Brussell, 16.3.2016

COM(2016) 149 final

2016/0081(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea
fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim
bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Cape Verde
dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi għal żjarat qosra
għal ċittadini tar-Repubblika ta' Cape Verde u tal-Unjoni Ewropea,
fir-rigward
tal-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt għall-ġestjoni tal-Ftehim


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Cape Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika ta' Cape Verde u tal-Unjoni Ewropea daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2014. Il-Ftehim stabbilixxa, fuq il-bażi ta’ reċiproċità, drittijiet u obbligi legalment vinkolanti bil-għan li jiġu ssimplifikati l-proċeduri tal-ħruġ tal-viżi għaċ-ċittadini ta' Cape Verde u tal-UE. L-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt bil-kompitu li jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Ftehim. Il-Kumitat Konġunt huwa obbligat skont l-Artikolu 10(4) tal-Ftehim li jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Ir-regoli ta' proċedura li għandhom jiġu adottati mhumiex se jkunu parti mill-Ftehim.

2.IL-BAŻI ĠURIDIKA, IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ

Il-Bażi ġuridika

Ir-regoli ta' proċedura, li għandhom jiġu adottati abbażi tas-setgħa mogħtija lir-rappreżentant tal-Kummissjoni fil-Kumitat Konġunt abbażi ta’ din il-proposta se jorganizzaw il-ħidma tal-Kumitat Konġunt u jgħinu biex jitħejjew u jitmexxew il-laqgħat tiegħu.

3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Ir-regoli ta' proċedura kif mehmuża mal-Anness ta' din il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill huma r-riżultat ta' konsultazzjoni mal-awtoritajiet responsabbli f'Cape Verde f'Ġunju 2015. L-Istati Membri ġew ikkonsultati fil-proċedura bil-miktub li ntemmet fit-23.10.2015.

4.L-IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Din il-proposta ma għandha l-ebda impatt fuq il-baġit tal-UE.    

2016/0081 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea
fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim

bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Cape Verde

dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi għal żjarat qosra

għal ċittadini tar-Repubblika ta' Cape Verde u tal-Unjoni Ewropea,

fir-rigward

tal-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt għall-ġestjoni tal-Ftehim

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)    L-Artikolu 10 tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Cape Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika ta' Cape Verde u tal-Unjoni Ewropea ("il-Ftehim") jistabbilixxi Kumitat Konġunt. Il-punt 4 ta' dan l-Artikolu jipprevedi li l-Kumitat għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu.

(2)    Ir-regoli ta' proċedura huma meħtieġa biex jorganizzaw il-ħidma tal-Kumitat Konġunt li ngħata l-kompitu li jmexxi l-Ftehim u jissorvelja l-implimentazzjoni tiegħu.

(3)    Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt rigward l-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt għall-ġestjoni tal-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 10 tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Cape Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika ta' Cape Verde u tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt għall-ġestjoni tal-Ftehim, tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President


Brussell, 16.3.2016

COM(2016) 149 final

ANNESS

tal-

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Cape Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi għal żjarat qosra għaċ-ċittadni tar-Repubblika ta' Cape Verde u tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt għall-ġestjoni tal-Ftehim


ABBOZZ

TA' DEĊIŻJONI N° … TAL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-FAĊILITAZZJONI TAL-VIŻA
MWAQQAF PERMEZZ TAL-
FTEHIM BEJN

L-UNJONI EWROPEA U R-REPUBBLIKA TA' CAPE VERDE

DWAR L-IFFAĊILITAR TAL-ĦRUĠ TA' VIŻI GĦAL ŻJARAT QOSRA GĦAL ĊITTADINI

TAR-REPUBBLIKA TA' CAPE VERDE U TAL-UNJONI EWROPEA,

tal- ……

fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Cape Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika ta' Cape Verde u tal-Unjoni Ewropea (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tiegħu,

Billi dak il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2014.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Konġunt għall-ġestjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Cape Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika ta' Cape Verde u tal-Unjoni Ewropea huma stabbiliti fl-anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …

