IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 9.11.2016
COM(2016) 715 final
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
Komunikazzjoni dwar il-Politika tat-Tkabbir tal-UE 2016
{SWD(2016) 360 final}
{SWD(2016) 361 final}
{SWD(2016) 362 final}
{SWD(2016) 363 final}
{SWD(2016) 364 final}
{SWD(2016) 365 final}
{SWD(2016) 366 final}
I.
INTRODUZZJONI
F'Novembru 2015, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat strateġija fuq perjodu medju għall-politika ta' tkabbir tal-UE li tkopri l-perjodu tal-mandat ta' din il-Kummissjoni. Din ġiet approvata mill-Kunsill f'Diċembru 2015. Din il-komunikazzjoni tieħu f'kunsiderazzjoni l-progress li sar fl-implimentazzjoni ta' din l-istrateġija, tiġbed konklużjonijiet u tagħmel rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-pajjiżi speċifiċi involuti fit-tkabbir u dwar ċerti kwistjonijiet tematiċi.
L-UE għad għandha quddiemha sfidi serji f'diversi setturi. Bosta kriżijiet f'daqqa għandhom il-potenzjal li jkunu ta' fattur distabbilizzanti mhux biss fl-Ewropa, iżda wkoll madwar id-dinja. L-attrattività tal-UE fil-pajjiżi involuti fit-tkabbir ġiet parzjalment milquta mill-kriżi ekonomika u minn xettiċiżmu dwar il-proġett Ewropew.
Fl-istess ħin, il-prospettiva soda tal-adeżjoni mal-UE, kif affermat mill-ġdid kontinwament mill-Istati Membri kollha, qiegħda tkompli tixpruna t-trasformazzjoni u tqawwi l-istabilità u s-sigurtà fil-pajjiżi tax-Xlokk tal-Ewropa. Għalhekk, proċess kredibbli ta' tkabbir, ibbażat fuq kundizzjonalità stretta u ġusta, għadu għodda indispensabbli biex isaħħaħ lil dawn il-pajjiżi u li jgħin biex isostni l-immodernizzar tagħhom permezz ta' riformi politiċi u ekonomiċi, f'konformità mal-kriterji tal-adeżjoni.
Il-politika tat-tkabbir qed tkompli tagħti r-riżultati u r-riformi mexjin’ il quddiem fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi, għalkemm b'passi differenti. Minħabba n-natura kumplessa tar-riformi meħtieġa, dan huwa proċess li jieħu żmien twil u għad hemm nuqqasijiet strutturali, notevolment fl-oqsma kruċjali tal-istat tad-dritt u tal-ekonomija.
Fit-Turkija, speċifikament, bis-saħħa tas-Summit bejn l-UE u t-Turkija fid-29 ta' Novembru 2015 u tad-Dikjarazzjoni sussegwenti bejn l-UE u t-Turkija tat-18 ta' Marzu 2016 kien hemm tnaqqis sinifikanti fil-flussi tal-migrazzjoni irregolari u, b'mod aktar wiesa', fl-għoti ta' ħajja ġdida lir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija. Fil-15 ta' Lulju, l-istituzzjonijiet demokratiċi u s-soċjetà bħala tali nħasdu minn attentat vjolenti ta' kolp ta' stat fit-Turkija li l-UE mal-ewwel ikkundannatu bl-aktar ton aħrax possibbli.
Impenn kontinwu lejn il-prinċipju ta' "dak li hu fundamentali jiġi l-ewwel" għadu essenzjali għall-pajjiżi involuti fit-tkabbir. Il-Kummissjoni se tkompli tiffoka l-isforzi tagħha fuq l-istat tad-dritt, inkluż is-sigurtà, id-drittijiet fundamentali, l-istituzzjonijiet demokratiċi u r-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, kif ukoll fuq l-iżvilupp ekonomiku u l-kompetittività. Dawn kollha għandhom is-sisien biex jintlaħqu l-kriterji ta' adeżjoni ta' Kopenħagen u Madrid. Rwol aktar qawwi għas-soċjetà ċivili u l-partijiet interessati b'mod aktar ġenerali, għadu kruċjali.
Fl-istess ħin, huwa importanti li jiġi rikonoxxut li n-negozjati tal-adeżjoni ma humiex – u qatt ma kienu – għan fihom infushom. Huma parti minn proċess usa' ta' modernizzazzjoni u ta' riforma. Il-gvernijiet tal-pajjiżi involuti fit-tkabbir jeħtieġ li jħaddnu r-riformi meħtieġa b'mod aktar attiv u li tassew ipoġġuhom fl-aġenda politika tagħhom – mhux għaliex dan titolbu l-UE, iżda, għaliex dan huwa fl-aħjar interess taċ-ċittadini tagħhom. L-appoġġ pubbliku għal tkabbir fil-ġejjieni se jiddependi fuq il-grad ta' tħejjija tal-pajjiżi kandidati. Għalhekk, ir-riformi permezz tal-proċess ta' adeżjoni tal-UE jgħinu wkoll biex tiżdied il-fiduċja taċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-UE u tal-pajjiżi kandidati bl-istess mod.
II.
L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-ISTRATEĠIJA TAT-TKABBIR TAL-2015
a)
Stat tad-Dritt
Kumplessivament, saru sforzi għall-modernizzazzjoni tal-oqfsa legali u tal-infrastruttura kif ukoll biex jingħata taħriġ aħjar lill-imħallfin u l-prosekuturi. F'Lulju, il-Parlament Albaniż adotta b'mod unanimu adotta emendi kostituzzjonali li huma l-bażi għal riforma ġudizzjarja komprensiva u profonda. Is-Serbja adottat pjanijiet ta' azzjoni komprensivi dwar l-istat tad-dritt, li stabbilew il-programm ta' ħidma għar-riformi fil-kapitoli 23 u 24.
Madankollu, il-progress fl-istabbiliment ta' sistemi ġudizzjarji li jiffunzjonaw u li jkunu indipendenti għadu lura, fejn il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi għadhom qegħdin jiffaċċjaw problemi ta' effiċjenza u ta' nuqqas ta' indipendenza u ta' responsabbiltà suffiċjenti. Fit-Turkija, l-indipendenza tal-ġudikatura ġiet imminata minn bidliet estensivi għall-istrutturi u l-għamla tal-qrati superjuri kif ukoll minn pressjoni kontinwa fuq l-imħallfin u l-prosekuturi. It-tkeċċija ta' wieħed minn kull ħames imħallfin u prosekuturi wara l-attent ta' kolp ta' stat tal-15 ta' Lulju tirrappreżenta sfida sinifikanti ulterjuri għall-funzjonament kumplessiv tal-ġudikatura. Fl-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, in-nuqqasijiet serji li ġew żvelati mill-każ tat-tismigħ telefoniku għadhom ma ġewx indirizzati b'mod adegwat.
F'dawn l-aħħar snin, il-pajjiżi kollha saħħew l-oqfsa tagħhom fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata. Istituzzjonijiet ġodda – bħal aġenzija kontra l-korruzzjoni tal-Montenegro – ġew stabbiliti u saru sforzi sostanzjali biex jippromwovi l-ispeċjalizzazzjoni, kemm fil-pulizija kif ukoll fil-ġudikatura. Minkejja dawn l-isforzi, bosta pajjiżi fir-reġjun għadhom juru sintomi ċari u gradi differenti ta' manipulazzjoni tal-Istat. Kumpaniji, istituzzjonijiet jew individwi b'saħħithom jużaw prattiki illegali biex jinfluwenzaw u jiffurmaw il-politiki, l-ambjent legali u l-ekonomija fl-interessi tagħhom stess. L-impenn politiku dikjarat li tiġi miġġielda l-korruzzjoni ma ġiex ikkonvertit biżżejjed f'riżultati konkreti. L-isforzi għandhom għalhekk jiffukaw aktar minn qatt qabel fuq l-istabbiliment ta' rekord konvinċenti u sostnut f'dawn l-oqsma, ibbażat fuq investigazzjonijiet effiċjenti, effettivi u imparzjali, prosekuzzjonijiet u deċiżjonijiet tal-qorti fil-livelli kollha. Hemm bżonn ta' iktar trasparenza fl-akkwist pubbliku. Ir-riżultati fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata hemm bżonn li jmorru lil himm mill-każijiet individwali. Jeħtieġ li l-awtoritajiet jibdew iżarmaw bis-serjetà n-netwerks kriminali u jikkonfiskaw l-assi, inkluż bl-użu ta' strumenti aktar ambizzjużi u qawwija bħal ma huma l-konfiska estiża tal-assi u l-użu sistematiku tal-investigazzjonijiet finanzjarji. Għandhom isiru sforzi aktar qawwija biex jiġi indirizzat it-traffikar tal-armi tan-nar. Il-progress li sar fis-snin reċenti fl-indirizzar tat-traffikar tal-bnedmin ivarja. Huma meħtieġa aktar sforzi biex ikun hemm allinjament mal-acquis relevanti u sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta' miżuri preventivi kif ukoll il-protezzjoni u l-assistenza lill-vittmi.
It-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni għadhom ta' theddida għas-sigurtà tal-UE u tal-pajjiżi involuti fit-tkabbir. It-Turkija kienet milquta b'mod partikolari minn diversi attakki terroristiċi kbar mortali matul is-sena li għaddiet. Il-fenomenu tal-ġellieda kemm mill-UE kif ukoll mill-pajjiżi involuti fit-tkabbir li jmorru biex jingħaqdu ma' gruppi ribelli partikolarment fis-Sirja u l-Iraq, u t-theddida għas-sigurtà li dawn jippreżentaw meta jerġgħu lura, x'aktarx li wkoll se jkompli fis-snin li ġejjin. Il-pajjiżi involuti fit-tkabbir emendaw il-liġijiet kriminali tagħhom, kif ukoll il-leġiżlazzjoni kontra t-terroriżmu, u armaw lilhom infushom b'aktar strumenti qawwija biex ikunu jistgħu jeħduha ma' dawn il-fenomeni. Ħafna minnhom adottaw ukoll strateġiji u pjanijiet ta' azzjoni ġodda kontra t-terroriżmu, li mxew lil hinn minn approċċ purament ta' infurzar tal-liġi iżda issa huwa ffukat ukoll fuq il-prevenzjoni u kontra r-radikalizzazzjoni. Madankollu, jeħtieġ li jsir aktar biex tiġi miġġielda r-radikalizzazzjoni fil-pajjiżi, b'mod partikolari fil-qasam tal-edukazzjoni u permezz ta' kontroll aħjar tal-finanzjament barrani li jrawwem il-kontenut radikali. L-UE qiegħda testendi n-netwerk tagħha kontra r-radikalizzazzjoni (RAN) lejn il-pajjiżi involuti fit-tkabbir sabiex dawn ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom prassi tajba tal-UE fil-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni. Il-pajjiżi involuti fit-tkabbir għandhom ikomplu jużaw il-Europol bħala faċilitatur għall-kooperazzjoni fil-ħidma kontra t-terroriżmu.
b)
Drittijiet fundamentali
Id-drittijiet fundamentali għadhom, fil-pajjiżi involuti fit-tkabbir, fil-biċċa l-kbira mnaqqxa fil-leġiżlazzjoni. Fil-Balkani tal-Punent, għad hemm nuqqasijiet fil-prattika, iżda s-sitwazzjoni hija kumplessivament stabbli. Fit-Turkija, kien hemm rigress f’dan il-qasam u l-implimentazzjoni prattika ta' spiss ikollha nuqqasijiet sinifikanti. Wara l-attent ta' kolp ta' stat f'Lulju, ġie dikjarat stat ta' emerġenza taħt liema ittieħdu miżuri serji li jtellfu d-drittijiet fundamentali. Kien hemm allegazzjonijiet ta' ħafna ksur serju tal-projbizzjoni tat-tortura u t-trattament ħażin u tad-drittijiet proċedurali fil-ġranet ta' wara l-attentat ta' kolp ta' stat. It-Turkija trid tiżgura l-funzjonament effettiv ta' sistema imparzjali ta' stħarriġ ġudizzjarju ta' allegazzjonijiet ta' ksur kontra d-drittijiet tal-bniedem, fl-interess tagħha stess. Il-Kummissjoni tilqa' l-impenn tal-awtoritajiet Torok għal dan il-għan u tħeġġeġ lit-Turkija biex tiffaċilita l-monitoraġġ minn organizzazzjonijiet internazzjonali tal-ġurijiet sussegwenti.
Il-libertà tal-espressjoni u tal-midja għadha ta' tħassib partikolari f'bosta pajjiżi involuti fit-tkabbir, għalkemm fi gradi differenti. In-nuqqas ta' progress f'dan il-qasam, li diġà ġie osservat tul dawn l-aħħar sentejn, kompla u, f'ċerti każi, anki sserja. Is-sitwazzjoni fir-rigward tal-libertà tal-espressjoni fit-Turkija kompliet sejra għall-agħar b'mod sinifikanti, b'mod partikolari permezz tal-arresti u l-prosekuzzjoni ta' ġurnalisti taħt akkużi ta' terroriżmu u l-għeluq ta' firxa wiesgħa ta' kumpaniji tal-midja. Fil-Balkani tal-Punent komplew għaddejjin l-indħil politiku mhux dovut fil-ħidma tax-xandara pubbliċi, il-finanzjament mhux trasparenti tal-medja u l-intimidazzjoni tal-ġurnalisti. Sabiex dawn il-kwistjonijiet jiġu indirizzati, b'kontinwazzjoni tal-konferenzi Speak Up!, il-Kummissjoni se tniedi kunċett ġdid ta' "jiem il-midja" fir-reġjun, biex jitwessa' l-ispettru ta' kwistjonijiet marbuta mal-midja li huma indirizzati lil hinn mill-libertà tal-esprezzjoni bħala tali, anki biex ikopru l-funzjonament tas-swieq tal-midja, id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u kwistjonijiet relatati bħall-finanzjament u s-swieq tar-reklamar.
Id-diskriminazzjoni u l-ostilità lejn gruppi vulnerabbli, inkluż abbażi tal-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru, għadha kwistjoni ta' tħassib serju. Hija meħtieġa aktar ħidma biex tiġi żgurata l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, inklużi l-ġlieda kontra l-vjolenza domestika u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, u l-iżgurar ta' opportunitajiet indaqs għan-nisa, b'mod partikolari fuq is-suq tax-xogħol. Id-drittijiet tat-tfal, inkluż l-iżvilupp ta' sistemi ta' protezzjoni tat-tfal u politiki effikaċi ta' appoġġ għal persuni b'diżabilità jeħtieġ li jissaħħu. Is-sitwazzjoni diffiċli tar-Rom għadha fil-biċċa l-kbira kif kienet u r-Rom, b'mod partikolari fil-Balkani tal-Punent għadhom qed ikunu vittmi ta' diskriminazzjoni u esklużjoni soċjali. Jeżisti qafas ta' politika għall-integrazzjoni tar-Rom fil-pajjiżi kollha involuti mit-tkabbir, iżda l-gvernijiet jeħtieġ li jżidu l-isforzi tagħhom biex jimplimentaw l-impenji eżistenti u jallokaw ir-riżorsi meħtieġa fil-livell ċentrali u lokali.
Il-protezzjoni effettiva tad-dejta personali kif ukoll sistemi robusti li jiżguraw id-drittijiet proċedurali għadhom mhumiex stabbiliti kompletament f'ħafna mill-pajjiżi involuti mit-tkabbir.
c)
Migrazzjoni
Il-kriżi tal-migrazzjoni kienet waħda mill-kwistjonijiet ewlenin fuq l-aġenda politika matul is-sena li għaddiet. Hija baqgħet tkun ta' xhieda tar-rilevanza strateġika tal-politika ta’ tkabbir fir-reġjun. L-UE rreaġixxiet b'mod komprensiv u sensittiv għad-drittijiet. L-għeluq effettiv tar-rotta tal-Balkani tal-Punent mill-pajjiżi kkonċernati flimkien mad-dikjarazzjoni flimkien mill-UE u t-Turkija tat-18 ta' Marzu kiseb riżultati ċari fil-konkret, bl-għadd ta' migranti irregolari u persuni jfittxu l-ażil li jilħqu l-gżejjer Griegi jonqos b'mod sinifikanti, minn diversi eluf kuljum għal inqas minn 100 kuljum bħala medja. Dan wassal ukoll għal tnaqqis qawwi fl-għadd ta' ħajjiet li jintilfu fil-baħar. It-Turkija kompliet bl-isforzi kbar tagħha biex tipprovdi kenn lil aktar minn 2.7 miljun refuġjat b'mod speċjali mis-Sirja u mill-Iraq, inkluż bit-twessigħ tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni temporanja u bl-għoti tal-aċċess għas-suq tax-xogħol. Hija saħħet ukoll il-ġestjoni tal-fruntiera u żiedet ir-rondi fil-fruntieri tagħha kemm fuq l-art kif ukoll fuq il-baħar. Il-Faċilità tal-UE għar-Refuġjati fit-Turkija qiegħda tiġi implimentata malajr u qiegħda tipprovdi appoġġ tanġibbli lil dawk fil-bżonn. L-ammont totali allokat taħt il-Faċilità bħalissa jammonta għal EUR 2.2 biljun, li minnhom EUR 1.2 biljun ġew kuntrattati u minnhom EUR 677 miljun tqassmu. Is-Serbja u l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja taw kontribut sinifikanti għall-ġestjoni tal-flussi ta' migrazzjoni. Mis-sajf tal-2015 dawn iż-żewġ pajjiżi l-aktar milquta tal-Balkani tal-Punent irċevew assistenza umanitarja tal-UE kif ukoll assistenza addizzjonali taħt l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni f'appoġġ għall-isforzi pożittivi u kostruttivi tagħhom biex jgħinu lir-rifuġjati u lill-migranti fuq it-territorju tagħhom
Madankollu, il-migranti komplew bit-tentattivi tagħhom li jilħqu destinazzjonijiet fl-Ewropa. Uħud mill-pajjiżi involuti fit-tkabbir kellhom jadattaw malajr kemm l-oqfsa legali kif ukoll istituzzjonali tagħhom, kif ukoll l-infrastruttura tagħhom, biex ikunu jistgħu jlaħħqu mal-kriżi tal-migrazzjoni. Il-kapaċità amministrattiva u ta' infurzar - b'mod partikolari meta jiġu ffaċċjati sitwazzjonijiet ta' kriżi - fil-pajjiżi kollha, teħtieġ aktar appoġġ. Għadhom meħtieġa azzjonijiet kontinwi kontra l-kuntrabandisti tal-migranti mill-pulizija u l-atturi ġudizzjali, inkluż permezz ta' kooperazzjoni proattiva u skambju tal-informazzjoni ma' pajjiżi sħab.
Biex jitnaqqsu l-pressjonijiet migratorji minn fuq l-Unjoni u l-pajjiżi involuti mit-tkabbir bl-istess mod, qegħdin jiġu mobilizzati strumenti oħra. Minbarra l-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija, il-Fond Fiduċjarju Reġjonali tal-UE b'reazzjoni għall-kriżi Sirjana u l-kuntratti mal-Ġordan u l-Libanu qegħdin ikunu ta' għajnuna fl-għoti ta' edukazzjoni u mpjiegi lir-rifuġjati Sirjani u biex jitjieb il-livell tagħhom ta' għajxien u l-opportunitajiet tal-ħajja waqt li jkunu għadhom fir-reġjun. Ġew skjerati wkoll Miżuri Speċjali ta' Appoġġ u assistenza umanitarja għall-Balkani tal-Punent.
Iċ-ċittadini ta' ħames pajjiżi involuti fit-tkabbir bħalissa jibbenefikaw minn liberalizzazzjoni tal-viża meta jivvjaġġaw lejn l-UE. It-Turkija u l-Kosovo* għamlu progress sinifikanti lejn li jissodisfaw l-obbligi tal-pjani direzzjonali tal-liberalizzazzjoni tal-viża tagħhom fl-2016, u dan ippermetta li l-Kummissjoni tipproponi lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew it-tneħħija tar-rekwiżit tal-viża anki għalihom hekk kif jintlaħqu l-punti ta' referenza li għad jonqos.
d)
Il-funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi u r-riforma tal-amministrazzjoni pubblika
Il-funzjonament kif suppost tal-istituzzjonijiet demokratiċi għadu sfida ewlenija f'għadd ta’ pajjiżi. Ir-rwol ċentrali tal-parlamenti nazzjonali fid-demokrazija jeħtieġ li jsir element integrali fil-kultura politika. Fit-Turkija, l-attentat ta' kolp ta' stat f'Lulju kien attakk dirett fuq l-istituzzjonijiet tal-pajjiż eletti b'mod demokratiku. Quddiem is-serjetà tat-theddida kontra l-istituzzjonijiet demokratiċi kien leġittimu li r-reazzjoni tasal malajr.
Madankollu, l-iskala wiesgħa u n-natura kollettiva tal-miżuri meħuda mindu sar il-kolp ta' stat iqajmu għadd ta' mistoqsijiet serji ħafna. It-tneħħija tal-immunità ta' għadd kbir ta' Membri tal-Parlament, f'Mejju, hija wkoll kwistjoni ta' tħassib serju.
