|
15.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 58/245 |
P8_TA(2016)0114
Ħatra proposta ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri – Samo Jereb
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' April 2016 dwar il-ħatra proposta ta' Samo Jereb bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C8-0025/2016 – 2016/0804(NLE))
(Konsultazzjoni)
(2018/C 058/34)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0025/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 121 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0060/2016), |
|
A. |
billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
|
B. |
billi, waqt il-laqgħa tiegħu tal-15 ta' Marzu 2016, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema' lill-kandidat propost tal-Kunsill għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri; |
|
1. |
Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' Samo Jereb bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri. |