu jintbagħtu lill-Aġenzija.

Kompitu ieħor għall-Aġenzija huwa li tgħin lill-Kummissjoni biex regolarment tirrevedi s-sitwazzjoni f’pajjiżi terzi li huma inklużi f’lista komuni tal-UE ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu. Meta wieħed iqis iż-żieda ta’ pajjiż terz ieħor fil-lista tal-UE ta’ pajjiżi bla periklu, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Aġenzija biex tipprovdiha b’informazzjoni dwar dan il-pajjiż terz partikolari.

(3)Promozzjoni tad-dritt tal-Unjoni u l-istandards operazzjonali dwar l-ażil

Il-Kapitolu 4 tal-proposta jittratta standards operazzjonali, linji gwida u l-aħjar prattiki. Skont il-mandat attwali tal-EASO, l-Aġenzija tista’ tadotta dokumenti tekniċi dwar l-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-ażil. Il-proposta tiddistingwi bejn id-diversi tipi ta’ dokumenti tekniċi li jistgħu jiġu adottati mill-Aġenzija. L-Aġenzija, b'inizjattiva tagħha stess jew b'talba tal-Kummissjoni, tiżviluppa standards operazzjonali dwar l-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-liġi tal-Unjoni dwar l-ażil u indikaturi għall-monitoraġġ tal-konformità ma’ dawk l-istandards. L-Aġenzija tkun tista’ wkoll tiżviluppa linji gwida u l-aħjar prattiki marbutin mal-implimentazzjoni tal-istrumenti tad-dritt tal-Unjoni dwar l-ażil. F’każijiet fejn l-Istati Membri jkunu jeħtieġu għajnuna biex japplikaw dawk l-istandards, il-linji gwida u l-aħjar prattiki operazzjonali, jistgħu jitolbu lill-Aġenzija biex tagħtihom il-kompetenza neċessarja jew għajnuna operazzjonali u teknika.

(4)Monitoraġġ u evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tas-SEKA

Il-Kapitolu 5 tal-proposta jipprevedi kompitu ġdid għall-Aġenzija, li huwa li tissorvelja u tevalwa l-aspetti kollha tas-SEKA, b’mod partikolari l-proċeduri tal-ażil, is-sistema ta’ Dublin, ir-rati ta’ rikonoxximent u l-kwalità u n-natura tal-protezzjoni internazzjonali mogħtija, biex tissorvelja l-konformità mal-istandards u l-linji gwida operazzjonali kif ukoll biex tivverifika s-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza u l-kapaċità ta’ Stat Membru li jamministra dawn is-sistemi b’mod effettiv partikolarment f’ħinijiet meta dawn ikollhom jiffaċċjaw pressjoni sproporzjonata. L-għan ta’ dan l-eżerċizzju ta’ monitoraġġ huwa, minn naħa waħda, li jiżgura li kwalunkwe nuqqasijiet fil-funzjonament tas-SEKA jiġu indirizzati malajr kemm jista’ jkun sabiex tiġi żgurata ġestjoni tajba tas-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza u min-naħa l-oħra, huwa li tiżgura li l-Istati Membri jkollhom l-għodod neċessarji sabiex ikunu jistgħu jindirizzaw sitwazzjonijiet ta’ pressjoni sproporzjonata b’mod adegwat.

L-Artikolu 13 jistabbilixxi l-ambitu tal-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ u valutazzjoni, u l-Artikolu 14 jistabbilixxi l-proċedura għal dan l-eżerċizzju. L-Aġenzija tista’ tibbaża l-evalwazzjoni tagħha fuq informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, analiżi tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ażil żviluppata mill-Aġenzija, żjarat fil-post u teħid ta’ kampjuni tal-każijiet. L-eżerċizzju ta’ sorveljanza jista’ jiġi pprogrammat minn Stat Membru jew fuq bażi tematika jew aspetti speċifiċi tas-sistemi tal-ażil. L-Aġenzija se twaqqaf gruppi ta’ esperti, magħmula minn esperti mill-Aġenzija u l-Kummissjoni, biex twettaq l-eżerċizzju ta’ monitoraġġ u tfassal rapport li jippreżenta s-sejbiet tagħhom. Il-Bord tat-Tmexxija jadotta r-rapport wara li jieħu kont tal-kummenti mill-Istati Membri konċernati u jibagħtu lill-Kummissjoni. B’mod parallel, id-Direttur Eżekuttiv jippreżenta abbozz ta’ rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru kkonċernat għall-kummenti tiegħu, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. L-abbozz ta’ rakkomandazzjonijiet jinħtieġ li jiddeskrivi l-miżuri meħtieġa biex jiġu indirizzati nuqqasijiet fir-rapport ta’ monitoraġġ. Il-Bord tat-Tmexxija jadotta r-rakkomandazzjonijiet u jistieden lill-Istat Membru biex jippreżenta pjan ta’ azzjoni għall-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet fi żmien massimu ta’ disa’ xhur.

L-Artikolu 15 jittratta dawk is-sitwazzjonijiet fejn wara dak il-perjodu, l-Istat Membru kkonċernat jkun għadu mhux konformi u s-serjetà tan-nuqqasijiet hija tali li jikkomprometti l-funzjonament tas-SEKA. F’dan l-istadju, il-Kummissjoni tagħmel il-valutazzjoni tagħha dwar tal-pjan ta’ azzjoni u s-serjetà tan-nuqqasijiet. Il-Kummissjoni mbagħad tadotta rakkomandazzjonijiet u tista’, fejn meħtieġ, tidentifika l-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Aġenzija b’appoġġ tal-Istat Membru kkonċernat. Dan l-Istat Membru se jkollu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-istat tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet. Jekk wara perjodu taż-żmien stabbilit fir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni l-Istat Membru jibqa’ ma jikkonformax, il-Kummissjoni tista’ tieħu azzjoni ulterjuri li jirrikjedi lill-Aġenzija biex tintervjeni biex issostni lill-Istat Membru.

(5)Għoti ta' aktar għajnuna operazzjonali u teknika lill-Istati Membri

Kompitu importanti tal-EASO kien li tipprovdi assistenza teknika lill-Istati Membri b’mod partikolari fir-rigward tas-servizzi ta’ interpretazzjoni, informazzjoni dwar il-pajjiżi ta’ oriġini u għarfien dwar it-trattament u l-ġestjoni ta’ każijiet ta’ ażil permezz tal-iskjerament tat-timijiet ta’ appoġġ fil-qasam tal-ażil. L-Istati Membri żammew l-awtonomija dwar l-għażla tan-numru u l-profili tal-esperti kif ukoll fuq it-tul tal-iskjerament tagħhom.

Il-Kapitolu 6 tal-Proposta jespandi b’mod sinifikanti r-rwol u l-funzjonijiet tal-Aġenzija sa fejn hija konċernata l-assistenza operazzjonali u teknika b’mod simili għal dak li kien propost mill-Kummissjoni għall-Aġenzija ta’ Gwardja Ewropea tal-Fruntieri u tal-Kosta 6 . Il-proposta tistabbilixxi b’mod ċar il-miżuri operazzjonali u tekniċi li jistgħu jiġu organizzati u kkoordinati mill-Aġenzija b'talba tal-Istati Membri. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu wkoll il-possibbiltà għall-Aġenzija li tiffaċilita l-eżami ta’ applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali li jkunu qegħdin jiġu eżaminati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. F’dan il-każ, l-arranġamenti dettaljati u deskrizzjoni ċara tal-kompiti u referenza għal-leġiżlazzjoni applikabbli jeħtieġ li jiġu previsti fil-pjan operazzjonali.

L-Aġenzija se tibgħat timijiet ta’ appoġġ tal-ażil li jipprovdu assistenza teknika u operazzjonali lill-Istati Membri. Dawn it-timijiet ta’ appoġġ għall-ażil għandhom ikunu komposti minn esperti mill-Istati Membri jew minn esperti ssekondati mill-Istati Membri lill-Aġenzija u minn esperti mill-persunal tal-Aġenzija stess. F’każijiet fejn is-sistemi tal-ażil u akkoljenza huma soġġetti għal pressjoni sproporzjonata li ġġib responsabbiltajiet eċċezzjonalment diffiċli u urġenti, l-Aġenzija se torganizza u tikkoordina sett komprensiv ta’ miżuri operazzjonali u tekniċi. Dan jista’ jsir b'talba ta’ Stat Membru jew bi proposta mill-Aġenzija. F’dawn il-każijiet fejn minkejja l-pressjoni sproporzjonata ma jkun hemm l-ebda talba għal għajnuna, jew l-offerta tal-Aġenzija ma tiġix aċċettata jew ma titteħidx azzjoni suffiċjenti mill-Istat Membru kkonċernati u jiġi kompromess il-funzjonament tas-SEKA, il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni b’att ta’ implimentazzjoni li jidentifika miżura/i operazzjonali u teknika/i li l-Aġenzija jinħtieġ li tieħu biex tappoġġa lill-Istat Membru kkonċernat. Għal dan il-għan, l-Aġenzija tistabbilixxi riżerva ta’ intervent għall-ażil li se jikkonsisti f'riżerva ta’ mhux inqas minn 500 espert mill-Istati Membri.

In-numru u l-profili tal-esperti fit-timijiet ta’ appoġġ għall-ażil huma deċiżi mill-Bord tat-Tmexxija fuq proposta tad-Direttur Eżekuttiv. Minħabba n-numru dejjem jiżdied ta’ tfal u ta’ tfal mhux akkumpanjati fost il-migranti u dawk li jfittxu l-ażil, huwa importanti li dawn it-timijiet jinkludu esperti bi profili dwar protezzjoni tat-tfal. It-tul ta’ skjerament huwa stabbilit mill-Istat Membru ospitanti iżda biex tiġi żgurata l-kontinwità fl-implimentazzjoni huwa meħtieġ li jiġi stabbilit tul ta’ żmien minimu li huwa stabbilit għal 30 jum fil-proposta. Fir-rigward ta’ esperti tar-riżerva ta’ intervent għall-ażil, il-Bord tat-Tmexxija jiddeċiedi, bi proposta tad-Direttur Eżekuttiv, dwar il-profili tal-esperti u s-sehem li kull Stat Membru se jikkontribwixxi biex jikkostitwixxu r-riżerva ta’ minimu ta’ 500 espert. L-iskjerament ta’ esperti mir-riżerva ta’ intervent għall-ażil hija obbligatorja għall-Istati Membri mingħajr il-possibbiltà li jinvokaw sitwazzjoni eċċezzjonali li tista’ taffettwa sostanzjalment il-qadi ta’ kompiti nazzjonali. L-Aġenzija tista’ wkoll tibgħat esperti mill-persunal tagħha stess biex itejjeb l-iskjerament tal-esperti mir-riżerva ta’ intervent għall-ażil.

Ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX li jipprovdi għat-twaqqif ta’ timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni f’żoni hotspot huwa karatterizzat minn flussi migratorji mħallta. Dawn it-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni huma magħmula minn esperti u uffiċjali skjerati minn u permezz ta’ diversi aġenziji tal-Unjoni inkluża l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil. It-tisħiħ operazzjonali u tekniku li jista’ jingħata mit-timijiet tal-appoġġ għall-ażil jew minn esperti mibgħuta mir-riżerva ta’ intervent għall-ażil jistgħu jinkludu l-iskrinjar taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, ir-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali u, fejn ikun mitlub mill-Istati Membri, l-eżami ta’ tali applikazzjonijiet, kif ukoll l-għoti ta’ informazzjoni u assistenza speċifika, lill-applikanti jew lill-applikanti potenzjali li jistgħu jkunu soġġetti għal rilokazzjoni.

L-esperti li jiffurmaw parti mit-timijiet ta’ appoġġ għall-ażil jew li huma skjerati mill-intervent għall-ażil jinħtieġ li jkunu jistgħu jikkonsultaw il-bażijiet tad-dejta nazzjonali u Ewropej biex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom b’mod effikaċi u jgħinu lill-Istati Membri. Għal dan il-għan, il-proposta tistabbilixxi obbligu fuq l-Istati Membri li jippermettu lil dawk l-esperti biex jikkonsultaw il-bażijiet tad-dejta Ewropej u jipprevdu l-possibbiltà għalihom li jippermettu konsultazzjoni ta’ bażijiet tad-dejta nazzjonali soġġetti għal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni dwar l-aċċess u l-konsultazzjoni li ssir f’dawk il-bażijiet tad-dejta.

Sabiex tkun żgurata koordinazzjoni adegwata u effiċjenti fil-post, il-proposta tittrasforma dak li sa issa ġie msejjaħ “Punt ta’ kuntatt tal-Unjoni” f'uffiċjal ta’ koordinament tal-Aġenzija, simili għal uffiċjal ta’ koordinazzjoni li jintuża f’operazzjonijiet ikkoordinati mill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Ir-rwol tal-uffiċjal ta’ koordinazzjoni huwa jkun li jrawwem kooperazzjoni u koordinazzjoni bejn l-Istat Membru ospitanti u l-Istati Membri parteċipanti. L-uffiċjal tal-koordinazzjoni jieħu biss struzzjonijiet mill-Aġenzija u għandu jirrapporta lid-Direttur Eżekuttiv fejn il-pjan operazzjonali mhuwiex implimentat b’mod adegwat.

Minħabba li l-Aġenzija tkun qed tiskjera esperti mill-persunal tagħha stess biex jifformaw parti mit-timijiet ta’ appoġġ għall-ażil u barra r-riżerva ta’ intervent għall-ażil, il-proposta tipprevedi wkoll il-possibbiltà li l-Aġenzija tixtri jew tikri tagħmir tekniku tagħha. Dan ma jaffettwax l-obbligu tal-Istati Membri biex jipprovdu l-faċilitajiet u t-tagħmir neċessarji sabiex l-Aġenzija tkun tista’ tipprovdi assistenza operazzjonali u teknika, u jinħtieġ li tikkomplementa tagħmir ipprovdut minn aġenziji oħra tal-Unjoni.

(6)Aspetti oħrajn

Fil-Kapitolu 7, il-proposta tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta personali u tipprovdi lill-Aġenzija b’mandat biex tipproċessa d-dejta personali. L-ipproċessar ta’ dejta personali mill-Aġenzija għandu jkun limitat għall-fini li jitwettqu l-kompiti tagħha meta tipprovdi assistenza operazzjonali u teknika, li tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni mal-Istati Membri u aġenziji oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, u l-analiżi tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ażil. L-Aġenzija, f’kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-ġestjoni operazzjonali ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja (eu-LISA), tiżviluppa wkoll u topera sistema ta’ informazzjoni kapaċi li tagħmel skambju ta’ informazzjoni kklassifikata.

Fir-rigward tal-kooperazzjoni mill-Aġenzija, il-Kapitolu 8 jkopri kooperazzjoni mill-Aġenzija mad-Danimarka u ma’ pajjiżi assoċjati, il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, kooperazzjoni ma’ korpi oħra tal-Unjoni u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, b’mod partikolari l-UNHCR. Dawn l-aspetti mhumiex għalkollox ġodda meta mqabbla mal-mandat attwali tal-EASO fejn il-kooperazzjoni mal-partijiet interessati dehret bħala aspett importanti.

Il-bidla ewlenija f’dan il-Kapitolu tikkonċerna l-Artikolu 35 dwar il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi li issa hija aktar strutturata u tipprovdi b’mod aktar ċar għal possibbiltajiet ta’ kooperazzjoni mill-Aġenzija ma’ pajjiżi terzi. Hija tistabbilixxi li l-Aġenzija għandha tikkoordina mhux biss l-iskambju ta’ informazzjoni iżda wkoll kooperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, u li uffiċjali minn pajjiżi terzi jistgħu jiġu mistiedna bħala osservaturi fl-attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija. Għal dak li jikkonċerna r-risistemazzjoni, l-Aġenzija se tkompli tikkoordina l-iskambju ta’ informazzjoni u azzjonijiet oħra meħuda mill-Istati Membri inklużi skemi li jitwettqu fil-livell tal-Unjoni Ewropea. L-Aġenzija se jkollha l-possibbiltà li tipparteċipa fl-implimentazzjoni tal-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni ma’ pajjiżi terzi.

Il-Kapitolu 9 jittratta l-organizzazzjoni tal-Aġenzija. Dan il-Kapitolu jirrifletti l-organizzazzjoni eżistenti tal-EASO u jsegwi l-approċċ komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati miftiehem bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni. Id-differenza mqabbla mal-istruttura eżistenti hija li l-proposta tipprovdi għall-post ta’ Viċi Direttur Eżekuttiv filwaqt li tikkunsidra li l-kompiti tal-Aġenzija ġew imsaħħa b’mod sinifikanti u se jkun hemm żieda qawwija korrispondenti tal-persunal sal-2020. Differenza oħra mqabbla mar-rati tal-impjiegi attwali tikkonċerna l-organizzazzjoni tal-Forum Konsultattiv. Dak il-forum je]tie[ li jkun indipendenti mill-Aġenzija u għal dan il-għan mhux se jibqa’ jkun ippresedut mid-Direttur Eżekuttiv u jeħtieġ li jassisti lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Bord tat-Tmexxija f’materji relatati mal-ażil.

Il-Kapitolu 10 jkopri dispożizzjonijiet finanzjarji u l-Kapitolu 11 jikkonsisti f’dispożizzjonijiet ġenerali. Skont id-dispożizzjonijiet finanzjarji, l-Aġenzija ngħatat il-possibbiltà tal-għoti tal-għotjiet. Id-dispożizzjonijiet ġenerali jirriflettu l-istess dispożizzjonijiet kif previst fir-regolament eżistenti. Il-Kapitolu 12 jkopri d-dispożizzjonijiet finali. F'dan il-kapitolu ġdid hemm l-Artikolu dwar il-proċedura tal-kumitat li għandha l-għan li tkopri l-possibbiltà li l-Kummissjoni tadotta atti ta’ implimentazzjoni skont din il-proposta. Dan l-aħħar kapitolu jkopri l-obbligu tal-Aġenzija li tirrapporta kull sena dwar l-attivitajiet tagħha kif ukoll l-evalwazzjoni u r-reviżjoni tal-Aġenzija.

2016/0131 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-ażil u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 78(1) u (2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)L-għan tal-politika tal-Unjoni dwar l-ażil huwa li tiġi żviluppata u stabbilita Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil (SEKA), li tkun konsistenti mal-valuri u t-tradizzjoni umanitarja tal-Unjoni Ewropea u rregolata mill-prinċipju ta’ solidarjetà u tqassim ġust tar-responsabbiltà.

(2)Is-SEKA hija bbażata fuq standards komuni minimi għall-proċeduri tal-ażil, ir-rikonoxximent u l-protezzjoni offruti fil-livell tal-Unjoni, il-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza u sistema għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għal dawk li jfittxu ażil. Minkejja l-progress dwar is-SEKA, għad hemm differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri fl-għotja ta’ protezzjoni internazzjonali u l-forma li tieħu tali protezzjoni internazzjonali. Dawn id-diskrepanzi jinħtieġ li jiġu indirizzati billi tiġi żgurata konverġenza akbar fil-valutazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali u billi jiġi garantit livell għoli u uniformi ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni madwar l-Unjoni.

(3)Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-6 ta’ April 2016, il-Kummissjoni stabbilixxiet l-għażliet tagħha għat-titjib fis-SEKA, jiġifieri l-istabbiliment ta’ sistema sostenibbli u ġusta biex ikunu ddeterminati l-Istati Membri responsabbli għal dawk li jfittxu l-ażil, biex issaħħaħ is-sistema EURODAC, biex tinkiseb konverġenza akbar fis-sistema ta’ ażil u sabiex jiġu evitati movimenti sekondarji, u jiġi żviluppat mandat imsaħħaħ għall-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil. Dik il-Komunikazzjoni hija f’konformità mas-sejħiet tal-Kunsill Ewropew tat-18 ta’ Frar 2016 biex isir progress lejn riforma tal-qafas eżistenti tal-UE sabiex tkun żgurata politika tal-ażil umana u effiċjenti. Din tipproponi wkoll pass ’il quddiem f’konformità mal-approċċ olistiku għall-migrazzjoni stabbilit mill-Parlament Ewropew fir-rapport ta’ inizjattiva tiegħu stess tat-12 ta’ April 2016.

(4)L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil ġie stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 7 u dan beda jopera fl-1 ta’ Frar 2011. L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil tejjeb il-kooperazzjoni prattika fost l-Istati Membri f’affarijiet marbuta mal-ażil u fl-assistenza lill-Istati Membri sabiex jimplimentaw l-obbligi tagħhom skont is-SEKA. L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil jipprovdi wkoll appoġġ lill-Istati Membri li s-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza tagħhom huma taħt pressjoni partikolari. Madankollu, ir-rwol u l-funzjoni tiegħu jeħtieġ li jissaħħu aktar biex mhux biss jappoġġaw lill-Istati Membri fil-kooperazzjoni prattika tagħhom iżda biex jirrinforza u jikkomplementa s-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza tal-Istati Membri.

(5)Wara li jiġu kkunsidrati n-nuqqasijiet strutturali tas-SEKA żvelati bil-wasla mhux ikkontrollata fuq skala kbira ta’ migranti u applikanti għall-ażil lejn l-Unjoni u l-ħtieġa għal livell effiċjenti, għoli u uniformi tal-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni dwar l-ażil fl-Istati Membri, huwa meħtieġ li jittejbu l-implimentazzjoni u t-tħaddim tas-SEKA billi wieħed jibni fuq il-ħidma tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil u jiġi żviluppat f’Aġenzija sħiħa li jinħtieġ li tkun responsabbli għall-iffaċilitar u t-titjib tal-funzjonament tas-SEKA, li jippermetti distribuzzjoni sostenibbli u ġusta tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali sabiex tkun żgurata l-konverġenza fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali madwar l-Unjoni, u għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni operazzjonali u teknika tal-liġi tal-Unjoni.

(6)Il-kompiti tal-Uffiċċju ta’ Appoġġ Ewropew fil-Qasam tal-Ażil jeħtieġ li jiġu estiżi, u biex jiġu riflessi dawn il-bidliet, jinħtieġ li jingħata l-isem ġdid ta’ Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil. L-Aġenzija jinħtieġ li tkun ċentru ta' kompetenza esperta, u r-rwol ewlieni tagħha jinħtieġ li jkun li ssaħħaħ il-kooperazzjoni prattika u l-iskambju ta’ informazzjoni fost l-Istati Membri dwar l-ażil, biex tippromwovi d-dritt tal-Unjoni u standards operazzjonali biex jiġi żgurat livell għoli ta’ uniformità fir-rigward ta’ proċeduri tal-ażil, il-kundizzjonijiet tal-akkoljenza u l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ protezzjoni madwar l-Unjoni, biex tiġi sorveljata l-applikazzjoni operazzjonali u teknika tal-liġi tal-Unjoni u l-istandards fir-rigward tal-ażil, jingħata appoġġ lis-sistema ta' Dublin u jingħata aktar appoġġ tekniku u operazzjonali lill-Istati Membri għall-ġestjoni tas-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza, b’mod partikolari lil dawk li s-sistemi tagħhom huma soġġetti għal pressjoni sproporzjonata.