Fil-Balkani tal-Punent il-funzjonament tal-parlamenti hija ta' spiss imfixkla minn bojkotts. Għalkemm xi bojkotts ġew megħluba, għad hemm kultura politika diviżiva. Il-ftehim li ntlaħaq fl-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja f'Lulju, li jimplimenta l-Ftehim ta' Pržino tas-sena li għaddiet, jipprovdi l-bażi biex ikunu jistgħu jsiru elezzjonijiet bikrija f'Diċembru 2016. Fil-Kosovo komplew l-ibbojkottjar u t-tfixkil tal-attività parlamentari mill-oppożizzjoni, li kien jinkludi inċidenti ta' vjolenza. L-iskrutinju parlamentari huwa ta' sikwit imminat minn rappurtar insuffiċjenti mill-gvern, strutturi dgħajfa tal-kumitati parlamentari u l-użu eċċessiv ta' proċeduri parlamentari b'urġenza. Filwaqt li t-tmexxija tal-elezzjonijiet bħala tali sseħħ ġeneralment mingħajr inċidenti kbar, ċerti nuqqasijiet kbar inkluż fejn jidħol ir-rispett għall-ġestjoni tal-elezzjoni u l-indħil politiku fir-rappurtar tal-midja jħallu impatt fuq l-integrità tal-proċess kumplessiv ta' qabel l-elezzjoni u ta' matulha. L-elezzjonijiet spiss għadhom qegħdin jitqiesu bħala opportunità għall-kisba ta' kontroll politiku fuq l-amministrazzjoni wiesgħa, inkluż fuq l-istituzzjonijiet indipendenti.
Il-progress fejn tidħol ir-riforma fl-amministrazzjoni pubblika kien irregolari. Fit-Turkija, l-impatt tal-għadd kbir ta' tkeċċijiet riċenti fuq il-professjonalità u l-effiċjenza tal-amministrazzjoni pubblika għad irid jiġi evalwat. Il-parti l-kbira tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent għamlu progress fl-adozzjoni ta' strateġiji ta' riforma tal-amministrazzjoni pubblika u ta' programmi ta' riforma fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, iżda għad għandha tiġi żgurata l-implimentazzjoni u s-sostenibbiltà fit-tul. Il-politiċizzazzjoni tas-servizz ċivili għadha kwistjoni ta' tħassib. Minkejja l-leġiżlazzjoni moderna dwar is-servizz ċivili, regolarment jintużaw l-eċċezzjonijiet, speċjalment għall-ħatriet u t-tneħħijiet ta' uffiċjali għolja taċ-ċivil. Il-kwalità tat-tfassil tal-politika u tal-abbozzar legali mhux konformi mal-approċċ tal-Aġenda tal-UE dwar regolamentazzjoni aħjar. Il-leġiżlazzjoni, il-politiki pubbliċi u l-investimenti l-kbar spiss jitħejjew mingħajr biżżejjed evalwazzjoni tal-impatt u ta' konsultazzjonijiet interni u pubbliċi.
Fil-parti l-kbira tal-pajjiżi, l-istruttura tal-amministrazzjoni tal-Istat tibqa’ kumplessa u ma tiżgurax biżżejjed responsabilità. Id-drittijiet taċ-ċittadini għal amministrazzjoni tajba, aċċess għall-informazzjoni u l-ġustizzja amministrattiva iridu jiġi żgurati b'mod aħjar. L-introduzzjoni ta' servizzi tal-gvern elettroniċi għadha prijorità bħala fattur kruċjali għat-trasparenza, il-ħeffa u l-konsistenza fis-servizzi pubbliċi. Ħafna pajjiżi għamlu progress bl-adozzjoni ta' liġijiet moderni dwar il-proċeduri amministrattivi ġenerali, iżda li ċ-ċertezza legali tista’ tiġi żgurata biss ladarba jitneħħew ċerti proċeduri amministrattivi kontradittorji f'liġijiet settorjali. Il-pajjiżi xorta għad iridu jsibu bilanċ xieraq bejn l-gvern ċentrali, reġjonali u lokali li l-aħjar jappoġġja l-implimentazzjoni tar-riformi u l-għoti ta’ servizzi liċ-ċittadini.
e)
Ekonomija
Is-sitwazzjoni ekonomika tjiebet gradwalment fil-Balkani tal-Punent, bi tkabbir aktar b'saħħtu, aktar investiment u aktar impjiegi maħluqa mis-settur privat. Madankollu, il-pajjiżi kollha involuti fit-tkabbir qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' sfidi soċjali u ekonomiċi strutturali kbar, b'effiċjenza baxxa tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u rati għolja ta' qgħad. Il-qgħad fost iż-żgħażagħ, b'mod partikolari, għadu għoli u huwa ta' tħassib. L-infrastruttura u s-sistemi tal-edukazzjoni jeħtieġ li jiġu mtejba. Il-proporzjon ta' dejn pubbliku mal-PDG fir-reġjun ma għadux sejjer għall-agħar bħal qabel u din ix-xejra tista' anki titwaqqaf f'ċerti pajjiżi minħabba konsolidazzjoni fiskali, li hija sinjal pożittiv.
Nuqqas ta' opportunitajiet ta' xogħol attraenti domestikament jimbotta lil ħafna nies biex jemigraw. Fl-istess ħin, flussi sinifikanti ta' flus minn barra 'l pajjiżi joħolqu diżinċentivi biex in-nies ifittxu l-impjieg fil-pajjiż.
Fil-qafas tal-UE li jappoġġja l-governanza ekonomika, il-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali kollha huma mistiedna biex jippreżentaw kull sena Programm ta’ Riforma Ekonomika (ERP - Economic Reform Programme). L-ERPs ikun fihom previżjonijiet makroekonomiċi fuq perjodu medju kif ukoll pjani baġitarji għat-tliet snin ta' wara, kif ukoll lista ta' miżuri prijoritarji ta' riforma strutturali li jkollhom l-għan li jisaħħu l-kompetittività u t-tkabbir inklużiv. Il-proċess tal-ERP kien ta' għajnuna biex l-attenzjoni tal-gvernijiet tiġi ffukata lejn l-indirizzar tal-ħtiġijiet urġenti ta' riforma strutturali u biex titjieb il-koordinazzjoni. Madankollu, għad iridu jidhru fil-konkret ir-riżultati tanġibbli fil-ħajjiet tan-nies ta' dawn l-isforzi ta' riforma. L-għarfien tal-gwida ta' politika mill-partijiet involuti relevanti u l-impenn għall-implimentazzjoni tagħhom hemm bżonn li tissaħħaħ.
L-UE u t-Turkija avvanzaw it-tħejjijiet tagħhom biex jinnegozjaw modernizzazzjoni u estensjoni tal-Għaqda Doganali bejn l-UE u t-Turkija, li għandu potenzjal sinifikanti li għadu mhux qiegħed jiġi sfruttat. Il-Kummissjoni qiegħda taħdem fuq abbozz ta' direttiva ta' negozjar li għandu jiġi ppreżentat sa l-aħħar tal-2016.
Il-klima f'ħafna pajjiżi fejn jidħol investiment hija affettwata b'mod negattiv mid-dgħufijiet kontinwi fir-rigward tal-istat tad-dritt u sinjali ta' manipulazzjoni tal-Istat, b'mod partikolari fir-rigward ta' sistemi ġudizzjarji effiċjenti u indipendenti, l-infurzar irregolari tar-regoli tal-kompetizzjoni, il-ġestjoni dgħajfa tal-finanzi pubbliċi u l-bidliet frekwenti fejn jidħlu permessi u taxxi, li jaggravaw ir-riskju tal-korruzzjoni. Dan huwa partikolarment problematiku fil-każ tal-Balkani tal-Punent, tort tan-nuqqasijiet fl-oqsma ta' governanza korporattiva, is-swieq domestiċi żgħar u frammentati, privatizzazzjoni mhux kompluta u l-livell limitat ta' integrazzjoni kummerċjali reġjonali. Fit-Turkija t-tkabbir ekonomiku ssaħħaħ, iżda l-ambjent tan-negozju baqa' jiddeterjora u l-ekonomija għadha vulnerabbli quddiem l-inċertezza finanzjarja, il-bidliet fil-fiduċja tal-investituri globali u r-riskji politiċi li għadhom hemm. Is-sitwazzjoni ta' sigurtà li marret lura wasslet biex is-settur tat-turiżmu jiċkien b'mod sinifikanti.
Meta wieħed iqis l-impatt tal-istat tad-dritt fuq il-governanza ekonomika, il-Kummissjoni se tagħti attenzjoni partikolari għar-rabtiet bejn dawn iż-żewġ pilastri tal-proċess tal-adeżjoni.
f)
Kooperazzjoni reġjonali
L-impetu mogħti permezz tal-inizjattiva tas-Sitt Pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, b'mod partikolari rigward l-aġenda tal-konnettività tal-UE, kif ukoll il-"proċess ta' Berlin", kompla jrawwem kooperazzjoni reġjonali akbar u b'hekk l-istabilizzazzjoni politika u l-opportunitajiet ekonomiċi. Fuq il-bażi tar-riżultati ta' summits preċedenti, fis-summit ta' Lulju 2016 f'Pariġi kien hemm avvanzi ulterjuri fejn tidħol l-aġenda tal-konnettività, inkluż ftehim sabiex jiġi stabbilit suq reġjonali tal-elettriku kif ukoll attenzjoni aħjar fuq it-titjib fl-effiċjenza tal-enerġija kif ukoll użu akbar tal-enerġija rinnovabbli. L-inizjattivi reġjonali, bħal ma huwa l-Proċess ta' Kooperazzjoni fl-Ewropa tax-Xlokk, komplew iseddqu l-istabilizzazzjoni u l-kooperazzjoni. Il-pajjiżi fetħu wkoll il-kooperazzjoni f'oqsma ġodda, partikolarment permezz tal-istabbiliment tal-Uffiċċju Reġjonali tal-Kooperazzjoni taż-Żgħażagħ (RYCO - Regional Youth Cooperation Office) u tal-ftehim dwar it-tnedija ta' skema pilota ġdida għal skambju ta' uffiċjali pubbliċi żgħażagħ. Il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent qablu wkoll dwar miżuri li jiffaċilitaw il-kummerċ u niedu programmi ta' miżuri li jilliberalizzaw aktar il-kummerċ reġjonali. Fl-aħħar mill-aħħar, is-suċċess tal-kooperazzjoni se jitkejjel skont ir-realizzazzjoni fil-konkret ta' proġetti ta' konnettività. Issa huwa urġenti li jitniedu xogħlijiet fiżiċi biex tingħata prova tanġibbli ta' benefiċċji diretti għaċ-ċittadini. Għar-rigward ta' proġetti ta' trasport u tal-enerġija, madankollu, l-implimentazzjoni ta' miżuri dwar ir-riforma tal-konnettività li dwarhom intlaħaq qbil fl-2015 fis-summit tal-WB6 fi Vjenna hemm bżonn li tiġi aċċellerata.
Ir-relazzjonijiet ta' viċinat tajba u l-kooperazzjoni reġjonali huma elementi essenzjali tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u tat-tkabbir. Kien hemm kuntatti u kooperazzjoni kontinwi fil-livelli bilaterali u reġjonali, anki f'oqsma sensittivi bħad-delitti tal-gwerra, il-persuni nieqsa, ir-ripatrijazzjoni tar-rifuġjati, il-kriminalità organizzata u l-kooperazzjoni tal-pulizija. Relazzjonijiet tajbin ta' viċinat għadhom qegħdin jissaħħu permezz ta' diversi inizjattivi ta' kooperazzjoni reġjonali. Fl-istess ħin, tmexxija politika aktar responsabbli u aktar sforzi lejn ir-rikonċiljazzjoni huma essenzjali biex jippromwovu l-istabbiltà u l-ħolqien ta' ambjent li jwassal biex jingħeleb il-wirt tal-imgħoddi. Għandhom jiġu evitati dikjarazzjonijiet li jkollhom impatt negattiv fuq ir-relazzjonijiet tajba ta' viċinat.
Huma meħtieġa aktar sforzi biex jingħelbu t-tilwimiet bilaterali bejn il-pajjiżi involuti fil-proċess tat-tkabbir u mal-Istati Membri. Il-partijiet ikkonċernati jeħtieġ li jindirizzaw kwistjonijiet bilaterali kemm jista' jkun malajr u ma għandhomx itellfu l-proċess ta' adeżjoni, li għandu jkun ibbażat fuq kundizzjonalità stabbilita. F'dan ir-rigward, ir-riżultati kienu limitati. Il-progress fin-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn is-Serbja u l-Kosovo hemm bżonn li jitħaffef. Fir-rigward tal-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, iż-żamma ta’ relazzjonijiet tajba tal-viċinat għadha essenzjali, inkluża soluzzjoni negozjata u aċċettabbli għaż-żewġ naħat għall-kwistjoni tal-isem, taħt l-awspiċji tan-NU. Il-progress fit-taħditiet immexxija min-Nazzjonijiet Uniti dwar ftehim rigward Ċipru jintlaqa' bil-qalb. Sabiex jiġi ffaċilitat progress ulterjuri, jeħtieġ li t-Turkija tissodisfa l-obbligu tagħha li timplimenta bis-sħiħ il-Protokoll Addizzjonali u tagħmel progress lejn in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet mar-Repubblika ta’ Ċipru. Dan jista' jagħti imbuttatura ħdida lill-proċess ta' adeżjoni. Il-Kummissjoni tħeġġeġ ukoll li jiġi skartat kull xorta ta' theddid, sors ta' tensjoni jew azzjoni li tkun ta' ħsara għar-relazzjonijiet tajba ta' viċinat u ir-riżoluzzjoni paċifika tad-disputi. Il-Kummissjoni tagħmel enfażi fuq id-drittijiet sovrani kollha tal-Istati Membru tal-UE. Dan jinkludi, fost affarijiet oħra, id-dritt li jsiru ftehimiet bilaterali u li jiġu esplorati u esplojtati r-riżorsi naturali skont l-acquis tal-UE u l-liġi internazzjonali, inkluż il-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar.
III.
IL-KALIBRAZZJONI MILL-ĠDID TAL-PAKKETT TAT-TKABBIR
a)
L-introduzzjoni tal-metodoloġija rikalibrata tar-rappurtar f'oqsma ġodda
Fl-2015, il-Kummissjoni introduċiet għadd ta' bidliet fil-metodoloġija tar-rappurtar. L-għan kien li tkompli tiżdied l-akkuratezza tal-valutazzjonijiet kif ukoll il-faċilita tal-użu tal-pakkett bħala sors ta' informazzjoni u gwida għall-partijiet interessati kollha u biex tkun ipprovduta aktar trasparenza fil-proċess tat-tkabbir b'mod li jiġi stabbilit b'mod aktar ċar fejn ikunu jinstabu l-pajjiż kumplessivament. Ir-rapporti jagħtu attenzjoni akbar fuq is-sitwazzjoni attwali sabiex juru b'mod aktar ċar fejn jinsabu l-pajjiżi fit-tħejjijiet rispettivi tagħhom biex jissodisfaw il-kriterji tal-adeżjoni, jipprovdu gwida aktar ċara dwar dak li fuqhom għandhom jikkonċentraw il-pajjiżi matul is-sena u inkludew rappurtar u skali ta' valutazzjoni aktar armonizzati, li jippermetti li l-pajjiżi jitqabblu b'mod dirett. Dawn it-tibdiliet jirriflettu b'mod aktar ċar li l-isforzi tal-integrazzjoni Ewropea tal-pajjiżi involuti fit-tkabbir għandhom jimplikaw proċess dettaljat ta' riformi politiċi u ekonomiċi u ma għandux jinftiehem bħala ġabra ristretta ta' negozjati tekniċi.
L-approċċ rikalibrat kompla jiġi estiż fl-2016 lil hinn miż-żoni pilota koperti fl-2015
. Issa jkopri wkoll oqsma marbuta mal-iżvilupp ekonomiku (il-moviment liberu tal-merkanzija, il-kompetizzjoni, it-trasport, l-enerġija), kif ukoll ċerti aspetti tal-kapitolu 24 (il-migrazzjoni, il-kontroll fuq il-fruntieri, l-asil u l-ġlieda kontra t-terroriżmu) u l-ambjent kif ukoll it-tibdil fil-klima. Din l-espansjoni gradwali tal-metodoloġija tieħu f'kunsiderazzjoni l-ħtieġa li jiġi ggarantit is-sekwenzjar adatt tar-riformi u l-ħtieġa kontinwa li wieħed jiffoka fuq l-essenzjali. Il-metodoloġija l-ġdida se tkompli tiġi estiża fl-2018.
L-iskali ta' valutazzjoni armonizzati żiedu t-trasparenza u l-komparabilità tar-rapporti. Sabiex ikun hemm riżultati aktar preċiżi, il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni attwali kompliet ġiet raffinata bl-użu, fejn xieraq, ta' passi interim bejn kull wieħed minn dawn iż-żewġ livelli eżistenti.
b)
Rappurtar riveduti dwar il-kriterji ekonomiċi
Filwaqt li bniet fuq il-bidliet tas-sena li għaddiet fir-rappurtar dwar il-kriterji ekonomiċi, il-Kummissjoni kompliet tirfina l-metodoloġija tagħha u aġġustat is-sottokriterji li jikkostitwixxu ż-żewġ kriterji ekonomiċi għall-adeżjoni. L-għan ta' dan l-aġġustament huwa li jiġi żgurat li l-pajjiżi involuti fit-tkabbir ikunu ekonomikament qawwija u li jikkontribwixxu għall-kompetittività u l-istabbiltà tal-UE meta dawn isiru membri.
Is-sottokriterji riveduti jenfasizzaw in-nuqqasijiet ekonomiċi ewlenin fil-pajjiżi attwali involuti fit-tkabbir bħal ma huma l-ambjenti kummerċjali dgħajfa tagħhom b'aċċess limitat għall-iffinanzjar, rati għolja ta' qgħad, riżultati baxxi fl-edukazzjoni u livelli baxxi ta' innovazzjoni u konnettività reġjonali. Dawn jippermettu li ssir analiżi aktar iffukata tan-nuqqasijiet fil-funzjonament tas-swieq u tad-dgħjufija tal-kompetittività. L-attenzjoni l-ġdida hija wkoll allinjata aħjar mal-ERPs u b'hekk tikkontribwixxi biex tiġi pprovduta gwida lill-pajjiżi involuti fit-tkabbir sabiex jinkisbu l-benefiċċji ta' integrazzjoni aktar mill-qrib mal-UE qabel l-adeżjoni u biex fl-aħħar mill-aħħar jissodisfaw il-kriterji ekonomiċi.
c)
Mill-ħarifa għar-rebbiegħa – il-kalendarju l-ġdid tal-pakkett
Il-Kummissjoni qiegħda tippjana li tressaq l-adozzjoni tal-pakkett annwali tat-tkabbir mill-perjodu tradizzjonali tiegħu fil-ħarifa għal perjodu ġdid fir-rebbiegħa. Dan ikun ifisser li l-pakkett li jmiss ma jiġix adottat f'Ottubru/Novembru 2017, iżda fir-rebbiegħa tal-2018. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill sussegwenti jistgħu mbagħad jiġu adottati fil-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali (GAC - General Affairs Council) f’Ġunju. Din l-iskeda l-ġdida tippermetti lill-Kummissjoni tarmonizza l-perjodu ta' rapportar tagħha mas-sena kalendarja, li hija l-bażi tas-soltu għall-ġbir ta' dejta statistika. Dan kien ġie propost ripetutament mill-pajjiżi involuti fit-tkabbir.
L-iskeda l-ġdida tal-pakkett se tippermetti wkoll lill-Kummissjoni biex tkun tista' tarmonizza ċ-ċiklu tagħha ta' rappurtar dwar il-pakkett maċ-ċiklu tal-ERP. Dan ikun jagħti aktar piż lill-prinċipji fundamentali ekonomiċi tal-politika tat-tkabbir, jiżgura li jkun hemm koerenza aktar qawwija bejn il-pakkett u l-proċess tal-ERP, u ssir ħidma biex tingħata aktar viżibbiltà lil dan tal-aħħar.
IV.
KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET
Abbażi tal-analiżi ta' hawn fuq, u tal-evalwazzjonijiet fil-ġabriet fil-qosor rigward il-pajjiżi li jinsabu fl-anness, il-Kummissjoni qiegħda tressaq il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:
I
1.Il-politika tat-tkabbir tal-UE għadha investiment strateġiku fil-paċi, is-sigurtà, il-prosperità u l-istabbilità fl-Ewropa. Ibbażata fuq kundizzjonalità stretta iżda ġusta, u fuq il-prinċipju tal-merti proprji, hija għadha sservi ta' mutur tat-trasformazzjoni u l-modernizzazzjoni fil-pajjiżi sħab, f'ambjent li ġeneralment joffri sfida. L-istabbilizzazzjoni permezz ta' tali trasformazzjoni hija fl-interess stess tal-UE.
2.L-attenzjoni tal-Kummissjoni "l-ewwel fuq il-prinċipji fundamentali" wasslet għal riżultati fil-konkret u l-proċessi ta' riforma jinsabu kollox ma' kollox miexja 'l quddiem, anki jekk b'veloċitajiet differenti. Minħabba n-natura kumplessa tar-riformi meħtieġa, dan huwa proċess fit-tul u għad hemm nuqqasijiet strutturali f'għadd ta' oqsma kruċjali. Huma meħtieġa riformi fl-oqsma tal-istat tad-dritt, id-drittijiet fundamentali, l-istituzzjonijiet demokratiċi u r-riforma fl-amministrazzjoni pubblika, kif ukoll fl-ekonomija, u l-istituzzjonijiet eletti jeħtieġ li jħaffu l-pass dwarhom għall-benefiċċju taċ-ċittadini tagħhom stess. Ir-riformi ekonomiċi u t-tisħiħ tal-istat tad-dritt jipproduċu benefiċċji li jagħtu saħħa reċiproka.
