Brussell, 18.5.2016

COM(2016) 360 final

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL

It-tielet rapport dwar ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni


1Introduzzjoni

It-Tielet Rapport dwar ir-Rilokazzjoni u r-Risistemazzjoni juri s-sitwazzjoni attwali aġġornata mill-aħħar rapport tat-12 ta' April 1 u jivvaluta l-azzjonijiet meħuda mill-partijiet ikkonċernati kollha mit-12 ta' April 2016 sat-13 ta' Mejju (il-perjodu ta' rappurtar) biex jagħti riżultati dwar ir-rakkomandazzjonijiet li saru biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-iskemi ta' rilokazzjoni u risistemazzjoni.

Mit-12 ta' April 2016, waslu fil-Greċja 2,581 persuna 2 . Dan jirrappreżenta tnaqqis ċar (tnaqqis ta' 75 % meta mqabbel mal-perjodu kopert fir-rapport preċedenti), filwaqt li fit-territorju kontinentali, is-sitwazzjoni baqgħet fil-biċċa l-kbira l-istess. Bl-għeluq tal-fruntiera bejn il-Greċja u l-Eks-Repubblika Yugoslava tal-Maċedonja, madwar 46,000 persuna għadhom fil-Greċja kontinentali 3 u, skont estimi tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR), 4 65% minn dawn huma minn waħda min-nazzjonalitajiet eliġibbli għar-rilokazzjoni. Fl-Italja, 10,242 persuna 5 waslu sa mit-12 ta' April, u dan juri xejra simili għall-istess perjodu fl-2015. Żieda fl-għadd ta' wasliet ta' Eritrej, fosthom ta' minorenni mhux akkumpanjati, ġiet irrappurtata f'dawn l-aħħar ġimgħat.

Kollox ma' kollox, il-progress dwar ir-rilokazzjoni sa mit-Tieni Raport dwar ir-Rilokazzjoni u r-Risistemazzjoni ma kienx sodisfaċenti. Il-Kummissjoni kienet stabbiliet mira li tirriloka mill-inqas 20,000 persuna sa nofs Mejju fl-Ewwel Rapport tagħha dwar ir-Rilokazzjoni u r-Risistemazzjoni. Ir-realtà tonqos sew milli tilħaq din il-mira. Tliet mija u ħamsa u ħamsin persuna addizzjonali biss ġew rilokati matul il-perjodu ta' rappurtar, u dan ġab in-numru totali ta' persuni rilokati sa issa għal 1,500 (909 mill-Greċja u 591 mill-Italja). Huma fil-biċċa l-kbira l-istess Stati Membri bħal fir-rapport preċedenti li komplew iżidu l-isforzi ta' rilokazzjoni tagħhom, b'mod partikolari fil-Greċja filwaqt li l-għadd ta' trasferimenti ta' rilokazzjoni fl-Italja jibqa' baxx.

Għal dak li jikkonċerna r-risistemazzjoni, 6,321 persuna ġew risistemati sa issa mit-22,504 miftiehma skont l-iskema ta' Lulju, l-aktar mit-Turkija, il-Ġordan u l-Libanu. Billi l-azzjonijiet miftiehma fid-Dikjarazzjoni tal-UE u t-Turkija bdew jiġu applikati biss mill-4 ta' April, 6 177 persuna ġew risistemati mit-Turkija lejn l-UE skont il-mekkaniżmu 1:1 li minnhom 98 mill-aħħar rapport.

2Rilokazzjoni

2.1Azzjonijiet ta' rilokazzjoni mill-Istati Membri

Mit-12 ta' April sat-13 ta' Mejju, 355 persuna addizzjonali biss ġew rilokati, 294 mill-Greċja (lejn Franza, in-Netherlands, il-Latvja, ir-Rumanija, il-Finlandja, il-Bulgarija, Malta, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja u s-Slovenja) 7 u 61 mill-Italja (lejn il-Finlandja, il-Latvja, il-Portugall, ir-Rumanija u l-Iżvizzera) 8 . Matul dan il-perjodu, seħħew l-ewwel trasferimenti ta' rilokazzjoni lejn l-Iżvizzera u s-Slovenja. 307 trasferiment ta' rilokazzjoni addizzjonali huma ppjanati sa tmiem Mejju mill-Greċja 9 u 137 mill-Italja 10 .

