IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 25.11.2016
COM(2016) 738 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
DWAR IKEL U INGREDJENTI TAL-IKEL ITTRATTATI BIR-RADJAZZJONI JONIZZANTI GĦAS-SENA 2015

WERREJ
1.Sommarju
2.Sfond
3.Faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati
4.Ir-riżultati tal-kontrolli fil-faċilitajiet tal-irradjazzjoni
5.Ir-riżultati tal-kontrolli fil-fażi tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti
6.Konklużjoni
1.Sommarju
Skont l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 1999/2/KE, l-Istati Membri għandhom kull sena jibagħtu r-riżultati tal-kontrolli li jwettqu fil-faċilitajiet tar-radjazzjoni jonizzanti lill-Kummissjoni, dawn għandhom jinkludu, b’mod partikolari, il-kategoriji u l-kwantitajiet tal-ikel li jiġi ttrattat bir-radjazzjoni jonizzanti u d-dożi li jkunu ngħatawlu, u r-riżultati tal-kontrolli li jitwettqu fil-fażi tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.
Il-kontrolli li wettqu l-Istati Membri fl-2015 juru li l-prodotti kkontrollati kienu jikkonformaw kważi għal kollox mal-leġiżlazzjoni tal-UE.
Perjodu: 1/1/2015 – 31/12/2015
Il-pajjiżi kkonċernati: L-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi tal-EFTA
Sors: It-28 Stat Membru kolha u n-Norveġja
Il-faċilitajiet tal-irradjazzjoni:
–L-għadd ta’ pajjiżi li għandhom it-tagħmir: 14-il Stat Membru u n-Norveġja
–L-għadd ta’ faċilitajiet approvati: 26
–L-għadd ta’ faċilitajiet ġodda: Waħda fil-Kroazja u waħda fin-Norveġja
–L-għadd ta’ faċilitajiet magħluqa: Xejn
–L-għadd ta’ pajjiżi li jużaw ir-radjazzjoni: 10 Stati Membri u n-Norveġja
Id-dejta tat-trattamenti
–Il-kwantità ta’ prodotti ttrattati: 5 686 tunnellata (+9,7% mqabbel mal-2014)
–Il-prodotti ewlenin li ġew ittrattati:
Riġlejn iż-żrinġijiet (54,8%) u ħxejjex aromatiċi mnixxfa,
ħwawar aromatiċi u ħwawar għall-ħxejjex (16,1%)
–Il-post ewlieni tal-irradjazzjoni: Il-Belġju (68,9%) u n-Netherlands (11,1%)
Il-kontrolli fil-fażi tal-kummerċjalizzazzjoni:
–L-għadd ta’ kampjuni analizzati: 5,973
–L-għadd ta’ kampjuni mhux konformi: 104 (1,7%)
–Il-prodotti ewlenin li ġew analizzati:
Ħxejjex aromatiċi u ħwawar (45,6%)
Ċereali, żrieragħ, ħxejjex, frott u
l-prodotti tagħhom
(21 %)
2.Sfond
Ir-radjazzjoni jonizzanti tal-ikel u tal-ingredjenti tal-ikel hija teknika fiżika li tintuża għal bosta skopijiet, eż. biex tnaqqas l-inċidenza ta’ mard li jinġarr fuq l-ikel billi jitnaqqsu l-organiżmi patoġeniċi, biex jitnaqqas it-telf tal-ikel minħabba sajran, ġerminazzjoni jew nibta prematuri, u biex jinqerdu l-organiżmi li jkunu ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti. It-tagħrif dwar l-aspetti ġenerali tal-irradjazzjoni tal-ikel jinsab fis-sit web tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari 1 .
Id-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw l-ikel u l-ingredjenti tal-ikel ittrattati b’radjazzjoni li tijonizza 2 tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-manifattura, għall-kummerċjalizzazzjoni u għall-importazzjoni tal-ikel u tal-ingredjenti tal-ikel ittrattati. Id-Direttiva introduċiet lista armonizzata f’livelli tal-ikel li hu awtorizzat biex jiġi rradjat, li tibda bl-awtorizzazzjonijiet nazzjonali eżistenti.
Id-Direttiva 1999/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Frar 1999 dwar l-istabbiliment ta' lista Komunitarja ta' ikel u ta' ingredjenti tal-ikel ittrattati bir-radjazzjoni jonizzanti 3 elenkat kategorija waħda tal-ikel awtorizzat fil-livell tal-UE: il-ħxejjex aromatiċi mnixxfin, il-ħwawar u l-ħwawar għall-ħxejjex. Kategoriji oħrajn ta’ ikel awtorizzat fil-livell nazzjonali qabel l-1999 għadhom jinżammu f’seba’ Stati Membri bi qbil mal-Artikolu 4(4) tagħha, iżda m’għadx jistgħu jiżdiedu. Il-lista ta’ awtorizzazzjonijiet nazzjonali ġiet ippubblikata mill-Kummissjoni 4 .
L-ikel u l-ingredjenti tal-ikel jistgħu jiġu ttrattati bir-radjazzjoni biss f’faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati. Għall-faċilitajiet fl-UE, l-approvazzjoni tingħata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. L-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 1999/2/KE jistipula li l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-lista tal-faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati tagħhom. Il-lista tal-faċilitajiet tal-irradjazzjoni awtorizzati fl-Istati Membri ġiet ippubblikata mill-Kummissjoni 5 .
Kull oġġett tal-ikel ittrattat bir-radjazzjoni li fih mill-inqas ingredjent wieħed ittrattat bir-radjazzjoni għandu jkun immarkat bil-kliem “ittrattat bir-radjazzjoni” jew “ittrattat b'radjazzjoni jonizzanti”. Jekk jintuża prodott ittrattat bir-radjazzjoni bħala ingredjent f'ikel kompost, dan l-istess kliem għandu jidher flimkien ma’ isem l-ingredjent fil-lista tal-ingredjenti. Fil-każ ta' prodotti li jinbiegħu bl-ingrossa, dan il-kliem għandu jidher flimkien mal-isem tal-prodott fuq targa jew f’avviż jew fuq il-kontenitur li fih jitqiegħdu l-prodotti jew maġenbu. Biex jiġi infurzat it-tikkettar korrett jew biex jiġu individwati prodotti mhux awtorizzati, ġew standardizzati bosta metodi analitiċi mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), wara mandat mogħti lilu mill-Kummissjoni.
L-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 1999/2/KE, jeżiġi li kull sena l-Istati Membri jippreżentaw lill-Kummissjoni:
–ir-riżultati tal-kontrolli li jkunu saru fil-faċilitajiet tar-radjazzjoni jonizzanti, b’mod partikolari fir-rigward tal-kategoriji u l-kwantitajiet tal-ikel u tal-ingredjenti tal-ikel ittrattati, u d-dożi amministrati,
kif ukoll
–ir-riżultati tal-kontrolli li jkunu saru fil-fażi tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti u l-metodi li jkunu ntużaw għall-individwazzjoni tat-trattament bir-radjazzjoni jonizzanti.
L-Artikolu 7(4) tad-Direttiva jistipula li sossegwentement, il-Kummissjoni għandha tippubblika, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea:
–id-dettalji tal-faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati fl-Istati Membri, kif ukoll kull bidla fl-istatus tagħhom;
–rapport dwar l-informazzjoni li tingħata kull sena mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza.