(7)L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil jinħtieġ li taħdem f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet tal-ażil tal-Istati Membri, mas-servizzi nazzjonali tal-immigrazzjoni u tal-ażil u ma’ servizzi oħra, waqt li tuża l-ħiliet u l-kompetenza esperta ta' dawn is-servizzi, kif ukoll mal-Kummissjoni. L-Istati Membri jinħtieġ li jikkooperaw mal-Aġenzija biex jiġi żgurat li din tkun tista’ twettaq il-mandat tagħha. Huwa importanti li l-Aġenzija u l-Istati Membri jaġixxu in bona fede u li jkollhom skambju f’waqtu u preċiż tal-informazzjoni. Kull dispożizzjoni ta’ dejta tal-istatistika jinħtieġ li tirrispetta l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u metodoloġiċi tar-Regolament (KE) Nru 862/2007 8 .

(8)L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil jinħtieġ li tiġbor u tanalizza informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ażil fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi, sa fejn dan jista’ jkollu impatt fuq l-Unjoni. Dan jinħtieġ li jippermetti lill-Aġenzija biex tassisti lill-Istati Membri b’fehim aħjar tal-fatturi relatati mal-ażil għal migrazzjoni lejn u fl-Unjoni, kif ukoll għall-finijiet ta’ twissija bikrija u tħejjija tal-Istati Membri.

(9)Wara li tiġi kkunsidrata r-riforma tas-sistema ta’ Dublin, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil jinħtieġ li tipprovdi l-appoġġ meħtieġ lill-Istati Membri, partikolarment permezz ta’ operazzjoni u ġestjoni tal-mekkaniżmu korrettiv.

(10)L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil jinħtieġ li tgħin lill-Istati Membri b’taħriġ ta’ esperti mill-amministrazzjonijiet nazzjonali kollha, qrati u tribunali, u servizzi nazzjonali responsabbli għall-kwistjonijiet tal-ażil, inkluż l-iżvilupp ta’ kurrikulu bażiku komuni. Barra minn hekk, l-Aġenzija jinħtieġ li tiżgura li l-esperti kollha li qed jipparteċipaw f’timijiet ta’ appoġġ għall-ażil jew li jiffurmaw parti mir-riżerva ta’ intervent għall-ażil jirċievu taħriġ speċjalizzat, qabel il-parteċipazzjoni tagħhom f’attivitajiet operazzjonali organizzati mill-Aġenzija.

(11)L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil jinħtieġ li tiżgura approċċ aktar strutturat u l-produzzjoni effiċjenti tal-informazzjoni dwar il-pajjiżi tal-oriġini fil-livell tal-Unjoni Ewropea. Huwa meħtieġ għall-Aġenzija li tiġbor l-informazzjoni u tħejji r-rapporti li jipprovdu informazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini permezz tal-użu ta’ netwerks Ewropej għall-informazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni u jinħolqu sinerġiji ma’ rapporti nazzjonali. Barra minn hekk, sabiex tkun żgurata konverġenza fil-valutazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali u n-natura u l-kwalità tal-protezzjoni mogħtija, l-Aġenzija jinħtieġ li, flimkien mal-Istati Membri, tmexxi u tiżviluppa analiżi komuni li jipprovdi gwida dwar is-sitwazzjoni f’pajjiżi speċifiċi tal-oriġini.

(12)Il-lista komuni tal-UE ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu stabbilita mir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX 9 jinħtieġ li tiġi reveduta regolarment mill-Kummissjoni. Wara li jiġi kkunsidrat l-għarfien espert tal-Aġenzija, hija jinħtieġ li tgħin lill-Kummissjoni tirrevedi dik il-lista. L-Aġenzija, b'talba tal-Kummissjoni, jinħtieġ ukoll li tipprovdilha informazzjoni dwar pajjiżi terzi speċifiċi li jistgħu jiġu inklużi fil-lista komuni tal-UE ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu, u fuq pajjiżi terzi indikati bħala pajjiżi ta’ oriġini siguri jew pajjiżi terzi siguri jew li għalihom il-kunċetti ta' pajjiż terz bla periklu, l-ewwel pajjiż tal-ażil jew pajjiż terz Ewropew bla periklu mill-Istati Membri japplikaw.

(13)Biex jiġi żgurat livell għoli ta’ uniformità fir-rigward ta’ proċeduri tal-ażil, il-kundizzjonijiet tal-akkoljenza u l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ protezzjoni fl-Unjoni kollha, l-Aġenzija jinħtieġ li torganizza u tikkoordina l-attivitajiet li jippromwovu d-dritt tal-Unjoni. Għal dan il-għan, l-Aġenzija jinħtieġ li tassisti lill-Istati Membri billi tiżviluppa standards operazzjonali u indikaturi għall-monitoraġġ tal-konformità ma’ dawk l-istandards. L-Aġenzija jinħtieġ li tiżviluppa wkoll linji gwida dwar kwistjonijiet relatati mal-ażil u jinħtieġ li tippermetti l-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri.

(14)L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Kummissjoni bħala gwardjana tat-Trattati, jinħtieġ li tistabbilixxi mekkaniżmu li jissorvelja u jivvaluta l-implimentazzjoni tas-SEKA, li l-Istati Membri jikkonformaw mal-istandards operazzjonali, linji gwida u l-aħjar prattiki dwar l-ażil u biex tivverifika l-funzjonament tas-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza tal-Istati Membri. Il-monitoraġġ u l-valutazzjoni jinħtieġ li jkunu komprensivi u jinħtieġ li jiġu bbażati, b'mod partikolari, fuq informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, analiżi tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ażil żviluppata mill-Aġenzija, żjarat fil-post u teħid ta’ kampjuni tal-każijiet. L-Aġenzija jinħtieġ li tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Bord tat-Tmexxija, li min-naħa tiegħu jinħtieġ li jadotta r-rapport. Id-Direttur Eżekuttiv, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, jinħtieġ li jagħmel abbozz ta’ rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru kkonċernat fejn jiddeskrivi l-miżuri meħtieġa biex jindirizzaw nuqqasijiet serji, li mbagħad għandhom jiġu adottati mill-Bord tat-Tmexxija bħala rakkomandazzjonijiet.

(15)Dawn ir-rakkomandazzjonijiet jinħtieġ li jiġu segwiti abbażi ta’ pjan ta’ azzjoni mħejji mill-Istat Membru kkonċernat. Jekk, fi żmien il-perjodu stipulat, l-Istat Membru kkonċernat ma jiħux il-miżuri meħtieġa biex jindirizza r-rakkomandazzjonijiet, u n-nuqqasijiet tas-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza huma tant gravi li jipperikolaw il-funzjonament tas-SEKA, il-Kummissjoni, abbażi tal-evalwazzjoni tagħha tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni u s-serjetà tan-nuqqasijiet, jinħtieġ li tadotta rakkomandazzjonijiet indirizzati lil dan l-Istat Membru li jiddeskrivi l-miżuri meħtieġa biex jiġu rrimedjati nuqqasijiet serji. Il-Kummissjoni tista’ torganizza żjarat fil-post fl-Istat Membru kkonċernat biex tissorvelja l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni jinħtieġ ukoll li tidentifika l-miżuri li jinħtieġ jittieħdu mill-Aġenzija insostenn ta' dan l-Istat Membru. Jekk l-Istat Membru jibqa’ mhux konformi għal ċertu perjodu ta’ żmien, il-Kummissjoni tista’ tieħu azzjoni ulterjuri u titlob lill-Aġenzija biex tintervjeni insostenn tal-istess Stat Membru.

(16)Biex tiffaċilita u ttejjeb il-funzjonament tas-SEKA u biex tgħin lill-Istati Membri jimplimentaw l-obbligi tagħhom fil-qafas tas-SEKA, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil jinħtieġ li tipprovdi lill-Istati Membri b’assistenza teknika u operazzjonali, b’mod partikolari meta s-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza tagħhom huma soġġetti għal pressjoni sproporzjonata. L-Aġenzija jinħtieġ li tipprovdi l-assistenza operazzjonali u teknika meħtieġa permezz tal-użu tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ażil magħmula minn esperti mill-persunal tal-Aġenzija stess, esperti mill-Istati Membri jew minn esperti ssekondati mill-Istati Membri lill-Aġenzija, u abbażi ta’ pjan operazzjonali. Dawn it-timijiet jinħtieġ li jappoġġaw lill-Istati Membri b’miżuri operazzjonali u tekniċi, fosthom billi jipprovdu għarfien espert dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, servizzi ta’ interpretazzjoni, informazzjoni dwar il-pajjiżi ta’ oriġini u għarfien dwar it-trattament u l-ġestjoni ta’ każijiet ta’ ażil, kif ukoll billi jassistu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-eżami ta’ applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali u billi jkun hemm għajnuna għar-rilokazzjoni. L-arranġamenti għat-timijiet ta' appoġġ fil-qasam tal-ażil jinħtieġ li jkunu regolati minn dan ir-Regolament sabiex jiġi żgurat l-iskjerament effikaċi tagħhom.

(17)F’każijiet meta s-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza ta' Stat Membru jkunu soġġetti għal pressjoni sproporzjonata li tqiegħed responsabbiltajiet eċċezzjonalment tqal u urġenti fuq is-sistemi tagħhom tal-ażil jew tal-akkoljenza, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil jinħtieġ li tassisti dan l-Istat Membru meta jitlobha jew bl-inizjattiva tal-Aġenzija stess, permezz ta’ sett komprensiv ta’ miżuri, fosthom l-użu ta’ esperti mir-riżerva ta' intervent għall-ażil. Sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ dawn l-esperti u l-iskjerament immedjat tagħhom, ir-riżerva ta' intervent għall-ażil jinħtieġ li tikkostitwixxi riżerva ta’ esperti mill-Istati Membri li jammontaw għal minimu ta’ 500 persuna. L-Aġenzija jinħtieġ li tkun hija stess li tintervjeni insostenn ta’ Stat Membru fejn minkejja l-pressjoni sproporzjonata, l-Istat Membru kkonċernat ma jitlobx għal assistenza suffiċjenti mingħand l-Aġenzija jew l-Istat Membru ma jiħux biżżejjed azzjoni biex jindirizza din il-pressjoni bil-konsegwenza li s-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza tiegħu jkunu ineffettivi u jiġi kompromess il-funzjonament tas-SEKA. Numru sproporzjonat ta’ applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali li għalihom l-Istati Membri huma responsabbli jistgħu jkunu indikazzjoni ta’ pressjoni sproporzjonata.

(18)Biex tiżgura li t-timijiet ta’ appoġġ għall-ażil jew l-esperti skjerati mir-riżerva ta’ intervent għall-ażil huma kapaċi jwettqu l-kompiti tagħhom b’mod effikaċi bil-mezzi meħtieġa, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil jinħtieġ li tkun tista’ takkwista jew tikri t-tagħmir tekniku tagħha. Dan ma jinħtieġx li jaffettwa l-obbligu tal-Istati Membri biex jipprovdu l-faċilitajiet u t-tagħmir neċessarji sabiex l-Aġenzija tkun tista’ tipprovdi l-assistenza operazzjonali u teknika meħtieġa. Kull xiri jew kiri ta’ tagħmir jinħtieġ li jkun suġġetti għal dikjarazzjoni dettaljata tal-ħtiġijiet u analiżi ta’ spejjeż / benefiċċji mill-Aġenzija.

(19)Għall-Istati Membri li huma ffaċċjati bi pressjoni speċifika u sproporzjonata fuq is-sistemi tagħhom tal-ażil u l-akkoljenza, partikolarment minħabba s-sitwazzjoni ġeografika jew demografika tagħhom, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil jinħtieġ li tappoġġa l-iżvilupp ta' solidarjetà fl-Unjoni u tassisti fir-rilokazzjoni aħjar tal-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali fost l-Istati Membri, waqt li tiżgura li s-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza ma jiġux abbużati.

(20)F’żoni partikolari tal-fruntieri esterni fejn l-Istati Membri jiffaċċjaw pressjonijiet migratorji sproporzjonati kkaratterizzati minn flussi kbar ta’ wasliet migratorji mħallta, imsejħa żoni hotspot, l-Istati Membri jinħtieġ li jkunu jistgħu joqogħdu fuq aktar tisħiħ tekniku u operazzjonali permezz ta’ timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni magħmula minn timijiet ta’ esperti mill-Istati Membri skjerati permezz tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil, l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, u l-Europol jew aġenziji oħra rilevanti tal-Unjoni, kif ukoll minn esperti mill-persunal tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. L-Aġenzija jinħtieġ li tiżgura l-koordinazzjoni tal-attivitajiet tagħha fit-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni mal-Kummissjoni u aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni.

(21)Sabiex twettaq il-missjoni tagħha u sa fejn meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha, l-Aġenzija Ewropea għalll-Ażil jinħtieġ li tikkoopera ma’ korpi, aġenziji u organi tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, f’materji koperti b’dan ir-Regolament fil-qafas tal-arranġamenti ta’ ħidma konklużi skont il-liġi u politika tal-Unjoni. Dawn l-arranġamenti ta’ ħidma jinħtieġ li jirċievu l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni.

(22)L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil jinħtieġ li tikkoopera man-Network Ewropew dwar il-Migrazzjoni, stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE 10 , sabiex jiġu żgurati sinerġiji u tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-attivitajiet.

(23)L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil jinħtieġ tikkoopera ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, b’mod partikolari l-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR) f’materji koperti b’dan ir-Regolament fil-qafas tal-arranġamenti ta’ ħidma sabiex tibbenefika mill-kompetenza esperta u l-appoġġ tagħhom. Għal dan il-għan, ir-rwol tal-UNHCR kif ukoll dak tal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti l-oħra jinħtieġ li jkunu rikonoxxuti b'mod sħiħ u dawn l-organizzazzjonijiet jinħtieġ li jkunu involuti b'mod sħiħ fil-ħidma tal-Aġenzija. L-arranġamenti ta’ ħidma jinħtieġ li jirċievu l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni.

(24)L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil jinħtieġ li tiffaċilita l-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri fi kwistjonijiet li jaqgħu taħt dan ir-Regolament. Hija jinħtieġ li tikkoopera wkoll mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi, fil-qafas ta’ arranġamenti ta’ ħidma li jinħtieġ li jirċievu l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni. L-Aġenzija jinħtieġ li taġixxi skont il-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni u fl-ebda ċirkostanza m’għandha tfassal xi politika esterna indipendenti. Fil-kooperazzjoni tagħha ma’ pajjiżi terzi, l-Aġenzija u l-Istati Membri jinħtieġ li jikkonformaw man-normi u standards tal-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni anki meta l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi sseħħ fit-territorju ta’ dawk il-pajjiżi.

(25)L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil jinħtieġ li żżomm djalogu mill-qrib mas-soċjetà ċivili bil-ħsieb tal-iskambju ta’ informazzjoni u l-akkomunament tal-konoxxenza fil-qasam tal-ażil. L-Aġenzija jinħtieġ li twaqqaf Forum Konsultattiv li jinħtieġ li jikkostitwixxi mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni u tal-akkomunament tal-konoxxenza. Il-Forum Konsultattiv jinħtieġ li jassisti lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Bord tat-Tmexxija f’materji koperti minn dan ir-Regolament.

(26)Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. L-attivitajiet kollha tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil għandhom jitwettqu b’rispett sħiħ għad-drittijiet u l-prinċipji fundamentali, inkluż id-dritt għall-ażil, il-protezzjoni minn refoulement, id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali u d-dritt għal rimedju effettiv. Id-drittijiet tat-tfal u l-ħtiġijiet speċjali ta’ persuni vulnerabbli għandhom dejjem jiġu kkunsidrati.

(27)Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jinħtieġ li jkunu rrappreżentati fil-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil sabiex jeżerċitaw superviżjoni politika fuq il-ħidma tagħha. Il-Bord tat-Tmexxija jinħtieġ li jkun magħmul, fejn possibbli, mill-kapijiet operazzjonali tal-amministrazzjonijiet tal-ażil tal-Istati Membri, jew ir-rappreżentanti tagħhom. Il-Bord jinħtieġ li jingħata l-poteri meħtieġa, b'mod partikolari biex jistabbilixxi l-budget, jivverifika l-eżekuzzjoni tiegħu, jadotta r-regoli finanzjarji xierqa, jistabbilixxi proċeduri ta' ħidma trasparenti għat-teħid ta' deċiżjonijiet mill-Aġenzija u jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Direttur Eżekuttiv. L-Aġenzija jinħtieġ li tkun irregolata u mħaddma skont il-prinċipji tal-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni adottati fid-19 ta’ Lulju 2012 mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea.

(28)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward ta’ sitwazzjonijiet li jkunu jeħtieġu azzjoni urġenti fil-fruntieri esterni, il-Kummissjoni jinħtieġ li tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawn is-setgħat jinħtieġ li jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 11 .

(29)L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil jinħtieġ li tkun indipendenti fejn jidħlu kwistjonijiet operazzjonali u tekniċi u għandu jkollha awtonomija legali, amministrattiva u finanzjarja. Għal dan il-għan huwa meħtieġ u xieraq li l-Aġenzija tkun korp tal-Unjoni b'personalità legali u teżerċita s-setgħat implimentattivi li huma mogħtija lilha minn dan ir-Regolament.

(30)Sabiex l-awtonomija tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil tkun garantita, jinħtieġ li tingħata baġit awtonomu, li d-dħul tiegħu jiġi essenzjalment minn kontribuzzjoni mill-Unjoni. Il-finanzjament tal-Aġenzija jinħtieġ li jkun soġġett għal ftehim mill-awtorità baġitarja kif imniżżel fil-punt 31 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba 12 . Il-proċedura baġitarja tal-Unjoni jinħtieġ li tkun applikabbli għall-kontribut tal-Unjoni u għal kwalunkwe għotja li għandha tiġi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Il-verifika tal-kontijiet jinħtieġ li ssir mill-Qorti tal-Awdituri.

(31)Kwalunkwe riżorsi finanzjarji magħmula disponibbli mill-Aġenzija taħt forma ta’ għotjiet, ftehimiet ta’ delega jew il-forma tal-kuntratt skont dan ir-Regolament ma jeħtiġx li jirriżultaw f’finanzjament doppju ma’ sorsi nazzjonali, Ewropej jew internazzjonali.

(32)Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar qafas ta' regolament finanzjarju għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42), jinħtieġ li japplika għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil.

(33)Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 13 għandu japplika mingħajr restrizzjoni għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil, li għandha taderixxi mal-Ftehim Inter-Istituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi 14 .

(34)Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 15 jinħtieġ li japplika għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil.

(35)Kull ipproċessar ta’ dejta personali mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil fil-qafas ta’ dan ir-Regolament jinħtieġ li jitwettaq skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u jinħtieġ li jirrispetta l-prinċipji tan-neċessità u l-proporzjonalità 16 . L-Aġenzija tista’ tipproċessa dejta personali sabiex twettaq il-kompiti tagħha tal-għoti tal-għajnuna operazzjonali u teknika lill-Istati Membri, biex tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni mal-Istati Membri, l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri, l-Europol jew il-Eurojust, l-analiżi tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ażil u għal finijiet amministrattivi. Kull ipproċessar ulterjuri ta’ dejta personali miżmuma għal skopijiet oħra minbarra dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament għandu jkun pprojbit.

(36)Ir-Regolament (UE) Nru XXX/2016 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data japplika għall-ipproċessar ta’ dejta personali mill-Istati Membri mwettaq fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sakemm tali pproċessar ikun twettaq mill-awtoritajiet kompetenti maħtura jew ta' verifika tal-Istati Membri għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati kriminali serji oħra fosthom is-salvagwardja kontra u l-prevenzjoni ta’ theddid għas-sigurtà pubblika.

(37)Id-Direttiva 2016/XXX/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 18 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u l-moviment liberu ta’ dik id-dejta japplikaw għall-ipproċessar ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati kriminali serji oħra skont dan ir-Regolament.

(38)Ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru XXX/2016 dwar il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet ta’ individwi, notevolment tad-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-dejta personali tagħhom, fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali għandhom jiġu speċifikati fir-rigward tar-responsabbilità għall-ipproċessar ta’ dejta, għall-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta u tas-superviżjoni dwar il-ħarsien tad-dejta, b’mod partikolari sa fejn ikunu konċernati ċerti setturi.

(39)L-Aġenzija jinħtieġ li tipproċessa d-dejta personali biss għall-finijiet tat-twettiq tal-kompiti tagħha tal-għoti tal-għajnuna operazzjonali u teknika, tat-twettiq tat-teħid tal-kampjuni tal-każijiet għall-finijiet tal-eżerċizzju ta’ monitoraġġ, possibbilment tipproċessa l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali ta' tfal jew persuni vulnerabbli, meta tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni mal-Istati Membri, l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri, il-Europol jew il-Eurojust u fil-qafas ta’ informazzjoni miksuba meta twettaq il-kompiti tagħha fit-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni f’żoni kritiċi, u għall-analiżi tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ażil. Kull ipproċessar ta’ dejta personali bħal dan jinħtieġ li jħares lejn il-prinċipju tal-proporzjonalità u jkun strettament limitat għad-dejta personali meħtieġa għal dawn il-finijiet.

(40)Kwalunkwe dejta personali li l-Aġenzija tipproċessa, ħlief dawk ipproċessati għal skopijiet amministrattivi, jinħtieġ li titħassar wara 30 jum. Ħżin għal perjodu itwal mhuwiex meħtieġ għall-finijiet li għalihom l-Aġenzija tipproċessa d-dejta personali fil-qafas ta’ dan ir-Regolament;

(41)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u ta opinjoni fil-[...] 19 .

(42)Minħabba li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, prinċipalment li tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni u biex jitjieb il-funzjonament tas-SEKA, li tissaħħaħ il-kooperazzjoni prattika u l-iskambju ta’ informazzjoni fost l-Istati Membri dwar kwistjonijiet relatati mal-ażil, biex jippromwovi d-dritt tal-Unjoni u standards operazzjonali biex jiġi żgurat livell għoli ta’ uniformità fir-rigward ta’ proċeduri tal-ażil, il-kundizzjonijiet tal-akkoljenza u l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ protezzjoni madwar l-Unjoni, biex tiġi sorveljata l-applikazzjoni operazzjonali u teknika tal-liġi tal-Unjoni u l-istandards fir-rigward tal-ażil u li jingħata aktar appoġġ tekniku u operazzjonali lill-Istati Membri għall-ġestjoni tas-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza, b’mod partikolari għall-Istati Membri soġġetti għal pressjonijiet sproporzjonati fuq is-sistemi tagħhom tal-ażil u l-akkoljenza, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dan l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jintlaħqu dawn l-għanijiet,

(43)[F'konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dawn l-Istati Membri nnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.]

JEW

[F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għal Artikolu 4 ta' dan il-Protokoll, dawn l-Istati Membri mhumiex qed jieħdu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhumiex marbuta biha jew soġġetti għall-applikazzjoni tagħha.]

JEW

[(XX) Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(XX) F'konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Irlanda nnotifikat (, permezz tal-ittra ta' ...,) ix-xewqa tagħha li tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.]

JEW

[(XX) Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-Pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit innotifika (, permezz tal-ittra ta' ...,) x-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

(XX) Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u bla ħsara għall-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.] 

(44)Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka, mehmuż mat-Trattati, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhix marbuta bih u lanqas mhi soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(45)B’kont meħud li d-Danimarka sa issa kkontribwixxiet għall-kooperazzjoni prattika bejn l-Istati membri fil-qasam tal-ażil, l-Aġenzija għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni operazzjonali mad-Danimarka. Għal dak l-għan, għandu jiġi mistieden rappreżentant Daniż biex jipparteċipa fil-laqgħat kollha tal-Bord tat-Tmexxija, mingħajr id-dritt għal vot.