Għall-Unjoni Ewropea                            Għar-Repubblika ta' Cape Verde

ANNESS

IR-REGOLI TA' PROĊEDURA

TAL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-ĠESTJONI TAL-FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA U R-REPUBBLIKA TA' CAPE VERDE

DWAR L-IFFAĊILITAR TAL-ĦRUĠ TA' VIŻI GĦAL ŻJARAT QOSRA GĦAĊ-ĊITTADINI TAR-

REPUBBLIKA TA' CAPE VERDE U TAL-UNJONI EWROPEA

Artikolu 1

Il-presidenza

Il-Kumitat Konġunt ikollu presidenza konġunta minn rappreżentant tal-Unjoni Ewropea u rappreżentant tar-Repubblika ta' Cape Verde.

Artikolu 2

Il-kompiti tal-Kumitat Konġunt

(1)F’konformità mal-Artikolu 10(2) tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt dwar il-Faċilitazzjoni tal-Viża jkollu, b’mod partikolari, dawn il-kompiti li ġejjin:

(a)li jagħmel monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Ftehim;

(b)li jissuġġerixxi emendi jew żidiet għall-Ftehim;

(c)li jirriżolvi tilwim li jirriżulta mill-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim.

(2)Il-Kumitat Konġunt dwar il-Faċilitazzjoni tal-Viża jista’ jilħaq ftehim dwar rakkommandazzjonijiet li jkun fihom linji gwida jew "l-aħjar prattiki" biex jassistu fl-implimentazzjoni tal-Ftehim.

Artikolu 3

Il-laqgħat

(1)Il-Kumitat Konġunt dwar il-Faċilitazzjoni tal-Viża jiltaqa’ kull meta jkun meħtieġ, fuq talba mill-Partijiet u mill-anqas darba fis-sena.

(2)Il-Partijiet jospitaw il-laqgħa, darba kull wieħed, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor.

(3)Il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt dwar il-Faċilitazzjoni tal-Viża jissejħu mill-Kopresidenti.

(4)Il-Kopresidenti jistabbilixxu data għal-laqgħa u jiskambjaw tali dokumenti kif ikun meħtieġ fil-ħin biex jiżguraw preparazzjoni xierqa, jekk possibbli, erbatax-il jum qabel il-laqgħa.

(5)Il-Parti li tospita laqgħa tassumi l-aspetti ta' loġistika.

Artikolu 4

Id-delegazzjonijiet

Il-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin dwar il-kompożizzjoni intenzjonata tad-delegazzjoni tagħhom mill-inqas sebat ijiem qabel laqgħa.

Artikolu 5

L-aġenda tal-laqgħat

(1)Titħejja aġenda proviżorja għal kull laqgħa mill-Kopresidenti mhux aktar tard minn erbatax-il jum qabel il-laqgħa. L-aġenda proviżorja tinkludi l-punti li dwarhom tkun waslet talba għal inklużjoni fl-aġenda għand wieħed mill-Kopresidenti sa mhux aktar tard minn erbatax-il jum qabel il-laqgħa.

(2)Kull Parti tista' żżid punti mal-aġenda proviżorja fi kwalunkwe ħin qabel il-laqgħa jekk iż-żewġ Partijiet ikunu jaqblu. Talbiet biex jiżdiedu punti mal-aġenda proviżorja jintbagħtu bil-miktub u jiġu inklużi sakemm dan ikun possibbli.

(3)L-aġenda finali tiġi adottata mill-Kopresidenti fil-bidu ta' kull laqgħa. Punt li ma jkunx jidher fuq l-aġenda proviżorja jista' jitqiegħed fuq l-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu u għandu jiġi inkluż sakemm dan ikun possibbli.

Artikolu 6

Ir-rekords tal-laqgħa

(1)Abbozz tar-rekord jitħejja fl-iqsar żmien possibbli mill-Kopresident li jospita l-laqgħa.

(2)Ir-rekord, bħala regola ġenerali, jindika fir-rigward ta' kull punt fuq l-aġenda:

(a)id-dokumentazzjoni mressqa lill-Kumitat Konġunt dwar il-Faċilitazzjoni tal-Viża;

(b)l-istqarrijiet li Parti tkun talbet li jiddaħħlu; u

(c)id-deċiżjonijiet li jittieħdu, ir-rakkomandazzjonijiet li jsiru u l-konklużjonijiet adottati rigward punt speċifiku.

