Brussell, 8.9.2016

COM(2016) 558 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE dwar il-ħarsien ta’ annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja


RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE dwar il-ħarsien ta’ annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja

1.    Introduzzjoni

L-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 98/58/KE jirrikjedi li l-Kummissjoni tippreżenta rapport lill-Kunsill abbażi tal-esperjenza miksuba mill-Istati Membri minn meta ġiet implimentata.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/778/KE 1 tistabbilixxi dispożizzjonijiet li jikkonċernaw ir-rekwiżiti minimi għall-ġbir tal-informazzjoni waqt l-ispezzjonijiet tas-siti ta’ produzzjoni li fihom jinżammu ċerti annimali għal skopijiet ta’ biedja. L-annessi tagħha fihom tabelli tar-rekwiżiti li jridu jiġu ċċekkjati fir-rigward tan-nuqqas ta’ konformità. Skont din id-Deċiżjoni, sa minn Ġunju 2009 l-Istati Membri kienu obbligati li jibagħtu rapporti annwali lill-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-premessa (9) ta’ din id-Deċiżjoni tindika li “il-ġbir tad-data dwar l-ispezzjonijiet tal-benessri ta’ l-annimali hu essenzjali għall-Komunità biex jiġi valutat l-impatt tal-politika tagħha f'dan il-qasam”.

L-Istrateġija tal-UE għall-Benessri tal-Annimali 2012-2015 2 tidentifika n-nuqqas ta’ infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-UE bħala waħda mill-problemi ewlenin li taffettwa t-trattament xieraq tal-annimali. Barra minn hekk ir-rapport lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta’ annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja 3 jipprovdi informazzjoni siewja dwar l-oqsma ta’ infurzar.

2.    Metodoloġija

Ir-rapport ikopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Fil-kompilazzjoni ta’ dan ir-rapport intużaw tliet sorsi ta’ informazzjoni:

L-ewwel nett, id-dejta li ntużat ġejja minn rapporti tal-Kummissjoni li fihom ir-riżultati tal-awditi tagħha li saru fl-Istati Membri. Ir-rapporti huma prinċipalment mill-2011-2013, peress li l-awditi li saru f’dawk is-snin immiraw speċifikament is-sitwazzjoni fl-azjendi agrikoli (ara t-Tabella 1 tal-Anness I).

It-tieni nett, kull Stat Membru jrid jiżgura li l-ispezzjonijiet dwar it-trattament xieraq tal-annimali jsiru f’konformità mar-regoli dwar il-kontrolli uffiċjali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 4 . L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti huma responsabbli għar-rapportar annwali tas-sejbiet ta’ dawn l-ispezzjonijiet lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni użat id-dejta pprovduta mill-Istati Membri 5 għas-snin 2013 u 2014 peress li għandha tendenza li din id-dejta tirrifletti l-aktar sitwazzjoni reċenti. Ħarsa ġenerali lejn l-għadd ta’ azjendi agrikoli soġġetti għal spezzjoni u l-perċentwal ta’ siti spezzjonati qed jintwerew fit-Tabella 2 tal-Anness I.

Fl-aħħar nett, xi drabi l-Kummissjoni tirċievi lmenti 6 dwar l-allegat nuqqas ta’ Stat Membru wieħed jew aktar li japplikaw id-dritt tal-Unjoni. Dawn l-ilmenti jistgħu jipprovdu wkoll informazzjoni siewja dwar l-oqsma li ċ-ċittadini jqisu li mhumiex infurzati kif xieraq.

3.    Sejbiet

3.1    Sistema għas-sorveljanza u l-ispezzjonijiet

L-awditi tal-Kummissjoni juru li l-Istati Membri daħħlu fis-seħħ sistema bbażata fuq ir-riskju għall-għażla tas-siti li jridu jiġu spezzjonati. Raġuni sinifikanti għat-twettiq ta’ spezzjonijiet ibbażati fuq ir-riskju tat-trattament xieraq tal-annimali fl-azjendi agrikoli kienet ir-Regolament 882/2004 dwar il-kontrolli uffiċjali u l-kontrolli tal-kundizzjonalità għal pagamenti uniċi tal-azjendi agrikoli 7 .

Diversi Stati Membri jiddeskrivu fid-dettall is-sistema tagħhom għall-għażla tal-azjendi li għandhom jiġu spezzjonati u dan jikkonferma wkoll l-użu ta’ approċċ ibbażat fuq ir-riskju. Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni tal-UE tirrikjedi li l-għadd assolut ta’ spezzjonijiet għandu 8 jkun proporzjonat mal-iskala tal-produzzjoni u mal-għadd ta’ annimali involuti.

Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom ikomplu jsegwu kwalunkwe rakkomandazzjoni li ssir waqt l-awditi. Fl-awditi tagħha l-Kummissjoni nnotat li l-uffiċjali nazzjonali kienu ħadu azzjoni fil-każijiet kollha. Madankollu sabet ukoll li fi tliet Stati Membri l-miżuri ma kinux biżżejjed biex tintlaħaq konformità. Fi tnejn minn dawn l-Istati Membri nstab li dan kien minħabba n-nuqqas ta’ sanzjonijiet dissważivi biżżejjed filwaqt li Stat Membru wieħed ma kienx segwa l-każ b’mod adegwat.

3.2.    Varjazzjonijiet fir-rappurtar mill-Istati Membri

Id-differenzi konsiderevoli fir-rappurtar mill-Istati Membri jagħmlu l-interpretazzjoni u t-tqabbil tad-dejta ġeneralment aktar diffiċli.