Dan ir-rapport kurrenti, li tfassal skont dan, ikopri l-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2015, u jinkludi l-informazzjoni li ntbagħtet lill-Kummissjoni Ewropea mit-28 Stat Membru u minn pajjiż wieħed tal-EFTA (in-Norveġja).
3.Faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati
Hemm 26 faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati fl-Unjoni Ewropea, u dawn jinsabu f’14-il Stat Membru: Ħamsa minnhom fi Franza, erbgħa fil-Ġermanja, tlieta fi Spanja, tnejn kull wieħed fil-Bulgarija, fin-Netherlands u fil-Polonja, u waħda kull wieħed fil-Belġju, fir-Repubblika Ċeka, fl-Estonja, fil-Kroazja (din hija faċilità ġdida), fl-Italja, fl-Ungerija, fir-Rumanija u fir-Renju Unit. Ma hemm l-ebda faċilità approvata fl-Istati Membri li ġejjin: Ma ngħalqet l-ebda faċilità tal-irradjazzjoni approvata.
Fost l-14-il Stat Membru li għandhom il-faċilitajiet tal-irradjazzjoni, 10 minnhom u pajjiż wieħed tal-EFTA (in-Norveġja), fl-2015 irradjaw l-oġġetti tal-ikel kif jidher fl-Illustrazzjoni 1.
L-Illustrazzjoni 1 - Il-perċentwal tal-oġġetti tal-ikel irradjati f’kull Stat Membru u fin-Norveġja fl-2015.
L-aħdar: juri l-pajjiżi li għandhom il-faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati;
L-isfar: juri l-pajjiżi li għandhom il-faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati imma li ma ttrattawx l-ikel bir-radjazzjoni;
Il-griż: juri l-pajjiżi li m’għandhomx faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati
4.Ir-riżultati tal-kontrolli fil-faċilitajiet tal-irradjazzjoni
Il-Kontrolli Uffiċjali li twettqu mill-awtoritajiet kompetenti kkonfermaw il-konformità tal-faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati mar-rekwiżiti tad-Direttiva 1999/2/KE li huma bbażati fuq il-Kodiċi Internazzjonali tal-Prattika Rakkomandat mill-Kummissjoni għat-tħaddim tal-faċilitajiet tal-irradjazzjoni li jintużaw għat-trattament tal-ikel, il-Codex Alimentarius Konġunt tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (il-FAO) u tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (il-WHO) 6 .
Il-medda tad-doża medja assorbita rrappurtata għall-ikel ittrattat bir-radjazzjoni fl-UE fl-2015 hija ta’ 1 sa 10 kGy, il-kategoriji tal-prodotti ttrattati u d-dożi amministrati ta’ kull Stat Membru huma elenkati fl-Anness.
Kwantità totali ta’ 5 685,9 tunellata ta’ prodotti ġiet ittrattata bl-irradjazzjoni jonizzanti fl-Istati Membri tal-UE, li 80 % minnha ġew irradjati prinċipalment f’żewġ Stati Membri: Il-Belġju (68,9 %) u n-Netherlands (11,1 %).
L-Illustrazzjoni 2 tagħti sommarju tal-kategoriji tal-oġġetti tal-ikel ittrattati bir-radjazzjoni. Iż-żewġ prodotti ewlenin ittrattati bir-radjazzjoni huma riġlejn iż-żrinġijiet (54,75 %) u l-ħxejjex aromatiċi mnixxfin, il-ħwawar u l-ħwawar għall-ħxejjex (16,10 %).
L-Illustrazzjoni 2 - Id-distribuzzjoni, skont il-kategorija, tal-oġġetti tal-ikel ittrattati bir-radjazzjoni fl-UE fl-2015
Minn meta saru applikabbli fl-UE d-Direttivi 1999/2/KE u 1999/3/KE, il-kwantitajiet tal-ikel ittrattat bir-radjazzjoni naqqsu, iżda fl-2015 jidher li hemm żieda żgħira ta’ 9,7% meta mqabbel mal-2014.
L-Illustrazzjoni 3 turi d-distribuzzjoni tal-oġġetti tal-ikel (f’tunnellati) ittrattati bir-radjazzjoni fl-2015, skont l-Istat Membru.
L-Illustrazzjoni 3 - Il-kwantità u l-kategorija tal-oġġetti tal-ikel ittrattati bir-radjazzjoni fil-faċilitajiet approvati f’kull Stat Membru fl-2015.
5.Ir-riżultati tal-kontrolli fil-fażi tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti
Fl-2015 ġew analizzati 5 973 kampjun mill-Istati Membri, jiġifieri b’mod ġenerali żieda ta’ 3,4% fuq l-2014.
75,6% tal-kampjuni kienu minn erba’ Stati Membri (il-Ġermanja 56%, l-Italja 9%, il-Polonja 5,3% u r-Rumanija 5,3%), kif jidher fl-Illustrazzjoni 4. Għal raġunijiet diversi, ħames pajjiżi (erba’ Stati Membri u n-Norveġja) ma wettqux kontrolli analitiċi fil-fażi tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti fl-2015: fid-Danimarka minħabba restrizzjonijiet baġitarji, u fl-Estonja, fil-Kroazja, f’Ċipru u fin-Norveġja minħabba li m’għandhomx laboratorji bil-kapaċità li jwettqu dawn l-analiżijiet.
L-Illustrazzjoni 4 - Il-perċentwal tal-kontrolli u t-total tal-kampjuni analizzati fil-fażi tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti f’kull Stat Membru fl-2015.
Fost il-prodotti analizzati fl-Unjoni Ewropea fl-2015, iż-żewġ kategoriji ewlenin huma “l-ħxejjex aromatiċi u l-ħwawar” (45,54%) u “ċ-ċereali, iż-żrieragħ, il-ħxejjex, il-frott, u l-prodotti tagħhom” (21,01%). Fit-tabelli fejn jidhru r-rapporti tat-testijiet li twettqu jidhru d-dettalji għal kull Stat Membru (fl-Anness). Il-kategorija “oħrajn” fiha prinċipalment is-supplimenti tal-ikel (45,92%), u s-sopop u z-zlazi (30,89%).
L-Illustrazzjoni 5 - Il-kategoriji tal-oġġetti tal-ikel analizzati fil-fażi tal-kummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni Ewropea fl-2015.
Fl-2015, 5 802 kampjuni (97,1%) kienu konformi mar-rekwiżiti tal-UE, 104 (1,7%) ma kinux konformi, u 67 kampjun (1,1%) taw riżultat mhux konklużiv. Iż-żewġ raġunijiet ewlenin għan-nuqqas ta’ konformità tal-kampjuni ttestjati kienu simili għas-snin preċedenti, jiġifieri ttikkettar ħażin u radjazzjoni pprojbita, radjazzjoni li saret f’faċilitajiet mhux approvati mill-UE. Id-dettalji jinsabu fl-Anness, elenkati skont l-Istat Membru.
L-Illustrazzjoni 6 - Il-perċentwali tar-riżultati li juru konformità, nuqqas ta’ konformità u riżultati mhux konklużivi tal-kontrolli li twettqu fl-Unjoni Ewropea għas-sena 2015 fil-fażi tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti
6.Konklużjoni
Id-dejta li tressqet mit-28 Stat Membru tal-UE għall-2015 turi żieda ta’ 9,7% fil-kwantità ta’ oġġetti tal-ikel li ġew ittrattati bir-radjazzjoni fl-UE meta mqabbel mal-2014, u żieda assoċjata ta’ 3,4% fil-kontrolli li twettqu mill-awtoritajiet kompetenti fil-fażi tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti. Mill-kontrolli deher li kien hemm kważi konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni tal-UE, b’inqas minn 2% tal-prodotti li ma kinux konformi.