Azzjonijiet li jindirizzaw in-numru limitat ta' impenji: 11-il Stat Membru (il-Belġju, il-Kroazja – l-ewwel impenn tagħha 11 - ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, in-Netherlands, u s-Slovenja) 12 ppreżentaw 1,220 indikazzjoni ġdida li huma lesti li jirrilokaw malajr applikanti għal protezzjoni internazzjonali (l-"impenji formali"). In-numru totali ta' impenji formali mill-Istati Membri ta' rilokazzjoni jammonta għal 5,736 (1,658 lejn l-Italja u 4,078 lejn il-Greċja).

L-Awstrija, 13 l-Ungerija u s-Slovakkja għadhom ma ppreżentaw l-ebda impenn. Barra minn hekk, għadd ta' Stati Membri (il-Ġermanja u l-Polonja) għadhom mhumiex qed jirrispettaw l-obbligu skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill biex, kull tliet xhur, jindikaw in-numru ta' applikanti li jistgħu jiġu rilokati malajr lejn it-territorju tagħhom. Fl-aħħar nett, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri sa issa għadhom mhumiex qegħdin jippreżentaw impenji fuq skala konsistenti mal-allokazzjoni tagħhom għall-perjodu kollu kopert mid-deżizjonijiet (pereżempju, il-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, in-Netherlands, il-Polonja u Spanja għamlu impenji li jammontaw biss għal 5% jew anqas tal-allokazzjoni tagħhom).

Azzjonijiet biex jitqassar il-ħin ta' rispons għat-talbiet ta' rilokazzjoni: xi Stati Membri (il-Finlandja, il-Lussemburgu, Malta u s-Slovenja) għamlu sforzi addizzjonali biex iqassru l-ħin għal rispons għat-talbiet ta' rilokazzjoni u jissodisfaw il-mira ta' ġimagħtejn.

Min-naħa l-oħra, ir-Repubblika Ċeka, il-Bulgarija u l-Estonja qed ikomplu jiċħdu t-talbiet ta' rilokazzjoni, jew mingħajr ma jagħtu raġunijiet sostanzjati jew għal raġunijiet oħra minbarra dawk speċifikati fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rilokazzjoni. Minbarra dan, il-Polonja qed tkompli tapplika sospensjoni de facto tal-proċedura tar-rilokazzjoni 14 .

Azzjonijiet biex jiġu indirizzati l-isfidi relatati mar-rilokazzjoni ta' applikanti vulnerabbli, inkluż minn minorenni mhux akkumpanjati: Skont l-aħħar dejta tal-Eurostat, kważi 90,000 minorenni mhux akkumpanjati talbu l-ażil fl-UE fl-2015. L-Afgani (51 % tal-għadd totali ta' minorenni mhux akkumpanjati), is-Sirjani (16 %) u l-Eritrej (6 %) kienu t-tliet nazzjonalitajiet ewlenin ta' dawk li jfittxu ażil li huma minorenni mhux akkumpanjati fl-UE fl-2015.  15 Din ix-xejra kompliet fl-2016. 1,824 minorenni mhux akkumpanjati waslu l-Italja bejn l-1 u t-30 ta' April 16 . Fil-Greċja, għalkemm mhuwiex possibbli li jkun magħruf in-numru ta' wasliet matul l-istess perjodu, iċ-Ċentru Nazzjonali għas-Solidarjetà Soċjali (EKKA) jirrapporta li 1,609 minorenni mhux akkumpanjati ġew riferuti lill-EKKA għall-akkomodazzjoni sa mill-bidu tal-2016. F'konformità mad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rilokazzjoni, l-Istati Membri għandhom jipprijoritizzaw ir-rilokazzjoni ta' minorenni mhux akkumpanjati li jaslu fl-UE. Mit-12 ta' April, l-ebda minorenni mhux akkumpanjati ma ġew rilokati. Madankollu, tmien minorenni mhux akkumpanjati huma mistennija li jiġu rilokati mill-Greċja għall-Finlandja, wieħed lejn il-Portugall u tnejn lejn il-Lussemburgu fil-ġimgħat li ġejjin 17 . Matul il-perjodu tar-rappurtar, Malta u l-Belġju laqgħu t-talba tal-Kummissjoni li jżidu l-postijiet għall-minorenni mhux akkumpanjati. bħala parti mill-impenn il-ġdid tagħha lill-Greċja u lill-Italja, Malta offriet 12-il post għal din il-kategorija ta' applikanti vulnerabbli (sitta għall-Italja u sitta għall-Greċja). Bħala parti mill-impenn il-ġdid tiegħu lill-Greċja, il-Belġju offra 10 postijiet għal din il-kategorija ta' applikanti vulnerabbli.

