Brussell, 26.2.2016

COM(2016) 91 final

2016/0055(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Il-proposta mehmuża tikkostitwixxi l-istrument legali għall-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem "il-Protokoll").

Skont l-Att ta' Adeżjoni, il-Kroazja, ir-Repubblika tal-Kroazja taċċedi għall-ftehimiet internazzjonali ffirmati jew konklużi mill-Unjoni Ewropea u mill-Istati Membri tagħha permezz ta’ Protokoll għal ma' dawk il-ftehimiet.

Il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tat-Taġikistan, minn naħa l-oħra, minn issa il quddiem imsejjaħ bħala "il-Ftehim" li kien iffirmat fi Brussel fil-11 ta' Ottubru 2004 u li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2010.

Wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' ... dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, il-Protokoll ġie ffirmat fi... fil-.....

Il-protokoll propost jinkorpora lir-Repubblika tal-Kroazja bħala Parti Kontraenti għall-Ftehim u jorbot lill-UE biex tipprovdi l-verżjoni awtentika tal-Ftehim fil-lingwa Kroata.

Il-Kummissjoni titlob lill-Kunsill biex jikkonkludi, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, il-Protokoll.

Il-Parlament Ewropew se jintalab biex jagħti l-kunsens tiegħu għal dan il-Protokoll.

2016/0055 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 207 u 209, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew;

Billi:

(1)Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru.../..../UE 1 , il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea ("il-Protokoll") ġie ffirmat, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

(2)Il-konklużjoni tal-Protokoll hija soġġetta għal proċedura separata fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

(3)Il-Protokoll għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, qiegħed b'dan jiġi approvat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha 2 .

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill jinnomina lill-persuna bis-setgħa li tagħti, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, in-notifika prevista fl-Artikolu 4(1) tal-Protokoll.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru .../..../UE ta' ....dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni proviżorja, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
(2) It-test tal-Ftehim ġie ppubblikat fi [ĠU L....] flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar.

Brussell, 26.2.2016

COM(2016) 91 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea


PROTOKOLL
GĦALL-FTEHIM TA' SĦUBIJA U KOOPERAZZJONI LI JISTABBILIXXI SĦUBIJA BEJN IL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHOM, MIN-NAĦA L-WAĦDA,

U R-REPUBBLIKA TAT-TAĠIKISTAN, MIN-NAĦA L-OĦRA,

BIEX TITQIES L-ADEŻJONI

TAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA

MAL-UNJONI EWROPEA

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,

IR-RENJU TAL-PAJJIŻI L-BAXXI,

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TAL-ISVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ

Il-Partijiet Kontraenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn hawn 'il quddiem imsejħa l-"Istati Membri",

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn ’il quddiem imsejħa "l-Unjoni", u

IL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA

   min-naħa l-waħda,

U

R-REPUBBLIKA TAT-TAĠIKISTAN

   min-naħa l-oħra,

minn hawn 'il quddiem flimkien imsejħa "l-Partijiet Kontraenti",


BILLI l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan min-naħa l-oħra, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", ġie ffirmat fil-11 ta' Ottubru 2004 fil-Lussemburgu;

BILLI t-Trattat dwar l-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea ġie ffirmat fid-9 ta' Diċembru 2011 fi Brussell;

BILLI, skont l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-adeżjoni tagħha mal-Ftehim għandha ssir permezz tal-konklużjoni ta' protokoll għall-Ftehim;

WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013;

FTIEHMU kif ġej:



ARTIKOLU 1

Ir-Repubblika tal-Kroazja b'dan taderixxi bħala Parti mill-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra. Ir-Repubblika tal-Kroazja, bl-istess mod bħall-Istati Membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea, tadotta u tieħdu nota tat-testi tal-Ftehim, u tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti, id-Dikjarazzjonijiet u l-Iskambji ta’ Ittri annessi mal-Att Finali ffirmat fl-istess data.

ARTIKOLU 2

Fi żmien debitu wara l-inizjalar ta’ dan il-Protokoll, l-Unjoni għandha tikkomunika l-verżjoni tal-lingwa Kroata tal-Ftehim lill-Istati Membri tagħha u lir-Repubblika tat-Taġikistan. Soġġett għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll, il-verżjoni fil-lingwa Kroata għandha ssir verżjoni awtentika bl-istess kundizzjonijiet tal-verżjonijiet bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Netherlandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża, Żvediża u Taġika tal-Ftehim.

ARTIKOLU 3

Dan il-Protokoll jifforma parti integrali mill-Ftehim.

ARTIKOLU 4

1.    Dan il-Protokoll jiġi approvat mill-Partijiet Kontraenti, skont il-proċeduri tagħhom stess. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri neċessarji għal dan l-għan. L-istrument ta’ approvazzjoni jiġi ddepożitat mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

2.    Dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data tad-depożitu tal-aħħar strument ta’ approvazzjoni.



ARTIKOLU 5

Dan il-Ftehim huwa mfassal f'duplikat bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bin-Netherlandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan bl-Ungeriż u bit-Taġik, b'kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.

B'XHIEDA TA' DAN, il-Plenipotenzjarji sottoskritti, debitament mogħtija s-setgħa għal dan l-effett,

iffirmaw dan il-Protokoll.

Magħmul fi …, fi …jum ta' …tas-sena ...

GĦALL-UNJONI EWROPEA, IL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA U L-ISTATI MEMBRI

GĦAR-REPUBBLIKA TAT-TAĠIKISTAN