3.Il-kooperazzjoni mat-Turkija u mal-Balkani tal-Punent kienet element importanti fil-ġestjoni tal-kriżi tal-migrazjoni, fejn diversi pajjiżi kellhom rwol kostruttiv. L-UE qiegħda tappoġġja lill-pajjiżi l-aktar affettwati, l-ewwel u qabel kollox lit-Turkija, fl-isforzi tagħhom biex jassistu u jipproteġu lir-refuġjati u lill-migranti.
4.Ir-relazzjonijiet ta' viċinat tajba u l-kooperazzjoni reġjonali huma elementi essenzjali tal-Proċessi ta' tkabbir u ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Hemm bżonn li jsiru aktar sforzi biex jingħelbu disputi bilaterali, li ma għandhomx ixekklu l-proċess ta' adeżjoni. Il-kooperazzjoni fil-qafas WB6 fil-Balkani tal-Punent għad għandha rwol importanti f'dan il-kuntest, inkluż permezz tal-proċess ta' Berlin.
II
5.It-Turkija: It-Turkija hija sieħeb kruċjali għall-Unjoni Ewropea. L-UE kkundannat bil-qawwa l-kolp ta' stat li falla u li sar fil-15 ta' Lulju, bħala attakk dirett kontra l-prinċipji demokratiċi u esprimiet l-appoġġ u s-solidarjetà sħiħa tagħha mal-poplu Tork u mal-istituzzjonijiet demokratiċi tiegħu. Wara l-attentat tal-kolp ta' stat li falla, ġie ddikjarat stat ta' emerġenza fl-20 ta' Lulju madwar it-Turkija kollha għal tliet (3) xhur. Minn dak iż-żmien dan ġie estiż għal tliet (3) xhur oħra.
Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija għandhom quddiemhom l-istess opportunitajiet u sfidi għat-tul bħal ma kellhom qabel il-15 ta' Lulju. Madankolllu, il-miżuri ta' portata kbira li ttieħdu wara l-kolp ta' stat komplew japprofondixxu l-għadd ta' sfidi kruċjali fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet fundamentali fil-pajjiż, speċjalment il-libertà tal-espressjoni, id-dritt għal proċess ġust u l-proċess dovut. Ġie nnutat aktar rigress fejn tidħol il-libertà tal-espressjoni u l-funzjonament tal-ġudikatura. Is-sitwazzjoni fix-xlokk tal-pajjiż baqgħet waħda mill-aktar sfidi kritiċi. Il-pajjiż għadda minn deterjorament serju ħafna fejn tidħol is-sitwazzjoni tas-sigurtà wara l-kollass tal-proċess ta' riżoluzzjoni Kurd f'Lulju 2015 u sofra bosta attakki terroristiċi qattiela kbar attribwiti lill-PKK u lil Da'esh. L-UE enfasizzat li l-miżuri kontra t-terroriżmu għandhom ikunu proporzjonali u jittieħdu fir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem. Il-proċess politiku ta' riżoluzzjoni tal-kwistjoni tal-Kurdi jrid jerġa' jibda bla dewmien. L-UE hija mħassba sewwa rigward l-arrest ta' diversi Membri tal-Parlament tal-HDP fuq akkużi li jallegaw appoġġ għal attivitajiet terroristiċi.
Minħabba l-iskala u n-natura kollettiva tal-miżuri li ttieħdu minn Lulju lil hawn, l-UE appellat lit-Turkija, bħala pajjiż kandidat, biex tosserva l-ogħla standards fejn jidħol l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali. L-awtoritajiet Torok impenjaw ruħhom b'mod ċar rigward dan. Il-Kummissjoni qiegħda tħeġġeġ lit-Turkija biex din timplimenta l-impenji tagħha kollha, inkluż permezz ta' monitoraġġ internazzjonali tad-detenzjonijiet, il-proċessi, u l-proċeduri wara l-attentat ta' kolp ta' stat. L-UE hija impenjata li taħdem flimkien ma' Turkija demokratika, inklussiva u stabbli biex jiġu indirizzati l-preokkupazzjonijiet komuni tagħna. Madankollu, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali jridu jiġu rrispettati f'kull ċirkostanza, u l-parlament u l-forzi kollha rrappreżentati fl-istituzzjonijiet demokratiċi tal-pajjiż għandhom ikunu fil-qagħda li jeżerċitaw ir-rwol kostituzzjonali tagħhom kollu. Rigward il-konsiderazzjonijiet imġedda biex fil-parlament jiġi ppreżentat abbozz biex terġa' tiddaħħal il-piena tal-mewt, l-UE tfakkar li ċ-ċaħda bla tlaqliq tal-piena tal-mewt hija element essenzjali tal-acquis tal-UE kif ukoll hija obbligu internazzjonali ċentrali li għalih impenjat ruħha t-Turkija.
L-UE u t-Turkija approfondew ir-relazzjonijiet tagħhom f'oqsma kruċjali ta' interess komuni, kif maqbul fis-Summit bejn l-UE u t-Turkija tad-29 ta' Novembru 2015. Saru sessjonijiet ta' djalogu politiku ta' livell għoli, kif ukoll dwar l-enerġija u l-ekonomija. It-Turkija kompliet tagħmel sforzi liema bħalhom biex tipprovdi kenn lil aktar minn 2.7 miljun refuġjat mis-Sirja u mill-Iraq. Il-kooperazzjoni mal-UE rigward il-migrazzjoni ngħatat pass 'l quddiem wara d-Dikjarazzjoni bejn l-UE u t-Turkija tat-18 ta' Marzu 2016. Flimkien ma' miżuri oħra meħuda, dan wassal għal tnaqqis drastiku fl-imwiet fuq il-baħar u tnaqqis sostanzjali fl-għadd ta' refuġjati u migranti irregolari li ħallew it-Turkija biex imorru l-Greċja. It-Turkija għamlet progress sostanzjali tul is-sena li għaddiet biex tissodisfa l-livell ta' referenza tal-pjan direzzjonali għal-liberalizzazzjoni tal-viża. Il-Kummissjoni għamlet proposta biex ir-rekwiżit tal-viża jitneħħew bil-ftehim li t-Turkija tissodisfa l-parametri referenzjarji li għadhom pendenti. Waqt il-proċess ta' adeżjoni kien hemm il-ftuħ ta' żewġ kapitli oħra, f'Novembru 2015 u f'Lulju 2016, rispettivament. Dan jinkludi anki ħidma preparatorja fuq tliet kapitoli oħra u l-aġġornament li għaddej tar-rapporti ta' screening fil-kapitoli kruċjali 23 u 24. Iż-żewġ naħat komplew jesploraw opzjonijiet possibbli għall-aġġornament tal-Unjoni Doganali. Bħala membru tan-NATO, tal-G20, tal-OSCE u tal-Kunsill tal-Ewropa, it-Turkija hija attur internazzjonali attiv. It-Turkija għadha attiva fil-koalizzjoni internazzjonali fil-ġlieda kontra d-Da'esh u hija sieħeb kruċjali fir-reġjun.
It-Turkija għandha wkoll tindirizza l-iżbilanċi makroekonomiċi, tkompli bir-riformi strutturali u ttejjeb l-ambjent tan-negozju, b'mod partikolari fil-fażi sensittiva wara l-attentat ta' kolp ta' stat li falla.
Fl-aħħar nett, f'konformità mal-pożizzjonijiet ripetuti tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mis-snin ta' qabel, issa sar urġenti li t-Turkija tissodisfa l-obbligi tagħha li timplimenta kompletament il-Protokoll Addizzjonali u li tagħmel progress lejn in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet mar-Repubblika ta' Ċipru. Il-Kummissjoni tilqa' l-impenn tal-partijiet fit-taħdidiet ta' riżoluzzjoni mmexxija min-NU. Issa huwa importanti li f'dawn it-taħdidiet isir aktar progress. Sabiex dan il-progress jiġi ffaċilitat, l-impenn u l-kontribut tat-Turkija f'termini konkreti għal soluzzjoni komprensiva huma kruċjali. L-UE hija lesta li takkomoda l-kundizzjonijiet ta' riżoluzzjoni f'konformità mal-prinċipji li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni.
6.Il-Montenegro: In-negozjati għall-adeżjoni mal-UE mxew 'l quddiem. L-elezzjonijiet parlamentari ta' Ottubru 2016 saru f'qafas legali sostanzjalment rivedut u, kollox ma' kollox, saru b'manjiera aktar parteċipattiva u aktar trasparenti. L-ambjent kien kompetittiv u kien ikkaratterizzat min rispett, b'mod ġenerali, għal-libertajiet fundamentali. L-awtoritajiet nazzjonali relevanti mistennija li jinvestigaw b'mod malajr u trasparenti xi allegazzjonijiet ta' irregolaritajiet proċedurali, l-arresti li saru u l-għeluq temporanju ta' żewġ pjattaformi mobbli ta' komunikazzjoni. Il-qafas legali fil-qasam tal-istat tad-dritt huwa kważi lest u t-tagħmir istituzzjonali ġie stabbilit. Is-sistema sħiħa tal-istat tad-dritt issa jeħtieġ li tikseb aktar riżultati, b'mod partikolari biex tissaħħaħ l-istorja pożittiva rigward il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata. Il-progress rigward il-kapitoli tal-istat tad-dritt, muri permezz ta' riżultati tanġibbli l-aktar fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, se jkompli jiddetermina l-pass kumplessiv tan-negozjati tal-adeżjoni. Il-pożizzjoni fiskali tal-Montenegro marret lura u l-livelli tad-dejn pubbliku li qegħdin jiżdiedu huma ta' sfida għas-sostenibbiltà. Bħala miżura prijoritarja, il-Montenegro hemm bżonn li jieħu miżuri li jirrestrinġu l-infieq kurrenti u jtejbu l-ġbir tal-introjti. Hemm bżonn ukoll li jnaqqas id-diżinċentivi li wieħed imur jaħdem, li jiġi żviluppat il-kapital uman u industrija kompetittiva, orjentata lejn l-esportazzjoni. F'Diċembru 2015, il-Montenegro rċieva invit biex jingħaqad man-NATO, li hija kisba importanti.
7.Is-Serbja Wara li saru elezzjonijiet nazzjonali bikrija f'April, il-programm tal-gvern il-ġdid Serb kien jinkludi l-adeżjoni mal-UE tas-Serbja bħala għan prijoritarju. Is-Serbja għamlet passi maġġuri lejn dan l-għan, u dan wassal biex infetħu l-ewwel erba' kapitoli tan-negozjati tal-adezjoni, inkluż dwar l-istat tad-dritt u dwar in-normalizazzjoni tar-relazzjonijiet tagħha mal-Kosovo. Il-pass kollox ma' kollox tan-negozjati ta' adeżjoni mal-UE se jkun jiddependi b'mod partikolari fuq li jsir progress sostanzjali f'dawn iż-żewġt oqsma. Is-Serbja jeħtieġ li tapprofonodxxi l-impenn tagħha fid-Djalogu mal-Kosovo, inkluż l-implimentazzjoni tal-ftehimiet kollha. Il-Kummissjoni tistenna bil-ħerqa l-ftuħ ta' aktar kapitoli fiż-żmien li ġej.
Ir-riformi ekonomiċi qegħdin iwasslu għar-riżultati u hemm bżonn li jkomplu, b'enfasi partikolari fuq ir-ristrutturar tal-impriżi proprjetà tal-Istat u fuq l-utilitajiet pubbliċi. Ir-rwol ewlieni tas-Serbja fir-reġjun huwa strumentali fit-titjib tar-rabitet reġjonali u biex tiġi mħarsa l-istabbiltà. Is-Serbja ġiet affettwata mill-kriżi tal-migrazzjoni u kellha rwol attiv u kostruttiv u kkooperat mal-pajjiżi ġirien u mal-Istati Membri meta kienet qegħda tiġġestixxi l-flussi ta' migrazzjoni.
8.L-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja: Is-sena li għaddiet kienet waħda ta' kriżi politika kontinwa. Għad hemm preokkupazzjonijiet dwar manipulazzjoni tal-Istat li taffettwa l-funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi u oqsma kruċjali tas-soċjetà. Hemm bżonn li l-pajjiż jimplimenta bis-sħiħ il-ftehim ta' Pržino, speċjalment billi jiżgura li jkun hemm proċess elettorali kredibbli għar-rigward tal-elezzjonijiet parlamentari bikrin ta' Diċembru. L-isforzi tal-Prosekutur Speċjali li jistabbilixxi r-responsabbiltà legali għandhom ikunu appoġġjati u l-Parlament għandu jistabbilixxi responsabbiltà politika għall-ispjunaġġ telefoniku u l-kontenut miksub minnu. Għad hemm bżonn ta' progress sostanzjali fejn tidħol l-implimentazzjoni konkreta tal-Prijoritajiet Urġenti ta' Riforma. L-istabbiltà makroekonomika għandha tibqa' tinżamm u b'mod partikolari d-defiċit pubbliku għandu jiġi kkontrollat b'mod aktar rigoruż u għandha tittejjeb it-trasparenza u l-implimentazjoni tan-nefqa pubblika. Fuq is-sies tal-progress li sar dan l-aħħar fl-implimentazzjoni ta' miżuri li jibnu l-fiduċja mal-Greċja, hemm bżonn ta' passi deċizivi biex tiġi solvuta l-kwistjoni tal-isem. Il-pajjiż ġie affettwat mill-kriżi tal-migrazzjoni u kkoopera mal-pajjiżi ġirien u mal-Istati Membri meta kien qiegħed jiġġestixxi l-flussi ta' migrazzjoni.
Il-passi pożittivi li ttieħdu dan l-aħħar fil-kuntest tal-ftehim ta' Pržino jipprovdu opportunità reali għall-mexxejja politiċi biex fl-aħħar jegħlbu l-kriżi li ilha żmien għaddejja u biex jindirizzaw kwistjonijiet sistemiċi. Fid-dawl ta' dan, il-Kummissjoni hija lesta li testendi r-rakkomandazzjoni tagħha li tiftaħ negozjati ta' adeżjoni mal-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Madankollu, dan isir skont kemm ikun sar progress fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pržino, l-aktar f'dak li jolqot iż-żamma ta' elezzjonijiet parlamentari kredibbli u progress sostanzjali fl-implimentazzjoni tal-Prijoritajiet Urġenti ta' Riforma.
9.L-Albanija: L-Albanija kompliet tagħmel progress konsistenti lejn it-twettiq tal-ħames prijoritajiet kruċjali kollha biex ikunu jistgħu jinfetħu n-negozjat ta' adeżjoni. F'Lulju 2016 ġew approvati b'mod unanimu emendi kostituzzjonali kruċjali, biex b'hekk tnieda proċess ta' riforma bir-reqqa u komprensiv tas-sistema ġudizzjarja. Dan il-proċess se jinkludi rievalwazzjoni profonda tal-imħallfin u l-prosekuturi. Ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika kompliet tiġi implimentata b'mod konsistenti. Kompliet il-ħidma lejn l-istabbiliment ta' stejjer pożittivi kosistenti fejn jidħlu l-investigazzjonijiet proattivi, il-prosekuzzjonijiet u l-kundanni fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata. Id-drittijiet fundamentali komplew jiġu rrispettati b'mod ġenerali fil-pajjiż.
Fid-dawl ta' dan il-progress lejn il-kisba tal-prijoritajiet kruċjali u suġġett għal progress kredibbli u tanġibbli fl-implimentazzjoni tar-riforma ġudizzjarja, b'mod partikolari ir-rievalwazzjoni tal-imħallfin u l-prosekuturi (verifika), il-Kummissjoni qiegħda tirrakkomanda l-ftuħ tan-negozjati ta' adeżjoni mal-Albanija.
10.Il-Bożnija-Ħerzegovina: Il-Bożnija-Ħerzegovina ssodisfat il-prijoritajiet li joħorġu mill-proċss tagħha ta' riformi, b'mod partikolari għal dak li għandu x'jaqsam mal-Aġenda ta' Riforma. Abbażi ta' dan, il-Kunsill ta lill-Kummissjoni l-kompitu li tħejji opinjoni dwar l-applikazzjoni ta' adeżjoni. L-isforzi sinifikanti ta' riformi orjentati lejn l-UE hemm bżonn li jiġu sostnuti sabiex jiġu indirizzati l-problemi strutturali b'għeruq fondi li ilhom iżommu lura l-iżvilupp tal-pżjjiż, inkluż f'termini soċjoekonomiċi. It-tisħiħ tal-istat tad-dritt u tal-amministrazzjoni pubblika f'konformità mal-istandards Ewropej fil-livelli kollha tal-gvern, kif ukoll titjib ulterjuri fil-kooperazzjoni bejn il-livelli kollha għadhom prijorita. Hemm bżonn li jiġi implimentat il-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni adottat rigward materji li jolqtu lill-UE sabiex il-pajjiż ikun jista' jaffaċċja l-isfidi tal-proċess ta' integrazzjoni mal-UE, inkluż għar-rigward tal-adozzjoni tal-istrateġiji neċessarji madwwar il-pajjiż. Huwa meħtieġ li jiġi ffirmat il-protokoll dwar l-adozzjoni tal-SAA li ġie inizjalat f'Lulju 2016.
11.Il-Kosovo: Il-Kummissjoni tilqa' d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (SAA) fl-1 ta' April 2016 li jipprovdi qafas komprensiv għal relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi eqreb bejn l-UE u l-Kosovo. Il-Kosovo ħa passi mill-aktar importanti lejn li jissodisfa l-obbligi tal-pjan direzzjonali għal-liberalizzazzjoni tal-viża, b'mod li l-Kummissjoni setgħet toħroġ proposta formali f'Mejju 2016 biex l-obbligu tal-viża jitneħħa, sakemm jiġu ssodisfati ż-żewġ rekwiżiti li jifdal - ir-ratifika tal-ftehim tal-fruntiera mal-Montenegro u li tkompli tissaħħaħ l-istorja pożittiva fil-ġlieda kontra l-kriminalità u l-korruzzjoni. Il-ħidma tal-Parlament ġiet affettwata ħażin minn tfixkil fundamentali li sar minn partiti politiċi diversi.
L-atturi politiċi jeħtieġ li jsibu mod kif jegħlbu l-istaġnar politiku li issa ttawwal u jeħtieġ li jwittu t-triq għall-indirizzar tal-isfidi numerużi ta' riforma li hemm fil-futur, b'mod partikolari għar-rigward tal-istat tad-dritt u tal-ħtieġa ta' riformi ekonomiċi strutturali li jindirizzaw il-livell għoli tal-qgħad. Ġiet żviluppata Aġenda ta' Riforma Ewropea sabiex tkun ta' għajnuna fl-implimentazzjoni neċessarja tal-SAA. Il-Kosovo wettaq l-obbligi internazzjonali li kien fadal fir-rigward tal-istabbiliment tal-Kmamar Speċjalizzati u l-Uffiċċju ta' Prosekuzzjoni Speċjalizzat biex jiġu investigati allegazzjonijiet ta' atti kriminali internazzjonali mwettqa fil-kuntest tal-kunflitt tal-Kosovo. Il-mandat tal-EULEX ġie estiż sa Ġunju 2018. Il-Kosovo jeħtieġ li japprofonodxxi l-impenn tiegħu fid-Djalogu mas-Serbja, inkluż l-implimentazzjoni tal-ftehimiet kollha.
V.
ANNESSI
1. Ġabra fil-qosor tal-kostatazzjonijiet tar-rapporti
2. Statistiċi kruċjali
ANNESS 1 –
Ġabra fil-qosor tal-kostatazzjonijiet tar-rapporti
It-Turkija
F'attentat ta' kolp ta' stat militari fil-lejl tal-15 ta’ Lulju kien hemm 241 vittma u 2 196 persuna feruta. Il-Gvern Tork bl-appoġġ tal-ispettru politiku kollu u tas-soċjetà Torka, irnexxielu jegħleb l-attentat ta' kolp ta' stat. Il-Gran Assemblea Nazzjonali Torka simbolikament laqqgħet sessjoni speċjali mal-ewwel fis-16 ta' Lulju u adottat dikjarazzjoni approvata mill-partiti kollha rrappreżentati fil-Parlament. Il-gvern waħħal fil-moviment Gülen li organizza l-attentat ta' kolp ta' stat.
L-UE kkundannat immedjatament u bil-qawwa l-attentat ta' kolp ta' stat, li kien jirrappreżenta attakk dirett fuq id-demokrazija fit-Turkija bħala tali, u tenniet l-appoġġ sħiħ tagħha għall-istituzzjonijiet demokratiċi tal-pajjiż.