Fl-2012 ġiet żviluppata formola elettronika bbażata fuq it-tabelli tad-Deċiżjoni 2006/778/KE, li l-Istati Membri kienu qed jużaw fl-2013 u fl-2014. Din il-formola elettronika ppermettiet lill-Kummissjoni tanalizza ċ-ċifri rapportati b’mod aktar effiċjenti. Madankollu għad fadal xi inkonsistenzi. Dan huwa speċjalment minnu fir-rigward tat-tjur domestiċi. Skont id-definizzjoni tat-terminu "tjur domestiċi 9 " din il-kolonna għandha tintuża biss għat-tiġieġ miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam (tiġieġ tas-simna). Madankollu, fil-kolonna tat-tjur domestiċi, diversi Stati Membri inkludew ukoll ċifri għal azjendi żgħar tat-tiġieġ tal-bajd 10 . Għalhekk huwa impossibbli li wieħed ikun jaf jekk is-sejbiet humiex rappreżentattivi tal-azjendi tat-tiġieġ tas-simna jew tat-tiġieġ tal-bajd.

Teżisti problema simili għall-kategorija ‘frat’ li tinkludi kemm sistemi ta’ produzzjoni taċ-ċanga kif ukoll tal-ħalib. Peress li r-riskji għat-trattament xieraq tal-annimali fiż-żewġ sistemi huma differenti, tkun utli l-analiżi separata tad-dejta..

3.3. Sejbiet tekniċi

L-ewwel nett, sabiex is-sejbiet jitqiesu rappreżentattivi tas-sistema ta’ produzzjoni, il-perċentwal ta’ azjendi spezzjonati meta mqabbel mal-għadd totali ta’ azjendi jrid ikun għoli biżżejjed (ara l-Illustrazzjoni 1 tal-Anness I). F’każ wieħed biss l-esperti tal-Kummissjoni enfasizzaw li l-għadd ta’ faċilitajiet spezzjonati kien pjuttost baxx meta mqabbel mal-iskala tal-produzzjoni. Il-Kummissjoni ma rrapportat l-ebda inadegwatezza relatata mal-għażla tal-azjendi bbażata fuq ir-riskju.

Għandu jiġi nnotat li fl-2013 u fl-2014 l-għadd ta’ azjendi spezzjonati kien partikolarment għoli kemm għal dawk tat-tiġieġ tal-bajd kif ukoll tal-ħnieżer nisa. Dan jista’ jkun minħabba l-projbizzjoni fuq il-gaġeġ mhux arrikkiti għat-tiġieġ tal-bajd (2012) u l-introduzzjoni ta’ postijiet fejn il-ħnieżer nisa jgħixu fi gruppi (2013), u l-obbligu relatat biex tiġi żgurata konformità sħiħa.

It-tieni nett, fir-rigward tal-għadd ta’ nuqqasijiet ta’ konformità, huwa importanti li wieħed iżomm f’moħħu li dawn jinkludu t-tipi kollha ta’ ksur tal-leġiżlazzjoni tal-UE, anke dawk żgħar. Il-Kategoriji A u B fit-Tabella 3 ikopru atti amministrattivi ta’ nuqqas ta’ konformità, li jwasslu għal talba biex il-kwistjoni tiġi indirizzata jew fi żmien tliet xhur jew xi kultant fuq perjodu itwal. Il-Kategorija C tkopri ksur aktar gravi li jwassal għal azzjoni immedjata għal penali amministrattivi jew kriminali. Bħala eżempju, 8.1 % biss tal-ksur f’azjendi tat-tjur domestiċi reġistrati fl-2014 kien gravi, li wassal għal azzjoni immedjata.

Fl-aħħar nett, huwa importanti li jitqies li, wara approċċ ibbażat fuq ir-riskju dawk l-azjendi fejn hemm probabbiltà kbira ta’ ksur jiġu mmirati speċifikament. Bħala riżultat, kwalunkwe żieda fl-għadd ta’ ksur irreġistrat mhux neċessarjament tindika deterjorament fis-sitwazzjoni tat-trattament xieraq tal-annimali. Barra minn hekk, l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju għandu b’mod ġenerali jwassal sabiex il-kwistjonijiet dwar it-trattament xieraq tal-annimali jiġu indirizzati aktar malajr u jtejjeb is-sitwazzjoni għall-annimal.

B’konsiderazzjoni dovuta għan-nuqqasijiet metodoloġiċi, dawn huma s-sejbiet:

Awditi tal-Kummissjoni

Mill-awditi tal-Kummissjoni fl-2011-13 tmintax kienu jkopru tiġieġ tal-bajd (13) u/jew ħnieżer nisa (8). Ir-riżultati ta’ dawn l-awditi jipprovdu riflessjoni tajba tas-sitwazzjoni qabel l-introduzzjoni tal-projbizzjoni fuq il-gaġeġ mhux arrikkiti għat-tiġieġ tal-bajd u t-tranżizzjoni lejn postijiet fejn ħnieżer nisa jgħixu fi gruppi.

Fil-maġġoranza tal-Istati Membri awditjati dwar iż-żamma tal-ħnieżer, l-esperti tal-Kummissjoni rrapportaw ukoll nuqqas ta’ konformità relatata mal-provvista ta’ materjal manipulabbli u l-evitar tal-qtugħ tad-denb. Is-sejbiet f’dawn l-Istati Membri huma pjuttost differenti. Uħud instabu li ftit li xejn kienu qed jagħmlu xi ħaġa dwar il-prevenzjoni tal-qtugħ tad-denb ta’ rutina jew fil-provvista ta’ materjal manipulabbli.