Fl-Ewropa, l-iżjed prodott li jiġi ttrattat bir-radjazzjoni huwa riġlejn iż-żrinġijiet, u wara dawn, fi kwantitajiet ħafna inqas, il-ħxejjex aromatiċi mnixxfa, il-ħwawar u l-ħwawar għall-ħxejjex. Madwar 70% tal-prodotti jiġu ttrattati bir-radjazzjoni fil-Belġju, li għadu l-iżjed pajjiż li juża t-trattament bir-radjazzjoni fl-UE.
Inkwantu l-kontrolli fil-fażi tal-kummerċjalizzazzjoni, il-prodotti li l-iżjed jiġu kkontrollati għadhom il-ħxejjex aromatiċi u l-ħwawar, u warajhom iċ-ċereali, iż-żrieragħ, il-ħxejjex u l-frott (21%), u l-ikbar għadd ta’ kontrolli jitwettqu fil-Ġermanja, li waħedha twettaq aktar kontrolli mill-Istati Membri kollha l-oħra flimkien.
Biex nikkonkludu, l-użu ta’ din it-teknika għad-dekontaminazzjoni huwa ftit fl-Ewropa, meta mqabbel ma’ reġjunijiet oħrajn fid-dinja fejn l-użu tal-irradjazzjoni għad-dekontaminazzjoni qed jiżdied b’mod regolari, l-iżjed fil-kontinent Amerikan u fil-pajjiżi Ażjatiċi.
Anness - Il-ġbir tad-dejta tal-2015 dwar l-irradjazzjoni tal-ikel
Il-kwantitajiet ta’ oġġetti tal-ikel (f’tunnellati) ittrattati bir-radjazzjoni jonizzanti
f’faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati (fl-UE u fil-pajjiżi tal-EFTA)
|
Pajjiż |
Għadd ta’ faċilitajiet approvati |
Kwantità ttrattata (f’tunnellati) |
|
Il-Belġju |
1 |
3 916,9 |
|
Il-Bulgarija |
2 |
L-ebda ikel ma ġie ttrattat bir-radjazzjoni |
|
Il-Kroazja |
1 |
12,0 |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
1 |
28,3 |
|
L-Estonja |
1 |
36,9 |
|
Franza |
5 |
376,6 |
|
Il-Ġermanja |
4 |
211,1 |
|
L-Ungerija |
1 |
103,0 |
|
L-Italja |
1 |
L-ebda ikel ma ġie ttrattat bir-radjazzjoni |
|
In-Netherlands |
2 |
629,2 |
|
Il-Polonja |
2 |
45,9 |
|
Ir-Rumanija |
1 |
L-ebda ikel ma ġie ttrattat bir-radjazzjoni |
|
Spanja |
3 |
326,0 |
|
Ir-Renju Unit |
1 |
L-ebda ikel ma ġie ttrattat bir-radjazzjoni |
|
Total UE |
26 |
5 685,9 |
|
In-Norveġja |
1 |
4,2 |
|
Total UE-EFTA |
27 |
5 690,1 |
Il-kategoriji tal-prodotti ttrattati bir-radjazzjoni u dożi rispettivi li jużaw il-pajjiżi.
|
Pajjiż |
Oġġetti tal-ikel |
Doża assorbita (f’kGy) |
|
Il-Belġju |
Demm, plażma u koagulati tad-demm iddeidratati |
5,0 - 6,7 |
|
Abjad tal-bajd |
4,3 - 5,0 |
|
|
Riġlejn iż-żrinġijiet iffriżati |
4,4 - 5,7 |
|
|
Gambli bla ras jew imqaxxrin iffriżati |
4,0 - 4,3 |
|
|
Pullam |
3,7 - 4,3 |
|
|
Il-Kroazja |
Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin) |
10 |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin) |
6,3 |
|
L-Estonja |
Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin) |
10 |
|
Franza |
Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin) |
5 - 10 |
|
Frott u ħaxix imnixxef |
1 - 10 |
|
|
Riġlejn iż-żrinġijiet iffriżati |
1 - 10 |
|
|
Il-Ġermanja |
Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin) |
10 |
|
L-Ungerija |
Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin) |
2 - 10 |
|
In-Netherlands |
Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin) |
6 |
|
Frott u ħaxix imnixxef |
6 |
|
|
Il-Polonja |
Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin) |
5 |
|
Spanja |
Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin) |
8,6 - 9,5 |
|
In-Norveġja |
Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin) |
10 |
Il-kampjuni analizzati u r-riżultati li nkisbu għall-Unjoni Ewropea:
|
Pajjiż |
Konformi |
Riżultati mhux konklużivi |
Mhux konformi |
L-għadd totali tal-kampjuni |
Il-perċentwal tal-kampjuni totali tal-UE |
|
L-Awstrija |
83 |
0 |
2 |
85 |
1,4% |
|
Il-Belġju |
110 |
8 |
3 |
121 |
2,0% |
|
Il-Bulgarija |
3 |
0 |
0 |
3 |
0,1% |
|
Il-Kroazja |
NCP |
NCP |
NCP |
NCP |
NCP |
|
Ċipru |
NCP |
NCP |
NCP |
NCP |
NCP |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
25 |
4 |
1 |
30 |
0,5% |
|
Id-Danimarka |
NCP |
NCP |
NCP |
NCP |
NCP |
|
L-Estonja |
NCP |
NCP |
NCP |
NCP |
NCP |
|
Franza |
160 |
3 |
11 |
174 |
2,9% |
|
Il-Finlandja |
213 |
9 |
8 |
230 |
3,9% |
|
Il-Ġermanja |
3,281 |
24 |
39 |
3344 |
56,0% |
|
Il-Greċja |
10 |
0 |
0 |
10 |
0,2% |
|
L-Ungerija |
75 |
0 |
1 |
76 |
1,3% |
|
L-Irlanda |
86 |
1 |
0 |
87 |
1,5% |
|
L-Italja |
532 |
0 |
7 |
539 |
9,0% |
|
Il-Latvja |
11 |
0 |
1 |
12 |
0,2% |
|
Il-Litwanja |
75 |
0 |
0 |
75 |
1,3% |
|
Il-Lussemburgu |
18 |
1 |
0 |
19 |
0,3% |
|
Malta |
69 |
3 |
5 |
77 |
1,3% |
|
In-Netherlands |
54 |
0 |
0 |
54 |
0,9% |
|
Il-Polonja |
315 |
0 |
2 |
317 |
5,3% |
|
Il-Portugall |
9 |
0 |
0 |
9 |
0,2% |
|
Ir-Rumanija |
297 |
7 |
10 |
314 |
5,3% |
|
Is-Slovakkja |
26 |
0 |
0 |
26 |
0,4% |
|
Is-Slovenja |
17 |
0 |
0 |
17 |
0,3% |
|
Spanja |
235 |
2 |
0 |
237 |
4,0% |
|
L-Iżvezja |
5 |
0 |
0 |
5 |
0,1% |
|
Ir-Renju Unit |
93 |
5 |
14 |
112 |
1,9% |
|
Total UE |
5,802 |
67 |
104 |
5,973 |
100% |
|
97,1% |
1,1% |
1,8% |
100,0% |
||
|
In-Norveġja |
NCP |
NCP |
NCP |
NCP |
NCP |
NCP: ma sarux kontrolli
Ir-riżultati tal-kontrolli fil-fażi tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti fl-Ewropa
u l-metodu li ntużaw għall-individwazzjoni tat-trattament jonizzanti.