(46)Il-kompetenza għat-teħid ta’ deċiżjonijiet mill-awtoritajiet tal-ażil tal-Istati Membri dwar applikazzjonijiet individwali għal protezzjoni internazzjonali tibqa’ f’idejn l-Istati Membri.

(47)Dan ir-Regolament għandu l-għan li jemenda u jespandi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Peress li l-emendi li għandhom isiru huma ta’ natura sostanzjali, dak l-att jinħtieġ li, fl-interess taċ-ċarezza, jiġi sostitwit u revokat. Ir-referenzi għar-regolamenti mħassra jinħtieġ li jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU 1

L-AĠENZIJA TAL-UNJONI EWROPEA DWAR L-AŻIL

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1. L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (l-Aġenzija) għandha tiżgura l-applikazzjoni effiċjenti u uniformi tal-liġi tal-ażil tal-Unjoni fl-Istati Membri. Għandha tiffaċilita l-implimentazzjoni u ttejjeb il-funzjonament tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil (SEKA), u għandha tkun responsabbli sabiex tippermetti l-konverġenza fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali madwar l-Unjoni.

2. L-Aġenzija għandha tkun ċentru ta’ għarfien espert permezz tal-indipendenza tagħha, il-kwalità xjentifika u teknika tal-għajnuna li tipprovdi u l-informazzjoni li xxerred, it-trasparenza tal-proċeduri u l-metodi operazzjonali tagħha, id-diliġenza tagħha fit-twettiq tal-kompiti assenjati lilha, u l-appoġġ tat-teknoloġija tal-informazzjoni meħtieġ biex twettaq il-mandat tagħha.

3. L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil għandha tkun l-isem il-ġdid tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil, stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. L-attivitajiet għandhom minn issa 'l quddiem ikunu bbażati fuq dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Kompiti

1. L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti li ġejjin:

(a)tiffaċilita, tikkoordina u ssaħħaħ il-kooperazzjoni prattika u l-iskambju ta’ informazzjoni fost l-Istati Membri dwar diversi aspetti tal-ażil;

(b)tiġbor u tanalizza informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ażil u dwar l-implimentazzjoni tas-SEKA;

(c)tappoġġa lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tas-SEKA;

(d)tgħin lill-Istati Membri b’taħriġ ta’ esperti mill-amministrazzjonijiet nazzjonali kollha, qrati u tribunali, u servizzi nazzjonali responsabbli għall-kwistjonijiet tal-ażil, inkluż l-iżvilupp ta’ kurrikulu bażiku komuni.

(e)tfassal u taġġorna regolarment rapporti u dokumenti oħra li jipprovdu informazzjoni dwar il-pajjiżi tal-oriġini fil-livell tal-Unjoni;

(f)tikkoordina l-isforzi fost l-Istati Membri biex tgħin u tiżviluppa analiżi komuni tas-sitwazzjoni f’pajjiżi terzi ta’ oriġini;

(g)tipprovdu għajnuna operazzjonali u teknika effettiva lill-Istati Membri, b’mod partikolari meta jkunu soġġetti għal pressjoni sproporzjonata fuq is-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza tagħhom;

(h)tassisti fir-rilokazzjoni jew it-trasferiment ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni;

(i)tistabbilixxi u tibgħat timijiet ta’ appoġġ għall-ażil u riżerva ta’ intervent għall-asżil;

(j)tuża t-tagħmir tekniku meħtieġ għat-timijiet ta’ appoġġ għall-ażil u l-esperti mir-riżerva ta’ intervent għall-ażil;

(k)tistabbilixxi standards operazzjonali, indikaturi, linji gwida u l-aħjar prattiki fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istrumenti kollha tal-liġi tal-Unjoni dwar l-ażil;

(l)tissorvelja u tivvaluta l-implimentazzjoni tas-SEKA kif ukoll tas-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza tal-Istati Membri;

(m)jappoġġaw lill-Istati Membri fil-kooperazzjoni tagħhom ma’ pajjiżi terzi fi kwistjonijiet relatati mal-ażil, b’mod partikolari fir-rigward tar-risistemazzjoni.

2. L-Aġenzija għandha tappoġġa lill-Istati Membri fir-rigward tad-dimensjoni esterna tas-SEKA. F'dan ir-rigward, u bi ftehim mal-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha tikkoordina l-iskambju ta' informazzjoni u azzjonijiet oħra meħuda dwar kwistjonijiet li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-istrumenti u l-mekkaniżmi relatati mad-dimensjonijiet esterni tas-SEKA.

3. L-Aġenzija tista’ twettaq attivitajiet ta’ komunikazzjoni b'inizjattiva proprja fl-oqsma skont il-mandat tagħha. L-attivitajiet ta’ komunikazzjoni ma għandhomx ikunu detrimentali għall-kompiti msemmija fil-paragrafu 1 u 2, u għandhom jitwettqu skont il-pjanijiet rilevanti ta’ komunikazzjoni u tixrid adottati mill-Bord tat-Tmexxija.

KAPITOLU 2

KOOPERAZZJONI PRATTIKA U INFORMAZZJONI DWAR L-AŻIL

Artikolu 3

Id-dmir ta' kooperazzjoni in bona fede u l-iskambju tal-informazzjoni

1. L-Aġenzija u l-awtoritajiet tal-ażil tal-Istati Membri, mas-servizzi nazzjonali ta’ immigrazzjoni u tal-ażil u servizzi nazzjonali oħra għandhom ikunu soġġetti għal dmir li jikkooperaw in bona fede u għal obbligu ta’ skambju ta’ informazzjoni.

2. L-Aġenzija għandha taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet tal-ażil tal-Istati Membri, mas-servizzi nazzjonali ta' immigrazzjoni u tal-ażil u servizzi nazzjonali oħra u mal-Kummissjoni. L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti tagħha mingħajr preġudizzju għal dawk attribwiti lil korpi rilevanti oħra tal-Unjoni u għandha taħdem mill-qrib ma’ dawk il-korpi u mal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR).

3. L-Aġenzija għandha torganizza, tippromwovi u tikkoordina attivitajiet li jippermettu l-iskambju ta’ informazzjoni fost l-Istati Membri, inkluż permezz tal-istabbiliment ta’ netwerks kif xieraq. Għal dawn l-għanijiet, l-Aġenzija u l-awtoritajiet tal-ażil tal-Istati Membri, mas-servizzi nazzjonali ta’ immigrazzjoni u tal-ażil u servizzi nazzjonali oħra għandhom jiskambjaw, b’mod f’waqtu u preċiż, l-informazzjoni kollha meħtieġa.

Artikolu 4

L-analiżi ta’ informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ażil

1. L-Aġenzija għandha tiġbor u tanalizza informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ażil fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi, sa fejn din jista’ jkollha impatt fuq l-Unjoni, inkluża informazzjoni aġġornata dwar il-kawżi ewlenin, flussi migratorji u tar-refuġjati kif ukoll dwar kull wasla għall-għarrieda ta’ numri kbar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jistgħu jikkawżaw pressjonijiet sproporzjonati fuq is-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza, bil-ħsieb li titrawwem informazzjoni reċiproka rapida u kredibbli għall-Istati Membri biex jiġu identifikati r-riskji possibbli għas-sistemi tal-ażil tal-Istati Membri.

2.L-Aġenzija għandha tibbaża l-analiżi tagħha fuq l-informazzjoni mogħtija, b’mod partikolari, mill-Istati Membri, l-istituzzjonijiet u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna kif ukoll il-UNHCR u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra.

Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha taħdem f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri, u għandha, b’mod partikolari, toqgħod fuq l-analiżi tar-riskju mwettqa minn din l-Aġenzija biex tiżgura l-ogħla livell ta’ konsistenza u konverġenza fl-informazzjoni pprovduta miż-żewġ aġenziji.

3.L-Aġenzija għandha tiżgura l-iskambju rapidu ta’ informazzjoni rilevanti bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Hija għandha tippreżenta wkoll, b’mod f’waqtu u preċiż, ir-riżultati tal-analiżi tagħha lill-Bord tat-Tmexxija.

Artikolu 5

Informazzjoni rigward l-implimentazzjoni tas-SEKA

1. L-Aġenzija għandha torganizza, tikkoordina u tippromwovi l-iskambju ta’ informazzjoni fost l-Istati Membri u bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tal-istrumenti kollha tal-liġi tal-Unjoni dwar l-ażil.

2. L-Aġenzija għandha toħloq bażi ta’ dejta fattwali, legali u ta’ ġurisprudenza dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-istrumenti tal-ażil tal-Unjoni, nazzjonali u internazzjonali li jużaw, b’mod partikolari, arranġamenti eżistenti. L-ebda dejta personali ma għandha tinżamm f’bażijiet tad-dejta bħal dawn, sakemm tali dejta ma tkunx inkisbet mill-Aġenzija mid-dokumenti li jkunu aċċessibbli pubblikament.

3. B'mod partikolari, l-Aġenzija għandha tiġbor informazzjoni dwar:

(a)l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali minn amministrazzjonijiet u awtoritajiet nazzjonali;

(b)il-liġi nazzjonali u l-iżviluppi legali fil-qasam tal-ażil, inkluża l-ġurisprudenza.

(c)il-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem

Artikolu 6

Appoġġ għas-sistema ta’ Dublin

L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti u l-obbligi kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX 20 .

Artikolu 7

Taħriġ

1. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u tiżviluppa taħriġ għall-persunal tagħha, għall-membri tal-amministrazzjonijiet u qrati u tribunali nazzjonali kollha, kif ukoll għas-servizzi nazzjonali responsabbli għall-kwistjonijiet ta' ażil fl-Istati Membri.

2. L-Aġenzija għandha tiżviluppa tali taħriġ f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u, b’kooperazzjoni ma’ entitajiet adatti ta' taħriġ fl-Istati Membri, inklużi istituzzjonijiet akkademiċi u organizzazzjonijiet rilevanti oħrajn.

3. L-Aġenzija għandha tiżviluppa għodod ta' taħriġ ġenerali, speċifiċi jew tematiċi, li jistgħu jinkludu metodoloġija ta’ taħriġ għal min iħarreġ u tagħlim online.

4. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u tiżviluppa kurrikulu Ewropew fil-qasam tal-ażil b'kont meħud tal-kooperazzjoni eżistenti tal-Unjoni f'dan il-qasam. L-Istati Membri għandhom jintegraw il-kurrikulu bażiku komuni fit-taħriġ tal-persunal tas-servizzi nazzjonali u l-awtoritajiet responsabbli għall-kwistjonijiet ta’ ażil skont l-obbligu tagħhom skont l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  21 biex jiżguraw taħriġ tajjeb tal-persunal tagħhom.

5. L-attivitajiet ta’ taħriġ speċifiċi jew tematiċi dwar materji ta’ ażil għandhom jinkludu:

(a)l-istandards tad-drittijiet fundamentali internazzjonali u tal-Unjoni, u b’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll id-dritt internazzjonali u tal-Unjoni dwar l-ażil, inklużi kwistjonijiet legali speċifiċi u ta’ każistika;

(b)kwistjonijiet relatati mat-trattament ta’ applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, b’mod partikolari dawk li ġejjin minn persuni vulnerabbli bi bżonnijiet speċifiċi u t-tfal, inkluż rigward l-aħjar interessi tat-tfal, salvagwardji proċedurali speċifiċi bħalma huma r-rispett għad-dritt tat-tfal li jinstemgħu u l-aspetti tal-ħarsien tat-tfal bħal tekniki ta’ valutazzjoni tal-età;

(c)tekniki tal-intervista, inkluża attenzjoni speċjali mogħtija lil tfal, gruppi vulnerabbli u vittmi ta’ tortura;

(d)id-dejta tal-marki tas-swaba’, inkluża d-dejta ta’ kwalità u rekwiżiti ta’ sigurtà;

(e)l-użu ta' rapporti ta' esperti mediċi u legali fil-proċeduri tal-ażil;

(f)il-kwistjonijiet relatati mal-produzzjoni u l-użu tal-informazzjoni dwar il-pajjiżi ta' oriġini;

(g)il-kundizzjonijiet tal-akkoljenza, inkluża attenzjoni speċjali mogħtija lit-tfal mhux akkumpanjati u tfal mal-familji tagħhom, gruppi vulnerabbli u vittmi tat-tortura.

6. It-taħriġ offrut għandu jkun ta' kwalità għolja, u għandu jidentifika l-prinċipji ewlenin u l-aħjar prattika bil-ħsieb ta' konverġenza akbar ta’ metodi u deċiżjonijiet amministrattivi u tal-prattika legali, b'rispett sħiħ għall-indipendenza tal-qrati u t-tribunali nazzjonali.

7. L-Aġenzija għandha tieħu l-inizjattivi meħtieġa biex tiżgura li l-esperti li jipparteċipaw fit-timijiet ta’ appoġġ għall-ażil u r-riżerva ta' intervent għall-ażil, ikunu rċevew it-taħriġ speċjalizzat rilevanti għall-kompiti u l-funzjonijiet tagħhom, qabel il-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet operazzjonali mill-Aġenzija. L-Aġenzija għandha twettaq eżerċizzji b’mod regolari ma’ dawn l-esperti skont l-iskeda tat-taħriġ u l-eżerċizzji avvanzati msemmija fil-programm ta’ ħidma annwali tagħha.

8. L-Aġenzija tista’ torganizza attivitajiet ta’ taħriġ f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u pajjiżi terzi fit-territorju tagħhom.

KAPITOLU 3

TAGĦRIF DWAR IL-PAJJIŻI TA’ ORIĠINI

Artikolu 8

Informazzjoni dwar il-pajjiżi tal-oriġini fil-livell tal-Unjoni

1. L-Aġenzija għandha tkun ċentru għall-ġbir rilevanti, kredibbli, preċiż u aġġornat ta’ informazzjoni dwar il-pajjiżi ta’ oriġini ta’ persuni li japplikaw għall-protezzjoni internazzjonali, inkluża informazzjoni speċifika għat-tfal u informazzjoni mmirata lejn persuni li jappartjenu għal gruppi vulnerabbli. Hija għandha tfassal u taġġorna regolarment rapporti u prodotti oħra li jipprovdu informazzjoni dwar il-pajjiżi tal-oriġini fil-livell tal-Unjoni inklużi kwistjonijiet tematiċi speċifiċi għall-pajjiżi ta' oriġini.

2. L-Aġenzija għandha b’mod partikolari:

(a)tagħmel użu mis-sorsi rilevanti kollha ta’ informazzjoni, inklużi l-analiżi tagħha tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ażil u informazzjoni oħra miġbura minn organizzazzjonijiet governattivi, mhux governattivi u internazzjonali, inkluż permezz tan-netwerks imsemmija fl-Artikolu 9, kif ukoll istituzzjonijiet tal-Unjoni, aġenziji, korpi, uffiċċji, u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna;

(b)timmaniġġa u tkompli tiżviluppa portal li jiġbor l-informazzjoni relatata mal-pajjiżi ta’ oriġini;

(c)tiżviluppa format komuni u metodoloġija komuni li tinkludi termini ta’ referenza, f’konformità mar-rekwiżiti tal-liġi tal-Unjoni dwar l-ażil, għall-iżvilupp ta’ rapporti u prodotti oħra b’informazzjoni dwar il-pajjiżi tal-oriġini fil-livell tal-Unjoni.

Artikolu 9

Netwerks Ewropej ta’ informazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini

1. L-Aġenzija għandha tiżgura l-koordinazzjoni ta’ inizjattivi nazzjonali li jipproduċu informazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini permezz tal-istabbiliment u l-ġestjoni ta’ netwerks fost l-Istati Membri għal informazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini.

2. L-għan tan-netwerks previsti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu għall-Istati Membri biex:

(a)jiskambjaw u jaġġornaw ir-rapporti nazzjonali u prodotti oħra f’pajjiżi tal-oriġini inklużi kwistjonijiet tematiċi speċifiċi għall-pajjiżi ta’ oriġini;

(b)iressqu mistoqsijiet lill-Aġenzija relatata għal kwistjonijiet speċifiċi ta’ fatt li jistgħu jirriżultaw minn applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, mingħajr preġudizzju għar-regoli ta’ kunfidenzjalità kif stabbilit fil-liġi nazzjonali.

Artikolu 10

Analiżi komuni ta’ informazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini

1. Biex tippromwovi l-konverġenza fl-applikazzjoni tal-kriterji ta’ evalwazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, 22 l-Aġenzija għandha tikkoordina l-isforzi fost l-Istati Membri biex imexxu u jiżviluppaw analiżi komuni li tipprovdi gwida dwar is-sitwazzjoni f’pajjiżi speċifiċi tal-oriġini.

2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, jissottometti l-analiżi komuni lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni. L-Istati Membri għandhom jintalbu jqisu dik l-analiżi komuni meta jeżaminaw l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tagħhom biex jiddeċiedu dwar applikazzjonijiet individwali.

3. L-Aġenzija għandha tassigura li l-analiżi komuni jinżamm taħt reviżjoni kontinwa u aġġornat sa fejn meħtieġ. Kull reviżjoni bħal din għandha bl-istess mod teħtieġ konsultazzjoni minn qabel mal-Kummissjoni u tiġi approvata mill-Bord tat-Tmexxija.

4. L-Istati Membri għandhom, fuq bażi ta’ kull xahar, jippreżentaw quddiem l-Aġenzija t-tagħrif rilevanti dwar id-deċiżjonijiet meħuda fir-rigward ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali li joriġinaw minn pajjiżi terzi soġġetti għal analiżi komuni. Dik l-analiżi għandha, b'mod partikolari, tinkludi:

(a)statistika dwar in-numru ta’ deċiżjonijiet li jagħtu protezzjoni internazzjonali lill-applikanti minn kull pajjiż ta’ oriġini li huma s-suġġett ta’ analiżi komuni u jispeċifikaw it-tip ta’ protezzjoni;

(b)statistika dwar in-numru ta’ deċiżjonijiet li jirrifjutaw protezzjoni internazzjonali lill-applikanti minn kull pajjiż ta’ oriġini li huma s-suġġett ta’ analiżi komuni;

(c)statistika dwar l-għadd ta’ deċiżjonijiet meħuda fir-rigward ta’ applikanti minn kull pajjiż ta’ oriġini li hija s-suġġett ta’ analiżi komuni iżda fejn din l-analiżi komuni ma ġietx segwita u r-raġunijiet għalfejn ma ġietx segwita minnu.

Artikolu 11

Immarkar ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu u pajjiżi terzi sikuri

1. L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni biex regolarment tirrevedi s-sitwazzjoni f’pajjiżi terzi li huma inklużi f’lista komuni tal-UE ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu stabbilita mir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX, inkluż dawk li ġew sospiżi mill-Kummissjoni u dawk li tneħħew minn din il-lista.

2.L-Aġenzija għandha, b'talba tal-Kummissjoni, tipprovdiha b'informazzjoni dwar pajjiżi terzi speċifiċi li jistgħu jiġu kkunsidrati għal inklużjoni f’lista komuni tal-UE ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu skont ir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX.

3.Meta jinnotifikaw lill-Kummissjoni skont l-Artikoli 37(4), 38(5) u 39(7) tad-Direttiva 2013/32/UE, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Aġenzija dwar pajjiżi terzi li huma indikati bħala pajjiżi ta’ oriġini siguri jew pajjiżi terzi siguri jew li għalihom il-kunċett tal-ewwel pajjiż ta’ ażil, pajjiż terz bla periklu jew pajjiż terz Ewropew bla periklu, jiġi applikat skont l-Artikoli 35, 38 u 39 tad-Direttiva 2013/32/UE, rispettivament.

Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Aġenzija biex twettaq reviżjoni tas-sitwazzjoni f’kull pajjiż terz bil-ħsieb li tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet rilevanti u l-kriterji stabbiliti f’din id-Direttiva humiex rispettati.

KAPITOLU 4

STANDARDS U LINJI GWIDA OPERAZZJONALI

Artikolu 12

L-istandards operazzjonali, linji gwida u l-aħjar prattiki

1. L-Aġenzija għandha torganizza u tikkoordina l-attivitajiet li jippromwovu l-implimentazzjoni korretta u effettiva tal-liġi tal-Unjoni, inkluż permezz tal-iżvilupp ta’ standards operazzjonali, l-indikaturi, il-linji gwida u l-aħjar prattiki dwar kwistjonijiet relatati mal-ażil, u l-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri f’affarijiet marbuta mal-ażil.

2.L-Aġenzija għandha, b'inizjattiva tagħha stess jew b' talba tal-Kummissjoni, u f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni, tiżviluppa standards operazzjonali dwar l-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-liġi tal-Unjoni dwar l-ażil u indikaturi għall-monitoraġġ tal-konformità ma’ dawk l-istandards operazzjonali kif ukoll linji gwida u l-aħjar prattiki marbutin mal-implimentazzjoni tal-istrumenti tad-dritt tal-Unjoni dwar l-ażil. L-Aġenzija għandha, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u wara l-adozzjoni mill-Bord tat-Tmexxija, tgħaddi dawk l-istandards, l-indikaturi, il-linji gwida jew l-aħjar prattiki lill-Istati Membri l-oħra.

3. L-Aġenzija għandha, b'talba tal-Istati Membri, tgħinhom biex japplikaw l-istandards operazzjonali, linji gwida u l-aħjar prassi għas-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza tagħhom billi tipprovdi għarfien espert jew assistenza teknika u operazzjonali.

KAPITOLU 5

MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

Artikolu 13

Mekkaniżmu għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tas-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza

1. L-Aġenzija, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, għandha tistabbilixxi mekkaniżmu biex:

(a)tissorvelja l-implimentazzjoni u tevalwa l-aspetti kollha tas-SEKA fl-Istati Membri, partikolarment is-sistema ta’ Dublin, il-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza, il-proċeduri tal-ażil, l-applikazzjoni ta’ kriterji li jiddeterminaw il-ħtiġijiet ta’ protezzjoni u n-natura u l-kwalità tal-protezzjoni mogħtija lil persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali mill-Istati Membri, inkluż fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet fundamentali, is-salvagwardji tal-protezzjoni tat-tfal u l-ħtiġijiet ta’ persuni vulnerabbli;

(b)tissorvelja l-konformità tal-Istati Membri ma’ standards operazzjonali, indikaturi, linji gwida u l-aħjar prassi dwar l-ażil;

(c)tivverifika s-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza, il-kapaċitajiet, l-infrastruttura, it-tagħmir, il-persunal disponibbli għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni fl-Istati Membri, ir-riżorsi finanzjarji u l-kapaċità tal-awtoritajiet tal-ażil tal-Istati Membri, fosthom is-sistema ġudizzjarja, biex jittrattaw u jimmaniġġaw il-każijiet tal-ażil b’mod effiċjenti u korrett.

2. L-Aġenzija tista’, b'mod partikulari, tibbaża l-evalwazzjoni tagħha fuq informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, analiżi tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ażil żviluppata mill-Aġenzija, żjarat fil-post u teħid ta’ kampjuni tal-każijiet.

Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom, b'talba tal-Aġenzija, jipprovduha bl-informazzjoni neċessarja dwar il-proċeduri tal-ażil, tagħmir, infrastruttura, il-kundizzjonijiet tal-akkoljenza, ir-rati ta’ rikonoxximent u l-kwalità tal-protezzjoni kif ukoll persunal u riżorsi finanzjarji fuq livell nazzjonali sabiex tiżgura ġestjoni effiċjenti tas-sistema tal-ażil u l-akkoljenza. L-Istati Membri għandhom ukoll jikkooperaw mal-Aġenzija u għandhom jiffaċilitaw kull żjara fil-post li l-Aġenzija għandha twettaq għall-finijiet ta’ dan l-eżerċizzju ta’ monitoraġġ.