Fl-20 ta' Lulju ġie ddikjarat stat ta' emerġenza fit-Turkija kollha għal tliet xhur, li ġie estiż ulterjorment għal tliet xhur oħra fit-3 ta' Ottubru. Iddaħħlu emendi leġiżlattivi sinifikanti permezz ta' digrieti. It-Turkija nnotifikat lill-Kunsill tal-Ewropa li kienet se tidderoga mill-obbligu tagħha li tiggarantixxi għadd ta' drittijiet fundamentali protetti mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-drittijiet tal-bniedem. Wara l-attentat ta' kolp ta' stat, kien hemm għadd estensiv ħafna ta' sospensjonijiet, tkeċċijiet, arresti u detenzjonijiet fuq rabtiet allegati mal-moviment Gülen u l-involviment fl-attentat ta' kolp ta' stat. Il-miżuri laqtu l-ispettru kollu tas-soċjetà b'impatt partikolari fuq il-ġudikatura, il-pulizija, il-ġendarmerija, il-militar, is-servizz ċivili, l-awtoritajiet lokali, l-akkademiċi, l-għalliema, l-avukati, il-midija kif ukoll il-komunità tan-negozju. Diversi istituzzjonijiet u kumpaniji privati ngħalqu, l-assi tagħhom ġew sekwestrati jew trasferiti lejn istituzzjonijiet pubbliċi.
Fil-mewġa tal-miżuri ta' wara l-kolp, l-UE talbet lill-awtoritajiet biex josservaw l-ogħla standards tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet fundamentali. Filwaqt li r-relazzjoni ta' fiduċja u tal-lealtà għandha tkun hemm bejn il-ħaddiema taċ-ċivil u l-istat, u li jistgħu jittieħdu miżuri biex jiġi ggarantit dan, kull allegazzjoni ta' għemil ħażin trid tiġi stabbilita permezz ta' proċeduri trasparenti f'kull każ individwali. Ir-responsabbiltà kriminali individwali tista' tiġi stabbilita biss fir-rispett sħiħ tas-separazzjoni tal-poteri, l-indipendenza sħiħa tal-ġudikatura u d-dritt ta' kull individwu għal proċes ġust quddiem il-Qorti, inkluż l-aċċes effettiv għal avukat. It-Turkija għandha tara li kull miżura tittieħed biss sal-livell strettament meħtieġ għall-eżiġenzi tas-sitwazzjoni u li f'kull każ ikun hemm prova ta' neċessità u proporzjonalità. Il-miżuri meħuda wara l-istat ta' emerġenza qegħdin taħt l-iskrutinju tal-Kunsill tal-Ewropa. It-Turkija għandha tindirizza b'mod urġenti r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa ta' Ottubru 2016.
Fir-rigward tal-kriterji politiċi, qabel l-attentat ta' kolp ta' stat il-Parlament kien impenjat b'aġenda leġiżlattiva kbira sabiex jimplimenta l-pjan ta' azzjoni ambizzjuż għar-riforma tal-gvern għall-2016 u r-rekwiżiti leġiżlattivi tal-pjan direzzjonali għal-liberalizzazzjoni tal-viża. Madankollu, diversi partijiet kruċjali tal-leġiżlazzjoni adottata rigward l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali ma kinux konformi mal-istandards Ewropej, bħal fil-każ tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-dejta. Il-konfront politiku kompla jfixkel il-ħidma leġiżlattiva. L-adozzjoni f'Mejju ta' liġi li tippermetti li titneħħa l-immunità ta' għadd kbir ta' deputati, kif ukoll id-detenzjonijiet u l-arresti li kien hemm wara dan ta' diversi Membri tal-Parlament tal-HDP, inkluż żewġ Ko-Presidenti, f'Novembru, dan kollu jagħti lok għal preokkupazzjoni.
Is-sitwazzjoni fix-xlokk tal-pajjiż baqgħet waħda mill-aktar sfidi kritiċi għall-pajjiż. It-Turkija għaddiet minn deterjorament serju ħafna fejn tidħol is-sitwazzjoni tas-sigurtà, li wassal biex kien hemm numru qawwi ta' vittmi wara l-kollass tal-proċess ta' riżoluzzjoni Kurd f'Lulju 2015 u sofriet bosta attakki terroristiċi qattiela kbar mill-PKK u minn Da’ esh. L-awtoritajiet komplew bil-kampanja estensiva tagħhom militari kontra t-terrorizmu u ta' sigurtà kontra l-Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan (PKK) li għadu fuq il-lista tal-UE ta' organizzazzjonijiet terroristiċi. Kien hemm rapporti dejjem jiżdiedu dwar allegazzjonijiet serji ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u l-użu sproporzjonat tal-forza mill-forzi tas-sigurtà fix-xlokk. Ħafna rappreżentanti eletti u uffiċjali eżekuttivi muniċipali fix-xlokk tal-pajjiż ġew sospiżi, imneħħija minn dmirijiethom jew arrestati b'akkużi relatati mat-terroriżmu, xi uħud minnhom abbażi ta' digrieti skont l-istat ta' emerġenza wara l-attentat ta' kolp ta' stat. Madankollu, l-miżuri ta' kontra t-terroriżmu jridu jkunu proporzjonati u jridu jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem. Ir-riżoluzzjoni tal-kwistjoni tal-Kurdi permezz ta' proċess politiku hija l-unika triq 'l quddiem. ir-rikonċiljazzjoni u r-rikostruzzjoni wkoll qegħdin isiru kwistjonijiet kruċjali għall-awtoritajiet biex jindirizzaw.
Is-soċjetà ċivili għamlet l-isforzi li setgħet biex tibqa' attiva u involuta fil-ħajja pubblika. L-organizzazzjonijiet indipendenti tas-soċjetà ċivili rarament ikunu involuti fil-proċessi tat-tfassil tal-liġijiet u tal-politika. Xi wħud mir-rappreżentanti tagħhom, inklużi difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ġew arrestati u kien hemm allegazzjonijiet kredibbli ta' intimidazzjoni. Għadd kbir ta' organizzazzjonijiet ingħalqu bħala parti mill-miżuri ta' wara l-kolp ta' stat meħuda mill-gvern minħabba allegazzjonijiet ta' rabtiet mal-moviment Gülen.
It-Turkija hija moderatament imħejjija fil-qasam tar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, b'impenn qawwi favur amministrazzjoni miftuħa u risponsiva. Madankollu, kien hemm rigress fil-qasam tas-servizz pubbliku u l-ġestjoni tar-riżorsi umani b'mod partikolari wara l-attentat ta' kolp ta' stat. L-impatt strutturali fuq il-funzjonament tas-servizz ċivili tal-miżuri li ttieħdu wara l-attentat ta' kolp ta' stat għad irid jiġi evalwat.
Is-sistema ġudizzjarja tat-Turkija hija fi stadju bikri/għandha xi livell ta' tħejjija. Kien hemm rigress matul is-sena li għaddiet, b'mod partikolari fir-rigward tal-indipendenza tal-ġudikatura. Il-bidliet estensivi fl-istrutturi u l-għamla tal-qrati superjuri huma ta' tħassib serju u mhux konformi mal-istandards Ewropej. L-imħallfin u l-prosekuturi għadhom qegħdin jitneħħew mill-professjoni tagħhom u f'xi każijiet kienu arrestati fuq allegazzjonijiet ta' konfoffi mal-moviment Gülen. Din is-sitwazzjoni kompliet sejra għall-agħar wara l-attentat ta' kolp ta' stat f'Lulju, meta wieħed minn kull ħames imħallfin u prosekuturi tkeċċew u l-assi tagħhom ġew iffriżati. Il-ġudikatura trid taħdem f'ambjent li jippermettilha twettaq il-kompiti tagħha b'mod indipendenti u imparzjali, bl-eżekuttiv u l-leġiżlatura jirrispettaw kompletament is-separazzjoni tal-poteri. Bl-istat ta' emerġenza, it-Turkija kompla jestendi, fir-rigwad ta' ċerti reati, id-detenzjoni ta' qabel il-ġuri għal 30 jum mingħajr aċċess għal imħallef, kontra l-każistika tal-ECtHR u parti importanti tal-ġudikatura hija suġġetta għal dawn il-miżuri.
Il-pajjiż għandu xi livell ta' tħejjija fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Il-korruzzjoni għadha prevalenti f'ħafna oqsma u għadha problema serja. L-adozzjoni ta' strateġija ġdida u ta' pjan ta' azzjoni kontra l-korruzzjoni hija pass 'il quddiem anki jekk għadha limitata fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha. Il-qafas legali għadu jbati minn nuqqasijiet kbar u l-influwenza tal-eżekuttiv fuq l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' każijiet ta' korruzzjoni bi profil għoli għadha sors ewlieni ta' tħassib. Il-perċezzjoni tal-korruzzjoni għadha għolja.
It-Turkija kisbet ċertu livell ta' tħejjija fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata. Il-kapaċità istituzzjonali tqawwiet u ġew adottati strateġiji u pjanijiet ta' azzjoni ġodda. Madankollu, l-istatistika dwar l-għadd ta' kundanni finali u indikaturi importanti oħra ma humiex disponibbli. L-investigazzjonijiet finanzjarji għadhom mhux qed jintużaw biżżejjed. L-iffriżar prekawzjonali tal-assi rarament jiġi applikat u l-livell tal-assi kkonfiskati huwa baxx. Fil-ġlieda kontra t-terroriżmu hemm qafas legali komprensiv dwar il-finanzjament tat-terroriżmu. Il-liġi kontra t-terroriżmu mhijiex konformi mal-acquis fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni u d-definizzjonijiet u l-applikazzjoni tagħha jqajmu tħassib serju fejn jidħlu d-drittijiet fundamentali. Kemm il-leġiżlazzjoni kriminali kif ukoll il-leġiżlazzjoni ta' kontra t-terroriżmu jeħtieġ li jinġiebu konformi mal-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, mingħajr ma titnaqqas il-ħila tat-Turkija li tiġġieled it-terroriżmu. Il-prinċipju tal-proporzjonalità għandu jiġi osservat fil-prattika.
Il-qafas legali Tork jinkludi garanziji ġenerali tar-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali, li jeħtieġ li jittejjeb aktar. L-infurzar tad-drittijiet li jirriżultaw mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (ECHR - European Convention on Human Rights) u l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (ECtHR - European Court of Human Rights) għadha mhijiex garantita. Kienu rrappurtati bosta allegazzjonijiet ta' ksur serju tal-projbizzjoni tat-tortura u t-trattament ħażin u tad-drittijiet proċedurali fil-ġranet ta' wara l-attentat ta' kolp ta' stat. Madankollu, il-miżuri kollha li jittieħdu għandhom ikunu konformi mal-prinċipji tal-proporzjonalità u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Il-Liġi l-Ġdida dwar l-Istituzzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Ugwaljanza tat-Turkija hija pass fid-direzzjoni t-tajba. Hija tinkludi dispożizzjonijiet dwar il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni fuq għadd kbir ta' raġunijiet, iżda ma tkoprix b'mod espliċitu l-orjentazzjoni sesswali. Għad hemm il-ħtieġa li tiġi adottata liġi totalment komprensiva ddedikata lill-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni. Teżisti lakuna legali f'każijiet ta' drittijiet tal-bniedem peress li l-istituzzjoni nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ugwaljanza għadha ma ġietx stabbilita. Id-drittijiet tal-aktar gruppi vulnerabbli u ta' persuni li jappartjenu għall-minoritajiet għandhom ikunu mħarsa b'mod xieraq. Il-vjolenza sessista, id-diskriminazzjoni, id-diskors ta' mibegħda kontra l-minoranzi, ir-reati ta' mibegħda u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem tal-persuni leżbjani, gay, bisesswali, transgender u intersex (LGBTI) għadhom sors ta' tħassib serju.
Kien hemm rigress serju matul is-sena li għaddiet fil-qasam tal-libertà tal-espressjoni . L-applikazzjoni selettiva u arbitrarja tal-liġi, b'mod partikolari tad-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà nazzjonali u l-ġlieda kontra t-terroriżmu, qiegħda jkollha impatt negattiv fuq il-libertà tal-espressjoni. Kawżi kriminali ġodda u dawk li għadhom għaddejjin kontra ġurnalisti, kittieba jew utenti tal-midja soċjali, l-irtirar tal-akkreditazzjonijiet, l-għadd kbir ta' arresti ta' ġurnalisti kif ukoll l-għeluq ta' bosta kumpaniji tal-midja wara l-attentat tal-kolp ta' stat ta' Lulju huma ta’ tħassib serju. Il-libertà tal-assemblea għadha ristretta ħafna, kemm fil-liġi kif ukoll fil-prattika.
It-Turkija għadha tesprimi l-appoġġ għat-taħditiet dwar ir-riunifikazzjoni ta' Ċipru bejn il-mexxejja taż-żewġ komunitajiet, u għall-isforzi tal-Konsulent Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU. L-impenn u l-kontribut tat-Turkija f'termini konkreti għal soluzzjoni komprensiva għadhom kruċjali. Madankollu, it-Turkija għadha ma implimentatx l-obbligi tagħha biex tiżgura implimentazzjoni sħiħa u mhux diskriminatorja tal-Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u għadha ma neħħietx l-ostakli kollha fuq il-moviment ħieles tal-prodotti, inkluż r-restrizzjonijiet fuq ir-rotot ta' trasport diretti ma' Ċipru. Ma sar l-ebda progress fejn tidħol in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bilaterali mar-Repubblika ta’ Ċipru. Il-konklużjonijiet dwar it-Turkija adottati mill-Kunsill (Affarijiet Ġenerali u Relazzjonijiet Esterni) fl-11 ta’ Diċembru 2006 u approvati mill-Kunsill Ewropew f'Diċembru 2006 għadhom fis-seħħ. Huma jistipulaw li n-negozjati ma jinfetħux fuq tmien kapitoli
marbuta mar-restrizzjonijiet tat-Turkija rigward ir-Repubblika ta' Ċipru u li ma huwa se jingħalaq b'mod proviżorju l-ebda kapitolu sakemm il-Kummissjoni tikkonferma li t-Turkija tkun implimentat għal kollox il-Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni.
It-Turkija jeħtieġ li tikkommetti ruħha b'mod inekwivoku għal relazzjonijiet tajba tal-viċinat, ftehimiet internazzjonali, u għar-riżoluzzjoni paċifika tat-tilwim f'konformità mal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, b'rikors, jekk meħtieġ, għall-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja. F'dan il-kuntest, l-UE esprimiet għal darb'oħra tħassib serju u ħeġġet lit-Turkija sabiex tevita kull tip ta' theddid jew azzjoni diretta kontra Stat Membru, jew sors ta' frizzjoni jew azzjonijiet, li jkunu ta' ħsara għar-relazzjonijiet tajba tal-viċinat u għar-riżoluzzjoni paċifika tat-tilwim.
Fir-rigward tal-kriterji ekonomiċi, l-ekonomija tat-Turkija hija avvanzat sew u tista' tiġi kkunsidrata ekonomija tas-suq li tiffunzjona. Madankollu, l-iżbilanċ estern kbir jagħmel l-ekonomija Torka vulnerabbli għall-inċertezza finanzjarja, għall-bidliet fis-sentiment tal-investituri globali u għar-riskji politiċi. Il-Bank Ċentrali naqqas ir-rati tal-imgħax għalkemm l-inflazzjoni baqgħet ogħla sew mill-mira uffiċjali. L-ambjent tan-negozju kompla jmur għall-agħar minħabba l-azzjonijiet immirati kontra l-mezzi tax-xandir u nies fin-negozju li jikkritikaw lill-gvern, u kontra l-avversarji politiċi permezz tal-użu attiv tal-amministrazzjoni fiskali, ir-reati finanzjarji u l-qrati. L-implimentazzjoni ta' riformi strutturali biex jitjieb il-funzjonament tas-swieq għall-prodotti, is-servizzi u x-xogħol, waqfet. B'mod ġenerali, kien hemm rigress.
It-Turkija għandha livell tajjeb ta' tħejjija biex tikseb il-kapaċità li tlaħħaq mal-pressjoni kompetittiva u l-forzi tas-suq fl-UE. Sar xi progress f'numru ta' oqsma, b'mod partikolari permezz ta' aktar liberalizzazzjoni tas-settur tal-enerġija. Għad hemm problemi sinifikanti fir-rigward tal-kwalità tal-edukazzjoni. Hemm ukoll problemi ta' aċċess għall-edukazzjoni tal-bniet. L-apprezzament reali tal-lira naqqas il-kompetittività tal-ekonomija fejn jidħlu prezzijiet.
Rigward l-abbiltà tagħha li tieħu fuqha l-obbligi tas-sħubija, it-Turkija kompliet tallinja tuħha mal-acquis. Bl-eċċezzjoni pożittiva tal-ħidma marbuta mal-liberalizzazzjoni tal-viża, l-isforzi komplew b'pass kajman. It-Turkija hija avvanzaa sew fl-oqsma tal-liġi tal-kumpaniji, in-netwerks Trans-Ewropej, u x-xjenza u r-riċerka u kisbet livell tajjeb ta' tħejjija fl-oqsma tal-moviment liberu tal-merkanzija, il-liġi tal-proprjetà intellettwali, is-servizzi finanzjarji, il-politika dwar l-intrapriżi u l-politika industrijali, il-protezzjoni tal-konsumatur u tas-saħħa, l-unjoni doganali, ir-relazzjonijiet esterni u l-kontroll finanzjarju. It-Turkija hija mħejjija biss b'mod moderat fejn jidħol l-akkwist pubbliku peress li għad fadal diskrepanzi kbar fl-allinjament tagħha. It-Turkija hija mħejjija b'mod moderat fil-qasam tal-istatistika u tal-politika dwar it-trasport fejn huma meħtieġa sforzi sinifikanti ulterjuri fl-oqsma kollha. It-Turkija laħqet biss xi livell ta' tħejjija fl-ambjent u t-tibdil fil-klima fejn politiki aktar ambizzjużi u politiki koordinati aħjar għad iridu jiġu stabbiliti u implimentati. Fl-oqsma kollha, jeħtieġ li tingħata aktar attenzjoni għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni filwaqt li bosta oqsma jeħtieġu aktar progress sinifikanti biex jintlaħaq allinjament leġislattiv mal-acquis tal-UE.
Il-Montenegro
Rigward il-kriterji politiċi, ftehim politiku dwar l-organizzazjoni ta' elezzjonijiet ħielsa u ġusti wassal għall-istabbiliment ta' "gvern ta' fiduċja elettorali" f'Mejju. Minkejja l-polarizzazzjoni li tippersisti fl-ambjent politiku, dan ta prova tal-ħila li jistgħu jintlaħqu l-kompromessi bejn il-gvern u partijiet mill-oppożizzjoni. L-elezzjonijiet parlamentari ta' Ottubru 2016 saru taħt qafas legali sostanzjalment rivedut. Minkejja dewmien tekniku u relazzjonijiet diffiċli bejn l-istituzzjonijiet responsabbli, b'mod ġenerali, il-preparazzjonijiet tal-elezzjoni tmexxew b'mod aktar parteċipattiv u trasparenti. L-elezzjonijiet saru f'ambjent kompetittiv u kienu kkaratterizzati min rispett, b'mod ġenerali, għal-libertajiet fundamentali. L-awtoritajiet nazzjonali relevanti mistennija li jinvestigaw b'mod malajr u trasparenti xi allegazzjonijiet ta' irregolaritajiet proċedurali, l-arresti li saru u l-għeluq temporanju ta' żewġ pjattaformi mobbli ta' komunikazzjoni. Ma kien hemm ebda segwitu politiku għall-abbuż allegat ta' fondi pubbliċi għal finijiet politiċi partiġġjani ("il-każ tar-reġistrazzjonijiet awdjo").
Il-Montenegro huwa mħejji b'mod moderat fejn tidħol ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika tiegħu. Sar xi progress, b'mod partikolari bl-adozzjoni tal-istrateġija ta' riforma tal-amministrazzjoni pubblika 2016-2020, tal-programm tar-riforma tal-ġestjoni finanzjarja pubblika, id-dħul fis-seħħ tal-liġi l-ġdida dwar is-salarji u s-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi. Madankollu, tinħtieġ rieda politika qawwija biex tiġi indirizzata b'mod effettiv id-depolitiċizzazzjoni tas-servizz pubbliku u biex l-amministrazzjoni tal-Istat tiċċekken għad-daqs tajjeb tagħha.
Is-sistema ġudizzjarja hija mħejjija b'mod moderat. Matul il-perjodu ta' rappurtar, il-Montenegro għamel xi progress f'dan il-qasam. Il-kapaċità tal-Kunsill Ġudizzjarju u tal-Prosekuzzjoni tjiebet. Madankollu, il-qafas leġiżlattiv il-ġdid biex tiżdied l-indipendenza, ir-responsabbiltà u l-professjonalità tal-ġudikatura, kif ukoll il-Kodiċi tal-Etika, għadhom ma ġewx implimentati b'mod sħiħ. Hemm bżonn li jitkomplew il-miżuri sabiex jonqos in-numru ta' kawżi pendenti u t-tul totali tal-proċedimenti.
Il-Montenegro kiseb ċertu livell ta' tħejjija fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Il-korruzzjoni għadha prevalenti f'ħafna oqsma u għadha problema serja. L-Aġenzija kontra l-Korruzzjoni bdiet il-ħidma tagħha fl-2016. Il-proċess tal-bini tal-istituzzjonijiet huwa kważi lest. L-istituzzjonijiet kollha għandhom jagħtu prova ta' attitudni iżjed proattiva biex iwettqu l-mandat tagħhom. Minkejja xi passi oħra meħuda, l-istorja pożittiva kemm dwar is-suċċess tal-investigazzjonijiet kif ukoll tal-kundanni, b'mod partikolari f'każijiet ta' korruzzjoni ta' livell għoli, u fuq il-prevenzjoni tal-korruzzjoni għadha limitata. Il-Montenegro jeħtieġ iżid il-kapaċità biex iwettaq investigazzjonijiet finanzjarji u jiġi stabbilit rekord ta' qbid u konfiska ta' assi kriminali.