L-Awstrija
|
Kategorija tal-oġġett tal-ikel |
Oġġetti tal-ikel |
Konformi |
Riżultati mhux konklużivi |
Mhux konformi |
Il-metodu tas-CEN |
|
Ċereali, żrieragħ, ħxejjex, frott u l-prodotti tagħhom |
Frott tal-bosk |
29 |
0 |
0 |
EN 1787 |
|
Ħut, krustaċji. Frott tal-baħar u l-prodotti tagħhom |
Krustaċji, frott tal-baħar, molluski u annimali akkwatiċi oħrajn (u l-prodotti tagħhom) |
25 |
0 |
0 |
EN 1786 |
|
Ħxejjex aromatiċi u ħwawar |
Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin) |
29 |
0 |
2* |
EN 1788 |
|
Total (85) |
83 |
0 |
2 |
||
|
Il-perċentwal totali tal-kampjuni analizzati |
97,6% |
0% |
2,4% |
||
*tikketta żbaljata
Il-Belġju
|
Kategorija tal-oġġett tal-ikel |
Oġġetti tal-ikel |
Konformi |
Riżultati mhux konklużivi |
Mhux konformi |
Il-metodu tas-CEN |
|
Ċereali, żrieragħ, ħxejjex, frott u l-prodotti tagħhom |
Ċereali, żrieragħ, frott u ħxejjex |
8 |
0 |
0 |
EN 1788 |
|
Frott (imnixxef) |
10 |
0 |
0 |
EN 1788 |
|
|
Ħut, krustaċji. Frott tal-baħar u l-prodotti tagħhom |
Krustaċji, frott tal-baħar, molluski u annimali akkwatiċi oħrajn (u l-prodotti tagħhom) |
33 |
2 |
1* |
EN 1788 |
|
Ħxejjex aromatiċi u ħwawar |
Ħxejjex aromatiċi u ħwawar (iffriżati) |
13 |
2 |
0 |
EN 1788 |
|
Tejiet |
22 |
0 |
0 |
EN 1788 |
|
|
Laħam / prodotti tal-laħam |
Riġlejn iż-żrinġijiet |
7 |
2 |
2* |
EN 1788 |
|
Oħrajn |
Supplimenti tal-ikel |
17 |
2 |
0 |
EN 1788 |
|
Total (121) |
110 |
8 |
3 |
||
|
Il-perċentwal totali tal-kampjuni analizzati |
90,9% |
6,6% |
2,5% |
||
*tikketta żbaljata
Il-Bulgarija
|
Kategorija tal-oġġett tal-ikel |
Oġġetti tal-ikel |
Konformi |
Riżultati mhux konklużivi |
Mhux konformi |
Il-metodu tas-CEN |
|
Ħxejjex aromatiċi u ħwawar |
Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin) |
2 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
Tejiet |
1 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
|
Total (3) |
3 |
0 |
0 |
||
|
Il-perċentwal totali tal-kampjuni analizzati |
100% |
0% |
0% |
||
Il-Kroazja
Billi ma hemmx laboratorji li jwettqu l-analiżijiet għar-radjazzjoni jonizzanti, ma sar l-ebda kontroll fil-fażi tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti fil-Kroazja matul is-sena 2015.
Ċipru
Billi ma hemmx laboratorji li jwettqu l-analiżijiet għar-radjazzjoni jonizzanti, ma sar l-ebda kontroll fil-fażi tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti f’Ċipru matul is-sena 2015.
Ir-Repubblika Ċeka
|
Kategorija tal-oġġett tal-ikel |
Oġġetti tal-ikel |
Konformi |
Riżultati mhux konklużivi |
Mhux konformi |
Il-metodu tas-CEN |
|
Ċereali, żrieragħ, ħxejjex, frott u l-prodotti tagħhom |
Faqqiegħ jew prodotti mill-faqqiegħ (imnixxfin) |
2 |
0 |
0 |
EN 1788 |
|
Ħxejjex u prodotti veġetali (imnixxfin) |
1 |
0 |
0 |
EN 1788 |
|
|
Ħxejjex aromatiċi u ħwawar |
Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin) |
7 |
0 |
0 |
EN 1788 |
|
Tejiet jew Infużjonijiet tal-ħxejjex |
1 |
0 |
0 |
EN 1788 |
|
|
Oħrajn |
Supplimenti tal-ikel |
5 |
2 |
1* |
EN 1788 |
|
Sopop |
9 |
2 |
0 |
EN 1788 |
|
|
Total (30) |
25 |
4 |
1 |
||
|
Il-perċentwal totali tal-kampjuni analizzati |
83,4% |
13,3% |
3,3% |
||
*irradjazzjoni mhix permessa
Id-Danimarka
Minħabba restrizzjonijiet finanzarji, ma saru ebda kontrolli fil-fażi ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-prodott fid-Danimarka fl-2015.
L-Estonja
Billi ma hemmx laboratorji li jwettqu l-analiżijiet għar-radjazzjoni jonizzanti, ma sar l-ebda kontroll fil-fażi tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti f’Ċipru matul is-sena 2015.