3. L-Aġenzija għandha tivvaluta kemm l-Istati Membri huma lesti li jilqgħu l-isfidi mill-possibbiltà ta’ pressjoni sproporzjonata fuq is-sistemi tagħhom tal-ażil u l-akkoljenza. L-Aġenzija tista’ titlob lill-Istati Membri jagħtuha l-ippjanar ta’ kontinġenza tagħhom għal miżuri li jridu jittieħdu biex jittrattaw din il-pressjoni sproporzjonata possibbli u għandha tassisti lill-Istati Membri sabiex iħejju u jirrevedu l-ippjanar ta’ kontinġenza tagħhom, fejn meħtieġ.

Artikolu 14

Proċedura għall-monitoraġġ u evalwazzjoni mill-Aġenzija

1. Il-Bord tat-Tmexxija għandu, f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni, ifassal il-programm għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tas-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza f’kull wieħed mill-Istati Membri, jew fl-Istati Membri kollha fuq bażi tematika jew aspetti speċifiċi tas-sistemi ta’ ażil. Dak il-programm għandu jifforma parti minn programmazzjoni pluriennali u annwali msemmija fl-Artikolu 41.

Il-programmazzjoni pluriennali għandha telenka l-Istati Membri li s-sistemi ta’ ażil u akkoljenza tagħhom għandha tiġi mmonitorjata kull sena, u dan jiżgura li kull Stat Membru għandu jiġi mmonitorjat tal-anqas darba f’kull perjodu ta’ ћames snin.

Il-programm ta’ ħidma annwali għandu jelenka l-Istati Membri li għandhom ikunu solveljati fis-sena ta’ wara skont l-ipprogrammar pluriennali u l-evalwazzjonijiet tematiċi. Dan għandu jinkludi indikazzjoni ta’ fiex jikkonsisti l-monitoraġġ u skeda għal kwalunkwe żjarat fil-post.

Il-programm ta’ ħidma annwali jista’ jiġi adattat, jekk meħtieġ, f’konformità mal-Artikolu 41.

L-Aġenzija tista’ tibda eżerċizzju ta’ monitoraġġ għall-valutazzjoni tas-sistemi tal-ażil jew tal-akkoljenza ta’ Stat Membru fuq inizjattiva tagħha stess jew b'talba tal-Kummissjoni kull meta jkun hemm tħassib serju rigward tal-funzjonament ta’ kwalunkwe aspett tas-sistemi tal-akkoljenza jew tal-ażil ta' Stat Membru.

2. L-Aġenzija għandha twaqqaf gruppi ta’ esperti għal kull eżerċizzju ta’ monitoraġġ, inklużi ż-żjarat fil-post kif meħtieġ. It-timijiet ta’ esperti jkun magħmul minn esperti mill-persunal tal-Aġenzija stess u rappreżentanti tal-Kummissjoni. It-tim ta’ esperti għandu jkun responsabbli għat-tfassil ta’ rapport ibbażat fuq is-sejbiet taż-żjarat fil-post u informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.

3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat l-abbozz tar-rapport tal-grupp ta’ esperti lill-Istat Membru kkonċernati, li għandu jipprovdi l-kummenti tiegħu dwar l-abbozz tar-rapport. Id-Direttur Eżekuttiv għandu mbagħad jibgħat l-abbozz tar-rapport, b’kont meħud tal-kummenti tal-Istat Membru kkonċernat, lill-Bord tat-Tmexxija. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta r-rapport ta’ monitoraġġ u jibagħtu lill-Kummissjoni.

4. Id-Direttur Eżekuttiv, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, għandu jagħmel abbozz ta’ rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru kkonċernat fejn jiddeskrivi l-miżuri meħtieġa biex jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati fir-rapport ta' monitoraġġ. L-Istat Membru konċernat għandu jingħata xahar żmien biex jikkummenta dwar l-abbozz ta’ rakkomandazzjonijiet. Wara li jikkunsidra dawn il-kummenti, il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta r-rakkomandazzjonijiet u għandu jistieden lill-Istat Membru konċernat biex ifassal pjan ta’ azzjoni li jiddeskrivi l-miżuri biex jirrimedjaw xi nuqqasijiet.

5.L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi lill-Aġenzija bi pjan ta’ azzjoni fi żmien xahar mill-adozzjoni tar-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4. Dan l-Istat Membru għandu jirrapporta lill-Aġenzija dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni fi żmien tliet xhur mill-adozzjoni tar-rakkomandazzjonijiet u minn hemm ’il quddiem ikompli jagħmel dan kull xahar għal perjodu massimu ta’ sitt xhur.

6.L-Aġenzija għandha tinforma lill-Kummissjoni fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni.

Artikolu 15

Segwitu u monitoraġġ

1. Meta, wara l-perjodu msemmi fl-Artikolu 14(5), l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx implimenta bis-sħiħ il-pjan ta' azzjoni u n-nuqqasijiet tas-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza huma tant gravi li jipperikolaw il-funzjonament tas-SEKA, il-Kummissjoni, abbażi tal-evalwazzjoni tagħha tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni u s-serjetà tan-nuqqasijiet, tadotta rakkomandazzjonijiet indirizzati lil dan l-Istat Membru li jiddeskrivu l-miżuri meħtieġa biex jiġu rrimedjati nuqqasijiet serji, u fejn meħtieġ tindika l-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Aġenzija biex tappoġġa lil dan l-Istat Membru.

2.Il-Kummissjoni tista’, filwaqt li tieħu kont tas-serjtà tan-nuqqasijiet identifikati, torganizza żjarat fil-post fl-Istat Membru kkonċernat biex tissorvelja l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni.

3. L-Istat Membru kkonċernat għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 fi żmien l-iskadenza stabbilita f’dawn ir-rakkomandazzjonijiet. Jekk wara dan it-terminu, il-Kummissjoni ma tkunx sodisfatta li l-Istat Membru ma jkunx ikkonforma ma’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet, hija tista’ tieħu azzjoni ulterjuri skont l-Artikolu 22(3).

4.Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq bażi regolari dwar il-progress li jkun sar mill-Istat Membru kkonċernat.

KAPITOLU 6

ASSISTENZA OPERAZZJONALI U TEKNIKA

Artikolu 16

Assistenza operazzjonali u teknika mill-Aġenzija

1. L-Istati Membri jistgħu jitolbu l-għajnuna tal-Aġenzija fl-implimentazzjoni tal-obbligi tagħhom fir-rigward tal-ażil, b’mod partikolari meta s-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza tagħhom huma soġġetti għal pressjoni sproporzjonata.

2. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw talba għal għajnuna lid-Direttur Eżekuttiv fejn jiddeskrivu s-sitwazzjoni u l-iskop tat-talba. It-talba għandha tkun akkumpanjata minn valutazzjoni dettaljata tal-ħtiġijiet. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jevalwa, japprova u jikkoordina t-talbiet għall-għajnuna. Kull talba għandha tkun soġġetta għal valutazzjoni bir-reqqa u kredibbli li tippermetti lill-Aġenzija biex tidentifika u tipproponi sett ta’ miżuri kif imsemmi fil-paragrafu 3 li jistgħu jilħqu l-ħtiġijiet tal-Istat Membru kkonċernat.

3. L-Aġenzija għandha torganizza u tikkoordina, għal perjodu limitat ta’ żmien, waħda jew aktar mill-miżuri operazzjonali u tekniċi li ġejjin:

(a)tassisti lill-Istati Membri bl-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi;

(b)tiffaċilita l-eżami ta’ applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali li jkunu qegħdin jiġu eżaminati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti;

(c)tipprovdi assistenza lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli għall-eżami tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali;

(d)tiffaċilita l-inizjattivi tal-Istati Membri ta’ kooperazzjoni teknika fl-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali;

(e)tassisti bl-għoti ta’ informazzjoni dwar il-proċedura ta' protezzjoni internazzjonali;

(f)tagħti pariri u tikkoordina l-istabbiliment jew il-forniment ta’ faċilitajiet ta’ akkoljenza mill-Istati Membri, b’mod partikolari akkomodazzjoni ta’ emerġenza, trasport u assistenza medika;

(g)tassisti fir-rilokazzjoni jew it-trasferiment ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni;

(h)tipprovdi servizzi ta’ interpretazzjoni;

(i)tassisti lill-Istati Membri jiżguraw li hemm fis-seħħ id-drittijiet kollha tat-tfal meħtieġa kif ukoll is-salvagwardji għall-protezzjoni tat-tfal;

(j)tiffurma parti minn timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni f’żoni hotspot imsemmija fir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX 23 .

4. L-Aġenzija għandha tiffinanzja jew tikkofinanzja l-attivitajiet stabbiliti fil-paragrafu 3 mill-baġit tagħha skont ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija.

5.Id-Direttur Eżekuttiv għandu jevalwa r-riżultat ta’ miżuri operazzjonali u tekniċi u għandu jittrażmetti rapporti ta’ evalwazzjoni dettaljati lill-Bord tat-Tmexxija fi żmien 60 jum mit-tmiem ta’ dawn il-miżuri. L-Aġenzija għandha tagħmel analiżi komparattiva u komprensiva ta’ dawn ir-riżultati li għandu jkun inkluż fir-rapport annwali tal-attività msemmi fl-Artikolu 65.

Artikolu 17

Timijiet ta' appoġġ fil-qasam tal-ażil

1. L-Aġenzija għandha tibgħat timijiet ta’ appoġġ tal-ażil fl-Istati Membri biex jipprovdu assistenza teknika u operazzjonali skont l-Artikolu 16.

2. It-timijiet ta’ appoġġ fil-qasam tal-ażil għandhom jikkonsistu f’esperti mill-persunal tal-Aġenzija stess, esperti mill-Istati Membri jew esperti ssekondati mill-Istati Membri lill-Aġenzija.

3. Bi proposta mid-Direttur Eżekuttiv, il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddeċiedu b'maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu bi dritt għall-vot dwar il-profili u n-numru globali tal-esperti li jitpoġġew disponibbli fit-timijiet ta' appoġġ għall-ażil. L-istess proċedura għandha tapplika għal kwalunkwe bidliet sussegwenti fil-profili u n-numri globali ta' esperti.

4. L-Istati Membri għandhomjikkontribwixxu għat-timijiet ta' appoġġ għall-ażil permezz ta' riżerva ta' esperti nazzjonali abbażi ta' profili definiti varji u billi jipproponu esperti li jikkorrispondu mal-profili meħtieġa.

5. Bħala parti mit-timijiet ta’ appoġġ fil-qasam tal-ażil, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi lista ta’ interpreti. L-Istati Membri għandhom jassistu l-Aġenzija fl-identifikazzjoni ta' interpreti għal-lista ta' interpreti. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu jew li jibagħtu l-interpreti jew li jagħmluhom disponibbli permezz ta' vidjokonferenza.

6. Il-kontribut tal-Istati Membri fir-rigward tal-esperti tagħhom stess jew esperti sekondati lill-Aġenzija għandu jkun ippjanat fuq il-bażi ta’ negozjati u ftehimiet bilaterali ta’ kull sena bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri. Skont dawn il-ftehimiet, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-esperti disponibbli immedjatament għall-iskjerament sakemm l-Istat Membru ma jkunx qiegħed jaffaċċja sitwazzjoni eċċezzjonali li taffettwa b’mod sostanzjali t-twettiq tal-kompiti nazzjonali.

7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-esperti li jikkontribwixxu jkunu jaqblu mal-profili u n-numri deċiżi mill-Bord tat-Tmexxija. It-tul tal-iskjerament għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru ta’ oriġini iżda f'kullkaż dan ma għandux ikun ta’ inqas minn 30 jum.

8. L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għal timijiet ta’ appoġġ fil-qasam tal-ażil bl-esperti mill-persunal tagħha impjegat speċifikament għal dan ix-xogħol u għall-interpretar.

Artikolu 18

Riżerva ta' intervent fil-qasam tal-ażil

1. Għall-finijiet tal-Artikolu 22, il-Bord tat-Tmexxija għandu, bi proposta tad-Direttur Eżekuttiv, iwaqqaf riżerva ta’ intervent għall-ażil li għandha tikkonsisti f'riżerva ta’ esperti li jistgħu jitqiegħdu immedjatament għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom, fuq bażi annwali, jagħmlu disponibbli lill-Aġenzija għadd ta’ esperti ta’ mhux inqas minn 500 persuna.

2. Il-Bord tat-Tmexxija għandu, bi proposta tad-Direttur Eżekuttiv, jiddeċiedi b’maġġoranza ta’ tliet kwarti tal-membri bi dritt għall-vot dwar il-profili ta’ esperti u s-sehem li kull Stat Membru għandu jikkontribwixxi biex jikkostitwixxu r-riżerva ta’ intervent għall-ażil. L-istess proċedura għandha tapplika għal kwalunkwe bidliet sussegwenti fil-profili u n-numri globali ta' esperti.

3.L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għar-riżerva ta' intervent għall-ażil permezz ta' riżerva ta' esperti nazzjonali abbażi ta' profili definiti varji u billi jipproponu esperti li jikkorrispondu mal-profili meħtieġa. It-tul tal-iskjerament għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru ta’ oriġini iżda f'kullkaż dan ma għandux ikun ta’ inqas minn 30 jum.

Artikolu 19

Pjan operazzjonali

1. Id-Direttur Eżekuttiv u l-Istat Membru ospitanti għandhom jaqblu dwar pjan operazzjonali. Il-pjan operazzjonali għandu jorbot lill-Aġenzija, l-Istat Membru ospitanti u parteċipanti.

2.Il-pjan operazzjonali għandu jistabbilixxi fid-dettall il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ assistenza operazzjonali u teknika u l-iskjerament tat-timijiet ta’ appoġġ fil-qasam tal-ażil jew esperti mir-riżerva ta' intervent għall-ażil, inklużi dawn li ġejjin:

(a)deskrizzjoni tas-sitwazzjoni bil-modus operandi u l-objettivi tal-iskjerament, inkluż l-objettiv operazzjonali;

(b)it-tul previst tal-operazzjoni konġunta;

(c)il-post fl-Istat Membru ospitanti, fejn it-timijiet ta’ appoġġ għall-ażil jew esperti mir-riżerva ta' intervent għall-ażil għandhom jiġu skjerati;

(d)l-arranġamenti loġistiċi inkluża informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-ambjent fil-post fejn it-timijiet ta’ appoġġ għall-ażil jew esperti mir-riżerva ta' intervent għall-ażil għandhom jiġu skjerati;

(e)deskrizzjoni ddettaljata u ċara tal-kompiti u struzzjonijiet speċjali għat-timijiet ta’ appoġġ għall-ażil jew esperti mir-riżerva ta' intervent għall-ażil, inklużi bażijiet ta’ dejta nazzjonali u Ewropej li huma awtorizzati li jikkonsultaw, u t-tagħmir li jistgħu jużaw jew iġorru fl-Istat Membru ospitanti;

(f)il-kompożizzjoni tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ażil jew esperti li se jiġu stazzjonati mir-riżerva ta' intervent għall-ażil;

(g)it-tagħmir tekniku li se jintuża, inklużi dispożizzjonijiet speċifiċi bħal pereżempju l-kundizzjonijiet għall-użu, it-trasport u loġistika oħra, u dispożizzjonijiet finanzjarji;

(h)rigward l-għajnuna dwar l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, inkluż rigward l-eżami ta’ tali applikazzjonijiet, informazzjoni speċifika dwar il-kompiti li t-timijiet ta’ appoġġ għall-ażil jew l-esperti mir-riżerva ta' intervent għall-ażil jistgħu jwettqu kif ukoll referenza għal-liġijiet nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli;

(i)skema ta’ rapportar u evalwazzjoni li jkollha punti ta’ riferiment għar-rapport ta’ evalwazzjoni u s-sottomissjoni tad-dejta finali tar-rapport ta’ evalwazzjoni finali;

(j)il-modalitajiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, aġenziji, korpi u uffiċċji oħra tal-Unjoni jew organizzazzjonijiet internazzjonali;

(k)proċeduri li bihom persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali, vittmi tat-traffikar ta’ bnedmin, minorenni mhux akkumpanjati u persuni f’sitwazzjoni vulnerabbli jiġu ggwidati lejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għal assistenza xierqa.

3. Fir-rigward tal-punt (e) tal-paragrafu 2, l-Istat Membru ospitanti għandu jawtorizza esperti minn timijiet ta’ appoġġ għall-ażil jew mir-riżerva ta' intervent għall-ażil li jikkonsultaw il-bażijiet tad-dejta Ewropej u huwa jista’ jawtorizzahom li jikkonsultaw il-bażijiet ta' dejta nazzjonali tiegħu f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali dwar l-aċċess u l-konsultazzjoni li ssir f’dawk il-bażijiet ta’ dejta, u kif meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet u jitwettqu l-kompiti deskritti fil-pjan operazzjonali.

4. Għandu jkun hemm ftehim dwar kull emenda jew adattament għall-pjan operazzjonali kemm mid-Direttur Eżekuttiv kif ukoll tal-Istat Membru ospitanti. L-Uffiċċju ta’ Appoġġ għandu jibgħat minnufih kopja tal-pjan operazzjonali emendat jew adattat lill-Istati Membri parteċipanti.

Artikolu 20

Proċedura għall-iskjerament ta’ timijiet ta’ appoġġ għall-ażil

1. Jekk ikun meħtieġ, id-Direttur Eżekuttiv jista’ jibgħat esperti mill-Aġenzija biex jivvalutaw is-sitwazzjoni fl-Istat Membru li jitlob l-għajnuna. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinforma immedjatament lill-Bord tat-Tmexxija dwar kull talba għall-iskjerament tat-timijiet ta' appoġġ fil-qasam tal-ażil.

2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu deċiżjoni dwar it-talba tal-iskjerament ta’ timijiet ta' appoġġ għall-ażil fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mid-data tal-wasla tat-talba. Id-Direttur Eżekuttiv għandu fl-istess ħin jinnotifika lill-Istat Membru li jitlob l-għajnuna u lill-Bord tat-Tmexxija bid-deċiżjoni bil-miktub fejn jiddikjara r-raġunijiet ewlenin għad-deċiżjoni tiegħu/tagħha.

3. Meta tiġi determinata l-kompożizzjoni ta’ kull tim ta’ appoġġ għall-ażil, id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu kont taċ-ċirkostanzi partikolari tal-Istat Membru li talab għall-għajnuna u l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tiegħu It-tim ta’ appoġġ fil-qasam tal-ażil għandu jkun kompost f’konformità mal-pjan operazzjonali.

4. Id-Direttur Eżekuttiv u l-Istat Membru ospitanti għandhom ifasslu pjan operazzjonali fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mill-jum li fih id-deċiżjoni għall-iskjerament tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ażil hija meħuda.

5. Malli jkun ġie miftiehem il-pjan operazzjonali, id-Direttur Eżekuttiv għandu jitlob lill-Istati Membri biex jiskjeraw l-esperti fi żmien ta’ mhux aktar minn seba’ ġranet tax-xogħol. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jindika n-numru u l-profili meħtieġa mingħand l-Istati Membri. Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta, bil-miktub, lill-punti ta’ kuntatt nazzjonali u għandha tindika d-data li fiha jrid isir l-iskjerament. Kopja tal-pjan operazzjonali għandha tiġi pprovduta lill-punti ta' kuntatt nazzjonali.

6.Id-Direttur Eżekuttiv għandu, wara li jinforma lill-Istat Membru ospitanti, jissospendi jew ittemm l-iskjerament tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ażil jekk il-kundizzjonijiet biex jitwettqu l-miżuri operazzjonali u tekniċi ma jibqgħux jiġu sodisfati jew jekk il-pjan operazzjonali ma jiġix rispettat mill-Istat Membru ospitanti.

Artikolu 21

Timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni

1. Meta Stat Membru jitlob tisħiħ tekniku u operazzjonali permezz ta’ timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament Nru XXX/XXX jew fejn huma skjerati t-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni f’żoni hotspot kif imsemmi fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX, id-Direttur Eżekuttiv għandu jiżgura l-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-Aġenzija f’timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni mal-Kummissjoni u ma’ aġenziji oħra rilevanti tal-Unjoni, b’mod partikolari, l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri.

2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu, kif xieraq, jiftaħ il-proċedura għall-mobilizzazzjoni ta’ timijiet ta’ appoġġ għall-ażil, jew esperti mir-iżerva ta’ intervent għall-ażil skont l-Artikoli 17 u 18. It-tisħiħ operazzjonali u tekniku pprovdut mit-timijiet tal-appoġġ għall-ażil jew esperti mir-riżerva ta' intervent għall-ażil fil-qafas ta’ timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni jistgħu jinkludu:

(a)l-iskrinjar taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, inklużi l-identifikazzjoni, ir-reġistrazzjoni, u fejn mitluba mill-Istati Membri, il-marki tas-swaba’ tagħhom;

(b)ir-reġistrazzjoni ta’ applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali u, fejn mitlub mill-Istati Membri, l-eżami ta’ tali applikazzjonijiet;

(c)l-għoti ta’ informazzjoni dwar il-proċeduri tal-ażil, inkluż ir-rilokazzjoni u assistenza speċifika lill-applikanti jew lill-applikanti potenzjali li jistgħu jkunu soġġetti għal rilokazzjoni.

Artikolu 22

Pressjoni sproporzjonata fuq is-sistema tal-ażil u l-akkoljenza

1. Meta s-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza ta’ Stat Membru jkunu soġġetti għal pressjoni sproporzjonata li tqiegħed responsabbiltajiet eċċezzjonalment tqal u urġenti fuq dawn is-sistemi, l-Aġenzija għandha, bit-talba tal-Istat Membru kkonċernat jew bl-inizjattiva tagħha stess, torganizza u tikkoordina sett komprensiv ta’ miżuri operazzjonali u tekniċi kif imsemmija fl-Artikolu 16 u tibgħat esperti mir-riżerva ta' intervent għall-ażil kif imsemmi fl-Artikolu 18 u esperti mill-persunal tagħhu stess biex issaħħaħ is-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza f’perjodu qasir ta’ żmien.

2. L-esperti tar-riżerva ta’ intervent għall-ażil għandhom jiġu skjerati f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20 basta iżda li l-esperti li għandhom jiġu skjerati minn kull Stat Membru fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol wara d-data li fiha jkun ġie miftiehem il-pjan operazzjonali jsir qbil dwarha mid-Direttur Eżekuttiv u l-Istat Membru li jitlob assistenza. L-Istat Membru ma jistax jinvoka l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 17(6).

3. Meta f’każ ta’ pressjoni sproporzjonata fuq is-sistemi tal-ażil jew tal-akkoljenza Stat Membru ma jitlobx lill-Aġenzija għal assistenza operazzjonali u teknika jew ma jaċċettax offerta mill-Aġenzija għal tali assistenza jew ma jiħux biżżejjed passi biex jindirizza din il-pressjoni, jew fejn ma jkunx konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 15(3), b’mod li s-sistemi tal-ażil jew tal-akkoljenza jkunu ineffettivi sa fejn jikkompromettu l-funzjonament tas-sistema komuni Ewropea tal-Ażil (CEAS), il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, fejn tidentifika waħda jew aktar mill-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 16(3) li għandhom jittieħdu mill-Aġenzija biex jappoġġaw lill-Istat Membru kkonċernat. Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 64.