Ħafna drabi kien hemm nuqqas ta’ insistenza mill-awtorità kompetenti li timponi miżuri oħra, bħal tibdil fil-kundizzjonijiet ambjentali jew fis-sistemi ta’ ġestjoni. Barra minn hekk, materjali mhux adattati bħal ktajjen tal-metall kienu meqjusa aċċettabbli mill-maġġoranza tal-uffiċjali tal-Istati Membri filwaqt li l-materjali adatti kienu pereżempju meqjusa inkompatibbli mas-sistemi tad-drenaġġ.

Erba’ Stati Membri kienu ħarġu gwida jew introduċew miżuri biex jitnaqqsu n-nuqqasijiet ta’ konformità. Madankollu, l-awditi enfasizzaw li ħafna drabi l-uffiċjali tal-Istat Membri ma kellhomx għarfien espert dwar kif għandhom jinterpretaw ir-rekwiżiti għall-provvista ta’ materjali manipulabbli, u biex isir tibdil ambjentali u ta’ ġestjoni qabel ma jitħalla jsir il-qtugħ tad-denb ta’ rutina.

Il-Kummissjoni wettqet ukoll 9 awditi fl-2014 11 li sabu li d-dejta mill-biċċeriji kienet qed tintuża biex jitkejjel it-trattament xieraq tal-azjendi agrikoli tat-tjur domestiċi/tiġieġ tas-simna. Madankollu tliet Stati Membri biss minn dawk awditjati effettivament użaw din id-dejta biex jikkontrollaw lill-azjendi agrikoli. Fl-Istati Membri l-oħra nstabu regolarment leżjonijiet serji waqt it-tbiċċir iżda ftit li xejn ingħata ripons lil dawk li jwettqu l-kontrolli tal-azjendi agrikoli.

Rapporti tal-Istati Membri

L-informazzjoni dwar il-ksur irrapportata mill-Istati Membri għall-ispeċijiet imrobbija koperti mir-regoli tal-UE dwar it-trattament xieraq tal-annimali tinsab fit-Tabella 3 tal-Anness I.

Iż-"żamma tar-rekords" hija waħda mill-kategoriji fejn hemm għadd kbir ta’ nuqqasijiet ta’ konformità għal kważi l-ispeċijiet kollha mrobbija. Din il-kategorija hija relatata mat-traċċabilità insuffiċjenti tat-trattamenti mediċinali u l-mortalitajiet osservati mill-bidwi, u hija sors importanti ta’ informazzjoni.

Fir-rigward tal-ħtiġiet li jaffettwaw lill-annimal innifsu, l-aktar sejba negattiva frekwenti tirrigwarda "l-bini u l-akkomodazzjoni". It-tfassil mhux xieraq ta’ bini, artijiet u elementi interni jaqa' taħt din l-intestatura. Barra minn hekk tiġbor fiha t-tagħmir ġewwa l-bini/gaġġa/maqjel kif ukoll l-użu inadegwat tal-faċilitajiet bħal sistemi inferjuri għall-ventilazzjoni jew it-tidwil.

It-tipi l-oħra prinċipali ta’ nuqqas ta’ konformità misjuba jvarjaw skont l-ispeċi ta’ annimali mrobbija. Għall-għoġġiela kien il-"libertà ta’ moviment", li tinkludi l-ħila li annimal jiċċaqlaq liberament u r-regoli dwar l-irbit, filwaqt li għat-tjur domestiċi kien jirrigwarda l-kontrolli regolari dwar il-funzjonament tat-"tagħmir awtomatiku u mekkaniku". Problemi relatati mal-"għalf, l-ilma u sustanzi oħrajn" kienu pjuttost frekwenti għat-tiġieġ tal-bajd imrobbija barra, għall-baqar, għan-nagħaġ u għall-mogħoż. Din l-aħħar kwistjoni tkopri d-dieta nnifisha, l-aċċess li l-annimal ikollu għall-għalf u għall-ilma u l-kontrolli fuq kwalunkwe apparat awtomatiku tat-tmigħ jew tax-xorb.

Ir-rapporti tal-Istati Membri juru rata ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ 8.4 % fl-2013 dwar il-ħnieżer u l-provvista ta’ materjal manipulabbli. Għall-mutilazzjonijiet (jiġifieri l-qtugħ tad-denb iżda anke l-kastrazzjoni u l-illimar tas-snien) ir-rata tan-nuqqas ta’ konformità reġistrata mill-Istati Membri kienet ta’ 2.2%.

Ilmenti

Fl-2013 u fl-2014 il-Kummissjoni rreġistrat tmien ilmenti dwar in-nuqqas tal-Istati Membri li jipprovdu materjal manipulabbli għall-ħnieżer u dwar il-qtugħ tad-dnub ta’ rutina. Dawn l-ilmenti jirriflettu wkoll is-sejbiet tal-awditi tal-Kummissjoni. Minn dawn, s’issa ngħalqu ħamsa. Sadanittant, il-Kummissjoni ħarġet gwida f’dan il-qasam 12 .

Minkejja li kien hemm ilmenti dwar kwistjonijiet oħra li jirrigwardaw it-trattament xieraq tal-annimali bħall-produzzjoni ta’ foie gras, it-trasport u t-trattament xieraq waqt il-qatla, l-għadd jibqa’ baxx għal kull qasam. L-ilmenti kollha ġew ivvalutati bir-reqqa u ġie konkluż li f’ebda wieħed minnhom ma kien hemm raġunijiet suffiċjenti biex jitkompla l-proċess. Għalhekk il-maġġoranza ngħalqu.