Il-Montenegro kiseb ċertu livell ta' tħejjija fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata. Sar xi progress, partikolarment dwar it-tisħiħ tal-qafas istituzzjonali, legali u regolatorju. Għandhom jitkomplew l-isforzi biex tiġi żviluppata storja pożittiva rigward każijiet ta' kriminalità organizzata, speċjalment fir-rigward tat-traffikar tal-bnedmin u l-ħasil tal-flus fejn ir-riżultati huma limitati. L-għadd ta' tranżazzjonijiet bankarji suspettużi misjuba għadu baxx.
Il-Montenegro lesta numru ta' riformi leġislattivi biex ikompli jallinja ruħu mal-UE u mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u jiżgura li jkun hemm fis-seħħ mekkaniżmi xierqa sabiex jiġu protetti l-gruppi vulnerabbli mid-diskriminazzjoni. L-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni għadha dgħajfa. Emendi għall-qafas leġislattiv kumplessiv, li jiżguraw politika ta' sanzjonar koerenti għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, għadhom ma ġewx adottati. Il-kapaċità istituzzjonali jeħtieġ li tkompli titqawwa. Il-minoranza tar-Rom għadha l-aktar komunità vulnerabbli u diskriminata f'bosta oqsma differenti tal-ħajja.
Il-Montenegro kiseb xi livell ta' tħejjija fil-qasam tal-libertà tal-espressjoni, iżda ma sar l-ebda progress ulterjuri matul l-aħħar sena. L-għadd ta' każijiet ta' defamazzjoni għadu għoli, li jindika dgħjufija fil-mekkaniżmi ta' awtoregolazzjoni, kif ukoll li jeżistu sfidi fl-għarfien tar-rwol tal-midja. Il-Montenegro għad irid jilħaq allinjament kumplessiv mal-każistika tal-Qorti Ewropew tad-Drittijiet tal-Bniedem. L-uffiċċji ta' kumpanija waħda tal-midja kummerċjali ġarrbu xi ħsarat u għadd ta' ġurnalisti ġew fiżikament u verbalment attakkati u mhedda waqt protesti kontra l-gvern f'Ottubru 2015. Ma sar l-ebda progress fir-riżoluzzjoni ta' każijiet ta' attakki fuq il-ġurnalisti. Għandu jiġi żgurat li fir-reklamar tal-istat fuq il-midja jkun hemm it-trasparenza u li ma jkunx hemm diskriminazzjoni. Il-Kodiċi ta' Etika għall-Ġurnalisti, rivedut, għandu jiġi applikat b'mod effettiv u uniformi madwar il-komunità tal-midja.
Il-Montenegro għad għandu rwol konstruttiv fil-kooperazzjoni reġjonali. Huwa rratifika l-ftehimiet mal-Bożnija-Ħerzegovina u mal-Kosovo dwar il-fruntieri*.
Fejn jidħlu l-kriterji ekonomiċi, il-Montenegro huwa mħejji f'livell moderat fl-iżvilupp ta' ekonomija tas-suq effettiva. Sar xi progress fit-tisħiħ tal-funzjonament tas-swieq tal-finanzi u tax-xogħol, kif ukoll fit-titjib tal-ambjent tan-negozju. L-investimenti fl-infrastruttura u t-turiżmu huma ta' sostenn għall-attività ekonomika. Madankollu, id-dejn pubbliku li qiegħed jiżdied malajr, kif ukoll id-defiċits fiskali għolja, flimkien ma' żbilanċi esterni għolja, kif ukoll il-qgħad għoli, għadhom ta' tħassib. L-effetti kkombinati ta' investimenti kbar fl-infrastruttura pubblika kif ukoll diversi programmi ġodda ta' nefqa soċjali, bi spiża kbira, huma ta' sfida għas-sostenibbiltà fiskali. Huma meħtieġa miżuri korrettivi immedjati, skont l-appell tal-gwida ta' politika fl-ERP. Problemi oħra li jridu jiġu ffaċċjati jinkludu l-iżbilanċi esterni għolja u l-parteċipazzjoni baxxa fis-suq tax-xogħol kif ukoll it-tkabbir baxx fil-kreditu fost ħafna self indebolit mill-bank.
Il-Montenegro huwa mħejji f'livell moderat fil-ħila tiegħu li jlaħħaq mal-pressjoni kompetittiva u mal-forzi tas-suq fl-Unjoni. Sar xi progress fit-titjib tal-kwalità tal-infrastruttura, is-suq tal-enerġija u d-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija. Is-sostenn għall-SMEs huwa moderat iżda qiegeħd ftit ftit jiżviluppa. Madankollu, għad hemm bżonn ta' sforzi sostanzjali biex jiġi żviluppat il-kapital uman kif ukoll industrija kompetittiva orjentata lejn l-esportazzjoni.
Għar-rigward tal-abbiltà tiegħu li jieħu fuqu l-obbligi tas-sħubija, saret ħidma importanti fejn jidħol l-allinjament u t-tħejjija għall-implimentazzjoni tal-acquis u l-Montenegro huwa ppreparat f'livell moderat f'ħafna kapitoli, bħal ma hu l-moviment liberu tal-prodotti, l-akkwist pubbliku, l-istatistika kif ukoll il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà. Il-Montenegro kompla jallinja ruħu mal-pożizzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet komuni kollha tal-UE rigward l-affarijiet barranin u dawk li jolqtu s-sigurtà. Il-Montenegro jinsab fl-istadju bikri tat-tħejjija rigwar is-sajd u d-dispożizzjonijiet baġitarji u finanzjarji, u jinsab f'ċertu livell ta' tħejjija fil-qasam tal-ambjent u tat-tibdil fil-klima. Sar progress tajjeb fl-oqsma tal-moviment liberu tal-prodotti, tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, tas-sigurta tal-ikel, il-politika veterinarja u fitosanitarja, l-enerġija, l-ambjent u t-tibdil fil-klima, l-unjoni doganali, ir-relazzjonijiet esterni u l-kontroll finanzjarju. Għall-quddiem, il-Montenegro għandu jiffoka b'mod partikolari fuq il-politikà tal-kompetittività u l-politika ekonomika u monetarja. It-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva għall-iżgurar tal-applikazzjoni tal-acquis għadha sfida sostanzjali għall-Montenegro.
Is-Serbja
Għar-rigward tal-kriterji politiċi, l-elezzjonijiet nazzjonali bikrija, li saru f'April flimkien mal-elezzjonijiet provinċjali u lokali, saru f'atmosfera kalma. Huwa meħtieġ li jsir segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-osservaturi internazzjonali, inklużi dawk dwar it-trasparenza tal-iffinanzjar tal-kampanji u dwar il-proċess ta' reġistrazzjoni. Il-programm il-ġdid tal-gvern kien jinkludi l-adeżjoni mal-UE tas-Serbja bħala għan prijoritarju. L-involviment tal-parlament u ta' partijiet interessati, inkluża s-soċjetà ċivili, fil-proċess tal-adeżjoni, kompla jittejjeb. Madankollu, l-inklussività, it-trasparenza u l-kwalità tat-tfassil tal-liġijiet u s-sorveljanza effettiva tal-eżekuttiv jeħtieġ li jkomplu jittejbu, kif ukoll għandu jiġi limitat l-użu ta' proċeduri ta' urġenza. Hemm bżonn ta' riformi kostituzzjonali biex ikun hemm allinjament ma' standards tal-UE f'ċerti oqsma. Jeżisti lok għal titjib fil-kooperazjzoni bejn l-eżekuttiv u istituzzjonijiet regolatorji indipendenti.
Is-Serbja hija mħejjija fuq livell moderat fil-qasam tar-riforma fl-amministrazzjoni pubblika. Sar progress tajjeb bl-adozzjoni tal-programm ta' riforma tal-ġesjoni tal-finanzi pubbliċi, l-istrateġiji dwar is-servizzi elettroniċi tal-gvern u dwar ir-riforma regolatorja u t-tfassil tal-politika, u ta' liġijiet ġodda dwar proċeduri amministrattivi, is-salarji pubbliċi u l-uffiċjali taċ-ċivil fuq livell lokali u provinċjali. Is-Serbja jeħtieġ timplimenta l-miri ta' riforma tagħha, tipprofessjonalizza u tiddepolitiċizza l-amministrazzjoni u ġġib il-proċeduri ta' reklutaġġ u ta' tkeċċija aktar trasparenti, speċjalment dejn jidħlu pożizzjonijiet amministrattivi għolja.
Is-sistema ġudizzjarja laħqet ċertu livell ta' tħejjija. Ittieħdu xi passi għall-promozzjoni ta' sistema ta' rekrutaġġ ibbażata fuq il-mertu, u fl-armonizzazzjoni tal-ġurisprudenza. Hemm bżonn ta' aktar passi biex tiġi mrażżna l-influwenza politika. Il-kwalità u l-effiċjenza tal-ġudikatura u l-aċċess għall-ġustizzja għadhom imminati minn tqassim irregolari ta' każijiet, lista' twila ta' każijiet b'lura u min-nuqqas ta' sistema ta' għajnuna legali b'xejn.
Is-Serbja kisbet ċertu livell ta' tħejjija fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Il-korruzzjoni għadha prevalenti f'ħafna oqsma u għadha problema serja. L-isforz kontra l-korruzzjoni għad irid jagħti riżultati sinifikanti. Il-qafas istituzzjonali għadu mhux qiegħed jiffunzjona bħala deterrent kredibbli għal prassi li jikkorrompu. Jeħtieġ li jkun hemm storja pożittiva ta' investigazzjonijiet effettivi, prosekuzzjonijiet u sentenzi ta' kundanna f'każijiet ta' korruzzjoni, inkluż f'livell għoli.
Is-Serbja għandha ċertu livell ta' tħejjija fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata. Sar xi progress fl-adozzjoni ta' liġi tal-pulizija ġdida, fir-riorganizzazzjoni tal-Ministeru tal-Intern u fl-adozzjoni tal-ewwel evalwazzjoni dwar it-theddida mill-kriminalità serja u dik organizzata (SOCTA - Serious and Organised Crime Threat Assessment) Għad trid tiġi stabbilita storja pożittiva kredibbli fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata.
Il-qafas legali u istituzzjonali għar-rispett tad-drititjiet fundamentali qiegħed hemm. Hemm bżonn li tiġi assigurata l-implimentazzjoni konsistenti madwar il-pajjiż, inkluż fejn tidħol il-protezzjoni tal-minoritajiet. Ma sar l-ebda progress għat-titjib tal-eżerċizzju sħiħ tal-liberta tal-espressjoni, fejn is-Serbja kisbet ċertu livell ta' tħejjija. Is-Serbja kienet l-ewwel pajjiż involut fit-tkabbir li daħħal l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-UE. Hemm bżonn ta' aktar sforzi sostnuti biex titjieb is-sitwazzjoni ta' persuni li jappartjenu għall-grupp li l-aktar ibatu minn diskriminazzjoni (ir-Rom, il-leżbjani, il-gays, il-bisesswali, it-transgender u l-persuni intersex, il-persuni b'diżabbiltà, il-persuni li għandhom l-HIV/AIDS u gruppi soċjalment vulnerabbli oħra).
Is-Serbja pparteċipat b'mod kostruttiv f'inizjattivi reġjonali u ħadmet biex ittejjeb ir-relazzjonijiet bilaterali fi spirtu ta' rikonċiljazzjoni, relazzjonijiet tajba mal-viċinat u biex tistabbilixxi klima li twassal għall-indirizzar ta' kwistjonijiet bilaterali miftuħa u tal-feriti tal-passat. L-iffirmar f'Ġunju ta' dikjarazzjoni konġunta mal-Kroazja li taffaċċja kwistjonijiet bilaterali kien żvilupp pożittiv. Approċċ bħal dan huwa kruċjali għar-rikonċiljazzjoni, il-paċi u l-kooperazzjoni fir-reġjun, u għandu jiġi segwit b'mod konsistenti.
Għar-rigward tan-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet mal-Kosovo, is-Serbja għadha impenjata li timplimenta l-ftehimiet milħuqa fid-djalogu ffaċilitat mill-UE. Il-progress li sar kien wieħed limitat, anki minħabba l-proċess elettorali fis-Serbja u s-sitwazzjoni domestika fil-Kosovo. Madankollu, il-pass reġa' tħaffef f'Awwissu 2016 mal-bidu tal-ħidma fuq il-pont ta' Mitrovica u fuq il-libertà tal-moviment. Għad hemm bżonn ta' sforzi kontinwi għall-implimentazjoni tal-ftehimniet li diġà ntlaħqu mal-Kosovo. Il-passi meħuda għandu jkollhom impatt pożittiv u konkret fuq il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini kemm tas-Serbja kif ukoll tal-Kosovo.
Fejn jidħlu l-kriterji ekonomiċi, is-Serbja hija mħejjija f'livell moderat fl-iżvilupp ta' ekonomija tas-suq effettiva. Sar progress tajjeb biex jiġu indirizzati xi wħud mid-dgħjufijiet ta' politika, b'mod partikolari fejn jidħol id-defiċit tal-baġit u r-ristrutturar tal-impriżi li huma proprjeta pubblika. Ir-riformi ekonomiċi ġabu magħhom riżultati ċari fejn jidħlu l-prospetti għat-tkabbir u t-tnaqqis tal-iżbilanċi domestiċi u esterni. Fid-dawl tal-livell tad-dejn tal-gvern li għadu għoli, hemm bżonn li l-konsolidazzjoni fiskali tiġi sostnuta. Ir-ristrutturar tal-utilitajiet il-kbar tal-istat għad trid titlesta. L-attività tal-kreditu qiegħda tirkupra iżda l-livell għoli ta' self improduttiv għadha problema. Il-qgħad għadu għoli, partikolarment fost iż-żgħażagħ. L-espansjoni ulterjuri tas-settur privat hija mxekkla minn dgħjufijiet fl-istat tad-dritt.
Is-Serbja, hija mħejjija f'livell moderat fil-ħila tagħha li tlaħħaq mal-pressjoni kompetittiva u mal-forzi tas-suq fl-Unjoni. L-investimenti pubbliċi u privati żdiedu, għalkemm il-livell ta' attività ta' investiment għadu anqas mill-ħtiġijiet tal-eknomija. Il-kwalità, l-ugwaljanza u r-relevanza tal-edukazjzoni u t-taħriġ ma jlaħħqux mal-ħtiġijiet tas-soċjetà. Sar xi progress fir-rigward tas-sostenn lill-SMEs u l-imprenditorija iżda l-SMEs għandhom quddiemhom għadd ta' sfidi, inkluż ambjent tan-negozju mhux previdibbli, livell għoli ta' miżati para-fiskali, kif ukoll aċċess diffiċli u li jiswa' ħafna flus għall-finanzi.
Rigward l-abbiltà tagħha li tieħu fuqha l-obbligi tas-sħubija, is-Serbja kompliet tallinja tuħha mal-acquis tal-UE fis-setturi kollha. Ir-riżorsi finanzjarji u umani adegwati kif ukoll oqsfa strateġiċi sodi se jkunu kruċjali għaż-żamma tal-pass tar-riformi. Is-Serbja għandha livell tajjeb ta' tħejjija f'oqsma bħal ma huma l-liġi tal-kumpaniji, il-proprjetà intellettwali, ix-xjenza u r-riċerka, l-edukazzjoni u l-kultura u d-dwana. Is-Serbja jeħtiġilha li tkompli ttejjeb l-ippjanar tal-investiment u l-prijoritizzazzjoni ta' proġetti infrastrutturali strateġikament importanti u maturi permezz tal-Kumitat tagħha tal-Pajplajn ta' Proġett Uniku u tal-Investiment Nazzjonali, speċjalment fl-enerġija u t-trasport. Fl-oqsma tal-akkwist pubbliku, l-istatistika, il-politika monetarja jew il-kontroll finanzjnarju, is-Serbja hija mħejjija f'livell moderat. Is-Serbja se jkollha bżonn tallinja l-politika tagħha barranija u ta' sigurta ftit ftit mal-politika komuni barranija u ta' sigurtà tal-Unjoni Ewropea fil-perjodu li jwassal għall-adeżjoni. Is-Serbja jeħtieġ li tindirizza, bħala prijorità, kwistjonijiet ta' nuqqas ta' konformita mal-SAA, b'mod partikolari fir-rigward ta' miżuri ta' salvagardja dwar xi prodotti agrikoli, il-kontroll tal-għajnuna mill-Istat, u d-diskriminazzjoni fiskali.
Is-Serbja kompliet tiġi affettwata mill-kriżi tal-migrazzjoni. Dan ħoloq piż sostanzjali fuq is-sistema tagħha ta' ażil u ta' migrazzjoni. Is-Serbja baqgħet tikkoopera mal-pajjiżi ġirien u mal-Istati Membri, żgurat li jsiru verifiki effettivi fuq ir-rifuġjati u l-migranti, u għamlet sforzi sostanzjali biex tipprovdi kenn u provvisti umanitarji, bl-appoġġ tal-UE kif ukoll bl-appoġġ ta' oħrajn. Huwa importanti li l-impenn tas-Serbja jkompli. Is-Serbja għandha wkoll tkompli bl-isforzi tagħha li tnaqqas l-għadd ta' applikazzjonijiet infondati għall-ażil li jkunu ppreżentaw iċ-ċittadini tagħha fi Stati Membri tal-UE.
L-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja
Għar-rigward tal-kriterji politiċi, il-pajjiżi kellu jaffaċċja l-kontinwazzjoni tal-aktar kriżi politika serja mill-2001 'l hawn. Id-demokrazija u l-istat tad-dritt kienu qegħdin jiġu sfidati l-ħin kollu, b'mod partikolari minħabba l-manipulazzjoni tal-Istat li taffettwa l-funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi u oqsma kruċjali tas-soċjetà. Il-pajjiż isofri minn kultura politika ta' firda u nuqqas ta' ħila għall-kompromess. Fl-20 ta' Lulju u fil-31 ta' Awwissu 2016, il-mexxejja tal-erba' partiti politiċi ewlenin laħqu ftehim fuq l-implimentazjzoni tal-Ftehim ta' Pržino, inkluż bl-istabbiliment tal-11 ta' Diċembru 2016 bħala d-data li fiha jsiru elezzjonijiet parlamentari bikrija u bid-dikjarazzjoni tal-appoġġ tagħhom għall-ħidma tal-Prosekutur Speċjali. Huma saħqu wkoll fuq l-impenn tagħhom li jimplimetnaw il-"Prijoritajiet Urġenti ta' Riforma".
Is-sitwazzjoni interetnika baqgħet fraġli. Ir-reviżjoni tal-Ftehim ta' Qafas Ohrid, li temm il-kunflitt tal-2001 u jipprovdi l-qafas tar-relazzjonijiet interetniċi għad irid jitlesta b'mod trasparenti u inklussiv.
Is-soċjeta ċivili kellha rwol kostruttiv fl-appoġġ ta' proċessi demokratiċi u biex tiżgura li jkun hemm aktar kontrolli u bilanċi. Fl-istess ħin, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għadhom qegħdin jesprimu t-tħassib tagħhom rigward id-deterjorament tal-klima li fiha joperaw u dwar l-impenn limitat tal-gvern għad-djalogu, kif ukoll dwar l-attakki pubbliċi mill-politiċi u l-midja favur il-gvern.
Il-pajjiż huwa mħejji b'mod moderat fejn tidħol ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika tiegħu. Sar xi progress, għalkemm limitat, matul is-sena li għaddiet. Bdiet l-implimentazzjoni tal-qafas legali l-ġdid dwar l-amministrazzjoni tar-riżorsi umani. Madankollu, ma sarx biżżejjed progress fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet ta' qabel tal-Kummissjoni. Mhux talli l-kuntratti temporanji ma kinux qegħdin jiġu sospiżi, talli dawn kienu għadhom qegħdin jiġu trasformati f'permanenti mingħajr kompetizzjoni trasparenti. Linji ta' responsabbilta mhux effettivi, l-użu tas-settur pubbliku bħala strument politiku, l-allegazzjonijiet ta' pressjoni eżerċitata fuq impjegati pubbliċi u l-allegata politiċizzazzjoni tal-amministrazzjoni f'sena elettorali, għadhom ta' tħassib. Strateġija ta' riforma komprensiva fl-amministrazzjoni pubblika għall-2017-2022 qiegħda tiġi mħejjija, imma tard. Barra minn dan, in-nuqqas ta' impenn politiku biex jinkisbu riżultati fejn jidħlu r-riformi neċessarji fl-amministrazzjoni tal-finanzi pubbliċi wassal għal tnaqqis sinifikanti fl-assistenza finanzjarja mill-UE fl-2016.
Is-sistema ġudizzjarja tal-pajjiż laħqet xi livell ta' tħejjija. Madankollu, is-sitwazzjoni ilha sejra lura mill-2014 u l-kisbiet fil-proċess ta' riforma fl-għaxar snin ta' qabel ġew imminati bl-interferenza politika rikorrenti fil-ħidma tal-ġudikatura. L-awtoritajiet ma rnexxilhomx jagħtu prova ta' rieda politika neċessarja biex jiġu indirizzati b'mod effettiv il-kwistjonijiet sottostanti kif identifikati fil-"Prijoritajiet Urġenti ta' Riforma". Il-Prosekutur Pubbliku, uffiċċju li għadu kif ġie stabbilit, kellu jaffaċċja għadd ta' ostakoli, u dan wera l-ħtieġa li jiġi indirizzat b'mod effettiv in-nuqqas ta' indipendenza tal-ġudikatura u li ma jkunx hemm ġustizzja selettiva.