4. Għall-finijiet tal-paragrafu 3, id-Direttur Eżekuttiv għandu, fi żmien jumejn tax-xogħol mid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, jiddetermina l-azzjonijiet li jridu jittieħdu għall-eżekuzzjoni prattika tal-miżuri identifikati fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni. B'mod parallel, id-Direttur Eżekuttiv u l-Istat Membru kkonċernat għandhom jaqblu dwar pjan operazzjonali.

5. L-Aġenzija għandha, mingħajr dewmien, u f'kull każ fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mid-data tal-istabbiliment tal-pjan operazzjonali, tiskjera l-esperti meħtieġa mir-riżerva ta’ intervent għall-ażil, kif ukoll l-esperti mill-persunal tagħha stess. Fejn meħtieġ, l-użu ta’ esperti mir-riżerva ta’ intervent għall-ażil għandha minnufih tiġi kkumplimentata mit-timijiet ta’ appoġġ għall-ażil.

6. L-Istat Membru konċernat għandu immedjatament jikkoopera mal-Aġenzija u jieħu l-azzjoni meħtieġa biex jiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni u l-eżekuzzjoni prattika tal-miżuri stabbiliti f’dik id-deċiżjoni u fil-pjan operazzjonali.

7. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli esperti mir-riżerva ta' intervent għall-ażil kif stabbilit mid-Direttur Eżekuttiv.

Artikolu 23

Tagħmir tekniku

1. Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-Istati Membri li jipprovdu l-faċilitajiet u t-tagħmir sabiex l-Aġenzija tkun tista’ tipprovdi assistenza operazzjonali u teknika meħtieġa, l-Aġenzija tista’ tħaddem l-apparat tagħha fl-Istati Membri sa fejn dan jista’ jkun meħtieġ mit-timijiet ta’ appoġġ għall-ażil jew l-esperti mir-riżerva ta’ intervent għall-ażil u sa fejn dan ikun jista’ jikkomplementa tagħmir diġà disponibbli mill-Istati Membri jew aġenziji oħrajn tal-Unjoni.

2. L-Aġenzija tista’ tikseb jew tikri tagħmir tekniku bid-deċiżjoni tad-Direttur Eżekuttiv, f’konsultazzjoni mal-Bord tat-Tmexxija. Kull xiri jew kiri ta’ tagħmir għandu jkun preċedut minn analiżi dettaljata tal-ħtiġijiet u l-ispiża / benefiċċju. Kull infiq bħal dan għandu jkun imniżżel fil-baġit tal-Aġenzija kif adottat mill-Bord tat-Tmexxija u skont ir-regoli finanzjarji applikabbli lill-Aġenzija.

Artikolu 24

Punt ta’ kuntatt nazzjonali

Kull Stat Membru għandu jaħtar punt ta’ kuntatt nazzjonali għall-komunikazzjoni mal-Aġenzija fuq il-kwistjonijiet kollha li jirrigwardaw l-assistenza operazzjonali u teknika msemmija fl-Artikoli 16 u 22.

Artikolu 25

Uffiċjal ta’ koordinazzjoni tal-Aġenzija

1. L-Aġenzija għandha tiżgura l-implimentazzjoni operazzjonali tal-aspetti organizzattivi kollha, inkluża l-preżenza ta’ membru tal-persunal tal-Aġenzija, l-iskjerament tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ażil jew esperti mir-riżerva ta' intervent għall-ażil matul l-għoti ta’ assistenza operazzjonali u teknika msemmija fl-Artikoli 16 u 22.

2.Id-Direttur Eżekuttiv għandu jaħtar espert wieħed jew aktar mill-persunal tal-Aġenzija biex jagixxi jew jiġi skjerat bħala uffiċjal ta’ koordinazzjoni għall-finijiet tal-paragrafu 1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinnotifika lill-Istat Membru ospitanti b'dawn il-ħatriet.

3. L-uffiċjal ta’ koordinazzjoni għandu jrawwem kooperazzjoni u koordinazzjoni bejn l-Istat Membru ospitanti u l-Istati Membri parteċipanti. B’mod partikolari, l-uffiċjal ta’ koordinazzjoni għandu:

(a)jaġixxi bħala kollegament bejn l-Aġenzija, l-Istat Membru ospitanti u l-esperti tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ażil jew esperti mir-riżerva ta' intervent għall-ażil, u jipprovdi assistenza, f’isem l-Aġenzija, dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom;

(b)jimmonitorja l-implimentazzjoni korretta tal-pjan operazzjonali;

(c)jaġixxi f’isem l-Aġenzija fl-aspetti kollha tal-iskjerament tat-timijiet ta' appoġġ għall-ażil jew esperti mir-riżerva ta' intervent għall-ażil u jirrapporta lill-Aġenzija dwar dawn l-aspetti kollha;

(d)jirrapporta lid-Direttur Eżekuttiv fejn il-pjan operazzjonali mhuwiex implimentat b’mod adegwat.

4. Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jawtorizza lill-uffiċjal tal-koordinazzjoni biex jassisti ħalli jsolvi kull tilwim rigward l-implimentazzjoni tal-pjan operazzjonali u l-iskjerament tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ażil jew esperti mir-riżerva ta’ intervent għall-ażil.

5. Fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu jew tagħha, l-uffiċjal ta’ koordinazzjoni għandu jieħu biss struzzjonijiet mid-Direttur Eżekuttiv.

Artikolu 26

Responsabbiltà ċivili

1. Meta l-esperti ta' tim ta' appoġġ għall-ażil jew mir-riżerva ta' intervent għall-ażil ikunu qegħdin jaħdmu fi Stat Membru ospitanti, dan l-Istat Membru għandu jkun responsabbli skont il-liġi nazzjonali tiegħu għal kull dannu kkawżat minnhom waqt l-operazzjonijiet tagħhom.

2. Meta dan id-dannu jiġi kkawżat minn negliġenza gravi jew kondotta skorretta volontarja, l-Istat Membru ospitanti jista’ jitlob lill-Istat Membru ta’ oriġini sabiex kull somma li titħallas lill-vittmi jew lill-persuni intitolati f’isimhom tiġi rimborżata mill-Istat Membru ta’ oriġini jew l-Aġenzija.

3. Mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħu fil-konfront ta' terzi persuni, kull Stat Membru għandu jirrinunzja l-pretensjonijiet kollha tiegħu kontra l-Istat Membru ospitanti jew kwalunkwe Stat Membru ieħor għal kwalunkwe dannu li jkun sofra, ħlief f'każijiet ta' negliġenza gravi jew kondotta skorretta volontarja.

4. Kull tilwima bejn l-Istati Membri jew mal-Aġenzija, relatata mal-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, li ma tistax tiġix solvuta permezz ta’ negozjati bejniethom, għandha tiġi ppreżentata minnhom lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 273 tat-Trattat.

5. Mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tad-drittijiet tagħha fil-konfront tat-terzi persuni, l-Aġenzija għandha tkopri l-ispejjeż relatati mad-danni kkawżati lit-tagħmir tal-Aġenzija matul l-iskjerament, ħlief f’każijiet ta’ negliġenza gravi jew kondotta skorretta volontarja.

Artikolu 27

Responsabbiltà kriminali

Matul l-iskjerament ta' tim ta' appoġġ fil-qasam tal-ażil jew esperti mir-riżerva ta' intervent għall-ażil, dawk l-esperti għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti fir-rigward ta' kull reat kriminali li jista' jitwettaq kontrihom jew minnhom.

Artikolu 28

Spejjeż

1. L-Aġenzija għandha tkopri l-ispejjeż imħallsa mill-Istati Membri meta dawn jagħmlu l-esperti tagħhom għad-dispożizzjoni għall-finijiet ta’ mobilizzazzjoni tat-timijiet ta’ appoġġ għall-ażil jew bħala parti mir-riżerva ta' intervent għall-ażil, b’mod partikolari:

(a)l-ispejjeż tal-ivvjaġġar mill-Istat Membru ta' oriġini għall-Istat Membru ospitanti u mill-Istat Membru ospitanti sal-Istat Membru ta' oriġini;

(a)l-ispejjeż tat-tilqim;

(b)l-ispejjeż relatati mal-ħtiġijiet ta' assigurazzjoni speċjali;

(c)l-ispejjeż relatati mal-kura tas-saħħa;

(d)allowances tal-għajxien ta' kuljum, inklużi l-ispejjeż għall-akkomodazzjoni;

(e)tagħmir tekniku tal-Aġenzija;

(f)il-miżati ta’ esperti.

2. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jistabbilixxi regoli dettaljati u aġġornati kif meħtieġ fir-rigward tal-ħlas tal-allowances ta’ kuljum tal-esperti mobilizzati mill-Istati Membri mat-timijiet ta’ appoġġ għall-ażil.

KAPITOLU 7

SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI U PROTEZZJONI TAD-DEJTA

Artikolu 29

Sistemi ta’ skambju ta’ informazzjoni

1. L-Aġenzija tista’ tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti għad-dmirijiet tagħha fir-rigward tal-Kummissjoni u l-Istati Membri, u fejn ikun xieraq, l-aġenziji tal-Unjoni rilevanti.

2. L-Aġenzija għandha, f’kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-ġestjoni operazzjonali ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1077/2011, 24 tiżviluppa u topera sistema ta’ informazzjoni kapaċi li tagħmel skambju tal-informazzjoni kklassifikata ma’ dawn l-atturi, kif ukoll id-dejta personali msemmija fl-Artikoli 31 u 32 skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488 25 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 26 .

Artikolu 30

Protezzjoni tad-Dejta

1. L-Aġenzija għandha tapplika r-Regolament (KE) Nru 45/2001 meta tiġi pproċessata dejta personali.

2. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jistabbilixxi miżuri għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 mill-Aġenzija, inklużi dawk dwar il-ħatra ta' Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Dejta tal-Aġenzija. Dawn il-miżuri għandhom ikunu stabbiliti wara li ssir konsultazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 31 u 32, l-Aġenzija tista’ tipproċessa d-dejta personali għal finijiet amministrattivi.

4. It-trasferiment ta’ dejta personali proċessata mill-Aġenzija u t-trasferiment ’il quddiem mill-Istati Membri lill-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi jew terzi persuni, inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali, ta’ dejta personali pproċessata fil-qafas ta’ dan ir-Regolament għandu jkun ipprojbit.

Artikolu 31

L-għan tal-ipproċessar tad-dejta personali

1. L-Aġenzija tista’ tipproċessa d-dejta personali biss għall-finijiet li ġejjin:

(a)it-twettiq tal-ħidmiet tagħha, tal-għoti tal-għajnuna operazzjonali u teknika skont l-Artikoli 16(3) u 21(2);

(b)meta twettaq każ it-teħid tal-kampjuni għall-finijiet tal-eżerċizzju ta’ monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 13;

(c)fl-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali minn tfal jew persuni vulnerabbli, b'talba tal-Istati Membri, kif imsemmi fl-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 16(3)(b) u (c);

(d)tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri, il-Europol jew il-Eurojust skont l-Artikolu 36 u fil-qafas ta’ informazzjoni miksuba meta twettaq il-kompiti elenkati fl-Artikolu 21(2);

(e)fl-analiżi tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ażil f’konformità mal-Artikolu 4;

2. Kull ipproċessar bħal dan ta’ dejta personali għandu jħares il-prinċipju ta’ proporzjonalità u jkun strettament limitat għal dejta personali meħtieġa għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

3. Stati Membri jew aġenziji oħra tal-Unjoni li jipprovdu dejta personali lill-Aġenzija jistgħu biss jittrasferixxu dejta lill-Aġenzija għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1. Kull ipproċessar ulterjuri ta’ dejta personali miżmuma għal skopijiet oħra minbarra dawk stabbiliti fil-paragrafu 1 għandu jkun pprojbit.

4. Stati Membri u Aġenziji oħrajn tal-Unjoni jistgħu jindikaw, fil-mument tat-trasferiment tad-dejta personali, kull restrizzjoni fuq l-aċċess jew l-użu, f’termini ġenerali jew speċifiċi, inkluż għal trasferiment, tħassir jew qerda. Meta l-ħtieġa għal tali restrizzjonijiet issir ċara wara t-trasferiment tal-għoti tal-informazzjoni, dawn għandhom jgħarrfu lill-Aġenzija dwar dan. L-Aġenzija għandha tkun konformi ma’ dawn ir-restrizzjonijiet.

Artikolu 32

L-ipproċessar ta’ data personali miġbura waqt l-għoti ta' assistenza operazzjojali u teknika

1. L-użu mill-Aġenzija ta’ dejta personali miġbura jew trażmessa lilha mill-Istati Membri jew mill-persunal tagħha stess meta tkun qed tipprovdi assistenza operazzjonali u teknika lill-Istati Membri għandha tkun limitata għall-isem, id-data tat-twelid, is-sess, in-nazzjonalità, il-professjoni jew l-edukazzjoni, il-marki tas-swaba’ u ritratt diġitizzat ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

2. Id-dejta personali msemmija fil-paragrafu 1 tista' tiġi pproċessata mill-Aġenzija fil-każijiet li ġejjin:

(a)fejn meħtieġ għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 16(3)(a);

(b)fejn meħtieġ biex tiffaċilita l-eżami ta’ applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali li jkunu qegħdin jiġu eżaminati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kif imsemmi fl-Artikolu 16(3)(b);

(c)fejn meħtieġ biex tipprovdi assistenza lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli għall-eżami tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 16(3)(c);

(d)fejn meħtieġ biex tassisti fir-rilokazzjoni jew it-trasferiment ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 16(3)(g);

(e)meta t-trasmissjoni lill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri, il-Europol jew il-Eurojust hija neċessarja għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont il-mandati rispettivi tagħhom u skont l-Artikolu 30;

(f)fejn it-trasmissjoni lill-awtoritajiet tal-Istati Membri jew immigrazzjoni u servizzi tal-ażil hija meħtieġa għall-użu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u r-regoli nazzjonali u tal-Unjoni għall-protezzjoni tad-dejta;

(g)fejn meħtieġ għall-analiżi tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ażil.

3. Id-dejta personali tiġi kanċellata hekk malli tkun trażmessa lill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri, il-Europol jew il-Eurojust jew lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew użata għall-analiżi tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ażil. Il-perjodu ta’ ħażna għandu f’kull każ ma jaqbiżx 30 jum wara d-data li fiha l-Aġenzija tiġbor jew tirċievi dik id-dejta. B’riżultat ta’ analiżi ta’ informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ażil, id-dejta ma għandhiex tippermetti l-identifikazzjoni ta’ persuna fiżika fi kwalunkwe ħin.

KAPITOLU 8

KOOPERAZZJONI MILL-AĠENZIJA

Artikolu 33

Kooperazzjoni mad-Danimarka

L-Aġenzija għandha tiffaċilita kooperazzjoni operazzjonali mad-Danimarka, inkluż l-iskambju ta' informazzjoni u tal-aħjar prattika f'materji koperti mill-attivitajiet tiegħu.

Artikolu 34

Kooperazzjoni ma’ pajjiżi assoċjati

1. L-Aġenzija għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera.

2. In-natura, il-grad u l-manjiera li fihom dawk il-pajjiżi għandhom jipparteċipaw fil-ħidma tal-Aġenzija għandhom ikomplu jiġu definiti permezz ta’ arranġamenti ta’ ħidma rilevanti. Tali arranġamenti għandhom jinkludu dispożizzjonijiet relatati mal-parteċipazzjoni f’inizjattivi meħuda mill-Aġenzija, kontribuzzjonijiet finanzjarji, il-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija u l-persunal. F'dak li għandu x'jaqsam ma' kwistjonijiet ta' persunal, dawk l-arranġamenti, f'kull każ, jikkonformaw mar-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 35

Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi

1. Fi kwistjonijiet relatati mal-attivitajiet tagħha u sa fejn meħtieġ għat-twettiq tad-dmirijiet tagħha, l-Aġenzija għandha tiffaċilita u tħeġġeġ il-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, fil-qafas tal-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, u f'kooperazzjoni mas-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna. L-Aġenzija u l-Istati Membri għandhom jippromwovu u jikkonformaw man-normi u l-istandards ekwivalenti għal dawk stipulati mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, anki meta jwettqu attivitajiet fuq it-territorju ta’ dawn il-pajjiżi terzi.

2. L-Aġenzija tista’ tikkoopera mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi kompetenti fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament bl-appoġġ u f’koordinazzjoni mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, b’mod partikolari bil-ħsieb li jiġu promossi l-istandards tal-Unjoni dwar l-ażil u jiġu assistiti pajjiżi terzi f’dak li għandu x’jaqsam ma’ għarfien espert u l-bini ta’ kapaċità tas-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza tagħhom stess kif ukoll fl-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ żvilupp u protezzjoni reġjonali u azzjonijiet oħra. L-Aġenzija tista’ twettaq tali kooperazzjoni fil-qafas tal-arranġamenti ta’ ħidma konklużi ma’ dawk l-awtoritajiet, f’konformità mal-liġi u politika tal-Unjoni. L-Aġenzija għandha tfittex l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni għal dawn l-arranġamenti tax-xogħol u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew.

3.L-Aġenzija tista’, bi ftehim mal-Istat Membru ospitanti, tistieden uffiċjali minn pajjiżi terzi biex jisservaw il-miżuri operazzjonali u tekniċi msemmija fl-Artikolu 16(3), fejn il-preżenza tagħhom ma tipperikolax l-ilħuq tal-objettivi ta’ dawk il-miżuri, u fejn tista’ tikkontribwixxi għat-titjib tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aqwa prattiki.

4.L-Aġenzija għandha tikkoordina azzjonijiet dwar ir-risistemazzjoni meħuda mill-Istati Membri jew mill-Unjoni, inkluż l-iskambju ta’ informazzjoni, sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-protezzjoni internazzjonali ta’ refuġjati f’pajjiżi terzi u tintwera solidarjetà mal-pajjiżi li jospitawhom. L-Aġenzija għandha tiġbor l-informazzjoni, tissorvelja r-risistemazzjoni lejn l-Istati Membri u tappoġġa lill-Istati Membri fil-bini ta’ kapaċità dwar ir-risistemazzjoni. L-Aġenzija tista’ wkoll, suġġett għall-ftehim tal-pajjiż terz u bi ftehim mal-Kummissjoni, tikkoordina l-iskambju ta’ informazzjoni jew kull azzjoni oħra bejn l-Istati Membri u pajjiż terz, fit-territorju ta’ dak il-pajjiż terz.

5.L-Aġenzija għandha tipparteċipa fl-implimentazzjoni tal-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni ma’ pajjiżi terzi, fil-qafas tal-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni, u dwar kwistjonijiet koperti b’dan ir-Regolament.

6. L-Aġenzija tista’ tibbenefika mill-fondi tal-Unjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-istrumenti rilevanti li jappoġġaw il-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni. Tista’ tniedi u tiffinanzja proġetti ta’ assistenza teknika f’pajjiżi terzi dwar kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament.

Artikolu 36

Kooperazzjoni ma’ aġenziji, korpi jew uffiċċji tal-Unjoni

1. L-Aġenzija għandha tikkoopera ma’ aġenziji, korpi jew uffiċċji tal-Unjoni li għandhom attivitajiet relatati mal-qasam tal-attività tagħha, u b’mod partikolari mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri u li huma kompetenti fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament.

2. Kooperazzjoni bħal din għandha ssir fil-qafas ta' arranġamenti ta’ ħidma konklużi ma’ dawn il-korpi, wara li tirċievi l-approvazzjoni tal-Kummissjoni. L-Aġenzija għandha tinforma b’tali arranġamenti lill-Parlament Ewropew.

3. Il-kooperazzjoni għandha toħloq sinerġiji bejn il-korpi relevanti tal-Unjoni u għandha tevita kull duplikazzjoni tal-isforz fil-ħidma mwettqa minn kull wieħed minnhom skont il-mandat tagħhom.

Artikolu 37

Kooperazzjoni mal-UNHCR u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra

L-Aġenzija għandha tikkoopera ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, b’mod partikolari l-UNHCR, fl-oqsma rregolati minn dan ir-Regolament, fil-qafas tal-arranġamenti ta’ ħidma konklużi ma’ dawk l-entitajiet, f’konformità mat-Trattat u d-dispożizzjonijiet dwar il-kompetenza ta’ dawk il-korpi. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddeċiedi dwar l-arranġamenti ta’ ħidma li għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni.

KAPITOLU 9

ORGANIZZAZZJONI TAL-AĠENZIJA

Artikolu 38

Struttura amministrattiva u maniġerjali

L-istruttura amministrattiva u maniġerjali tal-Aġenzija għandha tinkludi:

(a)Bord tat-Tmexxija, li għandu jeżerċita l-funzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 40;

(b)Direttur Eżekuttiv, li jeżerċita r-responsabbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 46;

(c)Viċi Direttur Eżekuttiv, kif stabbilit fl-Artikolu 47.

Artikolu 39

Kompożizzjoni tal-Bord tat-Tmexxija

1. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni, kollha bid-dritt tal-vot.

2. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jinkludi rappreżentant wieħed tal-UNHCR, mingħajr id-dritt li jivvota.

3. Kull membru tal-Bord tat-Tmexxija jkollu sostitut. Is-sostitut jirrappreżenta lill-membru fl-assenza tiegħu/tagħha.

4. Il-Membri tal-Bord tat-Tmexxija u s-sostituti tagħhom jinħatru fid-dawl tal-għarfien tagħhom fil-qasam tal-ażil, waqt li jkunu kkunsidrati l-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji tagħhom. Il-partijiet kollha rappreżentati fil-Bord tat-Tmexxija għandhom jagħmlu sforz biex jillimitaw iċ-ċaqliq tar-rappreżentanti tagħhom, sabiex jiżguraw il-kontinwità tal-ħidma tal-bord. Il-partijiet kollha għandhom jimmiraw li jiksbu rappreżentanza bbilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fil-Bord tat-Tmexxija.

5. It-tul tal-kariga tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija għandu jkun ta’ erba’ snin. Dak il-mandat għandu jkun jista' jiġi estiż. Malli jiskadi t-tul tal-kariga tagħhom jew f'każ ta' riżenja, il-membri għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm il-ħatra tagħhom tiġi mġedda, jew sakemm jiġu sostitwiti.