(3)Ir-rekord ikun jindika wkoll l-individwi tad-delegazzjonijiet rispettivi parteċipanti, flimkien mal-ministeru, l-aġenzija jew l-istituzzjoni li jkunu qed jirrappreżentaw.

(4)Ir-rekord għandu jiġi approvat mill-Kumitat Konġunt dwar il-Faċilitazzjoni tal-Viża fil-laqgħa tiegħu li jkun imiss.

Artikolu 7

Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Konġunt dwar il-Faċilitazzjoni tal-Viża

(1)Il-Kumitat Konġunt dwar il-Faċilitazzjoni tal-Viża jieħu d-deċiżjonijiet bi ftehim taż-żewġ Partijiet.

(2)Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt dwar il-Faċilitazzjoni tal-Viża jkollhom it-titolu “Deċiżjonijiet” segwit b’numru tas-serje u b’deskrizzjoni tas-suġġett tagħhom. Id-data li fiha d-deċiżjoni tidħol fis-seħħ tkun indikata wkoll. Id-deċiżjonijiet jiġu ffirmati mir-rappreżentanti tal-Kumitat Konġunt dwar il-Faċilitazzjoni tal-Viża li huma awtorizzati sabiex jaġixxu f’isem il-Partijiet. Id-deċiżjonijiet jitħejjew idduplikati, fejn kull verżjoni tkun ugwalment awtentika.

(3)Il-paragrafi 1 u 2 ikunu japplikaw mutatis mutandis għal rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Konġunt dwar il-Faċilitazzjoni tal-Viża.

Artikolu 8

L-ispejjeż

(1)Kull Parti tkun responsabbli għall-ispejjeż marbuta mal-parteċipazzjoni tagħha fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt dwar il-Faċilitazzjoni tal-Viża, inklużi l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza tal-persunal u l-ispejjeż tal-posta jew tat-telekomunikazzjoni.

(2)Spejjeż oħrajn relatati mal-organizzazzjoni tal-laqgħat ġeneralment ikunu koperti mill-Parti li tospita l-laqgħa.

Artikolu 9

Il-proċeduri amministrattivi

(1)Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor, il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt dwar il-Faċilitazzjoni tal-Viża ma jkunux pubbliċi.

(2)Rekords u dokumenti oħrajn tal-Kumitat Konġunt dwar il-Faċilitazzjoni tal-Viża jiġu ttrattati b’kunfidenzjalità.

(3)Parteċipanti li mhumiex uffiċjali tal-Partijiet u tal-Istati Membri jistgħu jiġu mistiedna bi ftehim bejn iż-żewġ Kopresidenti u jkunu suġġetti għall-istess rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità.

(4)Il-Partijiet jistgħu jorganizzaw laqgħat ta’ informazzjoni pubbliċi jew inkella jikkomunikaw ir-riżultati tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt dwar il-Faċilitazzjoni tal-Viża lil membri tal-pubbliku li jkunu interessati.

Għall-Unjoni Ewropea    Għar-Repubblika ta' Cape Verde



DIKJARAZZJONI KONĠUNTA

ANNESSA MAR-REGOLI TA' PROĊEDURA

TAL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-ĠESTJONI

TAL-FTEHIM BEJN L-UE U CAPE VERDE

DWAR L-IFFAĊILITAR TAL-ĦRUĠ TA' VIŻI GĦAL ŻJARAT QOSRA GĦAL ĊITTADINI TAR-REPUBBLIKA TA' CAPE VERDE U TAL-UNJONI EWROPEA 

Sabiex jiżguraw li l-implimentazzjoni tal-Ftehim issir b’mod kontinwu, armonjuż u korrett, ir-Repubblika ta' Cape Verde, il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri jagħmlu kuntatti informali bejn il-laqgħat formali tal-Kumitat Konġunt, sabiex jittrattaw kwistjonijiet urġenti. Fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Konġunt, isir rapport dwar dawn il-kwistjonijiet u l-kuntatti informali.