Rigward il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-pajjiż għandu xi livell ta' tħejjija. Il-korruzzjoni għadha prevalenti f'ħafna oqsma u għadha problema serja. Il-qafas leġiżlattiv u istituzzjonali ġie żviluppat. Madankollu, in-nuqqasijiet strutturali tal-Kummissjoni tal-Istat għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni kif ukoll l-interferenza politika fil-ħidma tagħha imminimizzaw l-impatt tal-isforzi li saru fil-passat. Għad hemm il-ħtieġa li tiġi stabbilita storja pożittiva konvinċenti, speċjalment fir-rigward ta' każijiet ta' korruzzjoni ta' livell għoli. Rigward il-ġlieda kontra l-kriminalita organizzata, il-pajjiż laħaq xi livell ta' tħejjija. Il-qafas leġiżlattiv huwa b'mod ġenerali konformi mal-istandards Ewropej u ġew maħduma strateġiji. Madankollu, il-kapaċità tal-infurżar tal-liġi biex jiġu investigati reati kriminali finanzjarji u biex jiġu kkonfiskati assi għad trid tiġi żviluppata ulterjorment.
Rigward il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-qafas leġiżlattiv u istituzzjonali huwa kumplessivament konformi mal-istandards Ewropej. Hemm bżonn ta' aktar sforzi fil-prattika biex jiġi żgurat ir-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem ta' gruppi vulnerabbli, inklużi r-refuġjati u l-migranti. Hemm ukoll nuqqas kontinwu ta' rieda politika u ta' riżorsi adegwati biex il-korpi relevanti ta' superviżjoni u ta' regolamentazzjoni jkunu jistgħu jwettqu l-mandat tagħhom b'mod indipendenti u effettiv. L-aktar kategoriji marġinalizzati tal-popolazzjoni għadhom mhux qegħdin jingħataw il-protezzjoni sħiħa. Fil-qasam tal-libertà tal-espressjoni, il-pajjiż għandu xi livell ta' tħejjija. Madankollu, il-libertà tal-espressjoni u s-sitwazzjoni tal-midja għadhom ta' sfida serja fil-klima politika preżenti.
Għar-rigward tal-kooperazzjoni reġjonali, il-pajjiż b'mod ġenerali għad għandu relazzjonijiet tajbin ma' pajjiż oħra involuti fit-tkabbir u pparteċipa b'mod attiv f'inizjattivi reġjonali. Ittieħdu passi biex jitjiebu r-relazzjonijiet tajbin fil-viċinat, inkluż permezz ta' progress li sar reċenti fl-implimentazzjoni tal-miżuri li jkattru l-fiduċja mal-Greċja. Il-"kwistjoni tal-isem" jeħtieġ li tiġi riżolta urġentement.
Għar-rigward tal-kriterji ekonomiċi, l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha livell tajjeb ta' tħejjija fl-iżvilupp ta' ekonomija tas-suq effettiva. Kumplessivalemnt, ma sar l-ebda progress lejn ekonomija tas-suq effettiva matul il-perjodu ta' rappurtar. L-istabbilità makroekonomika ġiet ippreservata u l-ambjent makroekonomiku kompla jissaħħaħ fl-2015. Dan kien sostnut minn nefqa liema bħalha fuq l-infrastruttura pubblika u minn investiment dirett barrani, għalkemm kienu osservati sinjali ta' dgħjufija fl-ewwel kwart tal-2016. Minkejja li l-qgħad baqa' għoli, b'mod partikolari fejn jidħlu ż-żgħażagħ, dan naqas matul il-perjodu ta' rappurtar. Għad hemm ċerti vulnerabbiltajiet, madankollu, bħal ma hi l-kompetittività tas-settur domestiku privat li hija mtellfa minn infurzar dgħajjef tal-kuntratti, l-ekonomija informali kbira, u aċċess diffċli għal-finanzi. L-immaniġġjar tal-finażi pubbliċi ma kompliex jittejjeb u d-dejn pubbliku kompla jiżdied.
L-ekonomija għandha livell moderat ta' tħejjija biex tlaħħaq mal-pressjoni kompetittiva u l-forzi tas-suq fl-Unjoni. Sar xi progress biex jiddakkru l-innovazzjoni u l-investimenti barranin, u d-diġitalizzazzjoni qegħda tagħmel progress mgħaġġel. L-ekonomija mhix diversifikata tajjeb, madankollu, u l-industrija tal-manifattura l-aktar li tipproduċi huma prodotti ta' valur miżjud baxx. L-ekonomija kompliet issofri minn dgħjufijiet fil-kurrukula tal-edukazzjoni, rati baxxi ta' innovazzjoni u ħtiġijiet sinifikanti ta' investiment, inkluż fl-infrastruttura pubblika, li tagħmilha anqas kompetittiva.
Għar-rigward tal-ħila tiegħu li jieħu fuqu l-obbligi tas-sħubija, il-pajjiż għandu tħejjija moderata fil-biċċa l-kbira tal-oqsma, inkluż fl-oqsma tal-kompetizzjoni, it-trasport u l-enerġija. Huma meħtieġa aktar sforzi b'mod ġenerali, b'mod partikolari f'dawk il-ftit oqsma fejn il-pajjiż għadu fi stat bikri ta' tħejjija, bħal fil-każ tal-moviment liberu tal-ħaddiema. Hemm bżonn ukoll ta' aktar iffokar fuq il-kapaċità amministrattiva u l-implimentazzjoni effettiva.
Il-pajjiż kompla jiġi affettwat mill-kriżi tal-migrazzjoni. Dan ħoloq piż sostanzjali fuq is-sistema tiegħu ta' ażil u ta' migrazzjoni. Il-pajjiż baqa' jikkoopera mal-pajjiżi ġirien u mal-Istati Membri, u għamel sforzi biex jipprovdi kenn u provvisti umanitarji, bl-appoġġ tal-UE kif ukoll bl-appoġġ ta' oħrajn. Il-pajjiż għandu jkompli bl-isforzi tiegħu biex jiżgura verfika effettiva tar-refuġjati u tal-migranti u li jindirizza l-ħtiġijiet relevanti ta' protezzjoni. Il-pajjiż għandu wkoll ikompli bl-isforzi tiegħu li jnaqqas l-għadd ta' applikazzjonijiet infondati għall-ażil li jkunu ppreżentaw iċ-ċittadini tiegħu fi Stati Membri tal-UE.
L-Albanija
Għar-rigward tal-kriterji politiċi, bl-eliminazzjoni tal-polarizzazzjoni preċedenti, il-Parlament tal-Albanija adotta b'unanimità emendi kostituzzjonali biex iniedi riforma profonda u komprensiva fis-sistema tal-ġustizzja u l-esklużjoni ta' dawk ħatja ta' reati kriminali minn karigi pubbliċi. Fid-dawl tal-elezzjonijiet ġenerali li jmiss, li għandhom isiru fl-2017, l-Albanija mistennija tadotta fiż-żmien propizju emendi għall-kodiċi elettorali kif ukoll riformi relatati. Dawn għandhom jindirizzaw b'mod partikolari n-nuqqas ta' imparzjalità u ta' professjonalità tal-amministrazzjoni elettorali. L-adozzjoni tal-liġi li tistabbilixxi l-kunsill nazzjonali għas-soċjetà ċivili pprovda l-qafas għal konsultazzjonijiet aktar strutturali mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.
L-Albanija hija mħejjija b'mod moderat fejn tidħol ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika tagħha. L-implimentazzjoni ta' proċeduri ta' reklutaġġ aktar trasparenti tal-ħaddiema taċ-ċivil, kif ukoll l-implimentazzjoni tar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika u l-istrateġiji ta' riforma tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi baqgħu għaddejjin. Huwa kruċjali li jkun hemm aktar progress biex jiġu kkonsolidati l-kisbiet lejn amministrazzjoni pubblika aktar effiċjenti, depolitiċizzata u professjonali.
Is-sistema ġudizzjarja tal-Albanija laħqet xi livell ta' tħejjija. Ġew adottati emendi kostituzzjonali marbuta mal-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-sistema tal-ġustizzja. Dan iwitti t-triq għal riforma profonda u komprensiva tas-sistema tal-ġustizzja. Il-ħidma għar-rigward tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni marbuta ma' dan ukoll kompliet għaddejja: ġew adottati liġi dwar ir-rievalwazzjoni (il-verifika) tal-imħallfin, il-prosekuturi u l-konsulenti legali, kif ukoll ġabra ta' liġijiet kruċjali li jipprovdu riorganizzazzjoni istituzzjonali tal-istrutturi ġudizzjarji. Barra minn dan, qegħdin jitħejjew madwar 40 test leġiżlattiv, li jinsabu f'diversi stadji ta' preparazzjoni. Hemm bżonn li jsir aktar progress biex din il-leġiżlazzjoni tiġi adottata u implimentata. L-amministrazzjoni tal-ġustizzja baqgħet issofri minn ritmu batut u ineffiċjenti; il-korruzzjoni baqgħet qawwija madwar is-settur.
L-Albanija kisbet ċertu livell ta' tħejjija fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Ġiet adottata liġi dwar il-protezzjoni tal-whistle-blowers. Il-prosekuturi u l-pulizija kisbu aċċess għar-reġistri elettroniċi nazzjonali, bil-ħsieb li tiġi skambjata informazzjoni sensittiva u biex tiżdied l-effiċjenza tal-investigazzjonijiet. Hemm bżonn ta' aktar progress biex tiġi stabbilita storja soda ta' investigazzjonijiet, prosekuzzjonijiet u ta' kundanni. Hemm bżonn ta' aktar sforzi biex il-korruzzjoni tiġi miġġielda f'livell għoli. Hemm bżonn li jittejbu l-investigazzjonijiet proattivi, l-evalwazzjonijiet ta' riskju sistematikċi kif ukoll il-kooperazzjoni interistituzzjonali. Il-korruzzjoni għadha prevalenti f'ħafna oqsma u għadha problema serja.
Il-pajjiż kiseb ċertu livell ta' tħejjija fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata. Sar xi progress b'mod partikolari fl-identifikazzjoni u l-qerda tal-pjantaġġjuni tal-kannabis. Il-puliżija ġiet immodernizzata u l-kooperazzjoni tal-puliżija ġiet intensifikata, speċjalment mal-Europol. Madankollu, il-kooperazzjoni bejn il-pulizija u l-prosekuzzjoni jeħtieġ li tkompli tissaħħaħ biex in-netwerks kriminali jiġu żarmati b'mod aktar effettiv. L-għadd ta' kundanni finali f'każijiet ta' kriminalità organizzata għadu baxx, u kien hemm biss żieda żgħira fl-aħħar snin. L-investigazzjonijiet finanzjarji marbuta mal-gruppi ta' kriminalità organizzata ma jiġux użati b'mod sistematiku u effettiv. Għad ma hemmx storja pożittiva biżżejjed tal-iffiriżar u l-konfiska ta' assi akkwistati b'mod illegali.
Il-qafas legali għall-protezzjoni tad-drittjiet tal-bniedem huwa bejn wieħed u ieħor konformi mal-istandards Ewropej. L-Albanija irratifikat il-biċċa l-kbira tal-konvenzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem. Madankollu, l-infurzar tal-mekkaniżmi tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem għad irid jissaħħaħ. Għar-rigward tal-libertà tal-espressjoni, l-Albanija kisbet xi livell ta' tħejjija / kisbet livell moderat ta' tħejjija. L-ambjent b'mod ġenerali jwassal għal-liberta tal-espressjoni, iżda hemm bżonn ta' implimentazzjoni aħjar tal-leġiżlazzjoni. L-indipendenza tal-awtorità regolatorja u tax-xandar pubbliku trid tissaħħaħ aktar, u għad trid tittejjeb it-trasparenza tar-reklamar mill-Istat fil-midja. L-Albanija ħadet miżuri biex tindirizza r-restituzzjoni ta' proprjetà kkonfiskata fi żmien il-Komuniżmu, jew li jingħata kumpens għaliha. Iddaħħlet liġi ġdida fis-seħħ għall-istabbiliment ta' mekkaniżmu nazzjonali għall-kumpens. Hemm bżonn ukoll li jsiru avvanzi fil-proċess tar-reġistrazzjoni tal-proprjetà. Jeħtieġ li jittejbu l-kundizzjonijiet ta' għajxien tar-Rom u tal-Eġizzjani
. Hemm bżonn ta' aktar sforzi biex tiġi żviluppata storja pożittiva ta' każijiet kontra d-diskriminazzjoni. Il-mekkaniżmi istituzzjonali għall-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal u biex tiġi mrażżna l-vjolenza bbażata fuq il-ġeneru għadhom batuti. Il-leġiżlazzjoni dwar il-ġustizzja għall-minorenni għad trid tinġieb konformi mal-istandards internazzjonali.
L-Albanija baqgħet iżżomm rwol kostruttiv u proattiv fil-kooperazzjoni reġjonali u għandha relazzjonijiet tajbin ta' viċinat konformi mal-impenji tagħha skont il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.
Fejn jidħlu l-kriterji ekonomiċi, l-Albanija hija mħejjija f'livell moderat fl-iżvilupp ta' ekonomija tas-suq effettiva. Sar xi progress fit-titjib tal-bilanċ tal-baġit, fil-ġlieda kontra l-ekonomija informali u fir-riforma tas-settur tal-enerġija elettrika. It-tkabbir ekonomiku aċċellarat, u s-sitwazzjoni fis-suq tax-xogħol tjiebet, iżda l-qgħad għadu għoli. Id-dejn pubbliku għadu ma bediex jonqos, filwaqt li n-nuqqas rikorrenti fl-eżekuzzjoni tan-nefqa tal-gvern għadu hemm. Is-settur finanzjarju huwa stabbli. Madankollu, is-settur bankarju għadu mtaqqal b'self improduttiv u l-kreditu qiegħed jikber bil-mod. Ir-regolamenti li jolqtu n-negozju huma kkumplikati u n-nuqqasijiet fejn jidħol l-istat tad-dritt għadhom ta' xkiel għall-investimenti. Ir-riforma tal-ġustizzja li għadha għaddejja mistennija li jkollha impatt materjali fuq l-ambjent ta' negozju.
L-Albanija kisbet xi livell ta' tħejjija biex tikseb il-kapaċità li tlaħħaq mal-pressjoni kompetittiva u l-forzi tas-suq fl-Unjoni. Sar xi progress b'mod partikolari fejn tidħol l-edukazzjoni għolja u vokazzjonali. Madankollu, il-kwalità tal-edukazzjoni hemm bżonn li tittejjeb fil-livelli kollha sabiex in-nies ikunu f'qagħda aħjar fejn jidħlu l-ħiliet u l-għarfien, f'konformità mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol. Bdew l-isforzi għall-prijoritizzazzjoni tal-investimenti infrastrutturali, iżda n-nuqqasijiet fl-infrastruttura tat-trasport, tal-enerġija u dik diġitali għadhom ixekklu l-kompetittività u jirrestrinġu l-kummerċ. Il-kummerċ internazzjonali ma jilħaqx il-potenzjal tiegħu u jinsab ikkonċentrat settorjalment b'mod li jġib lill-ekonomija vulnerabbli. Il-kapaċità għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni għadha baxxa.
L-Albanija kompliet tallinja l-leġiżlazzjoni tagħha mar-rekwiżiti tal-UE f'għadd ta' oqsma, b'mod li tejbet l-abbilta tagħha li tieħu fuqha l-obbligi tas-sħubija. F'ħafna oqsma, il-pajjiż huwa mħejji f'livell moderat, bħal fil-każ tal-kontroll finanzjarju, jew laħaq ċertu livell ta' tħejjija, inkluż fl-oqsma tal-akkwist pubbliku u l-istatistika. L-Albanija se jkollha bżonn tkompli bl-isforzi tagħha għar-rigward tal-preparazzjonijiet ġenerali għall-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-acquis tal-UE. Għandha tkompli taħdem fuq l-iżvilupp tan-netwerks tat-trasport u tal-enerġija, anki bil-ħsieb ta' titjib tal-konnettività madwar ir-reġjun. Il-kapaċità amministrattiva u l-istandards professjonali tal-korpi li huma inkarigati bl-implimentazzjoni tal-acquis hemm bżonn li tissaħħaħ u li tiġi salvagwardjata l-indipendenza tal-korpi regolatorji. It-titjib tat-trasparenza u tar-responsabbiltà, b'mod partikolari biex jiġi żgurat il-funzjonament effettiv, effikaċi u trasparenti tas-sistema tal-akkwist pubbliku u tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, għadu essenzjali. L-Albanija kompliet tallinja ruħħa kompletament mal-pożizzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet komuni kollha tal-UE rigward l-affarijiet barranin u dawk li jolqtu s-sigurtà.
L-għadd ta' applikazzjonijiet infondati għall-ażil li tressqu minn ċittadini Albaniżi fi Stati Membri tal-UE u l-pajjiżi assoċjati ma' Schengen baqa' għoli. L-Albanija trid tieħu azzjoni immedjata u determinata, inkluż fil-qafas tal-mekkaniżu ta' sorveljanza ta' wara l-liberalizzazzjoni tal-viża, biex tindirizza dan il-fenomenu b'mod effettiv.
Il-Bożnija-Ħerzegovina
Għar-rigward tal-kriterji politiċi, ittejjbet il-leġiżlazzjoni elettorali, u ġew segwiti għadd ta' rakkomandazzjonijiet tal-OSCE-ODIHR u l-elezzjonijiet lokali ġew organizzati ġeneralment f'atmosfera ta' ordni, anki jekk kien hemm xi inċidenti f'xi muniċipalitajiet li hemm bżonn li jiġu investigati. Minkejja l-isforzi biex tiġi solvuta l-kwistjoni ta' Mostar, ma jistax ikun li din is-sena jsiru elezzjonijiet hemm. L-Assemblea Parlamentari tal-Bożnija-Ħerzegovina kif ukoll il-parlamenti tal-entitajiet għamlu progress lejn l-adozzjoni ta' prijoritajiet ewlenin ta' riforma, b'mod partikolari dawk li ġejjin mill-Aġenda ta' Riforma. Il-kooperazzjoni bejn il-parlamenti tad-distretti fil-livell tal-istat, il-livell tal-entità u ta' Brčko tjiebet. Madankollu, ir-rwoli u l-kapaċitajiet fil-proċess ta' integrazzjoni tal-UE hemm bżonn li jkomplu jitjiebu. Il-kooperazzjoni bejn il-Kunsill tal-Ministri tal-Boż.-Ħerz. u l-gvernijiet tal-entitajiet kienet effettiva fejn tidħol l-Aġenda ta' Riforma, li l-implimentazzjoni tagħha trid tkompli. Il-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni f'affarijiet tal-UE kien adottat mill-Kunsill tal-Ministri f'Awwissu. Għad irid jiġi adottat programm strateġiku għall-approssimazzjoni legali tal-pajjiż mal-acquis tal-UE.
Il-kostituzzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina għadha tikser il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, skont is-sentenza fil-kawza Sejdić-Finci. Id-deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali għad iridu jiġu infurzati għal kollox madwar il-pajjiż.
Filwaqt li sar xi progress fl-istabbiliment ta' mekkaniżmi istituzzjonali għall-kooperazzjoni bejn il-gvernijiet u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (CSOs - civil society organisations), hemm bżonn li jiġi żviluppat qafas strateġiku għall-kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili.
Il-Bożnija-Ħerzegovina għadha fi stadju bikri fejn tidħol ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika tagħha. Deher xi rigress fit-tibdiliet għall-qafas legali tal-entità Federattiva fejn jidħol is-servizz ċivili, u dan iżid ir-risku tal-politiċizzazzjoni. Għad jonqos approċċ armonizzat għall-iżvilupp tal-politika u l-koordinazzjoni bejn id-diversi partijiet tal-amministrazzjoni. Hemm bżonn l-adozzjoni ta' qafas strateġiku ġdid għall-amministrazzjoni pubblika, kif ukoll strateġija dwar il-ġestjoni finanzjarja pubblika.
Is-sistema ġudizzjarja tal-Bożnija-Ħerzegovina laħqet xi livell ta' tħejjija. Sar xi progress fejn tidħol ir-responsabbiltà u l-integrità. Il-pjan ta' azzjoni meħtieġ għall-implimentazzjoni tar-riforma tal-2014-2018 fis-settur tal-ġustizzja għad irid jiġi adottat. Għadu jsir theddid politikament motivat fuq il-ġudikatura fil-pajjiż minn xi politiċi. L-indipendenza ġudizzjarja għad trid tissaħħaħ.
Il-Bożnija-Ħerzegovina kisbet ċertu livell ta' tħejjija fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Sar xi progress bl-adozzjoni ta' pjani ta' azzjoni f'diversi livelli ta' governanza iżda minħabba l-frammentazzjoni tagħhom l-implimentazzjoni hija anqas effettiva. Il-korruzzjoni għadha prevalenti f'ħafna oqsma u għadha problema serja. L-impenn politiku dikjarat dwar dan ma ġiex ikkonvertit f'riżultati konkreti.