Artikolu 40

Funzjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija

1. Il-Bord tat-Tmexxija għandu:

(a)jagħti orjentazzjoni ġenerali għall-Aġenzija u kull sena jadotta d-dokument ta’ programmazzjoni tal-Aġenzija b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri li jkunu intitolati jivvotaw u skont l-Artikolu 41;

(b)jadotta l-baġit annwali tal-Aġenzija b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu intitolati għall-vot u jeżerċita funzjonijiet oħra fir-rigward tal-baġit tal-Aġenzija skont il-Kapitolu 10;

(c)jadotta rapport konsolidat dwar l-attività annwali dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija u jibagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-Qorti tal-Awdituri mhux iżjed tard mill-1 ta’ Lulju ta’ kull sena. Ir-rapport konsolidat tal-attività annwali jkun disponibbli għall-pubbliku;

(d)jadotta regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija skont l-Artikolu 53;

(e)jieħu d-deċiżjonijiet kollha għall-iskop tat-twettiq tal-mandat tal-Aġenzija kif stabbilit f'dan ir-Regolament;

(f)jadotta strateġija kontra l-frodi, proporzjonata mar-riskji ta’ frodi, filwaqt li jqis l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri li jkunu se jiġu implimentati;

(g)jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess fir-rigward tal-membri tiegħu;

(h)jadotta u jaġġorna b’mod regolari l-pjanijiet ta’ komunikazzjoni u disseminazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(3) abbażi ta’ analiżi tal-ħtiġijiet;

(i)jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu;

(j)jeżerċita skont il-paragrafu 2, fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija, is-setgħat li jingħataw bir-Regolamenti tal-Persunal lill-Awtorità tal-Ħatra u bil-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Impjegati Oħra lill-Awtorità li jkollha s-Setgħa Tikkonkludi Kuntratt ta’ Impieg 27 (“is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra”);

(k)jadotta regoli ta’ implimentazzjoni xierqa sabiex jiġu applikati r-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Impjegati Oħra skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal;

(l)jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u d-Deputat Direttur Eżekuttiv, jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuqu jew fuqha u, meta jkun meħtieġ, jestendi l-mandat tiegħu/tagħha jew itemmlu/itemmilha l-mandat mill-uffiċċju f’konformità mal-Artikoli 45 u 47;

(m)jadotta rapport annwali dwar is-sitwazzjoni tal-ażil fl-Unjoni skont l-Artikolu 65. Dak ir-rapport għandu jkun ippreżentat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;

(n)jieħu d-deċiżjonijiet kollha dwar l-iżvilupp tas-sistemi tal-informazzjoni previsti f'dan ir-Regolament, inkluż il-portal ta' informazzjoni stipulat fl-Artikolu 8(2)(b);

(o)jadotta r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 f’konformità mal-Artikolu 58;

(p)jadotta l-politika tal-persunal tal-Aġenzija skont l-Artikolu 55;

(q)jadotta, wara li jkun talab l-opinjoni tal-Kummissjoni, id-dokument ta’ programmazzjoni f’konformità mal-Artikolu 41;

(r)jieħu d-deċiżjonijiet kollha dwar il-ħolqien tal-istrutturi interni tal-Aġenzija u fejn meħtieġ, il-modifiki tagħhom.

(s)jiżgura segwitu xieraq għal konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti interni u esterni tal-awditjar u tal-evalwazzjonijiet, kif ukoll minn investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF);

(t)jadotta l-istandards operazzjonali, indikaturi, linji gwida u l-aħjar prattiki żviluppati mill-Aġenzija skont l-Artikolu 12(2);

(u)japprova l-analiżi komuni dwar l-informazzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini u kull reviżjoni ta’ din l-analiżi komuni skont l-Artikolu 10(2) u (3);

(v)jistabbilixxi programm għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tas-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza b’konformità mal-Artikolu 14(1);

(w)jadotta r-rapport annwali tat-tim ta' esperti li jwettqu eżerċizzju ta' monitoraġġ skont l-Artikolu 14(3).

(x)jadotta r-rakkomandazzjonijiet wara l-eżerċizzju ta' monitoraġġ skont l-Artikolu 14(4).

(y)jistabbilixxi u jiddeċiedi dwar il-profili u n-numru globali ta’ esperti li għandhom ikunu disponibbli għat-timijiet ta’ appoġġ fil-qasam tal-ażil f’konformità mal-Artikolu 17(3);

(``)jistabbilixxi u jiddeċiedi dwar il-profili u n-numru globali ta’ esperti li għandhom ikunu disponibbli għar-riżerva ta' intervent għall-ażil f’konformità mal-Artikolu 18(2);

(aa)jadotta strateġija għar-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali fir-rigward ta’ kwistjonijiet li għalihom l-Aġenzija hija kompetenti, kif ukoll arranġament ta’ ħidma mal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tagħha;

(bb)jawtorizza l-konklużjoni ta' arranġamenti tax-xogħol skont l-Artikolu 35;

2. Il-Bord tat-Tmexxija jadotta, skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Persunal Ieħor, waqt li jiddelega setgħat tal-awtorità tal-ħatra rilevanti lid-Direttur Eżekuttiv u jiddefenixxi l-kundizzjonijiet li fihom din id-delega ta' setgħat tista' tkun sospiża. Id-Direttur Eżekuttiv ikun awtorizzat li jissottodelega dawk is-setgħat.

Meta ċirkostanzi eċċezzjonali jkunu jirrikjedu hekk, il-Bord tat-Tmexxija, permezz ta’ deċiżjoni, jissospendi temporanjament id-delega tas-setgħat ta’ awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u dawk is-setgħat sottodelegati minn dan tal-aħħar u jeżerċitahom hu stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal li mhux id-Direttur Eżekuttiv.

3. Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jistabbilixxi Bord Eżekuttiv magħmul mill-President tal-Bord tat-Tmexxija, iż-żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni fil-Bord tat-Tmexxija u tliet membri oħra tal-Bord tat-Tmexxija, biex jgħinuh u lid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward tal-preparazzjoni tad-deċiżjonijiet, programmi u attivitajiet annwali u pluriennali li għandhom jiġu adottati mill-Bord tat-Tmexxija. Meta jkun meħtieġ, minħabba l-urġenza, il-Bord Eżekuttiv jista' jieħu ċerti deċiżjonijiet provviżorji f’isem il-Bord tat-Tmexxija, b’mod partikolari fir-rigward ta' kwistjonijiet amministrattivi ta' ġestjoni.

Artikolu 41

Il-programmazzjoni pluriennali u l-programmi ta' ħidma annwali

1. Sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena, il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta dokument ta’ programmazzjoni li jkun fih programmazzjoni pluriennali u annwali, ibbażata fuq abbozz ippreżentat mid-Direttur Eżekuttiv, li jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni, u għal programmazzjoni pluriennali wara li jiġi kkonsultat il-Parlament Ewropew. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jibgħat dan id-dokument lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Id-dokument ta’ programmazzjoni jsir definittiv wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali u, jekk ikun neċessarju, jiġi aġġustat skont dan.

Abbozz ta’ verżjoni tad-dokument ta’ programmazzjoni għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar ta’ kull sena kif ukoll kull verżjoni aġġornata aktar tard ta’ dan id-dokument.

2. Il-programmazzjoni pluriennali għandha tistipula programmazzjoni strateġika komprensiva li tinkludi objettivi fuq tul ta' żmien medju u fit-tul, ir-riżultati mistennija u indikaturi tal-prestazzjoni. Għandu jistabbilixxi wkoll il-programmazzjoni tar-riżorsi, inkluż il-baġit pluirennali u l-persunal.

L-ipprogrammar pluriennali għandu jistabbilixxi l-oqsma strateġiċi ta’ interventi u jispjega dak li jeħtieġ isir biex jintlaħqu l-għanijiet. Għandu jinkludi l-istrateġija għal relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikoli 34 u 37, rispettivament, u l-azzjonjiet marbuta ma' din l-istrateġija, kif ukoll speċifikazzjoni ta' riżorsi assoċjati.

Il-programmazzjoni pluriennali għandha tkun implimentata permezz ta’ programmi ta’ ħidma annwali u għandha tiġi aġġornata kull sena. Il-programmazzjoni pluriennali strateġika tiġi aġġornata meta dan ikun xieraq, u b’mod partikolari sabiex jiġi indirizzat l-eżitu tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 66.

3.Il-programm ta’ ħidma annwali jinkludi l-għanijiet dettaljati u r-riżultati mistennija, inklużi l-indikaturi tal-prestazzjoni. Għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li jkunu se jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull attività, skont il-prinċipji tal-ibbaġittjar u tat-tmexxija bbażati fuq l-attività. Il-programm ta’ ħidma annwali għandu jkun koerenti mal-programm pluriennali msemmi fil-paragrafu 2. Dan għandu jindika b’mod ċar il-kompiti li jkunu żdiedu, inbidlu jew tħassru meta mqabbel mas-sena finanzjarja preċedenti.

4. Il-Bord tat-Tmexxija jemenda l-programm ta’ ħidma annwali adottat meta jingħata kompitu ġdid lill-Aġenzija.

Kull emendar sostanzjali fil-programm ta’ ħidma annwali jiġi adottat bl-istess proċedura bħal tal-programm ta’ ħidma annwali inizjali. Il-Bord tat-Tmexxija jista' jiddelega s-setgħa biex jagħmel emendi mhux sostanzjali għall-programm ta' ħidma annwali lid-Direttur Eżekuttiv.

Artikolu 42

President tal-Bord tat-Tmexxija

1. Il-Bord tat-Tmexxija jeleġġi President u Viċi President minn fost il-membri tiegħu, li jkollhom drittijiet tal-vot. Il-President u d-Deputat President għandhom ikunu eletti b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija bi dritt tal-vot.

Il-Viċi President awtomatikament jissostittwixxi lill-President jekk hu/hi ma j/tkunx jista'/tista' jaqdi/taqdi dmirijietu/dmirijietha.

2. Il-mandat tal-President u l-Viċi President għandu jkun ta' erba' snin. Il-mandat tagħhom jista’ jiġġedded darba. Jekk, madankollu, is-sħubija tagħhom fil-Bord tat-Tmexxija tintemm fi kwalunkwe żmien matul il-mandat tagħhom, il-mandat tagħhom jiskadi awtomatikament f’dik id-data.

Artikolu 43

Laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija

1. Il-President isejjaħ il-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija.

2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet, mingħajr ma jkollu dritt tal-vot.

3. Ir-rappreżentant tal-UNHCR ma għandux jieħu sehem fil-laqgħa meta l-Bord tat-Tmexxija jwettaq il-funzjonijiet stabbiliti fil-punti (l), (o), (p), (q) u (r) tal-Artikolu 40(1) u l-Artikolu 40(2), u meta l-Bord tat-Tmexxija jiddeċiedi li jagħmel riżorsi finanzjarji disponibbli għall-finanzjament tal-attivitajiet tal-UNHCR li jippermettu lill-Aġenzija li tibbenefika mill-kompetenza esperta tal-UNHCR imsemmi fl-Artikolu 49.

4. Il-Bord tat-Tmexxija jkollu minn tal-inqas żewġ laqgħat ordinarji fis-sena. Barra minn hekk, għandu jiltaqa' b'inizjattiva tal-President, fuq talba tal-Kummissjoni jew bit-talba ta' terz tal-membri tiegħu.

5. Il-Bord tat-Tmexxija jista' jistieden lil kwalunkwe persuna li jista' jkollha opinjoni li tkun ta' interess biex tattendi l-laqgħat tiegħu bħala osservatur.

6. Id-Danimarka għandha tkun mistiedna tattendi l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija.

7. Soġġett għar-Regoli Proċedurali tiegħu, il-membri u l-membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija jistgħu jkunu megħjunin minn konsulenti jew minn esperti.

8. L-Aġenzija tipprovdi s-segretarjat għall-Bord tat-Tmexxija.

Artikolu 44

Regoli tal-Bord tat-Tmexxija dwar il-votazzjoni

1. Kemm-il darba ma jkunx previst mod ieħor, il-Bord tat-Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b'maġġoranza tal-membri li jkollhom id-dritt tal-vot.

2. Kull membru bi dritt tal-vot ikollu vot wieħed. Fin-nuqqas ta' membru bid-dritt għall-vot, is-sostitut tiegħu/tagħha jkun intitolat jeżerċita d-dritt għall-vot tiegħu/tagħha.

3. Il-President ma jiħux sehem fil-votazzjoni.

4. Id-Direttur Eżekuttiv ma jiħux sehem fil-votazzjoni.

5. Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jistabbilixxu arranġamenti ta' votazzjoni aktar dettaljati b'mod partikolari ċ-ċirkostanzi li fihom membru jista' jaġixxi f'isem membru ieħor.

Artikolu 45

Direttur Eżekuttiv

1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun membru tal-persunal u għandu jiġi ingaġġat bħala aġent temporanju tal-Aġenzija skont l-Artikolu 2(a) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjiegi ta' Uffiċjali Oħra tal-Unjoni.

2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tat-Tmexxija, minn lista ta' kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara proċedura ta' selezzjoni miftuħa u trasparenti. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar abbażi ta' mertu u ta' ħiliet dokumentati ta' amministrazzjoni u tat-tmexxija, kif ukoll abbażi tal-esperjenza relevanti tiegħu fl-oqsma tal-migrazzjoni u l-ażil.

Għall-fini li jiġi konkluż il-kuntratt mad-Direttur Eżekuttiv, l-Aġenzija tkun rappreżentata mill-President tal-Bord tat-Tmexxija.

3. Qabel il-ħatra, il-kandidat magħżul mill-Bord tat-Tmexxija jista’ jiġi mistieden biex jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u biex iwieġeb mistoqsijiet mill-membri tal-Parlament Ewropew.

4. Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta’ ħames snin. Sa tmiem dak il-perjodu, il-Kummissjoni twettaq valutazzjoni li tqis evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u tal-kompiti u tal-isfidi futuri tal-Aġenzija.

5. Il-Bord tat-Tmexxija, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni li tqis il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, jista’ jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba, għal mhux iktar minn ħames snin.

6. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jinforma lill-Parlament Ewropew dwar l-intenzjoni tiegħu li jestendi t-tul tal-kariga tad-Direttur Eżekuttiv. Fi żmien xahar qabel kull estensjoni bħal din, id-Direttur Eżekuttiv jista’ jiġi mistieden biex jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u biex iwieġeb għal mistoqsijiet mill-membri tal-Parlament Ewropew.

7. Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż ma jistax jipparteċipa fi proċedura oħra ta’ selezzjoni għall-istess kariga fit-tmiem tal-perjodu ġenerali.

8. Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jitneħħa mill-kariga biss b’deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni.

9. Il-Bord tat-Tmexxija jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra, l-estensjoni tal-mandat jew it-tneħħija mill-kariga tad-Direttur Eżekuttiv abbażi ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri li jkollhom drittijiet tal-vot.

Artikolu 46

Responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv

1. Id-Direttur Eżekuttiv jiġġestixxi l-Aġenzija. Id-Direttur Eżekuttiv jagħti rendikont ta’ għemilu lill-Bord tat-Tmexxija.

2. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni u tal-Bord tat-Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun indipendenti fit-twettiq tad-doveri tiegħu u la għandu jfittex u lanqas jieħu struzzjonijiet mingħand xi gvern, istituzzjoni, persuna jew xi korp ieħor.

3. Id-Direttur Eżekuttiv jirrapporta lill-Parlament Ewropew dwar it-twettiq tad-doveri meta jkun mistieden jagħmel dan. Il-Kunsill jista' jistieden lid-Direttur Eżekuttiv jirrapporta dwar it-twettiq tad-doveri tiegħu/tagħha.

4. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-Aġenzija.

5. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-kompiti assenjati lill-Aġenzija minn dan ir-Regolament. B’mod partikolari, id-Direttur Eżekuttiv ikun responsabbli biex:

(a)iwettaq l-amministrazzjoni ta’ kuljum tal-Aġenzija.

(b)jimplimenta deċiżjonijiet adottati mill-Bord tat-Tmexxija;

(c)jipprepara kull sena d-dokument ta’ pprogrammar u li jippreżentah lill-Bord tat-Tmexxija wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni;

(d)jimplimenta d-dokument ta’ programmazzjoni u jirrapporta lill-Bord tat-Tmexxija dwar l-implimentazzjoni tiegħu;

(e)iħejji r-rapport konsolidat annwali dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija u jippreżentah lill-Bord tat-Tmexxija għall-adozzjoni;

(f)iħejji pjan ta’ azzjoni li jsegwi l-konklużjonijiet tar-rapporti u l-evalwazzjonijiet tal-awditjar interni jew esterni, kif ukoll l-investigazzjonijiet mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u jirrapporta lill-Kummissjoni darbtejn fis-sena u regolarment lill-Bord tat-Tmexxija dwar il-progress;

(g)mingħajr preġudizzju għall-kompetenza investigattiva tal-OLAF, jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi japplika miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra, billi jwettaq kontrolli effettivi u, jekk jinstabu xi irregolaritajiet, billi jirkupra l-ammonti li tħallsu bi żball u, meta dan ikun xieraq, billi jimponi penali amministrattivi u finanzjarji li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi;

(h)għat-tħejjija ta' strateġija kontra l-frodi għall-Aġenzija u għat-tressiq tagħha quddiem il-Bord tat-Tmexxija għal approvazzjoni;

(i)iħejji l-abbozz ta’ regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija;

(j)iħejji l-abbozz tad-dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u n-nefqa tal-Aġenzija u l-implimentazzjoni tal-baġit tagħha;

(k)jeżerċita l-poteri stabbiliti fl-Artiklu 55 rigward il-personal tal-Aġenzija;

(l)jieħu d-deċiżjonijiet kollha dwar il-ġestjoni tas-sistemi tal-informazzjoni previsti f'dan ir-Regolament, inkluż il-portal ta' informazzjoni stipulat fl-Artikolu 8(2)(b);

(m)jieħu d-deċiżjonijiet kollha dwar il-ġestjoni tal-istrutturi interni tal-Aġenzija;

(n)jissottometti analiżi komuni lill-Bord tat-Tmexxija skont l-Artikolu 10(2);

(o)jissottomettu abbozzi ta’ rapporti u abbozzi ta’ rakkomandazzjonijiet fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ monitoraġġ lill-Istat Membru kkonċernat u sussegwentement lill-Bord tat-Tmexxija skont l-Artikolu 14(3) u (4);

(p)jevalwa, japprova u jikkoordina talbiet għal għajnuna operazzjonali u teknika skont l-Artikoli 16(2) u l-Artikolu 20;

(q)jiżgura l-implimentazzjoni tal-pjan operazzjonali msemmi fl-Artikolu 19;

(r)jiżgura koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-Aġenzija fit-timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni mal-Kummissjoni u aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 21(1);

(s)jiżgura l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 22(3);

(t)jiddeċiedi, b’konsultazzjoni mal-Bord tat-Tmexxija, fuq ix-xiri jew il-kira tat-tagħmir tekniku skont l-Artikolu 23(2);

(u)jaħtar uffiċjal ta’ koordinament tal-Aġenzija skont l-Artikolu 25(1).

Artikolu 47

Viċi Direttur Eżekuttiv

1. Viċi Direttur Eżekuttiv għandu jassisti lid-Direttur Eżekuttiv.

2. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 45 għandhom japplikaw għal Viċi Direttur Eżekuttiv.

Artikolu 48

Forum Konsultattiv

1. L-Aġenzija għandha żżomm djalogu mill-qrib ma’ organizzazzjonijiet rilevanti tas-soċjetà ċivili u korpi kompetenti rilevanti li joperaw fil-qasam tal-politika tal-ażil fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali, tal-Unjoni jew internazzjonali. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi Forum Konsultattiv.

2. Il-Forum Konsultattiv għandu jikkostitwixxi mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni u tal-akkomunament tal-konoxxenza. Huwa għandu jiżgura djalogu mill-qrib bejn l-Aġenzija u l-organizzazzjonijiet rilevanti jew il-korpi kif imsemmi fil-paragrafu 1 u għandu jassisti lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Bord tat-Tmexxija f’materji koperti minn dan ir-Regolament.

3. L-Aġenzija għandha tistieden lill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri, il-UNHCR u organizzazzjonijiet oħra jew il-korpi kif imsemmi fil-paragrafu 1.

Bi proposta tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord tat-Tmexxija għandu jiddeċiedi fuq il-kompożizzjoni u l-metodi ta’ ħidma tal-Forum Konsultattiv, inklużi gruppi ta' konsultazzjoni f'iffokar ġeografiku jew tematiku, u l-modalitajiet tat-trażmissjoni tal-informazzjoni lill-Forum Konsultattiv.

4. Il-Forum Konsultattiv għandu jassisti lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Bord tat-Tmexxija f’materji relatati mal-ażil, b’konformità mal-ħtiġijiet speċifiċi f’oqsma identifikati bħala prijoritajiet għall-ħidma tal-Aġenzija.

5. Il-Forum Konsultattiv għandu, b’mod partikolari:

(a)jagħmel suġġerimenti lill-Bord tat-Tmexxija dwar il-programmazzjoni annwali u pluriennali msemmija fl-Artikolu 41;

(b)jipprovdi feedback lill-Bord tat-Tmexxija u jissuġġerixxi miżuri ta’ segwitu dwar ir-rapport annwali dwar is-sitwazzjoni tal-ażil fl-Unjoni msemmija fl-Artikolu 65; kif ukoll

(c)jikkomunika lid-Direttur Eżekuttiv u l-Bord tat-Tmexxija l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-konferenzi, seminars u laqgħat, kif ukoll fuq is-sejbiet minn studji jew xogħol fil-post imwettqa minn kwalunkwe organizzazzjonijiet jew korpi membri tal-Forum Konsultattiv li huma rilevanti għall-ħidma tal-Aġenzija.

6. Il-Forum Konsultattiv għandu jiltaqa' mill-inqas darbtejn fis-sena.

KAPITOLU 10

DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 49

Baġit

1. L-istimi tad-dħul u l-infiq kollu tal-Aġenzija għandhom jitħejjew għal kull sena finanzjarja, li jikkorrispondu għas-sena kalendarja, u għandhom jidhru fil-baġit tal-Aġenzija.

2. Il-baġit tal-Aġenzija għandu jkunu bbilanċjat f'termini ta' dħul u nfiq.

3. Mingħajr preġudizzju għal riżorsi oħra, id-dħul tal-Aġenzija għandu jinkludi:

(a)kontribuzzjoni mill-Unjoni, imdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea;

(b)fondi tal-Unjoni fil-forma ta’ ftehimiet ta’ delega jew għotjiet ad hoc skont ir-regoli finanzjarji tagħha msemmija fl-Artikolu 53 u d-dispożizzjonijiet tal-istrumenti rilevanti li jappoġġaw il-politiki tal-Unjoni;

(c)kull kontribuzzjoni finanzjarja voluntarja mill-Istati Membri;

(d)kull kontribuzzjoni mill-pajjiżi assoċjati;

(e)l-ispejjeż għall-pubblikazzjonijiet u kull servizz ipprovdut mill-Aġenzija;

4. In-nefqa tal-Aġenzija għandha tinkludi r-remunerazzjoni tal-persunal, l-ispejjeż amministrattivi u tal-infrastruttura u l-ispejjeż tal-operazzjoni.

Artikolu 50

Stabbiliment tal-baġit

1. Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv ifassal abbozz ta’ rendikont provviżorju tal-istimi tal-introjtu u tal-infiq tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta’ wara, inkluż il-pjan ta’ stabbiliment, u jibagħtu lill-Bord tat-Tmexxija.

2. Il-Bord tat-Tmexxija, abbażi ta' dak l-abbozz provviżorju, għandu jadotta abbozz provviżorju tal-estimi tad-dħul u n-nefqa tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta' wara.

3. L-abbozz provviżorju tal-istimi tal-introjtu u tal-infiq tal-Aġenzija jintbagħat lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena.

4. Il-Kummissjoni tibgħat ir-rendikont tal-istimi lill-awtorità baġitarja flimkien mal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

5. Abbażi tad-dikjarazzjoni tal-estimi, il-Kummissjoni ddaħħal l-estimi li hi tikkunsidra neċessarji għall-pjan ta' stabbiliment u l-ammont ta' sussidju li għandu joħroġ mill-baġit ġenerali fl-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, li hi tippreżenta quddiem l-awtorità baġitarja skont l-Artikoli 313 u 314 tat-Trattat.