Franza
|
Kategorija tal-oġġett tal-ikel |
Oġġetti tal-ikel |
Konformi |
Riżultati mhux konklużivi |
Mhux konformi |
Il-metodu tas-CEN |
|
Ċereali, żrieragħ, ħxejjex, frott u l-prodotti tagħhom |
Ċereali, żrieragħ, frott u ħxejjex |
59 |
0 |
1* |
EN 1787 |
|
Supplimenti tal-ikel |
7 |
1 |
0 |
EN 1788 |
|
|
Ħut, krustaċji, frott tal-baħar u l-prodotti tagħhom |
Krustaċji jew molluski (iffriżati) |
21 |
0 |
3** |
EN 1786 |
|
Ħxejjex aromatiċi u ħwawar |
Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin) |
36 |
0 |
5* |
EN 1788 |
|
Laħam u prodotti tal-laħam |
Riġlejn iż-żrinġijiet |
11 |
0 |
1* |
EN 1786 |
|
Laħam u prodotti tal-laħam |
26 |
2 |
1* |
EN 1784 |
|
|
Total (174) |
160 |
3 |
11 |
||
|
Il-perċentwal totali tal-kampjuni analizzati |
92,0% |
1,7% |
6,3% |
||
*tikketta żbaljata
**tikketta żbaljata u/jew irradjazzjoni mhix permessa
Il-Finlandja
|
Kategorija tal-oġġett tal-ikel |
Oġġetti tal-ikel |
Konformi |
Riżultati mhux konklużivi |
Mhux konformi |
Il-metodu tas-CEN |
|
Ċereali, żrieragħ, ħxejjex, frott u l-prodotti tagħhom |
Frott tal-bosk |
3 |
1 |
0 |
EN 1788; EN 13751 |
|
Prodotti taċ-ċereali |
3 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
|
Faqqiegħ jew prodotti mill-faqqiegħ (imnixxfin) |
4 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
|
Basal |
3 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
|
Alka (imnixxfa) |
3 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
|
Prodotti tal-għaġin |
2 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
|
Dqiq tar-ross |
1 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
|
Żrieragħ |
4 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
|
Ħxejjex u prodotti veġetali (imnixxfin) |
25 |
2 |
0 |
EN 1788; EN 13751 |
|
|
Ħxejjex aromatiċi u ħwawar |
Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin) |
99 |
4 |
4* |
EN 1788; EN 13751 |
|
Tejiet jew Infużjonijiet tal-ħxejjex |
6 |
2 |
0 |
EN 1788; EN 13751 |
|
|
Tejiet |
13 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
|
Oħrajn |
Kawkaw |
1 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
Kafè |
1 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
|
Supplimenti tal-ikel |
28 |
0 |
3** |
EN 1788; EN 13751 |
|
|
Ikliet u dixxijiet (lesti) |
3 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
|
Oħrajn |
1 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
|
Zlazi u sopop (deidratati) |
13 |
0 |
1** |
EN 1788; EN 13751 |
|
|
Total (230) |
213 |
9 |
8 |
||
|
Il-perċentwal totali tal-kampjuni analizzati |
92,6% |
3,9% |
3,5% |
||
*tikketta żbaljata u/jew irradjazzjoni f’faċilitajiet mhux approvati mill-UE
**irradjazzjoni mhix permessa
Il-Ġermanja
|
Kategorija tal-oġġett tal-ikel |
Oġġetti tal-ikel |
Konformi |
Riżultati mhux konklużivi |
Mhux konformi |
Il-metodu tas-CEN |
|
Ċereali, żrieragħ, ħxejjex, frott u l-prodotti tagħhom |
Prodotti taċ-ċereali |
3 |
0 |
0 |
EN 1788; EN 1787 |
|
Frott (imnixxef) |
133 |
0 |
9** |
EN 13708; EN 1788; EN 1787; EN 13751 |
|
|
Frott (frisk) |
81 |
0 |
0 |
EN 13708; EN 1788; EN 1787; EN 13751 |
|
|
Faqqiegħ (frisk) |
2 |
0 |
0 |
EN 1788; |
|
|
Faqqiegħ jew prodotti mill-faqqiegħ (imnixxfin) |
140 |
0 |
0 |
EN 1788; EN 1787; EN 13751 |
|
|
Patata |
9 |
0 |
0 |
EN 1788 |
|
|
Legumi |
110 |
0 |
0 |
EN 1784; EN 1788; EN 1787; EN 13751 |
|
|
Ħxejjex u prodotti veġetali (imnixxfin) |
44 |
0 |
0 |
EN 1788; EN 1786; EN 1787; EN 13751 |
|
|
Ħxejjex (friski) |
21 |
0 |
0 |
EN 1787; EN 1788; EN 13751 |
|
|
Ħut, krustaċji, frott tal-baħar u l-prodotti tagħhom |
Krustaċji, frott tal-baħar, molluski u annimali akkwatiċi oħrajn (u l-prodotti tagħhom) |
273 |
0 |
5** |
EN13708; EN 1786; EN 1788; EN 1787; EN 13751 |
|
Ħut u prodotti tal-ħut |
58 |
0 |
8*** |
EN 1786; EN 1788 |
|
|
Ħxejjex aromatiċi u ħwawar |
Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin) |
1 254 |
10 |
2* |
EN 1788; EN 1787; EN 13751 |
|
Taħwir tal-ikel |
303 |
2 |
0 |
EN 13708; EN 1788; EN 1785; EN 1787; EN 13751 |
|
|
Tejiet |
195 |
0 |
1*** |
EN 13708; EN 1788; EN 1785; EN 1787; EN 13751 |
|
|
Laħam u prodotti tal-laħam |
Laħam (minbarra l-laħam tal-pullam u l-laħam tal-annimali tal-kaċċa) |
14 |
0 |
0 |
EN 1784; EN 1786 |
|
Laħam ta’ għasafar differenti, tal-kangaru u tal-fniek slavaġ |
2 |
0 |
0 |
EN 1786 |
|
|
Prodotti tal-laħam (minbarra z-zlazet) |
32 |
0 |
0 |
EN 1784; EN 1786 |
|
|
Laħam tal-pullam |
142 |
0 |
0 |
EN 1784; EN 1786 |
|
|
Prodotti għaz-zlazet |
27 |
0 |
0 |
EN 1786 |
|
|
Ħalib u prodotti tal-ħalib |
Ġobon (li fih il-ħxejjex aromatiċi jew il-ħwawar) |
33 |
0 |
0 |
EN 1784; EN 1788; EN 1787; EN 13751 |
|
Oħrajn |
Supplimenti tal-ikel |
168 |
0 |
3*** |
EN 1788; EN 13751 |
|
Ikliet u dixxijiet (lesti) |
29 |
2 |
0 |
EN 1788; EN 1786 |
|
|
Bajd u prodotti tal-bajd |
14 |
0 |
0 |
EN 1784 |
|
|
Tipi diversi ta’ ikel |
35 |
0 |
0 |
EN 13708; EN 1788; EN 13751 |
|
|
Zlazi u sopop (deidratati) |
159 |
10 |
11** |
EN 1784; EN 1788; EN 1785; EN 13751 |
|
|
Total (3 344) |
3 281 |
24 |
39 |
||
|
Il-perċentwal totali tal-kampjuni analizzati |
98,1% |
0,7% |
1,2% |
||
*tikketta żbaljata
**tikketta żbaljata u/jew irradjazzjoni mhix permessa
***irradjazzjoni mhix permessa
Il-Greċja
|
Kategorija tal-oġġett tal-ikel |
Oġġetti tal-ikel |
Konformi |
Riżultati mhux konklużivi |
Mhux konformi |
Il-metodu tas-CEN |
|
Ħxejjex aromatiċi u ħwawar |
Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin) |
10 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