4.    Konklużjoni

Il-prinċipji ġenerali u d-dispożizzjonijiet li jinsabu fid-Direttiva 98/58/KE dwar il-ħarsien ta’ annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja kkontribwew għat-twaqqif ta’ qafas komuni għat-trattament xieraq tal-annimali mrobbija fl-UE. Id-Direttiva pprovdiet appoġġ ukoll lill-Istati Membri sabiex jiġi żgurat li dawn ir-regoli jiġu infurzati u implimentati kif xieraq. B’mod kruċjali, l-Istati Membri huma obbligati jippreżentaw rapporti annwali dwar ir-riżultati tal-kontrolli tagħhom fuq l-applikazzjoni tar-regoli dwar it-trattament xieraq u biex jidentifikaw miri ġodda biex jitjieb l-infurzar; dan wassal għall-prijoritizzazzjoni ta’ kwistjonijiet ta’ trattament xieraq. Tabilħaqq ir-rapporti jindikaw li l-Istati Membri jidhru li qed jaħdmu b’mod sistematiku biex jiġi indirizzat kwalunkwe nuqqas ta’ konformità identifikat u biex jiġu infurzati r-regoli tal-UE dwar it-trattament xieraq tal-annimali. Dan huwa kkorroborat biċ-ċifri mir-rapport preċedenti tal-Kummissjoni tal-2006 13  u biċ-ċifri rrapportati mill-Istati Membri għall-2013 u għall-2014. Kien hemm titjib notevoli fl-għadd ta’ azjendi konformi.

Fil-fatt, fir-rigward tal-aħħar żewġ miżuri introdotti - il-projbizzjoni ta’ gaġeġ mhux arrikkiti għat-tiġieġ tal-bajd (2012) u stalel individwali għal ħnieżer nisa (2013) - l-azzjoni li ttieħdet mill-Kummissjoni biex tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jinforzaw sew dawn il-projbizzjonijiet uriet li kienet effettiva. Attwalment, skont l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, l-Istati Membri kollha huma konformi u qed jużaw jew gaġeġ arrikkiti jew sistemi alternattivi għat-tiġieġ tal-bajd. Fir-rigward tal-postijiet fejn ħnieżer nisa jgħixu fi gruppi, 25 Stat Membru huma konformi filwaqt li tlieta ddikjaraw konformità sħiħa. Il-Kummissjoni tinsab fil-proċess li tivverifika d-dokumentazzjoni pprovduta sabiex tissostanzja dawn id-dikjarazzjonijiet.

F’ħafna każijiet, id-dejta tindika titjib żgħir bejn l-2013 u l-2014. Pereżempju, il-konformità rreġistrata għal tjur domestiċi u r-rekwiżit relatat mat-"tagħmir awtomatiku u mekkaniku" żdiedet minn 82.1 % għal 86.4 %. Kien hemm ukoll titjib ġenerali rrapportat bejn l-2013 u l-2014 fiż-"żamma tar-rekords" u "l-bini u l-akkomodazzjonijiet" għall-maġġoranza tal-ispeċijiet u s-sistemi ta’ produzzjoni. Il-biċċa l-kbira ta’ dawk l-Istati Membri li pprovdew analiżi tas-sejbiet tagħhom isemmu wkoll li hemm tendenza ġenerali lejn tibdil għall-aħjar. Uħud enfasizzaw ukoll li ħafna drabi n-nuqqas ta’ għarfien huwa l-kawża ta’ nuqqas ta’ konformità u għal din ir-raġuni fil-pjanijiet ta’ azzjoni tagħhom għas-sena li ġejja introduċew miżuri dwar it-taħriġ.

Dan it-titjib ġenerali, fosthom min-naħa tal-Istati Membri huwa sostnut mill-awditi tal-Kummissjoni li saru matul l-istess perjodu. Dawn ikkonkludew li l-Istati Membri kienu segwew ir-rakkomandazzjonijiet u li s-sitwazzjoni tjiebet meta mqabbla mal-awditi preċedenti.

Madankollu huwa neċessarju li titkompla l-ħidma mal-Istati Membri biex jiġi introdott aktar titjib fil-mod kif tiġi rrapportata konformità mar-regoli dwar it-trattament xieraq tal-annimali. Pereżempju, minn mindu nħarġet id-Deċiżjoni 2006/778/KE, ġew adottati rekwiżiti legali oħrajn fil-qasam tat-trattament xieraq tal-annimali 14 . Dan it-tibdil leġiżlattiv li ġie introdott f’data aktar ’il quddiem mhuwiex rifless fl-obbligi ta’ rappurtar tal-lum. Hemm bżonn li jitqies l-aħjar mod kif jiġi żgurat it-trasferiment armonjuż ta’ din id-dejta addizzjonali, filwaqt li fl-istess ħin il-piżijiet amministrattivi jinżammu fl-aktar livell baxx possibbli.