6. L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għall-kontribuzzjoni lill-Aġenzija.

7. L-awtorità baġitarja għandha tadotta l-pjan ta' stabbiliment tal-Aġenzija.

8. Il-baġit tal-Aġenzija għandu jiġi adottat mill-Bord tat-Tmexxija. Huwa jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Fejn neċessarju, huwa għandu jiġi aġġustat kif xieraq.

9. Għal kwull proġett ta’ bini li x’aktarx ikollu implikazzjonijiet sinifikanti għall-baġit tal-Aġenzija, japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 28 .

Artikolu 51

Implimentazzjoni tal-baġit

1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplimenta l-budget tal-Aġenzija.

2. Kull sena, dd-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-awtorità baġitarja kull informazzjoni rilevanti għas-sejbiet ta' kull proċedura ta' evalwazzjoni.

Artikolu 52

Preżentazzjoni tal-kontijiet u l-kwittanza

1. Sal-1 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja segwenti, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Aġenzija jibgħat il-kontijiet provviżorji lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.

2. Sal-31 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja segwenti, l-Aġenzija għandha tibgħat ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri.

Sal-31 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja segwenti, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jibgħat il-kontijiet provviżorji tal-Aġenzija kkonsolidati mal-kontijiet tal-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri.

3. Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-Aġenzija skont l-Artikolu 148 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, 29 id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Aġenzija taħt ir-responsabbiltà proprja tiegħu jew tagħha u jibgħathom/tibgħathom lill-Bord tat-Tmexxija għal opinjoni.

4. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jfassal opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Aġenzija.

5. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, flimkien mal-opinjoni tal-Bord tat-Tmexxija sal-1 ta' Lulju wara kull sena finanzjarja.

6. Il-kontijiet finali jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara.

7. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri tweġiba għall-kummenti tiegħu sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat ukoll din it-tweġiba lill-Bord tat-Tmexxija.

8. Id-Direttur Eżekuttiv jippreżenta lill-Parlament Ewropew, b'talba ta' dan tal-aħħar, kull informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni bla intoppi tal-proċedura ta' kwittanza għas-sena finanzjarja inkwistjoni, skont l-Artikolu 165(3) tar-Regolament Finanzjarju.

9. B'Rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, qabel il-15 ta' Mejju tas-sena N+2, il-Parlament Ewropew għandu jagħti kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena N.

Artikolu 53

Regoli finanzjarji

1.Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija għandhom jiġu adottati mill-Bord tat-Tmexxija wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Huma għandhom jikkonformaw mar-Regolament Delegat (UE) 1271/2013, ħlief fejn tali dederoga mid-dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament tkun meħtieġa b’mod speċifiku għall-operar tal-Aġenzija u jekk il-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel.

2.L-Aġenzija tista’ tagħti għotjiet relatati mat-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 2, f’konformità ma’ dan ir-Regolament jew permezz ta’ delega tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 58(1)(c)(iv) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 30 . Id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 31  għandhom japplikaw.

KAPITOLU 11

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 54

Status ġuridiku

1. L-Aġenzija għandha tkun korp tal-Unjoni. Hija għandu jkollha personalità ġuridika.

2. F’kull wieħed mill-Istati Membri, l-Aġenzija tgawdi mill-iktar kapaċità ġuridika estensiva li tingħata lil persuni ġuridiċi skont il-liġijiet tagħhom. B’mod partikolari hija tista’ takkwista u tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u tkun parti għal proċeduri legali.

3. L-Aġenzija għandha tkun indipendenti fir-rigward ta’ kwistjonijiet operazzjonali u tekniċi.

4. L-Aġenzija għandha tkun rappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha.

5. L-Aġenzija għandu jkollha s-sede tagħha f'Malta.

Artikolu 55

Persunal

1. Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni u r-regoli adottati bi ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex jagħtu effett lil dawk ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Uffiċjali Oħra għandhom japplikaw għall-persunal tal-Aġenzija.

2. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni adatti biex jattwaw ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Aġenti Oħra, b’konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal.

3. Is-setgħat mogħtija mill-awtorità tal-ħatra mir-Regolamenti tal-Persunal u mill-awtorità bis-setgħa li tikkonkludi kuntratti permezz tal-Kundizzjonijiet tal-Impieg ta' Ħaddiema oħra għandhom ikunu eżerċitati mill-Aġenzija fir-rigward tal-persunal tagħha stess.

4. L-Aġenzija tista’ tagħmel użu minn esperti nazzjonali ssekondati jew minn persunal ieħor mhux impjegat mill-Aġenzija. Il-Bord tat-Tmexxija jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi regoli dwar l-issekondar ta’ esperti nazzjonali fl-Aġenzija.

5. L-Aġenzija tista’ timpjega persunal li jaħdmu fil-qasam fl-Istati Membri.

Artikolu 56

Privileġġi u immunitajiet

Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea japplika għall-Aġenzija u għall-persunal tagħha.

Artikolu 57

Arranġamenti lingwistiċi

1. Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill Nru 32 1 għandhom japplikaw għall-Aġenzija.

2. Mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet meħuda abbażi tal-Artikolu 342 tat-Trattat, ir-rapport annwali ta’ attività konsolidat dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija u d-dokument ta’ programmazzjoni għandhom jiġu prodotti fil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

3. Is-servizzi ta’ traduzzjoni meħtieġa għat-tħaddim ta’ l-Aġenzija għandhom jiġu provduti miċ-Ċentru ta’ Traduzzjoni tal-korpi tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 58

Trasparenza

1. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Aġenzija.

2. L-Aġenzija tista’ tikkomunika fuq inizjattiva proprja fl-oqsma fil-missjoni tagħha. Hija għandha tippubblika r-rapport ikkonsolidat tal-attività annwali u tiżgura b’mod partikolari li l-pubbliku u kwalunkwe parti interessata jingħataw malajr tagħrif oġġettiv, kredibbli u li jinftiehem faċilment fir-rigward tax-xogħol tagħha.

3. Fi żmien sitt xhur mid-data tal-ewwel laqgħa tiegħu, il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2.

4. Kull persuna fiżika jew ġuridika għandha tkun intitolata li tindirizza ruħha bil-miktub lill-Aġenzija fi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Għandha d-dritt li tirċievi tweġiba bl-istess lingwa.

5. Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta' lment lill-Ombudsman jew azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet preskritti fl-Artikoli 228 u 263 tat-Trattat rispettivament.

Artikolu 59

Il-ġlieda kontra l-frodi

1. Sabiex titħaffef il-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill   33 japplikaw mingħajr restrizzjoni. L-Aġenzija għandha taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u tadotta, id-dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-impjegati kollha tal-Aġenzija permezz tal-mudell stabbilit fl-Anness ta' dak il-Ftehim.

2. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri jkollha s-setgħa tal-awditjar, abbażi ta’ dokumenti u fil-post, dwar il-benefiċjarji tal-għotjiet, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni mingħand l-Aġenzija.

3. L-OLAF jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ għotja jew kuntratt iffinanzjat mill-Aġenzija, f’konformità mad-dispożizzjonijiet u mal-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u fir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2185/96 34 .

4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, il-kuntratti, il-ftehimiet ta’ għotja u d-deċiżjonijiet ta’ għotja għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jagħtu espliċitament is-setgħa lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u lill-OLAF sabiex iwettqu dan l-awditjar u l-investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

Artikolu 60

Regoli ta’ sigurtà dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata u ta’ informazzjoni sensittiva mhux klassifikata

1. L-Aġenzija għandha tapplika r-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà kif stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443   35 u 2015/444 36 . Dawn ir-regoli għandhom japplikaw, b'mod partikolari, għall-iskambju, l-ipproċessar u l-ħażna tal-informazzjoni klassifikata.

2. L-Aġenzija għandha tapplika wkoll il-prinċipji ta’ sigurtà relatati mal-ipproċessar ta’ informazzjoni sensittiva mhux klassifikata kif stabbilit fid-Deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u kif implimentati mill-Kummissjoni. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jistabbilixxi miżuri għall-applikazzjoni ta’ dawn il-prinċipji ta’ sigurtà.

Artikolu 61

Responsabbiltà

1. Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Aġenzija għandha tkun irregolata mill-liġi applikabbli għall-kuntratt in kwistjoni.

2. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni li tagħti sentenzi skont kwalunkwe klawżola ta’ arbitraġġ li tkun tinsab f’kuntratt konkluż mill-Aġenzija.

3.Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Aġenzija għandha, skont il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kull dannu kkawżat mid-dipartimenti tagħha jew mill-persunal tagħha fil-kors tat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom.

4. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġuriżdizzjoni f’tilwim fuq kumpens għal danni kif imsemmi fil-paragrafu 3.

5. Ir-responsabiltà personali tal-persunal tagħha lejn l-Aġenzija għanda tkun irregolata mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal jew fil-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għalihom.

Artikolu 62

Monitoraġġ amministrattiv

L-attivitajiet tal-Aġenzija għandhom ikunu suġġetti għall-inkjesti tal-Ombudsman Ewropew skont l-Artikolu 228 tat-Trattat.

Artikolu 63

Ftehim dwar il-kwartieri ġenerali u l-kundizzjonijiet operattivi

1. L-arranġamenti meħtieġa dwar l-akkomodazzjoni li għandha tkun ipprovduta lill-Aġenzija fl-Istat Membru ospitanti u l-faċilitajiet li l-Istat Membru għandu jagħmel disponibbli kif ukoll ir-regoli partikolari applikabbli fl-Istat Membri ospitanti lid-Direttur Eżekuttiv, il-membri tal-Bord tat-Tmexxija, il-persunal tal-Aġenzija u l-membri tal-familji tagħhom għandhom ikunu stabbiliti fil-Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru ospitanti konkluż wara li jkun approvat mill-Bord tat-Tmexxija.

2. L-Istat Membru ospitanti tal-Aġenzija għandu jipprovdi l-aqwa kundizzjonijiet possibbli sabiex jiżgura l-funzjonament tal-Aġenzija, inklużi sistemi edukattivi multilingwi b’dimensjoni Ewropea, u konnessjonijiet xierqa ta’ trasport.

KAPITOLU 12

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 64

Proċedura tal-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 37 .

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3. Meta l-opinjoni tal-kumitat tinkiseb permezz ta’ proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, sal-iskadenza għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew meta żewġ terzi tal-membri tal-kumitat jitolbu hekk.

4. Meta l-kumitat ma jagħtix opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

5. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

Artikolu 65

Rapportar

1.L-Aġenzija għandu tħejji rapport annwali dwar is-sitwazzjoni tal-ażil fl-Unjoni Ewropea, b'kont debitu meħud tal-informazzjoni diġà disponibbli minn sorsi rilevanti oħra. Bħala parti minn dak ir-rapport, l-Aġenzija għandha tevalwa r-riżultati tal-attivitajiet magħmula skont dan ir-Regolament u tagħmel analiżi komparattiva komprensiva tagħhom bil-għan li titjieb il-kwalità, il-konsistenza u l-effikaċjità tas-SEKA.

2.L-Aġenzija għandha tibgħat ir-rapport ta’ attività annwali lill-Bord tat-Tmexxija, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta wkoll ir-rapport annwali lill-Parlament Ewropew.

Artikolu 66

Evalwazzjoni u reviżjoni

1. Mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u suċċessivament kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tikkummissjona evalwazzjoni sabiex tivvaluta, b’mod partikolari, il-prestazzjoni tal-Aġenzija f'relazzjoni mal-għanijiet, mandat u kompiti tagħha. Din il-valutazzjoni għandha tkopri l-impatt tal-Aġenzija fuq il-kooperazzjoni prattika dwar kwistjonijiet relatati mal-ażil u fuq is-SEKA. L-evalwazzjoni għandha tagħti l-konsiderazzjoni dovuta lill-progress magħmul, fil-mandat tagħha, inkluża l-valutazzjoni ta' jekk humiex meħtieġa miżuri addizzjonali sabiex ikunu żgurati solidarjetà effikaċi u kondiviżjoni tar-responsabbiltajiet mal-Istati Membri li jkunu suġġetti għal pressjoni partikolari.

B’mod partikolari, l-evalwazzjoni għandha tindirizza l-ħtieġa possibbli li jiġi modifikat il-mandat tal-Aġenzija, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kull modifika bħal din. Hija għandha teżamina wkoll lejn jekk l-istruttura maniġerjali hijiex adatta għat-twettiq tad-doveri tal-Aġenzija. L-evalwazzjoni għandha tieħu kont tal-fehmiet tal-partijiet interessati, kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell nazzjonali.

2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta’ evalwazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha dwar ir-rapport, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord tat-Tmexxija. Is-sejbiet tal-evalwazzjoni għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

3. Fl-okkażjoni ta' kull tieni evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis jekk il-kontinwazzjoni tal-Aġenzija għadhiex ġustifikata fir-rigward tal-għanijiet, il-mandat u l-kompiti assenjati lilha, u din tista’ tipproponi li dan ir-Regolament jiġi emendat kif xieraq jew revokat.

Artikolu 67

Revoka

1. Ir-Regolament (KE) Nru 439/2010 huwa revokat b’effett mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2. Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament skont it-tabella ta’ korrelazzjoni stabbilita fl-Anness.

Artikolu 68

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA

1.1.Titolu tal-proposta

1.2.Qasam ta’ politika konċernat fl-istruttura ABM / ABB

1.3.Natura tal-proposta

1.4.Objettivi

1.5.Ir-raġunijiet għall-proposta

1.6.Durata u impatt finanzjarju

1.7.Modi ta' ġestjoni ppjanati

2.MIŻURI TAL-ĠESTJONI

2.1.Ir-regoli tal-monitoraġġ u rrappurtaġġ

2.2.Is-sistema tal-ġestjoni u l-kontroll

2.3.Miżuri biex ikunu evitati l-frodi u l-irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA

3.1.Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-ispiża tal-baġit affettwati

3.2.Stima tal-impatt fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ terzi persuni

3.3.Stima tal-impatt fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA

1.1.Titolu tal-proposta

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u li tħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010

1.2.Qasam ta’ politika konċernat fl-istruttura ABM / ABB 38  

Qasam ta' politika: Ażil u Migrazzjoni (Titolu 18)

Attività: Ażil

1.3.Natura tal-proposta

Il-proposta tirrigwarda azzjoni ġdida 

Il-proposta tirrigwarda azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota / azzjoni preparatorja 39  

Il-proposta tirrigwarda estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

Il-proposta tirrigwarda azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 

1.4.Objettiv

1.4.1.L-għan strateġiku pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta

L-għan ta’ din il-proposta huwa li ssaħħaħ ir-rwol tal-EASO u tiġi żviluppata f’aġenzija kompluta li tiffaċilita l-implimentazzjoni u ttejjeb il-funzjonament tas-sistema tas-SEKA.

Biex tirrifletti dan l-iżvilupp, il-proposta se tibdel l-isem tal-EASO bħala l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar l-Ażil.

1.4.2.Għanijiet speċifiċi u l-attivitijiet tal-ABM / ABB konċernati

Objettiv speċifiku Nru 1: Tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni u biex jitjieb il-funzjonament tas-SEKA

- Monitoraġġ u evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tas-SEKA

- Appoġġ (attivitajiet) għall-implimentazzjoni tas-SEKA

- Appoġġ (attivitajiet) għall-implimentazzjoni tal-SM

- Informazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini u l-analiżi komuni

- Promozzjoni tad-dritt tal-Unjoni u l-istandards operazzjonali dwar l-ażil

Għan speċifiku Nru 2: Għoti ta' aktar għajnuna operazzjonali u teknika lill-Istati Membri

- Titjib tal-kooperazzjoni prattika u l-iskambju tal-informazzjoni

- Attivitajiet ta' appoġġ operazzjonali

- Kooperazzjoni mal-imsieħba u l-partijiet interessati

- Standards operazzjonali, linji gwida u l-aħjar prattiki dwar l-ażil

- Komunikazzjoni, skambju ta’ informazzjoni

Attività ABM / ABB ikkonċernata

Attività 18 03: Ażil u Migrazzjoni

1.4.3.Riżultati u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li għandu jkollha l-proposta fuq il-benefiċjarji / il-gruppi fil-mira.

L-għan huwa li tbiddel l-EASO f’Aġenzija sħiħa li tkun kapaċi:

- tipprovdi l-għajnuna operazzjonali u teknika neċessarja lill-Istati Membri;

- iżżid il-kooperazzjoni prattika u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri;

- tappoġġa distribuzzjoni ġusta u sostenibbli tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali;

- tissorvelja u tivvaluta l-implimentazzjoni tas-SEKA kif ukoll tal-kapaċitajiet tas-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza tal-Istati Membri; kif ukoll

- tippermetti l-konverġenza fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali madwar l-Unjoni.

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta.

- Numru ta’ nuqqasijiet misjuba waqt il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ SEKA / sena

- Numru ta' appoġġ (attivitajiet) għall-implimentazzjoni tas-SEKA / sena

- Numru ta' appoġġ (attivitajiet) għall-kooperazzjoni prattika tal-SM / sena

- Numru ta’ pajjiżi ta’ oriġini li għalihom ġew imfassla rapporti COI u li ssir analiżi komuni / sena

- Numru ta' standards operazzjonali, linji gwida u l-aħjar prattiki dwar l-ażil / sena

- Numru ta’ kooperazzjoni prattika, u netwerks żviluppati / sena

- Numru ta’ arranġamenti għal skambju ta’ informazzjoni / sena

- Numru ta' attivitajiet ta' appoġġ operazzjonali / sena

- Numru ta’ arranġamenti u attivitajiet mal-imsieħba u l-partijiet interessati / sena

- Numru ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni / ena

1.5.Ir-raġunijiet għall-proposta

1.5.1.Rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati fuq żmien qasir jew twil

Din il-proposta tibni fuq il-mandat kurrenti tal-EASO u tespandih sabiex tittrasforma l-EASO f'Aġenzija kompluta mgħammra bl-għodod meħtieġa sabiex: (1) ittejjeb il-kooperazzjoni prattika u l-iskambju tal-informazzjoni dwar l-ażil; (2) tippromwovi l-liġi tal-Unjoni u l-istandards operazzjonali biex tiżgura grad għoli ta' applikazzjoni uniformi tal-qafas legali dwar l-ażil; (3) tiżgura konverġenza akbar fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ protezzjoni madwar l-Unjoni; (4) tissorvelja u tevalwa l-implimentazzjoni tas-SEKA; (5) tipprovdi aktar għajnuna operazzjonali u teknika lill-Istati Membri għall-ġestjoni tas-sistemi tal-azil u l-akkoljenza, b'mod partikolari f'każijiet ta' pressjoni sproporzjonata.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

L-għanijiet ta’ din il-proposta huma li tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni u biex jitjieb il-funzjonament tas-SEKA, li tissaħħaħ il-kooperazzjoni prattika u l-iskambju ta’ informazzjoni fost l-Istati Membri dwar kwistjonijiet relatati mal-ażil, biex tippromwovi d-dritt tal-Unjoni u standards operazzjonali biex jiġi żgurat livell għoli ta’ uniformità fir-rigward ta’ proċeduri tal-ażil, il-kundizzjonijiet tal-akkoljenza u l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ protezzjoni madwar l-Unjoni, biex tiġi sorveljata l-applikazzjoni operazzjonali u teknika tal-liġi tal-Unjoni u l-istandards fir-rigward tal-ażil u li jingħata aktar appoġġ tekniku u operazzjonali lill-Istati Membri għall-ġestjoni tas-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza, b’mod partikolari għall-Istati Membri soġġetti għal pressjonijiet sproporzjonati fuq is-sistemi tagħhom tal-ażil u l-akkoljenza.

Peress li huwa ta’ interess komuni li tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa tal-qafas legali dwar l-ażil, permezz ta’ azzjoni miftiehma fost l-Istati Membri bl-appoġġ tal-Aġenzija Ewropea għall-Ażil, b’mod partikolari sabiex jiġu konsolidati l-istabbilità u l-ordni fil-funzjonament tas-SEKA, l-għanijiet ta’ din il-proposta ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fil-passat

Billi tassumi r-responsabbiltajiet tagħha fl-2011, l-EASO, appoġġat kontinwament lill-Istati Membri biex japplikaw ir-regoli attwali u biex itejbu l-funzjonament tal-istrumenti eżistenti. L-Aġenzija kisbet esperjenza u kredibbiltà għall-ħidma tagħha fir-rigward tal-kooperazzjoni prattika fost l-Istati Membri u fl-għoti ta’ appoġġ lilhom biex jimplimentaw l-obbligi tagħhom taħt is-SEKA. Biż-żmien, il-kompiti mwettqa mill-EASO evolvew gradwalment sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet dejjem akbar tal-Istati Membri u tas-SEKA b’mod ġenerali. L-Istati Membri jiddependu dejjem aktar fuq l-appoġġ operazzjonali u tekniku tal-Aġenzija. L-Aġenzija żiedet b'mod sinifikanti l-għarfien u l-esperjenza fil-qasam tal-ażil u wasal iż-żmien li din tinbidel f’ċentru ta’ għarfien espert u mhux waħda li għadha wisq tiddependi fuq l-informazzjoni u l-għarfien espert ipprovdut mill-Istati Membri.

Fil-fehma tal-Kummissjoni, l-Aġenzija hija waħda mill-għodod li jistgħu jintużaw b'mod effettiv biex jindirizzaw b’mod effettiv id-dgħufijiet strutturali tas-SEKA li komplew jiżdiedu bil-wasla fuq skala kbira u mhux kontrollata ta’ migranti u persuni li jfittxu l-ażil fl-Unjoni Ewropea b’mod partikolari matul is-sena li għaddiet. Ma jkunx plawżibbli li tiġi riformata s-SEKA mingħajr ma l-Aġenzija tingħata mandat li jikkorrispondi għat-talbiet li r-riforma se ġġib magħha. Huwa essenzjali li l-Aġenzija tingħata l-mezzi meħtieġa biex tassisti lill-Istati Membri f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, iżda huwa aktar meħtieġ li jinbena qafas legali, operazzjonali u prattiku sod sabiex l-Aġenzija tkun tista’ ssaħħaħ u tikkumplementa s-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza tal-Istati Membri.

1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Din il-proposta hija konsistenti mal-linji ta’ politika komprensiva għal medda twila ta’ żmien dwar ġestjoni aħjar tal-migrazzjoni kif stipulati mill-Kummissjoni fl-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, li żviluppat il-linji gwida politiċi tal-President Juncker f’sett ta’ inizjattivi koerenti u li jsaħħu lil xulxin ibbażati fuq erba’ pilastri. Dawn il-pilastri għandhom l-għan li jnaqqsu l-inċentiv għall-immigrazzjoni irregolari, li jagħmlu fruntieri esterni siguri u li jsalvaw il-ħajjiet, b'politika b’saħħitha dwar l-ażil u politika ġdida dwar il-migrazzjoni legali. Din il-proposta tkompli timplimenta l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-objettiv tat-tisħiħ tal-politika tal-ażil tal-Unjoni peress li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-ażil se tiżgura implimentazzjoni sħiħa u koerenti tas-SEKA.

1.6.Durata u impatt finanzjarju

◻ Proposta ta’ durata illimitata

   Proposta fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju mill-SSSS sal-SSSS

Proposta ta’ durata illimitata

Implimentazzjoni b'perjodu għat-tnedija minn SSSS sa SSSS,

u wara tħaddim fuq skala sħiħa.