Total (10) |
10 |
0 |
0 |
||
|
Il-perċentwal totali tal-kampjuni analizzati |
100% |
0% |
0% |
||
L-Ungerija

Total (76) |
75 |
0 |
1 |
||
|
Il-perċentwal totali tal-kampjuni analizzati |
98,7% |
0% |
1,3% |
||
*tikketta żbaljata
L-Irlanda
|
Kategorija tal-oġġett tal-ikel |
Oġġetti tal-ikel |
Konformi |
Riżultati mhux konklużivi |
Mhux konformi |
Il-metodu tas-CEN |
|
Ċereali, żrieragħ, ħxejjex, frott u l-prodotti tagħhom |
Frott tal-bosk |
4 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
Tavletti tal-karawett |
1 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
|
Ħxejjex aromatiċi u ħwawar |
Tejiet jew Infużjonijiet tal-ħxejjex |
1 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
Ħxejjex aromatiċi u ħwawar (friski) |
1 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
|
Oħrajn: Ħabaq (3), Weraq tar-rand (1), Origanu (1), taħlita ta’ ħwawar għall-ippriżervar tal-ħjar fil-ħall (1), Paprika ffumigata (1), Garam Masala (1), Paprika taħraq organika (1), Kannella mitħuna (1), Qoxra mnixxfa tan-noċemuskata mitħuna (1), Ħxejjex aromatiċi u ħwawar (1) |
12 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
|
Oħrajn |
Ikel għal użu nutrizzjonali partikulari |
35 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
Supplimenti tal-ikel |
31 |
1 |
0 |
EN 13751 |
|
|
Zlazi tas-sojja |
1 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
|
Total (87) |
86 |
1 |
0 |
||
|
Il-perċentwal totali tal-kampjuni analizzati |
98,9% |
1,1% |
0% |
||
L-Italja
|
Kategorija tal-oġġett tal-ikel |
Oġġetti tal-ikel |
Konformi |
Riżultati mhux konklużivi |
Mhux konformi |
Il-metodu tas-CEN |
|
Ħxejjex aromatiċi u ħwawar |
Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin) |
82 |
0 |
0 |
EN 1788; EN 13784; EN 1787; EN 13751 |
|
Tejiet jew Infużjonijiet tal-ħxejjex |
5 |
0 |
0 |
EN 1787; EN 13751 |
|
|
Tejiet |
8 |
0 |
0 |
EN 1788; EN 1787; EN 13751 |
|
|
Laħam u prodotti tal-laħam |
Riġlejn iż-żrinġijiet |
21 |
0 |
0 |
EN 1786 |
|
Laħam (minbarra l-laħam tal-pullam u l-laħam tal-annimali tal-kaċċa) |
16 |
0 |
0 |
EN 1786; EN 13784 |
|
|
Laħam tal-pullam |
37 |
0 |
0 |
EN 13784; EN 1786; EN 1785 |
|
|
Ħut, krustaċji, frott tal-baħar u l-prodotti tagħhom |
Krustaċji jew molluski (iffriżati) |
109 |
0 |
0 |
EN 1788; EN 1786; EN 13751 |
|
Ħut u prodotti tal-ħut |
44 |
0 |
1* |
EN 13784; EN 1786; EN 1785 |
|
|
Ċereali, żrieragħ, ħxejjex, frott u l-prodotti tagħhom |
Ċereali |
18 |
0 |
0 |
EN 1788; EN 13751 |
|
Frott (imnixxef) |
18 |
0 |
0 |
EN 13708; EN 1788; EN 1787 |
|
|
Frott (frisk) |
11 |
0 |
0 |
EN 13708; EN 1788; EN13784; EN 1787 |
|
|
Tewm |
14 |
0 |
0 |
EN 13784; EN 1788; EN 13751 |
|
|
Faqqiegħ jew prodotti mill-faqqiegħ (imnixxfin) |
22 |
0 |
0 |
EN 1788; EN 1787; EN 13751 |
|
|
Ġewż |
32 |
0 |
0 |
EN 13784;
|
|
|
Żrieragħ li minnhom jingħasar iż-żejt |
3 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
|
Basal |
16 |
0 |
0 |
EN 13784; EN 1788; EN 13751 |
|
|
Tadam u zunnarija |
2 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
|
Patata |
18 |
0 |
0 |
EN 1788; EN 13751 |
|
|
Legumi |
14 |
0 |
0 |
EN 13784; EN 1788; EN 13751 |
|
|
Oħrajn |
Supplimenti tal-ikel |
2 |
0 |
1** |
EN 1788; EN 1787 |
|
Materja prima ġejja minn pjanti, maħsuba għall-użu bħala ingredjent fis-suppliment tal-ikel veġetali |
34 |
0 |
5** |
EN 1788; EN 1787; EN 13751 |
|
|
zlazi u sopop (deidratati) |
6 |
0 |
0 |
EN 1787; EN 13751 |
|
|
Total (539) |
532 |
0 |
7 |
||
|
Il-perċentwal totali tal-kampjuni analizzati |
98,7% |
0,7% |
1,3% |
||
*tikketta żbaljata
**tikketta żbaljata u/jew irradjazzjoni mhix permessa
Il-Latvja
|
Kategorija tal-oġġett tal-ikel |
Oġġetti tal-ikel |
Konformi |
Riżultati mhux konklużivi |
Mhux konformi |
Il-metodu tas-CEN |
|
Ħxejjex aromatiċi u ħwawar |
Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin) |
4 |
0 |
0 |
EN 1788 |
|
Oħrajn |
Supplimenti tal-ikel |
7 |
0 |
1* |
EN 1788 |
|
Total (12) |
11 |
0 |
1 |
||
|
Il-perċentwal totali tal-kampjuni analizzati |
91,7% |
0% |
8,3% |
||
*irradjazzjoni mhix permessa
Il-Litwanja
|
Kategorija tal-oġġett tal-ikel |
Oġġetti tal-ikel |
Konformi |
Riżultati mhux konklużivi |
Mhux konformi |
Il-metodu tas-CEN |
|
Ħxejjex aromatiċi u ħwawar |
Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin) |
6 |
0 |
0 |
EN 13783 |
|
Tejiet jew Infużjonijiet tal-ħxejjex |
5 |
0 |
0 |
EN 13783 |
|
|
Oħrajn |
Supplimenti tal-ikel |
62 |
0 |
0 |
EN 13783 |
|
Ħxejjex, prodotti tal-ħxejjex u faqqiegħ, alga mnixxfa (materja prima għall-produzzjoni tal-ikel) |
2 |
0 |
0 |
EN 13783 |
|
|
Total (75) |
75 |
0 |
0 |
||
|
Il-perċentwal totali tal-kampjuni analizzati |
100% |
0% |
0 |
||
Il-Lussemburgu
|
Kategorija tal-oġġett tal-ikel |
Oġġetti tal-ikel |
Konformi |
Riżultati mhux konklużivi |
Mhux konformi |
Il-metodu tas-CEN |
|
Ħut, krustaċji, frott tal-baħar u l-prodotti tagħhom |
Krustaċji jew molluski (iffriżati) |
3 |
0 |
0 |
EN 1788 |
|
Krustaċji, frott tal-baħar, molluski u annimali akkwatiċi oħrajn (u l-prodotti tagħhom) |
6 |
0 |
0 |
EN 1788 |
|
|
Oħrajn |
Zlazi u sopop (deidratati) |
9 |
1 |
0 |
EN 1788 |
|
Total (19) |
18 |
1 |
0 |
||
|
Il-perċentwal totali tal-kampjuni analizzati |
94,7% |
5,3% |
0% |
||
Malta
|
Kategorija tal-oġġett tal-ikel |
Oġġetti tal-ikel |
Konformi |
Riżultati mhux konklużivi |
Mhux konformi |
Il-metodu tas-CEN |
|
Ċereali, żrieragħ, ħxejjex, frott u l-prodotti tagħhom |
Ċereali, żrieragħ, frott u ħxejjex |
4 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