Rigward il-ġlieda kontra l-kriminalita organizzata, il-Bożnija-Ħerzegovina laħqet xi livell ta' tħejjija. Sar xi progress b'mod notevoli fit-titjib tal-kooperazzjoni bejn l-aġenziji. Madankollu, l-investigazzjonijiet finanzjarji hemm bżonn li jiġu intensifikati. Il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata għadha fundamentali biex tiġi miġġielda l-infiltrazzjoni kriminali fis-sistema politika, legali u ekonomika tal-pajjiż. Il-Bożnija-Ħerzegovina għad trid tilħaq l-istandards internazzjonali fejn tidħol il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-iffinanzjar tat-terroriżmu. Il-Bożnija-Ħerzegovina ġiet affettwata b'mod serju bil-fenomenu ta' ġellieda terroristiċi barranin u bir-radikalizzazzjoni. Il-Bożnija-Ħerzegovina diġà ħadet miżuri importanti biex taffaċċja din il-problema li hemm bżonn jiġu kkumplimentati minn passi ulterjuri biex jiġi identifikat, preventut u mħarbat il-fluss ta' ġellieda terroristiċi barranin li jivvjaġġaw lejn żoni ta' kunflitt bħal ma huma l-Iraq u s-Sirja.
Hemm bżonn ta' aktar ħidma fl-indirizzar tad-drittijiet tal-bniedem u kwistjonijiet li jolqtu l-minoranzi. Sar xi progress b'mod partikolari bl-adozzjoni ta' emendi għal-liġi kontra d-diskriminazzjoni. L-oqsfa strateġiċi, legali, istituzzjonali u ta' politika għall-osservanza tad-drittijiet tal-bniedem għadha, b'mod kumplessiv, tinħtieġ titjib sostanzjali. Jeżisti xi livell ta' tħejjija fejn tidħol il-libertà tal-espressjoni. Madankollu, ma sar l-ebda progress f'dan il-qasam. Il-każijiet ta' pressjoni politika u l-intimidazzjoni kontra l-ġurnalisti għandhom bżonn ta' segwitu legali adegwat. L-istabbilta finanzjarja tas-sistema tax-xandir pubbliku jeħtieġ li tiġi indirizzata, kif ukoll il-kwistjoni tan-nuqqas ta' trasparenza fejn tidħol is-sjieda tal-midja.
Għar-rigward tal-kooperazzjoni reġjonali, il-pajjiż kompla jipparteċipa b'mod attiv f'inizjattivi reġjonali. Il-Bożnija-Ħerzegovina ħadet f'idejha l-presidenza tal-Inizjattiva Ċentro-Ewropea f'Jannar.
Fejn jidħlu l-kriterji ekonomiċi, il-Bożnija-Ħerzegovina għadha fi stadju bikri fl-iżvilupp ta' ekonomija tas-suq effettiva. Sar xi progress fl-immodernizzar tal-leġiżlazzjoni tax-xogħol, li tejjeb l-ambjent tan-negozju u indirizza d-dgħjufijiet fis-settur finanzjarju fil-qafas tal-Aġenda ta' Riforma li dwarha ntlaħaq qbil. Madankollu, is-settur pubbliku huwa ineffiċjenti u l-iżvilupp tas-settur privat qiegħed iseħħ bil-mod. Se jkun kruċjali li jkun hemm appoġġ qawwi u kontinwu għall-implimentazzjoni ta' malajr ta' riformi strutturali tant meħtieġa, konformi mal-Aġenda ta' Riforma li dwarha ntlaħaq qbil.
Il-Bożnija-Ħerzegovina hija mħejjia f'livell moderat fil-bini tal-kapaċità li tlaħħaq mal-pressjoni kompetittiva u mal-forzi tas-suq fl-Unjoni. Ma sar l-ebda progress fit-titjib tal-kompetittività tal-pajjiż, iżda għadha għaddejja l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-Aġenda ta' Riforma.
Għar-rigward tal-approssimazzjoni mal-istandards Ewropej, hemm ċertu livell ta' tħejija fl-oqsma tal-akkwist pubbliku u tas-suq intern. Il-pajjiż akkwista xi livell ta' tħejjija fil-qasam tat-trasport; l-adozzjoni ta' Strateġija ta' Qafas għat-Trasport fil-livell tal-Istat f'Lulju hija pass 'l quddiem lejn sitwazzjoni li fiha l-pajjiż jibbenefika mill-aġenda tal-konnettività. Għad iridu jiġu adottati strateġiji madwar il-pajjiż kollu fl-oqsma tal-agrikoltura, l-enerġija u l-ambjent. Hemm bżonn ukoll ta' sforzi sostnuti ulterjuri fejn jidħlu kwistjonijiet li jolqtu l-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà, il-qasam tal-kompetizzjoni, l-industrija u l-SMEs, il-biedja, il-politika dwar l-ambjent u t-tibdil fil-klima, l-enerġija u s-soċjeta tal-informazzjon u l-midja. Ir-riżultati taċ-ċensiment tal-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni li sar f'Ottubru 2013 ġew ippubblikati fit-30 ta' Ġunju 2015, konformi mal-istandards internazzjonali u mar-rakkomandazzjonijiet.
Il-Kosovo
Għar-rigward tal-kriterji politiċi, il-polarizzazzjoni bejn il-gvern u l-oppożizzjoni baqgħet għaddejja. Ma setax ikun hemm funzjonament parlamentari normali f'ċerti żminijiet fil-perjodu ta' rappurtar, inkluż permezz tal-użu ta' mezzi vjolenti minn membri tal-oppożizzjoni. Il-partiti politiċi kollha għandhom juru responsabbiltà u jerġgħu jimpenjaw ruħhom fi djalogu kostruttiv, bil-parlament bħala l-post ċentrali tad-dibattitu politiku. Ir-ritorn ta' dan l-aħħar tal-membri tal-oppożizzjoni lejn l-attivitajiet tal-parlament huwa pass pożittiv.
L-istituzzjonijiet tal-Kosovo wettqu l-obbligi li kien fadal bl-istabbiliment tal-Kmamar Speċjalizzati u l-Uffiċċju ta' Prosekuzzjoni Speċjalizzat biex jiġu investigati allegazzjonijiet ta' atti kriminali internazzjonali mwettqa matul il-kunflitt tal-1999 u wara. Il-proċeduri dwar il-ftehim bilaterali mal-pajjiż ospitanti tal-Kmamar Speċjalizzati (in-Netherlands) ġew finalizzati. Il-mandat tal-EULEX ġie estiż sa Ġunju 2018.
L-assemblea lestiet il-biċċa l-kbira tal-ħatriet pendenti fuq istituzzjonijiet u aġenziji indipendent. Madankollu, il-ħatriet kienu ta' spiss is-suġġett ta' influwenza politika. Dan jimmina l-funzjonament indipendenti u l-ġestjoni effettiva ta' dawn il-korpi. Hemm bżonn ta' sforzi akbar biex jiġi żgurat li l-ħatriet ikunu bbażati fuq il-mertu.
Jeżisti ċertu livell ta' tħejjija fil-qasam tar-riforma fl-amministrazzjoni pubblika. Il-progress tajjeb li sar jinkludi l-adozzjoni ta' strateġija komprensiva ta' ġestjoni tal-finanzi pubbliċi u tal-liġi dwar il-proċeduri amministrattivi ġenerali. Il-politiċizzazzjoni kontinwa tal-amministrazzjoni pubblika, madankollu, għadha toħloq tħassib serju. L-organizzazzjoni tal-amministrazzjoni tal-istat hija frammentarja u ma tiżgurax linji effettivi ta' responsabbiltà, u jeħtieġ li jiġi indirizzat it-tirkib ta' responsabbiltajiet bejn l-aġenziji tal-gvern. Is-superviżjoni parlamentari tal-attivitajiet tal-gvern għandha tiżdied. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-istituzzjonijiet ta' superviżjoni għandhom jiġu segwiti, sabiex jiġu żgurati l-governanza u r-responsabbiltà aħjar.
Is-sistema ġudizzjarja tal-Kosovo għadha fi stadju bikri. Ittieħdu passi pożittivi importanti matul il-perjodu ta' rappurtar bl-adozzjoni ta' emendi għall-kostituzzjoni u tal-biċċa l-kbira tal-leġiżlazzjoni sekondarja neċessarja għall-implimentazzjoni tal-liġjiet tal-pakkett tal-ġustizzja tal-2015. Il-Kosovo ħatar ukoll il-biċċa l-kbira tal-membri tal-istituzzjonijiet ċentrali u kompla jżid ir-rata ta' deċiżjoni ta' każijiet. Madankollu, l-amministrazzjoni tal-ġustizzja ssir bilmod u mhux effiċjenti, u ma hemmx biżżejjed responsabbiltà tal-uffiċjali ġudizzjarji. Il-ġudikatura għadha vulnerabbli quddiem influwenza politika mhux dovuta u l-istituzzjonijiet tal-istat tad-dritt isofru minn nuqqas ta' riżorsi finanzjarji u umani.
Il-Kosovo għadu fi stadju bikri / kiseb ċertu livell ta' tħejjija fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Il-Kosovo saħħaħ il-kapaċitajiet istituzzjonali tiegħu li jiġġiedlu l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, bl-istabbiliment ta' timijiet investigattivi multidixxiplinarji, l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' intraċċar għall-korruzzjoni f'livell għoli u każijiet ta' kriminalita organizzata, kif ukoll it-tmexxija 'l quddiem tad-dipartiment tal-kriminalità serja fil-qrati l-bażiċi. Dan wassal għal għadd akbar ta' każijiet ta' livell għoli li ġew investigati u prosekutati. Madankollu, il-korruzzjoni għadha prevalenti f'ħafna oqsma u għadha problema serja ħafna. Hemm in-neċessità ta' rieda politika aktar b'saħħitha biex din tiġi affrontata b'mod komprensiv.
Il-Kosovo jinsab fi stadju bikri fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata. L-għadd ta' investigazzjonijiet u ta' kundanni finali għadu baxx. Għad hemm nuqqasijiet fil-leġiżlazzjoni u l-infurzar jeħtieġ li jittejjeb b'mod partikolari fejn jidħu l-ħasil tal-flus, il-konfiska u l-ħtif ta' assi, u l-investigazzjoni finanzjarja. Il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata hija mxekkla minħabba influwenza mhux dovuta fl-investigazzjonijiet, u min-nuqqas ta' impenn politiku strateġiku. Il-Kosovo kompla fl-isforzi tiegħu fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, iżda għad għandu quddiemu sfidi f'dan il-qasam.
Sar xi progress fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, u ttieħdu passi għall-implimentazjoni tal-pakkett tal-2015 tad-drittijiet tal-bniedem u dikjarazzjonijiet ta' appoġġ għad-drittijiet tal-persuni LGBTI. Madankollu, l-implimentazzjoni għadha mxekkla minn nuqqas ta' riżorsi u ta' impenn politiku, b'mod partikolari fil-livell lokali. Irid isir aktar sabiex jiġu ggarantiti b'mod effettiv id-drittijiet tal-proprjetà u biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet tar-ritorn u tar-riintegrazzjoni ta' persuni spustjati, il-protezzjoni tal-wirt kulturali u kontra l-vjolenza bbażata fuq il-ġeneru. Il-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni li jappartjenu għall-minoranzi u tal-persuni bi bżonnijiet speċjali għad trid tissaħħaħ b'mod sinifikanti. Il-Kosovo laħaq ċertu livell ta' tħejjija fil-qasam tal-libertà tal-espressjoni. Kien hemm żviluppi ta' tħassib matul il-perjodu ta' rappurtar, inkluż għadd ta' theddidiet kontra l-ġurnalisti. L-assemblea turi impenn limitat lejn is-sejba ta' soluzzjoni għall-iffinanzjar sostenibbli tax-xandir pubbliku, biex b'hekk dan huwa vulnerabbli għall-pressjoni politika. Ma kien hemm l-ebda żvilupp leġiżlattiv rigward ir-regolamentazzjoni tas-sjieda u t-trasparenza tal-midja.
Għar-rigward tan-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet mas-Serbja, il-Kosovo baqa' impenjat li jimplimenta l-ftehimiet milħuqa fid-djalogu ffaċilitat mill-UE. Il-progress li sar kien wieħed limitat, anki minħabba l-proċess elettorali fis-Serbja u s-sitwazzjoni domestika fil-Kosovo. Madankollu, il-pass reġa' tħaffef f'Awwissu 2016 mal-bidu tal-ħidma fuq il-pont ta' Mitrovica/Mitrovicë u fuq il-libertà tal-moviment. Għad hemm bżonn ta' sforzi kontinwi għall-implimentazjoni tal-ftehimniet li diġà ntlaħqu. Il-passi meħuda għandu jkollhom impatt pożittiv u konkret fuq il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini kemm tal-Kosovo kif ukoll tas-Serbja.
Fejn jidħlu l-kriterji ekonomiċi, il-Kosovo għadu fi stadju bikri fl-iżvilupp ta' ekonomija tas-suq effettiva. Sar xi progress, b'mod partikolari fis-sostenn tan-negozju orjentat lejn l-esportazzjoni, it-titjib tal-infurzar kuntrattwali, speċjalment fis-settur finanzjarju, u l-aċċess għall-finanzi. Madankollu, id-deċiżjonijiet fiskalment insostenibbli marbuta mal-benefiċċji lill-veterani tal-gwerra jista' jkollhom effett negattiv rigward l-istabbiltà makroekononika tal-Kosovo, u r-relazzjoniiet tiegħu ma' istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali. Id-defiċit kummerċjali persistenti jirrifletti bażi ta' produzzjoni dgħajfa kif ukoll kompetittività internazzjonali fqira. Id-dipendenza fuq ir-remittanzi u l-ekonomija informali mifruxa jnaqqsu ma' dan l-inċentivi li wieħed jaħdem, u dan iwassal għal parteċipazzjoni baxxa tal-forza lavorattiva, speċjalment fost in-nisa, u rati ta' qgħad għolja, b'mod partikolari fost ħaddiema żgħażagħ u bla sengħa.
Il-Kosovo jinsab fi stadju bikri fil-bini tal-kapaċità li jlaħħaq mal-pressjoni kompetittiva u mal-forzi tas-suq fl-Unjoni. Ma sar l-ebda progress fit-titjib tal-kwalità tal-edukazzjoni, li hija mutur ewlieni għat-titjib fit-tul tat-tkabbir u tal-kompetittività.
Il-Kosovo jinsab fi stadju bikri ta' allinjament mal-istandards Ewropej. L-allinjament leġiżlattiv kompla f'ċerti oqsma iżda l-implimentazzjoni hija dgħajfa. Sar xi progress fil-qasam tal-akkwist pubbliku u l-kompetizzjoni. Sar progress tajjeb fil-qasam doganali, speċjalment fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-ġbir tad-dħul u t-tnaqqis tal-ispejjeż amministrattivi tal-esportazzjoni, iżda l-Kosovo hemm bżonn iżid il-pass fil-ġlieda kontra l-ekonomija informali u l-evażjoni tat-taxxa. Is-settur tal-enerġija għadu jaffaċċja problemi, u ma sar l-ebda progress fid-dekommissjonar tal-impjant tal-enerġija Kosovo A jew li jiġi mmodernizzat Kosovo B, u sar ftit ħafna progress fejn tidħol l-enerġija rinovabbli.