Fl-aħħar nett, mill-informazzjoni miġbura, huwa ċar li hemm bżonn ta’ fehim komuni aħjar tar-regoli eżistenti dwar it-trattament xieraq tal-annimali u kif dawn għandhom jiġu applikati u infurzati. Dan huwa partikolarment minnu fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti legali għat-trattament xieraq tal-ħnieżer. Bejn l-2013 u l-2014, id-dejta mill-Istati Membri turi li kien hemm biss żieda żgħira fil-ksur irreġistrat fir-rigward tal-provvista ta’ materjal manipulabbli u li l-għadd ta’ ksur li jittratta l-qtugħ tad-denb tal-ħnieżer naqas. Dan jikkuntrasta r-rapporti ta’ awditjar tal-Kummissjoni li juru għadd ferm ogħla ta’ ksur ta’ dawn iż-żewġ rekwiżiti fil-maġġoranza tal-Istati Membri awditjati. Barra minn hekk, l-għadd ta’ ilmenti dwar dawn il-kwistjonijiet jidher li jindika żieda fl-għarfien fost iċ-ċittadini tal-UE u interess fit-trattament xieraq tal-ħnieżer. Iċ-ċifri aktar baxxi rrapportati mill-Istati Membri jistgħu jkunu ġejjin minn nuqqas ta’ rikonoxximent ta’ nuqqas ta’ konformità. L-awditi tal-Kummissjoni wrew li fir-rigward tal-qtugħ tad-denb, ħafna mill-Istati Membri qiesu li kienu konformi mad-dritt tal-Unjoni. Sadanittant, il-ħidma dwar din it-tema ilha għaddejja għal diversi snin bil-għan li jiżdied l-għarfien u jinbidlu l-attitudnijiet. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/336 tat-8 ta’ Marzu 2016 tintroduċi għadd ta’ parametri li huma pertinenti għat-tnaqqis tal-gdim tad-denb u telenka l-karatteristiċi ta’ materjal ottimali ta’ arrikkiment. Id-Dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanjaha jipprovdi aktar dettalji għall-Istati Membri dwar il-kwistjoni u jagħtihom ukoll għodda u indikaturi li jistgħu jintużaw fil-valutazzjoni tas-sitwazzjoni fl-azjendi agrikoli.

Bħala minimu, il-Kummissjoni se tkompli timmonitorja l-konformità mal-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE. Madankollu, mill-pjanijiet ta’ azzjoni u mill-kummenti pprovduti jidher li l-Istati Membri jużaw diversi għodod għal infurzar aħjar f’dan il-qasam. B’mod parallel il-Kummissjoni tqis li huwa essenzjali li jiġu żviluppati aktar djalogi mal-partijiet ikkonċernati sabiex jiġu favoriti inizjattivi u proġetti speċifiċi f’dan il-qasam li jistgħu jkunu ta’ benefiċċju reċiproku kemm mill-aspett ekonomiku kif ukoll minn dak tat-trattament xieraq tal-annimali. F’dan l-isfond attwalment il-Kummissjoni qed taħdem fuq format aktar sistematiku u viżibbli għal dan id-djalogu, sabiex il-partijiet interessati kollha (l-organizzazzjonijiet tat-trattament xieraq tal-annimali, ix-xjenzati, il-veterinarji, il-bdiewa, il-proċessuri tal-ikel, il-bejjiegħa tal-ikel, eċċ.) ikunu jistgħu jesprimu t-tħassib tagħhom, jaqsmu l-għarfien u r-riżorsi sabiex jinbnew attivitajiet komuni.

Barra minn hekk, l-adozzjoni ta’ proposta tal-Kummissjoni dwar kontrolli uffiċjali 15 se tiftaħ it-triq għat-twaqqif ta’ Ċentri Ewropej ta’ Referenza għat-Trattament Xieraq tal-Annimali li jistgħu jikkontribwixxu wkoll għal aktar titjib permezz tal-ħolqien u tal-iskambju ta’ għarfien tekniku u xjentifiku aħjar.

Anness I

Tabella 1

Lista ta’ awditi tal-Kummissjoni bejn l-2010 u l-2014

Stat Membru

Numru tar-Rapport

It-tema tal-awditi dwar it-trattament xieraq tal-annimali

Data

Malta

2010-8386

azjendi agrikoli u trasport (tiġieġ tal-bajd, għoġġiela, ħnieżer, 2006/778)

Jannar 2010

Il-Lussemburgu

2010-8385

azjendi agrikoli u trasport (98/58, 2006/778, tiġieġ tal-bajd, ħnieżer)

Jannar 2010

Franza

2010-8390

azjendi agrikoli u trasport (tiġieġ tal-bajd, ħnieżer, 2006/778)

Frar 2010

Il-Polonja

2010-8387

azjendi agrikoli u trasport (tiġieġ tal-bajd, ħnieżer)

Frar-Marzu 2010

L-Italja

2010-8388

azjendi agrikoli u trasport (98/58, tiġieġ tal-bajd, ħnieżer)

Marzu 2010

Ir-Rumanija

2010-8389

azjendi agrikoli u trasport (tiġieġ tal-bajd, ħnieżer)

April 2010

Il-Bulgarija

2010-8383

azjendi agrikoli u trasport (tiġieġ tal-bajd, ħnieżer)

April 2010

Ir-Repubblika Ċeka

2010-8384

azjendi agrikoli u trasport (tiġieġ tal-bajd, ħnieżer)

Ġunju 2010

L-Iżvezja

2010-8391

azjendi agrikoli u trasport (2006/778, tiġieġ tal-bajd, ħnieżer)

Ottubru 2010

Id-Danimarka

2010-8392

azjendi agrikoli u trasport (tiġieġ tal-bajd, ħnieżer)

Novembru 2010

L-Awstrija

2011-6096

azjendi agrikoli u trasport (98/58, tiġieġ tal-bajd, ħnieżer, tiġieġ tas-simna)

Jannar 2011

Il-Portugall

2011-6052

azjendi agrikoli u trasport (tiġieġ tas-simna, tiġieġ tal-bajd, għoġġiela, ħnieżer)

Mejju 2011

Il-Polonja

2011-6049

azjendi agrikoli u trasport (98/58, tiġieġ tal-bajd, ħnieżer, tiġieġ tas-simna)