Frott (imnixxef) |
12 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
|
Taljarini ta’ malajr |
8 |
2 |
0 |
EN 13751 |
|
|
Faqqiegħ jew prodotti mill-faqqiegħ (imnixxfin) |
1 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
|
Basal |
1 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
|
Alga mnixxfa |
3 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
|
Ħut, krustaċji, frott tal-baħar u l-prodotti tagħhom |
Ħut u frott tal-baħar (imnixxef) |
1 |
0 |
3* |
EN 1788; EN 13751 |
|
Ħxejjex aromatiċi u ħwawar |
Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin) |
11 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
Tejiet jew Infużjonijiet tal-ħxejjex |
17 |
0 |
1** |
EN 1788; EN 13751 |
|
|
Tejiet |
3 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
|
Oħrajn |
Sopop |
8 |
1 |
1** |
EN 1788; EN 13751 |
|
Total (77) |
69 |
3 |
5 |
||
|
Il-perċentwal totali tal-kampjuni analizzati |
89,6% |
3,9% |
6,5% |
||
*irradjazzjoni mhix permessa
**tikketta żbaljata
In-Netherlands
|
Kategorija tal-oġġett tal-ikel |
Oġġetti tal-ikel |
Konformi |
Riżultati mhux konklużivi |
Mhux konformi |
Il-metodu tas-CEN |
|
Ċereali, żrieragħ, ħxejjex, frott u l-prodotti tagħhom |
Prodotti taċ-ċereali |
6 |
0 |
0 |
EN 1788; EN 13751 |
|
Ċereali, żrieragħ, frott u ħxejjex |
4 |
0 |
0 |
EN 1788; EN 13751 |
|
|
Faqqiegħ jew prodotti mill-faqqiegħ (imnixxfin) |
2 |
0 |
0 |
EN 1788; EN 13751 |
|
|
Ġewż |
6 |
0 |
0 |
EN 1788; EN 13751 |
|
|
Ħxejjex u prodotti veġetali (imnixxfin) |
4 |
0 |
0 |
EN 1788; EN 13751 |
|
|
Ħut, krustaċji, frott tal-baħar u l-prodotti tagħhom |
Gambli |
5 |
0 |
0 |
EN 1788; EN 13751 |
|
Ħxejjex aromatiċi u ħwawar |
Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin) |
8 |
0 |
0 |
EN 1788; EN 13751 |
|
Laħam u prodotti tal-laħam |
Laħam tal-pullam |
6 |
0 |
0 |
EN 1788; EN 13751 |
|
Oħrajn |
Ċipps |
6 |
0 |
0 |
EN 1788;
|
|
Sopop |
7 |
0 |
0 |
EN 1788;
|
|
|
Total (54) |
54 |
0 |
0 |
||
|
Il-perċentwal totali tal-kampjuni analizzati |
100% |
0% |
0% |
||
Il-Polonja
|
Kategorija tal-oġġett tal-ikel |
Oġġetti tal-ikel |
Konformi |
Riżultati mhux konklużivi |
Mhux konformi |
Il-metodu tas-CEN |
|
Ċereali, żrieragħ, ħxejjex, frott u l-prodotti tagħhom |
Frott (imnixxef) |
8 |
0 |
0 |
EN 13708 |
|
Frott (frisk) |
7 |
0 |
0 |
EN 1788; EN 1787 |
|
|
Frott (tropikali) |
1 |
0 |
0 |
EN 1788 |
|
|
Tewm |
6 |
0 |
0 |
EN 1788; EN 13708 |
|
|
Taljarini ta’ malajr |
6 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
|
Faqqiegħ (frisk) |
4 |
0 |
0 |
EN 1788; EN 13751 |
|
|
Faqqiegħ jew prodotti mill-faqqiegħ (imnixxfin) |
12 |
0 |
0 |
EN 1788 |
|
|
Ġewż |
10 |
0 |
0 |
EN 1787 |
|
|
Basal |
1 |
0 |
0 |
EN 1788 |
|
|
Għaġin bl-ispinaċi |
1 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
|
Prodotti tal-għaġin |
9 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
|
Patata |
1 |
0 |
0 |
EN 1788 |
|
|
Legumi |
1 |
0 |
0 |
EN 1788 |
|
|
Ħxejjex u prodotti veġetali (imnixxfin) |
6 |
0 |
0 |
EN 1788; EN 13751 |
|
|
Ħxejjex (friski) |
1 |
0 |
0 |
EN 1788 |
|
|
Ħut, krustaċji, frott tal-baħar u l-prodotti tagħhom |
Krustaċji jew molluski (iffriżati) |
1 |
0 |
0 |
EN 1786 |
|
Krustaċji, frott tal-baħar, molluski u annimali akkwatiċi oħrajn (u l-prodotti tagħhom) |
6 |
0 |
0 |
EN 1786; EN 1788 |
|
|
Ħut u prodotti tal-ħut |
14 |
0 |
0 |
EN 1786 |
|
|
Brodu tal-gambli |
0 |
0 |
1* |
EN 1788 |
|
|
Gambli |
3 |
0 |
0 |
EN 1788; EN 13751 |
|
|
Ħxejjex aromatiċi u ħwawar |
Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin) |
48 |
0 |
0 |
EN 1788; EN 13751 |
|
Tejiet |
12 |
0 |
0 |
EN 1788; EN 13751 |
|
|
Ħalib u prodotti tal-ħalib |
Ġobon (li fih il-ħxejjex aromatiċi jew il-ħwawar) |
27 |
0 |
0 |
EN 1788; EN 13751 |
|
Ġobon (moxx) |
5 |
0 |
0 |
EN 1788 |
|
|
Ġobon (immaturat) |
2 |
0 |
0 |
EN 1788 |
|
|
Laħam u prodotti tal-laħam |
Brodu tat-tiġieġa |
3 |
0 |
0 |
EN 1788 |
|
Riġlejn iż-żrinġijiet |
2 |
0 |
0 |
EN 1786 |
|
|
Laħam |
20 |
0 |
0 |
EN 1786 |
|
|
Laħam u prodotti tal-laħam |
2 |
0 |
0 |
EN 1786 |
|
|
Laħam (minbarra l-laħam tal-pullam u l-laħam tal-annimali tal-kaċċa) |
3 |
0 |
0 |
EN 1784; EN 1786 |
|
|
Laħam ta’ għasafar differenti, tal-kangaru u tal-fniek slavaġ |
12 |
0 |
0 |
EN 1784; EN 1786 |
|
|
Laħam, ġewwieni, prodotti tal-laħam |
3 |
0 |
0 |
EN 1784; EN 1786 |
|
|
Laħam tal-pullam |
14 |
0 |
0 |
EN 1784; EN 1786 |
|
|
Oħrajn |
Kawkaw |
1 |
0 |
0 |
EN 1788 |
|
Kafè |
3 |
0 |
0 |
EN 1788 |
|
|
Ikel għal użu nutrizzjonali partikulari |
16 |
0 |
1* |
EN 1788; EN 13751 |
|
|
Supplimenti tal-ikel |
16 |
0 |
0 |
EN 1788; EN 13751 |
|
|
Oħrajn: Barbecue sauce (1), brodu tal-ħaxix (1), pejst tal-kosbor (1), taħwir għall-brodu tat-tiġieġa (1), porzjon taljarini ta’ malajr (1), dadi tal-istokk tal-ħaxix (1), dixx orjentali bit-tiġieġ lest (1), soppa lesta bit-taljarini togħma ta’ kari bit-tiġieġ (1) |
8 |
0 |
0 |
EN 1788; EN 13751 |
|
|
Zlazi u sopop (deidratati) |
20 |
0 |
0 |
EN 1788; EN 13751 |
|
|
Total (317) |
315 |
0 |
2 |
||
|
Il-perċentwal totali tal-kampjuni analizzati |
99,4% |
0% |
0,6% |
||
*tikketta żbaljata
Il-Portugall
|
Kategorija tal-oġġett tal-ikel |
Oġġetti tal-ikel |
Konformi |
Riżultati mhux konklużivi |
Mhux konformi |
Il-metodu tas-CEN |
|
Ħxejjex aromatiċi u ħwawar |
Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin) |
1 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
Partijiet tal-pjanti (miżwed tas-senna, fjura tal-kamomilla u moringa) |