1.7.Il-metodu previst ta’ mmaniġġar 40  

Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

◻ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

Ġestjoni konġunta mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi l-kompiti tal-implimentazzjoni baġitarja jiġu ddelegati lil:

◻ pajjiżi terzi jew il-korpi li jaħtru huma;

◻ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

◻ il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

il-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

◻ korpi tal-liġi pubblika;

◻ korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku safejn dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk ikun indikat aktar minn metodu wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Ir-regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar l-ażil għandha d-dmir li tirrapporta dwar l-attivitajiet tagħha. L-Aġenzija għandha tfassal rapport ta’ attività annwali dwar is-sitwazzjoni tal-ażil, fejn hemm bżonn li jiġu evalwati r-riżultati tal-attivitajiet imwettqa minnha matul is-sena. Ir-rapport għandu jinkludi analiżi komparattiva tal-attivitajiet tal-Aġenzija sabiex l-Aġenzija tkun tista’ ttejjeb il-kwalità, il-konsistenza u l-effettività tas-SEKA. Dan ir-rapport ta’ attività annwali għandu jiġi trażmess mill-Aġenzija lill-Bord tat-Tmexxija, lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Il-Kummissjoni għandha tikkummissjona evalwazzjoni fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u mbagħad kull ħames snin wara dan, sabiex tivvaluta, b’mod partikolari, l-impatt, l-effettività u l-effiċjenza tal-Aġenzija u l-prattiċi ta’ ħidma tagħha. Dik il-valutazzjoni għandha tkopri l-impatt tal-Aġenzija fuq il-kooperazzjoni prattika dwar kwistjonijiet relatati mal-ażil u fuq is-SEKA. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta’ evalwazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha dwar ir-rapport, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord tat-Tmexxija. Is-sejbiet tal-evalwazzjoni jkunu disponibbli għall-pubbliku.

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Riskji identifikati

- Estensjoni tal-kompetenzi eżistenti tal-Aġenzija hija meħtieġa biex tiżgura l-implimentazzjoni tas-SEKA u dik tas-sistema riformata ta’ Dublin. Rinfurzar tal-persunal u r-riżorsi tal-Aġenzija huwa meħtieġ biex jiġi żgurat it-twettiq tal-missjoni tiegħu. Mingħajr dawn il-bidliet, is-SEKA tkun f’riskju.

- Flussi migratorji kbar u bla kontroll li jkomplu jpoġġu s-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza tagħhom taħt pressjoni u b’hekk idewmu t-tranżizzjoni minn modalità ta’ emerġenza għal ġestjoni tajba tas-sistemi tal-migrazzjoni u l-ażil.

- Reklutaġġ tal-persunal: ir-ritmu ta’ reklutaġġ tal-persunal jista' joħloq riskju peress li l-kapaċità attwali tal-Aġenzija għadha mnaqqsa, ir-reklutaġġ huwa relattivament bil-mod u l-volum ta’ kompiti ġodda dejjem jikber. Il-Kummissjoni qed tipprova ttaffi dan l-aspett billi tipprovdi appoġġ kontinwu u monitoraġġ.

- Dewmien fl-adozzjoni tal-bażi legali relatata mas-sistema ta’ Dublin emendata u żviluppi tal-IT relatati li għandhom jiġu mħaddmau amministrati mill-Aġenzija jistgħu jimpedixxu t-twettiq ta’ kompiti ġodda tal-Aġenzija f’dan ir-rigward.

- Kontinwazzjoni ta' dipendenza qawwija fuq l-għarfien ta' Stat Membru u dewmien għall-Aġenzija sabiex tiżviluppa l-bażi ta’ għarfien tagħha u biex issir ċentru espert reali indipendenti.

2.2.2.Metodu/i ta’ kontroll previst(i)

Il-kontijiet tal-Aġenzija jiġu ppreżentatigħall-approvazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri u soġġetti għall-proċedura ta’ kwittanza. Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni jwettaq awditjar f’kooperazzjoni mal-awditur intern tal-Aġenzija.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta' prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti.

- L-Aġenzija: Id-Direttur Eżekuttiv jimplimenta l-baġit tal-Aġenzija. Kull sena d-Direttur Eżekuttiv jippreżenta lill-Kummissjoni, lill-Bord tat-Tmexxija u lill-Qorti tal-Awdituri l-kontijiet dettaljati tad-dħul u l-infiq kollu mis-sena finanzjarja preċedenti. Barra minn hekk, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni jgħin fil-ġestjoni tal-operazzjonijiet finanzjarji tal-Aġenzija billi jikkontrolla r-riskji, jimmonitorja l-konformità billi jipprovdi opinjoni indipendenti dwar il-kwalità tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll u jagħmel rakkomandazzjonijiet sabiex tittejjeb l-effiċjenza u l-effettività tal-operazzjonijiet u biex tiġi żgurata ekonomija fl-użu tar-riżorsi tal-Aġenzija.

L-Aġenzija tadotta r-Regolament Finanzjarju tagħha skont ir-Regolament ta' Delega Nru 1271/2013, wara li jkun ġie approvat mill-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri. L-Aġenzija ddaħħal fis-seħħ sistema ta’ awditjar intern simili għal dik li introduċiet il-Kummissjoni fil-qafas tar-ristrutturar tagħha stess.

- Kooperazzjoni mal-OLAF: il-persunal soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal tal-Kummissjoni jikkoopera mal-OLAF fil-ġlieda kontra l-frodi.

- Il-Qorti tal-Awdituri: il-Qorti tal-Awdituri teżamina l-kontijiet skont l-Artikolu 248 tat-Trattat u tippubblika rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA

3.1.Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-ispiża tal-baġit affettwati

Linji baġitarji eżistenti

Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’nefqa

Kontribut

Numru
[Intestatura 3]

Diff./Mhux diff 41 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 42

mill-pajjiżi kandidati 43

minn pajjiżi terzi

fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

18.03.02 Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil (EASO)

Diff./Mhux diff.

LE

LE

IVA*

LE

* l-EASO jirċievi kontribuzzjonijiet minn Pajjiżi Assoċjati.

Linji baġitarji ġodda mitluba

Ma hemmx bżonn li tintalab linja baġitarja ġdida iżda l-linja baġitarja 18 03 02 għandha tingħata isem ġdid xieraq

Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’nefqa

Kontribut

Numru[Intestatura………………………………………]

Diff./Mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

mill-pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[XX.SS.SS.SS]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Stima tal-impatt fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
multiannwali

3

Sigurtà u Ċittadinanza

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar l-Ażil

Sena2017 44

Sena2018

Sena2019

Sena2020

Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi t-tul ta' żmien kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

Approprjazzjonijiet operazzjonali

Numru tal-intestatura baġitarja

Impenji

(1)

Pagamenti

(2)

Numru tal-intestatura baġitarja

Impenji

(1a)

Pagamenti

(2 a)

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva finanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 45  

Numru tal-intestatura baġitarja

(3)

TOTAL tal-approprazzjonijiet
għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar l-Ażil

Impenji

=1+1a +3

66 206

86 971

96 686

114 100

363 963

Pagamenti

=2+2a

+3

66 206

86 971

96 686

114 100

363 963







Intestatura tal-qafas finanzjarju
multiannwali

5

"Nefqa amministrattiva"

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Sena2017

Sena2018

Sena2019

Sena2020

TOTAL

KUMMISSJONI

Riżorsi umani

0,536

0,536

0,536

0,536

2,144

Nefqa amministrattiva oħra

0,030

0,030

0,030

0,030

0,120

TOTAL TAL-KUMMISSJONI

Approprjazzjonijiet

0,566

0, 566

0,566

0,566

2,264

TOTAL tal-approprazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)

0,566

0,566

0,566

0,566

2,264

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Sena2017 46

Sena2018

Sena2019

Sena2020

TOTAL

TOTAL tal-approprazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

66 206,5

86 971,5

96 686,5

114 100,5

363 963,5

Pagamenti

66 206,5

86 971.5

96 686,5

114 100,5

363 963,5

3.2.2.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil

   Il-proposta ma teħtieġ l-ebda użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’ EUR (sat-tielet punt deċimali)

Indika l-għanijiet u r-riżultati

Sena2017

Sena2018

Sena2019

Sena2020

TOTAL

Tip 47

Kost medju

LE

Kost

LE

Kost

LE

Kost

LE

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 48 : Tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni u biex jitjieb il-funzjonament tas-SEKA

- Riżultat

Appoġġ ta' attivitajiet għall-implimentazzjoni tas-SEKA

90 104,922

70

7 810 000,00

120

10 810 000,00

150

13 810 000,00

170

13 523 510,20

510

45 953 510,200

- Riżultat

Appoġġ ta' attivitajiet għall-kooperazzjoni prattika tal-Istati Membri

40 586,80

100

6 081 250

150

6 081 250

200

6 981 250

200

7 237 654

650

26 381 404,080

- Riżultat

Informazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini u l-analiżi komuni

494 651,327

8

4 306 250,00

10

4 645 000,00

10

4 845 000,00

12

5 989 803,06

40

19 786 053,060

Sottototal għall-għan speċifiku Nru 1

625 343,05

178

18 197 500,000

280

21 536 250,000

360

25 636 250,000

382

26 750 967,340

1200

92 120 967,340

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2: Għoti ta' aktar għajnuna operazzjonali u teknika lill-Istati Membri

- Riżultat

Attivitajiet ta' appoġġ operazzjonali

572 666,823

70

28 633 341,16

70

28 633 341,16

70

28 633 341,16

70

28 633 341,16

280

114 533 364,620

- Riżultat

Kooperazzjoni mal-imsieħba u l-partijiet interessati

73 281,678

15

1 240 000,00

20

1 740 000,00

25

1 740 000,00

30

1 875 351,02

90

6 595 351,020

- Riżultat

Standards operazzjonali u l-aħjar prattiki dwar l-ażil

43 969,007

15

500 000

20

700 000

20

800 000

20

1 297 675,51

75

3 297 675,510

- Riżultat

Komunikazzjoni, skambju ta’ informazzjoni

82 441,888

10

500 000

10

700 000

10

800 000

10

1 297 675,51

40

3 297 675,510

Sottototal għall-għan speċifiku Nru 2

772 359,40

110

30 873 341,155

120

31 773 341,155

125

31 973 341,155

130

33 104 043,195

485

127 724 066,660

KOST TOTALI

1 309 064,436

288

49 070 841,155

400

53 309 591,155

485

57 609 591,155

512

59.855.010,535

1685

219 845 034,000

* Din it-tabella turi biss in-nefqa operazzjonali skont it-Titolu 3                

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.Sommarju

   Il-proposta ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Riżorsi Umani

2017

2018

2019

2020

Linja bażi COM(2013) 519

51

51

51

51

Emendi

40

40

40

40

Linja bażi modifikata

91

91

91

91

Karigi addizzjonali mitluba (mhux kumulattivi)*

64

59

70

82

Postijiet ta’ stabbiliment f’għadd ta’ persuni

155

214

284

366

Li minnhom AD

107

135

179

231

Li minnhom AST

48

79

105

135

Persunal estern (FTE)

52

83

106

134

Li minnhom aġenti bil-kuntratt

41

72

95

123

Li minnhom Esperti Nazzjonali Sekondati (ENS)

11

11

11

11

Persunal totali

207

297

390

500

* Għall-2017, 34 kariga huma mitluba taħt il-mandat eżistenti fl-2017, filwaqt li 30 oħra huma mitluba bil-ħsieb għall-mandat il-ġdid.

Nefqa fuq il-persunal

2017

2018

2019

2020

Karigi fil-pjan ta’ stabbiliment
(f'għadd ta' persunal)

16 482 000

24 723 000

33 366 000

43 550 000

- Li minnhom AD

12 060 000

16 214 000

21 038 000

27 470 000

- Li minnhom AST

4 422 000

8 509 000

12 328 000

16 080 000

Persunal Estern (FTE)

3 238 000

4 813 000

6 703 000

8 488 000

- Li minnhom aġenti bil-kuntratt

2 380 000

3 955 000

5 845 000

7 630 000

- Li minnhom Esperti Nazzjonali Sekondati (ENS)

858 000

858 000

858 000

858 000

Persunal totali

19 720 000

29 536 000

40 069 000

52 038 000

Il-proposta ssegwi r-riforma ta’ tnaqqis tal-persunal ta’ 5 % (2013-2017) billi jitnaqqas il-persunal tal-Aġenzija gradwalment b’rata ta’ 1 % fil-pjan ta’ stabbiliment għall-2017 (rata ta’ tnaqqis simili kienet implimentata fis-snin 2013-2016).

Matul l-2014-2015, il-pjan ta’ stabbiliment tal-Aġenzija ġie ssaħħaħ b’40 kariga addizzjonali biex tkun tista’ tindirizza l-ħtiġijiet relatati mal-ażil ta' Stati Membri differenti bl-iktar mod effettiv. Madankollu, biex jiġu implimentati l-kompiti ġodda previsti fir-Regolament, l-Aġenzija teħtieġ 275 kariga addizzjonali sal-2020. B’mod partikolari, huma meħtieġa dawn il-karigi ta' tisħiħ:

Staff addizzjonali meħtieġ mill-EASO biex iwettaq il-ħidmiet il-ġodda tiegħu taħt il-mandat il-ġdid

(dettall b’objettiv operazzjonali)

Persunal totali (FTE)

AD

AST

CA

Objettiv

55

36

8

11

Għan 1: Mekkaniżmu għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tas-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza u proċedura għal monitoraġġ u evalwazzjoni mill-Aġenzija; Il-ġestjoni u t-tħaddim tas-sistema ta’ Dublin

44

21

12

11

Għan 2: Informazzjoni rigward l-implimentazzjoni tas-SEKA Skambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri L-analiżi ta’ informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-ażil; Proċessi ta’ kwalità u għarfien espert

32

13

8

11

Għan 3: Netwerk Ewropew ta’ informazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini; Analiżi komuni ta’ informazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini; Immarkar ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu u pajjiżi terzi sikuri

126

66

29

31

Għan 4: Pjan operazzjonali; Riżerva ta' intervent fil-qasam tal-ażil; Timijiet ta' appoġġ fil-qasam tal-ażil; Attivitajiet ta’ rilokazzjoni; Pressjoni sproporzjonata fuq is-sistema tal-ażil u l-akkoljenza; Tagħmir tekniku; Timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni

34

16

13

5

Għan 5: Kollaborazzjoni dwar il-pajjiżi tal-PEV mal-EASO (allokati); Kooperazzjoni mad-DK, pajjiżi assoċjati, pajjiżi terzi, Aġenziji tal-Unjoni, korpi u uffiċċji, il-UNHCR u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, appoġġ lill-Istati Membri f’dak li għandu x’jaqsam mas-SEKA, Forum Konsultattiv

23

11

9

3

Għan 6: L-istandards operazzjonali, linji gwida u l-aħjar prattiki

15

2

7

6

Għan 7: Inizjattivi ta' komunikazzjoni fuq l-inizjattiva propja fl-oqsma li jaqgħu fil-mandat tagħha.

28

9

15

4

Ġestjoni u appoġġ amministrattiv għal kompiti ġodda

357

174

101

82

3.2.3.2.Stima tar-riżorsi umani meħtieġa

   Il-proposta ma teħtieġ l-ebda użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:



Stima li trid tingħata f’unitajiet ekwivalenti għal full time

2017

2018

2019

2020

Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi t-tul ta' żmien kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6)

 Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

XX 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

4

4

4

4

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

 Persunal estern (f’unitajiet ekwivalenti għal full-time: FTE) 49

XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“finanzjament globali”)

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 yy  50

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika liema)

TOTAL

4

4

4

4

XX huwa l-qasam ta' politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jintlaħqu mill-uffiċjali tad-DĠ li huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u / jew li diġà ngħataw kariga band'oħra fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma' xi allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi l-azzjoni skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Jirrappreżentaw lill-Kummissjoni fil-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija. Jabbozzaw l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar il-programm ta’ ħidma annwali u jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tiegħu. Jissorveljaw il-preparazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija u jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-baġit. Jassistu l-Aġenzija fl-iżvilupp tal-attivitajiet tagħha skont il-politiki tal-UE, anki billi jipparteċipaw f’laqgħat tal-esperti.

Persunal estern

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriannwali attwali

Il-proposta hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali u tista' tinvolvi l-użu ta’ strumenti speċjali kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 51 .

   Il-proposta se timplika l-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Il-baġits tal-Aġenzija għall-2015 u l-2016 ġew imsaħħa b’mod konsiderevoli. Il-baġit tal-2015 ra żieda ta’ 40 membru tal-persunal fil-pjan ta' stabbiliment minħabba r-rwol dejjem jikber tal-Aġenzija fl-appoġġ tagħha lill-Istati Membri dwar kwistjonijiet ta’ ażil. Il-baġit tal-2016 żdied b’mod qawwi f’termini ta’ nefqa operazzjonali u d-dimensjonijiet ta’ interventi tal-EASO li jappoġġaw l-Istati Membri qiegħed jiżdied kontinwament.

   Il-proposta teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibilità jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali 52 .

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ terzi persuni

◻ Il-proposta ma tipprevedi l-ebda kofinanzjament minn terzi persuni

☑ Il-proposta tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

2017

2018

2019

2020

Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi t-tul ta' żmien kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6)

Totali

Kontribuzzjonijiet minn pajjiżi Assoċjati ma’ Schengen 

pm

pm

pm

pm

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet kofinanzjati




Stima tal-impatt fuq id-dħul

 Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul mixxellanju

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Linja tad-dħul baġitarju:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti

Impatt tal-proposta 53

SenaN

SenaN+1

SenaN+2

SenaN+3

Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi t-tul ta' żmien kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għal dħul "assenjat" mixxellanju, speċifika l-linja/i tan-nefqa baġitarja affettwata/i.

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

(1) COM(2016) 197 final.
(2) EUCO 19.02.2016, SN 16/16
(3) COM(2015) 240 final.
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
(5) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-konverġenza ta’ prattiki ta’ deċiżjonijiet dwar l-ażil”, 21 ta’ April 2016, 8210/16.
(6) COM(2015) 671 final.
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil (ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11).
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 311/76 dwar il-ġbir ta' statistika dwar ħaddiema barranin (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 23).
(9) ĠU L […]
(10) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2008 li tistabbilixxi n-Netwerk Ewropea tal-Migrazzjoni (ĠU L 131, 21.5.2008, p. 7).
(11) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(12) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(13) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(14) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.
(15) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(16) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(17) ĠU L […]
(18) ĠU L […]
(19) ĠU C […]
(20) ĠU L […]
(21) Id-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni)(ĠU L 180, 29.6.2013, p. 60).
(22) Id-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (riformulazzjoni) (ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9).
(23) ĠU L […]
(24) Ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operazzjonali tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1).
(25) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli ta' sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).
(26) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni kklassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).
(27) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta’ Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-kundizzjonijiet ta’ impjieg ta’ uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).
(28) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).
(29) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(30) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(31) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).
(32) Ir-Regolament Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU 17, 6.10.1958, p. 385).
(33) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(34) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(35) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).
(36) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).
(37) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(38) ABM: immaniġġar ibbażat fuq l-attività; ABB: ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività.
(39) Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(40) Id-dettalji tal-metodi ta' ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_mt.html
(41) Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(42) L-EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(43) Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Punent tal-Balkani.
(44) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta.
(45) Għajnuna teknika u / jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u / jew azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu linji "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(46) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta.
(47) L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li għandhom ikunu pprovduti (pereżempju: l-għadd ta' skambji ta' studenti ffinanzjati, għadd ta' km ta' toroq mibnija, eċċ).
(48) Kif deskritt fil-punt 1.4.2. 'Għanijiet speċifiċi...'
(49) AC = Persunal Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = Persunal tal-Aġenzija; JED = Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet.
(50) Sottolimitu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk li kienu linji "BA").
(51) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
(52) Ara l-Artikoli 11 u 17 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020.
(53) Fir-rigward ta’ riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara tnaqqis ta’ 25 % għal spejjeż ta’ ġbir.

Brussell, 4.5.2016

COM(2016) 271 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għal Ażil u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010


ANNESS

tal-

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għal Ażil u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010

Tabella ta' Korrelazzjoni

Regolament (UE) Nru 439/2010

Dan ir-Regolament

L-Artikolu 1 u l-Artikolu 2(1)

Artikolu 1(1)

-

Artikolu 1(3)

-

Artikolu 2(1) (għajr l-Artikolu 2(1)(g) u (h))

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(1)(g)

-

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(3)

-

Artikolu 2(4)

Artikolu 1(2)

-

Artikolu 3(1) u 3(3)

Artikolu 2(5)

Artikolu 3(2)

Artikolu 2(6)

-

Artikolu 3

Artikolu 12 (1)

Artikolu 4

Artikolu 8

Artikolu 5

Artikolu 2(1)(h)

-

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7

-

Artikolu 9

-

Artikolu 10

-

Artikolu 11

-

Artikolu 12(3)

-

Artikolu 13

-

Artikolu 14

-

Artikolu 15

Artikolu 7, paragrafu 1

Artikolu 2(2)

Artikolu 7, paragrafu 2

Artikolu 35(4)

Artikolu 7, paragrafu 3

Artikolu 35(2)

Artikolu 8

Artikolu 22(1)

Artikolu 9

Artikolu 4

Artikolu 10

Artikolu 16(3)

Artikolu 11

Artikolu 5

Artikolu 12(1)

Artikolu 65

Artikolu 12(2)

Artikolu 12(2)

Artikolu 13(1)

Artikolu 16(1)

-

Artikolu 16(2)

Artikolu 13(2)

Artikolu 16(3)

Artikolu 14

Artikolu 16(3)

Artikolu 15

Artikolu 17

Artikolu 16

-

-

Artikolu 18

Artikolu 17

Artikolu 20

Artikolu 18

Artikolu 19

-

Artikolu 21

-

Artikolu 22(2)-(7)

-

Artikolu 23

Artikolu 19

Artikolu 24

Artikolu 20

Artikolu 25

Artikolu 21

Artikolu 26

Artikolu 22

Artikolu 27

Artikolu 23

Artikolu 28

-

Artikolu 29

-

Artikolu 30

-

Artikolu 31

-

Artikolu 32

Artikolu 24

Artikolu 38

Artikolu 25

Artikolu 39

-

Artikolu 41

Artikolu 26

Artikolu 42

Artikolu 27

Artikolu 43

Artikolu 28

Artikolu 44

Artikolu 29

Artikolu 40

Artikolu 30

Artikolu 45

Artikolu 31

Artikolu 46

Artikolu 32

-

-

Artikolu 47

Artikolu 33

Artikolu 49

Artikolu 34

Artikolu 50

Artikolu 35

Artikolu 51

Artikolu 36

Artikolu 52

Artikolu 37

Artikolu 53(1)

-

Artikolu 53(2)

Artikolu 38

Artikolu 55

Artikolu 39

Artikolu 56

Artikolu 40

Artikolu 54

Artikolu 41

Artikolu 57

Artikolu 42

Artikolu 58

Artikolu 43

Artikolu 60

Artikolu 44

Artikolu 59

Artikolu 45

Artikolu 61

Artikolu 46

Artikolu 66

Artikolu 47

Artikolu 62

Artikolu 48

Artikolu 33

Artikolu 49(1)

Artikolu 34

Artikolu 49(2)

Artikolu 35(1)

-

Artikolu 35(3), (5) u (6)

Artikolu 50, paragrafu 1

Artikolu 37

Artikolu 50, paragrafu 2

-

Artikolu 51

Artikolu 48

Artikolu 52

Artikolu 36

Artikolu 53

Artikolu 63

-

Artikolu 64

Artikolu 54

-

-

Artikolu 67

Artikolu 55

Artikolu 68