Mejju-Ġunju 2011 

Il-Belġju

2011-6039

azjendi agrikoli u trasport (98/58, tiġieġ tal-bajd, ħnieżer, tiġieġ tas-simna)

Ġunju-Lulju 2011

L-Ungerija

2011-6045

azjendi agrikoli u trasport (98/58, tiġieġ tal-bajd, tiġieġ tas-simna, ħnieżer, rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa (KtE) dwar il-wiżż)

Settembru 2011

Is-Slovakkja

2011-6053

azjendi agrikoli u trasport (tiġieġ tal-bajd, tiġieġ tas-simna, ħnieżer)

Settembru 2011

L-Italja

2011-6048

azjendi agrikoli u trasport (98/58, tiġieġ tal-bajd, ħnieżer, tiġieġ tas-simna)

Novembru 2011

L-Irlanda

2012-6379

tiġieġ tal-bajd fl-azjendi agrikoli

Marzu 2012

Is-Slovenja

2012-6375

azjendi agrikoli u trasport (98/58, tiġieġ tal-bajd, ħnieżer, tiġieġ tas-simna)

April 2012

In-Netherlands

2012-6376

azjendi agrikoli u trasport (98/58, tiġieġ tal-bajd, ħnieżer, tiġieġ tas-simna, rakkomandazzjoni tal-KtE dwar l-ifrat)

Mejju 2012

Il-Bulgarija

2012-6454

azjendi agrikoli u trasport (tiġieġ tal-bajd, tiġieġ tas-simna, ħnieżer)

Ġunju 2012

Il-Latvja

2012-6525

azjendi agrikoli u trasport (98/58, 2006/778, tiġieġ tal-bajd, ħnieżer, tiġieġ tas-simna, għoġġiela, rakkomandazzjoni tal-KtE dwar l-ifrat, rakkomandazzjoni tal-KtE dwar il-farms għat-trobbija ta’ annimali għall-fer)

Ottubru 2012

Il-Litwanja

2012-6526

azjendi agrikoli u trasport (98/58, ħnieżer, tiġieġ tas-simna, rakkomandazzjoni tal-KtE dwar il-farms għat-trobbija ta’ annimali għall-fer)

Novembru 2012

Franza

2012-6446

azjendi agrikoli u trasport (tiġieġ tal-bajd, ħnieżer, tiġieġ tas-simna, rakkomandazzjoni tal-KtE dwar il-papri Muscovy)

Novembru 2012

Ir-Rumanija

2012-6374

azjendi agrikoli u trasport (tiġieġ tal-bajd, ħnieżer, tiġieġ tas-simna, rakkomandazzjoni tal-KtE dwar id-dundjani, rakkomandazzjoni tal-KtE dwar il-papri)

Novembru 2012

Ir-Renju Unit

2013-6822

speċijiet ewlenin imrobbija u tiġieġ għall-produzzjoni tal-laħam (tiġieġ tas-simna, rakkomandazzjoni tal-KtE dwar id-dundjani)

Frar-Marzu 2013

Id-Danimarka

2013-6807

speċijiet ewlenin imrobbija u tiġieġ għall-produzzjoni tal-laħam (tiġieġ tas-simna, rakkomandazzjoni tal-KtE dwar il-farms għat-trobbija ta’ annimali għall-fer, rakkomandazzjoni tal-KtE dwar l-ifrat)

Ottubru 2013

L-Awstrija

2013-6805

speċi ewlenin imrobbija -rekwiżiti tal-Kunsill tal-Ewropa (2006/778, rakkomandazzjoni tal-KtE dwar l-ifrat, rakkomandazzjoni tal-KtE dwar id-dundjani, rakkomandazzjoni tal-KtE dwar il-wiżż)

Novembru 2013



Tabella 2

Sommarju tar-rapporti kollha mill-Istati Membri għall-2013 – 2014 skont l-ispeċi

2013

Deskrizzjoni tal-Kategorija

 

Tiġieġ tal-bajd Imrobbija fil-beraħ

 

Tiġieġ tal-bajd tal-Maqjel

 

Tiġieġ tal-bajd f’Gaġeġ Arrikkiti

 

Dundjani

 

Tjur domestiċi

 

Papri

 

Wiżż

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Is-siti ta’ produzzjoni soġġetti għal spezzjoni

 

6.731

 

3.490

 

3.236

 

19.768

 

111.115

 

29.877

 

13.553

 

Is-siti ta’ produzzjoni spezzjonati

 

20.1 %

 

33.6 %

 

40 %

 

5.1 %

 

5.3 %

 

2.8 %

 

5.6 %

 

Is-siti ta’ produzzjoni mingħajr nuqqas ta’ konformità

 

89.8 %

 

89.4 %

 

87.5 %

 

90.7 %

 

82.7 %

 

89.9 %

 

89 %

 

Total tal-Kategorija ta’ Nuqqas ta’ Konformità

 

198

 

189

 

224

 

122

 

1275

 

132

 

127

 

Deskrizzjoni tal-Kategorija

 

Għasafar li ma jtirux (ratiti)

 

Ħnieżer

 

Frat (minbarra għoġġiela)

 

Għoġġiela

 

Nagħaġ

 

Mogħoż

 

Annimali għall-fer

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Is-siti ta’ produzzjoni soġġetti għal spezzjoni