3 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
|
Oħrajn |
Enżimi |
1 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
Supplimenti tal-ikel |
3 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
|
Estratt tal-ġinseng |
1 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
|
Total (9) |
9 |
0 |
0 |
||
|
Il-perċentwal totali tal-kampjuni analizzati |
100% |
0% |
0% |
||
Ir-Rumanija
|
Kategorija tal-oġġett tal-ikel |
Oġġetti tal-ikel |
Konformi |
Riżultati mhux konklużivi |
Mhux konformi |
Il-metodu tas-CEN |
|
Ċereali, żrieragħ, ħxejjex, frott u l-prodotti tagħhom |
Frott (imnixxef) |
2 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
Faqqiegħ jew prodotti mill-faqqiegħ (imnixxfin) |
3 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
|
Ħxejjex u prodotti veġetali (imnixxfin) |
86 |
0 |
2* |
EN 13751 |
|
|
Ħxejjex aromatiċi u ħwawar |
Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin) |
143 |
1 |
8* |
EN 13751 |
|
Tejiet jew Infużjonijiet tal-ħxejjex |
32 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
|
Tejiet |
9 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
|
Oħrajn |
Supplimenti tal-ikel |
22 |
6 |
0 |
EN 13751 |
|
Total (314) |
297 |
7 |
10 |
||
|
Il-perċentwal totali tal-kampjuni analizzati |
94,6% |
2,2% |
3,2% |
||
*irradjazzjoni f’faċilitajiet mhux approvati mill-UE
Is-Slovakkja
|
Kategorija tal-oġġett tal-ikel |
Oġġetti tal-ikel |
Konformi |
Riżultati mhux konklużivi |
Mhux konformi |
Il-metodu tas-CEN |
|
Ċereali, żrieragħ, ħxejjex, frott u l-prodotti tagħhom |
Ġewż |
17 |
0 |
0 |
EN 1784 |
|
Żrieragħ li minnhom jingħasar iż-żejt |
1 |
0 |
0 |
EN 1784 |
|
|
Ħxejjex aromatiċi u ħwawar |
Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin) |
5 |
0 |
0 |
EN 1788 |
|
Laħam u prodotti tal-laħam |
Salamun imnaddaf mix-xewk |
2 |
0 |
0 |
EN 1784 |
|
Ħalib u prodotti tal-ħalib |
Ġobon (immaturat) |
1 |
0 |
0 |
EN 1784 |
|
Total (314) |
26 |
0 |
0 |
||
|
Il-perċentwal totali tal-kampjuni analizzati |
100% |
0% |
0% |
||
Is-Slovenja
|
Kategorija tal-oġġett tal-ikel |
Oġġetti tal-ikel |
Konformi |
Riżultati mhux konklużivi |
Mhux konformi |
Il-metodu tas-CEN |
|
Ċereali, żrieragħ, ħxejjex, frott u l-prodotti tagħhom |
Tewm |
5 |
0 |
0 |
EN 1788; EN 13751 |
|
Ħxejjex aromatiċi u ħwawar |
Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin) |
4 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
Tejiet |
4 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
|
Laħam u prodotti tal-laħam |
Laħam tal-pullam |
2 |
0 |
0 |
EN 1786 |
|
Oħrajn |
Zlazi u sopop (deidratati) |
2 |
0 |
0 |
EN 1788; EN 13751 |
|
Total (17) |
17 |
0 |
0 |
||
|
Il-perċentwal totali tal-kampjuni analizzati |
100% |
0% |
0% |
||
Spanja
|
Kategorija tal-oġġett tal-ikel |
Oġġetti tal-ikel |
Konformi |
Riżultati mhux konklużivi |
Mhux konformi |
Il-metodu tas-CEN |
|
Ċereali, żrieragħ, ħxejjex, frott u l-prodotti tagħhom |
Frott (imnixxef) |
16 |
0 |
0 |
EN 13708 |
|
Faqqiegħ jew prodotti mill-faqqiegħ (imnixxfin) |
8 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
|
Ġewż |
16 |
0 |
0 |
EN 1787 |
|
|
Żrieragħ li minnhom jingħasar iż-żejt |
14 |
0 |
0 |
EN 1788; EN 13751 |
|
|
Ħxejjex u prodotti veġetali (imnixxfin) |
32 |
0 |
0 |
EN 1788; EN 1787; EN 13751 |
|
|
Ħxejjex aromatiċi u ħwawar |
Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin) |
91 |
2 |
0 |
EN 1787; EN 13751 |
|
Tejiet jew Infużjonijiet tal-ħxejjex |
32 |
0 |
0 |
EN 13751 |
|
|
Ħut, krustaċji, frott tal-baħar u l-prodotti tagħhom |
Krustaċji, frott tal-baħar, molluski u annimali akkwatiċi oħrajn (u l-prodotti tagħhom) |
16 |
0 |
0 |
EN 1786 |
|
Ħut u prodotti tal-ħut |
5 |
0 |
0 |
EN 1786 |
|
|
Laħam u prodotti tal-laħam |
Laħam tal-pullam |
5 |
0 |
0 |
EN 1786 |
|
Total (237) |
235 |
2 |
0 |
||
|
Il-perċentwal totali tal-kampjuni analizzati |
99,2% |
0,8% |
0% |
||
L-Iżvezja
|
Kategorija tal-oġġett tal-ikel |
Oġġetti tal-ikel |
Konformi |
Riżultati mhux konklużivi |
Mhux konformi |
Il-metodu tas-CEN |
|
Laħam u prodotti tal-laħam |
Laħam |
5 |
0 |
0 |
EN 1784 |
|
Total (5) |
5 |
0 |
0 |
||
|
Il-perċentwal totali tal-kampjuni analizzati |
100% |
0% |
0% |
||
Ir-Renju Unit
|
Kategorija tal-oġġett tal-ikel |
Oġġetti tal-ikel |
Konformi |
Riżultati mhux konklużivi |
Mhux konformi |
Il-metodu tas-CEN |
|
Ċereali, żrieragħ, ħxejjex, frott u l-prodotti tagħhom |
Frott (tropikali) |
1 |
0 |
0 |
EN 1788; EN 13751 |
|
Taljarini ta’ malajr |
20 |
3 |
6* |
EN 1788; EN 13751 |
|
|
Ħut, krustaċji, frott tal-baħar u l-prodotti tagħhom |
Krustaċji jew molluski (iffriżati) |
1 |
0 |
0 |
EN 1788; EN 13751 |
|
Ħut u prodotti tal-ħut |
1 |
0 |
1** |
EN 1788; EN 13751 |
|
|
Ħxejjex aromatiċi u ħwawar |
Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin) |
56 |
1 |
4* |
EN 1788; EN 13751 |
|
Tejiet |
0 |
0 |
1** |
EN 1788; EN 13751 |
|
|
Oħrajn |
Supplimenti tal-ikel |
11 |
1 |
1** |
EN 1788; EN 13751 |
|
Zlazi u sopop (deidratati) |
1 |
0 |
0 |
EN 1788; EN 13751 |
|
|
Sopop |
2 |
0 |
1** |
EN 1788; EN 13751 |
|
|
Total (112) |
93 |
5 |
14 |
||
|
Il-perċentwal totali tal-kampjuni analizzati |
83,0% |
4,5% |
12,5% |
||
*tikketta żbaljata u/jew irradjazzjoni f’faċilitajiet mhux approvati mill-UE
**irradjazzjoni mhix permessa
In-Norveġja
Billi ma hemmx laboratorji li jwettqu l-analiżijiet għar-radjazzjoni jonizzanti, ma sar l-ebda kontroll fil-fażi tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti fin-Norveġja matul is-sena 2015.