ANNESS 2 –
Statistiċi kruċjali
|
DEJTA STATISTIKA (fil-5.10.2016)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Demografija
|
|
Il-Montenegro
|
L-Eks
Repubblika Jugoslava
tal-Maċedonja
|
L-Albanija
|
Is-Serbja
|
It-Turkija
|
Il-Bożnija-
Ħerzegovina
|
Il-Kosovo *
|
UE-28
|
|
|
Nota
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
|
Popolazzjoni totali (eluf)
|
1)
|
621.5
|
622.1
|
2 065.8
|
2 069.2
|
2 895.0e
|
2 892.3e
|
7 149.2e
|
7 114.4
|
76 668
|
77 696
|
3 827.3e
|
3 819.5e
|
1 804.9e
|
1772.1p
|
506 944p
|
508 293bp
|
|
Sehem ta' 15-64 minn fost il-popolazzjoni totali (%)
|
|
68.1
|
67.8
|
70.8
|
70.5
|
68.8e
|
69.0
|
67.6
|
67.1
|
67.7
|
67.8
|
:
|
:
|
:
|
:
|
65.8p
|
65.5bp
|
|
Rata kruda ta' bidla fil-popolazzjoni naturali (kull 1 000 abitant)
|
|
2.4
|
1.7
|
1.9
|
1.3e
|
5.2e
|
3.7e
|
-4.9
|
-5.4
|
12.3
|
11.8
|
-1.5p
|
:
|
13.2e
|
12.4be
|
0.4p
|
-0.3bp
|
|
Aspettativa tal-ħajja fil-mument tal-twelid, irġiel (snin)
|
|
74.1
|
:
|
73.5
|
:
|
76.4e
|
:
|
72.8
|
:
|
75.4
|
:
|
:
|
:
|
:
|
:
|
78.1p
|
:
|
|
Aspettativa tal-ħajja fil-mument tat-twelid (nisa)
|
|
78.9
|
:
|
77.5
|
:
|
80.3e
|
:
|
78.0
|
:
|
80.9
|
:
|
:
|
:
|
:
|
:
|
83.6p
|
:
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Suq tax-xogħol
|
Nota
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
|
Rata ta' attività ekonomika għall-persuni ta' bejn 20-64 sena: proporzjon tal-popolazzjoni fl-età bejn 20-64 sena li huma ekonomikament attivi (%)
|
|
67.6
|
68.5
|
70.8
|
70.2
|
68.6e
|
71.3e
|
68.0b
|
68.1
|
58.9
|
59.9
|
59.2
|
59.2
|
47.7
|
42.8
|
76.8
|
77.1
|
|
Rata ta' attività ekonomika għall-irġiel ta' bejn 20-64 sena: proporzjon tal-popolazzjoni tal-irġiel bejn 20-64 sena li huma ekonomikament attivi (%)
|
|
74.5
|
74.9
|
84.5
|
83.8
|
80.5e
|
81.8e
|
76.6b
|
76.7
|
82.2
|
82.7
|
72.4
|
71.9
|
71.4
|
65.1
|
83.2
|
83.4
|
|
Rata ta' attività ekonomika għan-nisa ta' bejn 20-64 sena: proporzjon tal-popolazzjoni tan-nisa bejn 20-64 sena li huma ekonomikament attivi (%)
|
|
60.7
|
62.1
|
56.8
|
56.2
|
57.3e
|
61.1e
|
59.5b
|
59.5
|
35.8
|
37.3
|
46.0
|
46.3
|
24.2
|
20.4
|
70.5
|
70.8
|
|
Rati ta' impjieg, fl-età bejn 20-64 (% tal-popolazzjoni)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Total
|
|
55.6
|
56.7
|
51.3
|
51.9
|
56.6e
|
59.3e
|
54.8b
|
56.0
|
53.2
|
53.9
|
43.2
|
43.2
|
31.3
|
29.1
|
69.2
|
70
|
|
Irġiel
|
|
61.4
|
61.9
|
61.6
|
61.5
|
65.2e
|
68.1e
|
62.5b
|
63.7
|
75.0
|
75.3
|
54.6
|
53.9
|
48.4
|
44.9
|
75.0
|
75.8
|
|
Nisa
|
|
49.4
|
51.5
|
40.8
|
42.1
|
48.5e
|
50.7e
|
47.2b
|
48.3
|
31.6
|
32.6
|
31.9
|
32.4
|
14.5
|
13.2
|
63.4
|
64.2
|
|
Persuni fl-età bejn 15-24 sena mhux fl-impieg, fl-edukazzjoni jew it-taħriġ, % tal-popolazzjoni fil-grupp tal-età
|
|
17.7
|
19.1
|
:
|
:
|
30.9e
|
29.6
|
20.7
|
20.1
|
24.9
|
24.0
|
26.1
|
27.7
|
:
|
:
|
12.5
|
12.0
|
|
Persuni fl-età bejn 15-29 sena mhux fl-impieg, fl-edukazzjoni jew it-taħriġ, % tal-popolazzjoni fil-grupp tal-età
|
|
22.6
|
23.4
|
:
|
:
|
34.5e
|
32.8
|
25.6
|
24.6
|
28.5
|
28.0
|
31.8
|
32.8
|
:
|
:
|
15.4
|
14.8
|
|
Impjieg skont is-setturi ewlenin
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Agrikoltura, forestrija u sajd (%)
|
2)
|
5.7
|
7.7
|
18.5
|
17.9
|
42.7e
|
41.3e
|
19.9b
|
19.4
|
21.1
|
20.6
|
17.1
|
17.9
|
2.6
|
2.3
|
4.7
|
4.5
|
|
Industrija (%)
|
2)
|
11.1
|
10.8
|
23.4
|
23.4
|
11.0e
|
11.6e
|
20.2b
|
19.9
|
20.5
|
20.0
|
22.1
|
22.0
|
17.7
|
18.7
|
17.4
|
17.3
|
|
Kostruzzjoni (%)
|
2)
|
6.5
|
6.6
|
7.0
|
7.1
|
6.4e
|
6.9e
|
4.5b
|
4.5
|
7.4
|
7.2
|
7.9
|
7.5
|
10.9
|
9.5
|
6.8
|
6.8
|
|
Servizzi (%)
|
2)
|
76.7
|
74.8
|
51.1
|
51.6
|
39.4e
|
40.2
|
55.4b
|
56.1
|
51.0
|
52.2
|
52.7
|
52.4
|
67.2
|
68.3
|
71.0
|
71.3
|
|
Nies impjegati fis-settur pubbliku bħala sehem mill-impjiegi totali, persuni bejn 20-64 sena (%)
|
3)
|
32.8
|
32.4
|
:
|
:
|
17.5e
|
16.7e
|
31.4b
|
29.7
|
13.1b
|
13.5
|
31.9
|
31.2
|
31.4s
|
32.6
|
:
|
:
|
|
Nies impjegati fis-settur privat bħala sehem mill-impjiegi totali, persuni bejn 20-64 sena (%)
|
3)
|
48.2
|
46.8
|
:
|
:
|
82.5e
|
83.3e
|
68.6b
|
70.3
|
86.9b
|
86.5
|
63.1
|
63.2
|
68.6s
|
67.4
|
:
|
:
|
|
Rati tal-qgħad (% tal-forza lavorattiva)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Total
|
4)
|
18.0
|
17.5
|
28.0
|
26.1
|
17.5e
|
17.1e
|
19.2b
|
17.6
|
9.9
|
10.3
|
27.6
|
27.9
|
35.3
|
32.9
|
10.2
|
9.4
|
|
Irġiel
|
4)
|
17.8
|
17.7
|
27.7
|
26.7
|
19.2e
|
17.1e
|
18.3b
|
16.8
|
9.1
|
9.3
|
25.3
|
25.9
|
33.1
|
31.8
|
10.1
|
9.3
|
|
Nisa
|
4)
|
18.2
|
17.3
|
28.6
|
25.1
|
15.2e
|
17.1e
|
20.3b
|
18.7
|
11.9
|
12.6
|
31.2
|
30.9
|
41.6
|
36.6
|
10.3
|
9.5
|
|
Żgħażagħ fl-età bejn 15-24
|
4)
|
35.8
|
37.6
|
53.1
|
47.3
|
39.0e
|
39.8e
|
47.4b
|
43.2
|
17.8
|
18.4
|
62.7
|
62.3
|
61.0
|
57.7
|
22.2
|
20.4
|
|
Għat-tul (>12-il xahar)
|
4)
|
14.0
|
13.6
|
23.4
|
21.3
|
11.2e
|
11.3e
|
12.8b
|
11.3
|
2.0
|
2.2
|
23.4
|
22.8
|
26.1
|
23.8
|
5.0
|
4.5
|
|
Pagi u salarji medji nominali fix-xahar (EUR)
|
5)
|
479.0
|
:
|
:
|
:
|
378.8
|
386.4
|
523.6
|
506.4
|
:
|
:
|
424.4
|
424.4
|
:
|
:
|
:
|
:
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Edukazzjoni
|
Nota
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
|
Dawk li jitilqu kmieni mill-edukazzjonu u t-taħriġ: il-perċentwali tal-popolazzjoni bejn 18-24 sena li l-aktar li għandhom hija edukazzjoni sekondarja inferjuri u li ma humiex la fl-edukazzjoni u lanqas fit-taħriġ (%)
|
|
5.1
|
5.7
|
12.5
|
11.3p
|
26.0e
|
21.3e
|
8.5
|
7.5
|
38.3
|
36.7
|
25.2
|
26.3
|
:
|
:
|
11.2
|
11.0
|
|
Nefqa pubblika fuq l-edukazzjoni bħala proporzjoni tal-PDG (%)
|
|
:
|
:
|
:
|
:
|
3.3
|
:
|
4.2
|
:
|
5.1
|
:
|
:
|
:
|
4.4
|
:
|
:
|
:
|
|
Perċentwali tal-popolazzjoni bejn 20-24 sena b'edukazzjoni elementari biss, jew xejn
|
|
1.1
|
6.6
|
:
|
13.7
|
30.9e
|
24.9e
|
10.1b
|
8.6
|
12.6
|
11.5
|
6.5
|
6.2
|
20.7
|
17.9
|
:
|
:
|
|
Perċentwali tal-popolazzjoni bejn 20-24 sena b'edukazzjoni elementari biss, jew xejn, irġiel
|
|
1.2
|
6.9
|
:
|
:
|
31.0e
|
27.1e
|
10.2b
|
9.3
|
6.9
|
7.1
|
5.8
|
5.6
|
18.8
|
14.9
|
:
|
:
|
|
Perċentwali tal-popolazzjoni bejn 20-24 sena b'edukazzjoni elementari biss, jew xejn, nisa
|
|
1.0
|
6.3
|
:
|
:
|
30.7e
|
22.6e
|
10.0b
|
7.9
|
17.9
|
15.7
|
7.2
|
6.9
|
22.9
|
21.3
|
:
|
:
|
|
Perċentwali tal-popolazzjoni bejn 20-24 sena b'edukazzjoni sekondarja, total
|
|
86.3
|
80.6
|
:
|
76.1
|
49.7e
|
52.4e
|
82.3b
|
83.2
|
70.0
|
69.9
|
85.6
|
86.3
|
68.2
|
67.3
|
:
|
:
|
|
Perċentwali tal-popolazzjoni bejn 20-24 sena b'edukazzjoni sekondarja, irġiel
|
|
87.8
|
85.3
|
:
|
:
|
55.9e
|
57.9e
|
84.8b
|
84.5
|
76.7
|
76.9
|
89.6
|
88.6
|
71.8
|
72.4
|
:
|
:
|
|
Perċentwali tal-popolazzjoni bejn 20-24 sena b'edukazzjoni sekondarja, nisa
|
|
84.7
|
75.7
|
:
|
:
|
43.5e
|
46.8e
|
79.7b
|
81.7
|
63.8
|
63.3
|
81.2
|
83.5
|
64.0
|
61.5
|
:
|
:
|
|
Perċentwali tal-popolazzjoni bejn 30-34 sena b'edukazzjoni terzjarja, total
|
|
28.3
|
31.0
|
24.9
|
28.6
|
16.7e
|
22.1e
|
27.0b
|
28.9
|
21.5
|
23.5
|
18.9
|
17.2
|
14.8
|
17.2
|
37.8
|
38.6
|
|
Perċentwali tal-popolazzjoni bejn 30-34 sena b'edukazzjoni terzjarja, irġiel
|
|
25.3
|
32.9
|
21.4
|
23.1
|
14.0e
|
19.6e
|
21.5b
|
24.2
|
23.4
|
25.0
|
15.2
|
13.4
|
16.6
|
19.5
|
33.4
|
33.9
|
|
Perċentwali tal-popolazzjoni bejn 30-34 sena b'edukazzjoni terzjarja, nisa
|
|
31.3
|
32.2
|
28.7
|
34.5
|
19.2e
|
24.7e
|
32.8b
|
33.7
|
19.6
|
22.1
|
23.2
|
21.3
|
13.0
|
14.7
|
42.2
|
43.3
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Kontijiet nazzjonali
|
Nota
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
|
Prodott domestiku gross
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Bi prezzijiet kurrenti (biljuni ta' EUR)
|
6)
|
3.5
|
3.6
|
8.6
|
9.1p
|
10.0p
|
10.3p
|
33.3
|
33.5
|
601.5
|
645.4
|
14.0
|
14.6
|
5.6
|
:
|
13 987.3
|
14 693.0
|
|
Kull ras (EUR)
|
6)
|
5 600
|
5 800
|
4 100
|
4 400p
|
3 400
|
3 600
|
4 700
|
4 700
|
7 800
|
8 300
|
3 600
|
3 800
|
3 100
|
:
|
27 500
|
28 800
|
|
Standardi tal-kapaċità tal-akkwist (PPS) kull ras
|
6)
|
11 200
|
11 800
|
10 100
|
10 600
|
8 300
|
8 600
|
10 200
|
10 300
|
14 600
|
15 100
|
8 000
|
8 300
|
:
|
:
|
27 500
|
28 700
|
|
Fi standards tal-kapaċità tal-akkwist (PPS) kull ras, imqabbel mal-medja tal-UE (UE-28 = 100)
|
6)
|
41
|
41
|
37
|
37
|
30
|
30
|
37
|
36
|
53
|
53
|
29
|
29
|
:
|
:
|
-
|
-
|
|
Rata annwali reali (volum) tat-tibdil, imqabbel mas-sena ta' qabel (%)
|
6)
|
1.8
|
3.4
|
3.5p
|
3.7e
|
1.8p
|
2.8p
|
-1.8
|
0.8
|
3.0
|
4.0
|
1.1
|
:
|
1.2
|
:
|
1.5
|
2.2
|
|
Valur gross miżjud mis-setturi ewlenin
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Agrikoltura, forestrija u sajd (%)
|
6)
|
10.0
|
9.8
|
11.7
|
11.4p
|
22.9p
|
22.1p
|
9.3
|
8.2
|
8.0
|
8.5
|
7.1
|
:
|
14.3
|
:
|
1.6
|
1.5
|
|
Industrija (%)
|
6)
|
13.5
|
12.9
|
18.3
|
18.7p
|
14.7p
|
14.6p
|
25.1
|
25.9
|
22.0
|
21.5
|
21.3
|
:
|
19.4
|
:
|
19.1
|
19.2
|
|
Kostruzzjoni (%)
|
6)
|
4.2
|
4.6
|
8.0
|
7.9p
|
10.0p
|
10.8p
|
5.1
|
5.5
|
5.1
|
5.0
|
4.7
|
:
|
7.3
|
:
|
5.4
|
5.4
|
|
Servizzi (%)
|
6)
|
72.3
|
72.7
|
62.0
|
62.0p
|
52.4p
|
52.5p
|
60.5
|
60.4
|
64.9
|
65.0
|
66.9
|
:
|
59.0
|
:
|
73.9
|
73.9
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Bilanċ tal-pagamenti
|
Nota
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
|
Investiment barrani dirett net ('l ġewwa - 'l barra) (FDI) (miljuni ta' euro)
|
13)
|
353.9
|
619.3
|
197.4
|
170.7
|
811.5
|
818.4
|
1 236.3
|
1 803.8
|
4 121.9
|
10 641.7
|
386.1
|
221.2
|
123.8
|
287.3
|
-22 872.0
|
:
|
|
Investiment barrani dirett net ('l ġewwa - 'l barra) (FDI) (% tal-PDG)
|
13)
|
10.2
|
17.1
|
2.3
|
1.9p
|
8.1p
|
8.0p
|
3.7
|
5.4
|
0.7
|
1.6
|
2.8
|
1.5
|
2.2
|
:
|
-0.2
|
:
|
|
Investiment barrani dirett net ('l ġewwa - 'l barra) (FDI) imqabbel mal-UE-28 (miljuni ta' euro)
|
14)
|
102.5
|
403.0
|
10.8
|
-169.2
|
:
|
:
|
1 073.9
|
1 480.4
|
1 509.5
|
4 809.2
|
:
|
:
|
82.4
|
101.3
|
-
|
-
|
|
Investiment barrani dirett net ('l ġewwa - 'l barra) (FDI) imqabbel mal-UE-28 (% tal-PDG)
|
14)
|
3.0
|
11.1
|
0.1
|
-1.9
|
:
|
:
|
3.2
|
4.4
|
0.3
|
0.7
|
:
|
:
|
1.5
|
:
|
-
|
-
|
|
Rimessi bħala % tal-PDG
|
15)
|
1.3
|
:
|
2.2p
|
2.1e
|
:
|
:
|
7.8
|
8.7
|
0.1
|
0.1
|
8.5
|
8.3
|
:
|
:
|
0.1
|
:
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Kummerċ estern fi prodotti
|
Nota
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
|
Kummerċ internazzjonali fi prodotti
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Sehem tal-esportazzjoni lill-pajjiżi tal-UE-28 f'valur ta' esportazzjoni totali (%)
|
|
35.8
|
35.7
|
76.5
|
77.2
|
77.4
|
75.5
|
65.7
|
67.0
|
43.5
|
44.5
|
72.1
|
71.6
|
30.2
|
32.6
|
-
|
-
|
|
Sehem tal-importazzjoni mill-pajjiżi tal-UE-28 f'valur ta' importazzjoni totali (%)
|
|
45.8
|
41.3
|
63.4
|
62.1
|
61.1
|
61.8
|
57.1
|
57.3
|
36.7
|
38.0
|
58.9
|
60.8
|
42.6
|
42.2
|
-
|
-
|
|
Bilanċ tal-kummerċ (miljuni ta' EUR)
|
|
-1 451
|
-1 524
|
-1 758
|
-1 726
|
-2 114
|
-2 154
|
-2 950
|
-2 985
|
-63 685
|
-56 977
|
-3 844
|
-3 510
|
-2 214
|
-2 309
|
11 139
|
64 169
|
|
Kummerċ internazzjonali fi prodotti u servizzi mqabbel mal-PDG
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Importazzjoni (% tal-PDG)
|
6)
|
60.0
|
61.1
|
64.9
|
65.0p
|
47.2p
|
:
|
54.2
|
56.4
|
32.1
|
30.8
|
:
|
:
|
50.6
|
:
|
40.4
|
40.5
|
|
Esportazzjoni (% tal-PDG)
|
6)
|
40.1
|
42.5
|
47.7
|
48.8p
|
28.2p
|
:
|
43.4
|
46.7
|
27.9
|
28.0
|
:
|
:
|
19.6
|
:
|
43.1
|
43.8
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Finanżi pubbliċi
|
Nota
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
|
Statistiċi dwar il-finanżi tal-Gvern, imqabbel mal-PDG
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
** Bilanċ pożittiv tal-gvern (+) / defiċit (–) (%)
|
7)
|
-3.1
|
7.7
|
-4.2
|
-3.5
|
-5.2
|
-4.0
|
-6.7
|
-3.8
|
0.4
|
1.7
|
-2.0
|
0.7
|
:
|
:
|
-3.0
|
-2.4
|
|
** Dejn tal-amministrazzjoni pubblika (%)
|
7) 8)
|
56.7
|
63.3
|
38.2
|
38.0
|
71.8
|
72.5
|
72.4
|
76.4
|
34.5
|
31.3
|
41.6
|
41.9
|
10.5
|
12.8
|
86.8
|
85.2
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Indikaturi finanzjarji
|
Nota
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
|
Bidla annwali fil-prezzijiet għall-konsumaturi (%)
|
|
-0.7
|
1.5
|
-0.3
|
-0.3
|
0.7
|
2.0
|
2.9
|
1.9
|
8.9
|
7.7
|
-0.9
|
-1.0
|
0.4
|
-0.5
|
0.5
|
0.0
|
|
Dejn estern totali, imqabbel mal-PDG (%)
|
9)
|
:
|
:
|
70.3p
|
69.9p
|
69.6
|
73.9
|
77.1
|
80.1
|
55.0
|
56.4
|
:
|
:
|
32.3
|
:
|
:
|
:
|
|
Rata ta' imgħax tas-self (sena), kull sena (%)
|
10)
|
9.22
|
8.53
|
3.75
|
3.75
|
7.66
|
7.77
|
10.50
|
6.50
|
11.68
|
10.79
|
6.32
|
5.74
|
10.70
|
:
|
:
|
:
|
|
Rata ta' imgħax tad-depożiti (sena), kull sena (%)
|
11)
|
1.86
|
1.23
|
0.50
|
0.25
|
1.92
|
1.35
|
5.50
|
2.50
|
7.75
|
7.27
|
0.09
|
0.09
|
1.07
|
:
|
:
|
:
|
|
Valur tal-assi ta' riżerva (inkluż id-deheb)(miljuni ta' euro)
|
12)
|
545
|
674
|
2 436
|
2 262
|
2 192
|
2 880
|
9 907
|
10 378
|
95 824
|
99 620
|
4 001
|
4 400
|
746
|
861
|
:
|
:
|
|
Riżervi internazzjonali - ekwivalenza f'xhur ta' importazzjoni
|
12)
|
3.2
|
3.7
|
5.3
|
4.6
|
5.6
|
7.6
|
6.6
|
6.6
|
5.9
|
6.0
|
6.1
|
6.8
|
3.2
|
|
:
|
:
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Negozju
|
Nota
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
|
Indiċi tal-produzzjoni industrijali (2010 = 100)
|
|
81.8
|
88.3
|
112.5
|
118.0
|
139.2
|
142.4
|
98.8
|
107.1
|
120.5
|
124.3
|
103.9
|
107.1
|
:
|
:
|
101.7
|
103.9
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Infrastruttura
|
Nota
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
|
Densità tal-linji tal-ferrovija (linji li jaħdmu kull elf km²)
|
|
18.1
|
18.1
|
27.2
|
27.2
|
12.0
|
13.2s
|
49.3
|
48.6s
|
12.9
|
12.9
|
20.1
|
20.1
|
30.6
|
30.6
|
:
|
:
|
|
Tul ta' toroq prinċipali (kilometri)
|
|
0
|
0
|
259
|
259
|
:
|
:
|
607
|
693
|
2 155
|
2 159
|
128
|
128
|
80
|
80
|
:
|
:
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Enerġija
|
Nota
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
2014
|
2015
|
|
Importazzjoni netta tal-enerġija imqabbla mal-PDG
|
16)
|
5.4
|
4.2
|
8.5
|
6.4
|
1.3
|
0.7
|
5.3
|
4.7
|
1.8
|
1.4
|
6.8
|
5.3
|
6.9
|
:
|
2.4
|
1.7
|
|
|
: = mhux disponibbli
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
b = interruzzjoni fis-serje
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
e = valur stmat
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
p = proviżorju
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
s = stima tal-Eurostat
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- = mhux applikabbli
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
* = Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
** = Id-dejta dwar id-defiċit u d-dejn tal-gvern tal-pajjiżi involuti fit-tkabbir huma ppubblikati fuq il-bażi ta' "as is" u mingħajr l-ebda garanzija dwar il-kwalità tagħhom u l-konformità mar-regoli tal-ESA.
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Noti:
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1)
|
Il-Bożnija-Ħerzegovina: popolazzjoni f'nofs is-sena.
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2)
|
L-Albanija: it-total tal-ishma ma ġġibx 100% minħabba każijiet fejn il-persuni ma għandhomx jew ma jistax ikunu kklassifikati f'xi attività partikolari.
|
|
|
|
3)
|
Il-Bożnija-Ħerzegovina: l-ishma ma jġibux 100% minħabba li tipi oħra ta' sjieda huma esklużi. Il-Montenegro: NGOs esklużi.
|
|
|
|
|
|
|
|
4)
|
It-Turkija: qgħad ibbażat fuq il-kriterju tal-4 ġimgħat + li jużaw biss metodi attivi ta' tiftix ta' xogħol.
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
5)
|
Is-Serbja, 2014: pagi u salarji imħallsa lil impjegati ta' entitajiet legali u ta' impriżi mhux inkorporati. Il-Bożnija-Ħerzegovina: salarju nett.
|
|
|
|
|
|
|
|
6)
|
It-Turkija u l-Bożnija-Ħerzegovina: abbażi tal-ESA 1995.
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
7)
|
UE-28: abbażi tal-ESA 2010.
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
8)
|
Il-valur tal-PDG jinkiseb mill-Qafas ta’ Nfiq fuq Terminu ta’ Żmien Medju 2016–2018 (April 2015)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
9)
|
L-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja: abbażi tal-manwal tal-bilanċ tal-pagamenti, is-6 edizzjoni.
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
10)
|
L-Albanija: rata medja ponderta applikata lil self ġdid ta' 12-il xahar matul ix-xahar rispettiv, mal-maturità wara 12-il xahar. Il-Bożnija-Ħerzegovina: rati ta' self fuq perjodu qasir fil-munita nazzjonali lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji (medja ponderata). Il-Montenegro: rata tal-imgħax effettiva medja ponderata, ammonti pendenti, annwali. L-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja: tmiem is-sena (l-31 ta' Diċembru). Il-Kosovo: inkluż id-dritt għall-iżborż li jimponu l-banek.
|
|
11)
|
L-Albanija: ir-rata tal-imgħax għad-depożiti tirrappreżenta r-rata medja ponderata għal depożiti aċċettati ġodda matul ix-xahar rispettiv, b'maturità ta' 12-il xahar. Il-Bożnija-Ħerzegovina: rati ta' depożiti ta' domanda fil-munita nazzjonali tal-unitajiet domestiċi (medja ponderata). Il-Montenegro: rata tal-imgħax effettiva medja ponderata, ammonti pendenti, annwali. L-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja: tmiem is-sena (l-31 ta' Diċembru). It-Turkija: faċilita ta' depożitu mal-lejl. Il-Kosovo: inkluż id-dritt għall-iżborż li jimponu l-banek.
|
|
12)
|
L-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja: tmiem is-sena (l-31 ta' Diċembru).
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
13)
|
L-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Albanija, is-Serbja, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kosovo u l-UE-28: abbażi tal-manwal tal-bilanċ tal-pagamenti, is-6 edizzjoni.
|
|
|
|
|
|
14)
|
L-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, is-Serbja u l-Kosovo: abbażi tal-manwal tal-bilanċ tal-pagamenti, is-6 edizzjoni.
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
15)
|
L-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, is-Serbja, il-Bożnija-Ħerzegovina u l-UE-28: abbażi tal-manwal tal-bilanċ tal-pagamenti, is-6 edizzjoni.
|
|
|
|
|
|
|
16)
|
Il-Montenegro, l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Albanija, it-Turkija u l-Kosovo: Kalkoli tal-Eurostat.
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|