788

685.660

1.503.586

942.407

549.713

186.632

3.956

Is-siti ta’ produzzjoni spezzjonati

13.5 %

4.3 %

4.5 %

4.1 %

3 %

2.5 %

28.8 %

Is-siti ta’ produzzjoni mingħajr nuqqas ta’ konformità

90.6 %

80.8 %

86.2 %

87.2 %

86.4 %

80.7 %

85.1 %

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2014

Deskrizzjoni tal-Kategorija

 

Tiġieġ tal-bajd Imrobbija fil-beraħ

 

Tiġieġ tal-bajd tal-Maqjel

 

Tiġieġ tal-bajd f’Gaġeġ Arrikkiti

 

Dundjani

 

Tjur domestiċi

 

Papri

 

Wiżż

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Is-siti ta’ produzzjoni soġġetti għal spezzjoni

 

12.099

 

12.772

 

3.565

 

26.395

 

183.920

 

75.420

 

37.241

Is-siti ta’ produzzjoni spezzjonati

 

17.3%

 

16%

 

40.5%

 

5.6%

 

4.1%

 

1.9%

 

3.3%

Is-siti ta’ produzzjoni mingħajr nuqqas ta’ konformità

 

91.8%

 

92.3%

 

86.4%

 

88.4%

 

83.5%

 

91.5%

 

90.7%

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Deskrizzjoni tal-Kategorija

 

Għasafar li ma jtirux (ratiti)

 

Ħnieżer

 

Frat (minbarra għoġġiela)

 

Għoġġiela

 

Nagħaġ

 

Mogħoż

 

Annimali għall-fer

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Is-siti ta’ produzzjoni soġġetti għal spezzjoni

1.716

 

767.042

 

1.626.413

 

978.358

 

653.721

 

235.205

4.317

Is-siti ta’ produzzjoni spezzjonati

11.2%

 

4.7%

 

4.6%

 

4.5%

 

3.4%

 

2.9%

28.7%

Is-siti ta’ produzzjoni mingħajr nuqqas ta’ konformità

92.2%

 

82.2%

 

86.6%

 

84.7%

 

89.5%

 

81.4%

85.6%



Illustrazzjoni 1

Il-perċentwal ta’ siti ta’ produzzjoni spezzjonati fl-2013 u fl-2014



Tabella 3

L-għadd ta’ siti ta’ produzzjoni fl-Istati Membri soġġetti għal spezzjoni u l-perċentwali ta’ nuqqas ta’ konformità fl-2013 u fl-2014

- speċi ewlenin imrobbija

2013

2014

2013

2014

2013

2014

2013

2014

Deskrizzjoni tal-Kategorija

 

Tiġieġ tal-bajd Imrobbija fil-beraħ

 

Tiġieġ tal-bajd Imrobbija fil-beraħ

 

Ħnieżer

 

Ħnieżer

 

Għoġġiela

 

Għoġġiela

 

Tjur domestiċi

 

Tjur domestiċi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Is-siti ta’ produzzjoni soġġetti għal spezzjoni

 

6.731

12.099

685.660

767.042

942.407

978.358

111.115

183.920

Is-siti ta’ produzzjoni spezzjonati

 

20.1 %

 

17.3%

 

4.3 %

 

4.7%

 

4.1 %

 

4.5%

 

5.3 %

 

4.1%

Is-siti ta’ produzzjoni mingħajr nuqqas ta’ konformità

 

89.8 %

 

91.8%

 

80.8 %

 

82.2%

 

87.2 %

 

84.7%

 

82.7 %

 

83.5%

L-Għadd ta’ Nuqqasijiet ta’ Konformità

 

 

 

 

 

 

 

Persunal

 

5.6 %

 

5.6%

 

2.9 %

 

3.1%

 

2.4 %

 

2.3%

 

14 %

 

10.5%

Spezzjoni

 

6.1 %

 

8.9%

 

7.8 %

 

9.2%

 

7.8 %

 

8.8%

 

8.2 %

 

7.4%

Żamma tar-rekords

 

22.7 %

 

27.1%

 

15.5 %

 

13.5%

 

17.4 %

 

12.8%

 

44.5 %

 

30.5%

Libertà ta’ moviment

 

0.5 %

 

2.8%

 

3 %

 

4.1%

 

14.2 %

 

14.3%

 

3.4 %

 

4.4%

Spazji permessi

 

5.6 %

 

5.1%

 

13 %

 

6.3%

 

6.9 %

 

7%

 

4 %

 

5.1%

Bini u akkomodazzjoni

 

78.3 %

 

84.6%

 

27.5 %

 

28.5%

 

40.9 %

 

39.3%

 

36.4 %

 

37.3%

Dawl minimu

 

2.5 %

 

3.3%

 

5.5 %

 

8.8%

 

1.9 %

 

2.8%

 

0.8 %

 

2.7%

Uċuħ tal-art (għall-ħnieżer)

 

0 %

 

0%

 

8.8 %

 

9.3%

 

0 %

 

0%

 

0 %

 

0%

Materjali manipulabbli (għall-ħnieżer)

 

0 %

 

0%

 

8.4 %

 

10%

 

0 %

 

0%

 

0 %

 

0%

Apparat awtomatiku u mekkaniku

 

6.6 %

 

5.6%

 

4.7 %

 

4.2%

 

3 %

 

3.3%

 

17.9 %

 

14.6%

Għalf, ilma u sustanzi oħrajn

 

28.3 %

 

35%

 

11.8 %

 

11.5%

 

13.3 %

 

16.4%

 

7.2 %

 

8.3%

Emoglobina (għall-għoġġiela)

 

0 %

 

0%

 

0 %

 

0%

 

0.4 %

 

0.5%

 

0 %

 

0%

Ikel fibruż (għoġġiela u ħnieżer nisa)

 

0 %

 

0%

 

0.2 %

 

0.2%

 

0.2 %

 

1%

 

0 %

 

0%

Mutilazzjonijiet

 

0.5 %

 

1.9%

 

2.2 %

 

1.8%

 

0.3 %

 

0.3%

 

0.8 %

 

0.4%

Proċeduri ta’ tnissil (mhux għat-tiġieġ tal-bajd)

 

0 %

 

0%

 

2 %

 

1.3%

 

1.1 %

 

1%

 

11 %

 

7.1%

L-Għadd ta’ Kategoriji ta’ Nuqqas ta’ Konformità

 

 

 

 

 

 

 

Kategorija A

 

56.1 %

 

64%

 

64.2 %

 

66.1%

 

73.3 %

 

76.6%

 

69.8 %

 

73.2%

Kategorija B

 

37.9 %

 

25.7%

 

20.3 %

 

22.1%

 

15.1 %

 

12.9%

 

23.4 %

 

18.5%

Kategorija C

 

6.1 %

 

10.3%

 

15.6 %

 

11.8%

 

11.5 %

 

10.5%

 

6.8 %

 

8.3%

Anness II

Ħarsa ġenerali lejn il-leġiżlazzjoni dwar it-trattament xieraq tal-annimali rilevanti għas-sitwazzjoni tal-azjendi agrikoli

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta’ annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja; ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23.

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE tad-19 ta’ Lulju 1999 li tistabilixxi standards minimi għall-ħarsien ta’ tiġieġ li jbid; ĠU L 203, 3.8.1999, p. 53.

Id-Direttiva tal-Kunsill 2007/43/KE tat-28 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi regoli minimi għall-protezzjoni tat-tiġieġ miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam; ĠU L 182, 12.7.2007, p. 19.

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/119/KE tat-18 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-għoġġiela; verżjoni kodifikata; ĠU L 10; 15.1.2009, p. 7.

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE tat-18 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-majjali; verżjoni kodifikata; ĠU L 47, 18.2.2009, p. 5.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/4/KE tat-30 ta’ Jannar 2002 fuq ir-reġistrazzjoni tan-negozji stabbiliti tat-trobbija tat-tiġieġ li jbidu, koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE; ĠU L 30, 31.1.2002, p. 44.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/778/KE tal-14 ta’ Novembru 2006 li tikkonċerna r-rekwiżiti minimi għall-ġbir tal-informazzjoni waqt l-ispezzjonijiet tas-siti ta’ produzzjoni li fihom jinżammu ċerti annimali għal skopijiet ta’ biedja; ĠU L 314, 15.11.2006, p. 39.

(1)

     Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/778/KE tal-14 ta’ Novembru 2006 li tikkonċerna r-rekwiżiti minimi għall-ġbir tal-informazzjoni waqt l-ispezzjonijiet tas-siti ta’ produzzjoni li fihom jinżammu ċerti annimali għal skopijiet ta’ biedja; ĠU L 314, 15.11.2006, p. 39.

(2)

     COM(2012) 6 final/2.

(3)

     ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23.

(4)

     Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali; ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(5)

     Ġiet estrapolata xi dejta minn dawn ir-rapporti u qed tiġi ppreżentata fl-Anness I.

(6)

     COM/2012/0154 final - Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew L-aġġornament tal-immaniġġjar tar-relazzjonijiet mal-kwerelant rigward l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni.

(7)

     Il-bdiewa jistgħu jirċievu pagamenti diretti sakemm iżommu l-art tagħhom f’kundizzjoni agrikola tajba u jikkonformaw mal-istandards dwar is-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali u tal-pjanti, l-ambjent u t-trattament xieraq tal-annimali (kundizzjonalità) li jinsabu fir-Regolament.

(8)

     Id-Direttivi 2008/120/KE u 2008/119/KE jirrikjedu spezzjonijiet li "kull sena jkopru kampjun statistikament rappreżentattiv tas-sistemi differenti tat-trobbija użati f’kull Stat Membru".

(9)

     It-Tabella 2, tal-Anness IV tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/778/KE: Tjur domestiċi jirreferu għal tjur tal-ispeċi Gallus gallus minbarra tiġieġ tal-bajd.

(10)

   Inqas minn 350 tiġieġa.

(11)

     In-numri ta’ referenza tar-rapporti tal-awditjar: Spanja 7079, ir-Renju Unit 7080, id-Danimarka 7061, il-Ġermanja 7073, ir-Repubblika Ċeka 7060, l-Ungerija 7072, il-Belġju 7059, in-Netherlands 7078 u l-Italja 7075.

(12)

     Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/336 tat-8 ta’ Marzu 2016 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-majjali fir-rigward ta’ miżuri biex jitnaqqas il-bżonn ta’ qtugħ tad-denb; ĠU L 62, 9.3.2016, p. 20;    
SWD(2016) 49 final
http://ec.europa.eu/food/animals/welfare/practice/farm/pigs/index_en.htm  

(13)

     KUMM(2006) 838 finali.

(14)

     Id-Direttiva 2007/43/KE.

(15)

   Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ir-regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti, il-materjal riproduttiv tal-pjanti, il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, 1829/2003, 1831/2003, 1/2005, 396/2005, 834/2007, 1099/2009, 1069/2009, 1107/2009, ir-Regolamenti (UE) Nru 1151/2012, 652/2014, u d-Direttivi 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE, 2008/120/KE u 2009/128/KE (Ir-Regolament dwar il-kontrolli uffiċjali). Fajl interistituzzjonali: 2013/0140 (COD).