Azzjonijiet biex tiżdied l-aċċettabilità u l-fiduċja tal-migranti fl-iskema u biex jiġu evitati r-revoki: Abbażi tal-mudell u tal-gwida preċedentement żviluppati mill-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (EASO) – li jistabbilixxu l-elementi ewlenin li għandhom jiġu inklużi fl-informazzjoni ta' qabel it-tluq li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri – ir-Rumanija kienet l-ewwel pajjiż li pprovda informazzjoni ta' qabel it-tluq abbażi tal-mudell.

Azzjonijiet biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-EASO biex jappoġġa lill-Italja u l-Greċja: L-aktar sejħa riċenti tal-EASO għall-esperti għall-Italja talbet 42 espert għall-perjodu mill-15 ta' April 2016 sas-17 ta' Ġunju 2016. Sa issa, ġew offruti biss 27 espert (mill-Awstrija, il-Bulgarija, l-Estonja, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, il-Latvja, Malta, in-Netherlands, in-Norveġja, is-Slovakkja, l-Iżvizzera, l-Iżvezja, ir-Rumanija u r-Renju Unit) (minbarra sitta oħra mistennija). Aktar esperti huma meħtieġa biex ikopru l-ħtiġijiet operazzjonali attwali fl-Italja, u żieda ulterjuri fil-ħtiġijiet tista' tiġi antiċipata minħabba l-probabbiltà ta' wasliet għolja fil-perjodu tas-sajf.

Fil-21 ta' April, l-EASO nieda l-ħames sejħa għall-esperti biex jappoġġaw l-iskema ta' rilokazzjoni fil-Greċja, u talbet minimu ta' 62 espert. Sal-lum, ġew innominati biex jintbagħtu 26 espert biss mill-Istati Membri (il-Finlandja, Franza, il-Litwanja, in-Netherlands, ir-Rumanija u l-Iżvezja). L-EASO qiegħed iħejji żieda sostanzjali fl-appoġġ għall-proċess ta' reġistrazzjoni biex jakkomoda l-eżerċizzju ta' prereġistrazzjoni massiv ippjanat mill-Greċja, bil-parteċipazzjoni ta' esperti tal-Istati Membri.

2.2Azzjonijiet mill-Greċja u l-Italja, inkluż enfasi fuq il-pjanijiet direzzjonali

Il-Greċja

Azzjonijiet il-hotspots isiru kompletament operattivi: Il-hotspots kollha bħalissa huma operattivi bl-eċċezzjoni ta' Kos.

Azzjoni biex titħaffef ir-reġistrazzjoni tal-migranti: Is-Servizz tal-Ażil Grieg, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-UNHCR u l-EASO, qed jippjana li jwettaq eżerċizzju ta' qabel ir-reġistrazzjoni massiv fi tliet fażijiet fix-xhur li ġejjin immirat fl-ewwel fażi tiegħu għal madwar 35,000 persuna preżenti f'siti ta' akkoljenza uffiċjali fil-Greċja kontinentali. L-eżerċizzju se jgħin fl-isforzi tas-Servizz tal-Ażil Grieg biex itejjeb l-identifikazzjoni tal-biċċa l-kbira tal-migranti irregolari li jistgħu jkunu fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali fil-kontinent (inklużi dettalji dwar in-nazzjonalità, l-età, u l-vulnerabbiltà). L-eżerċizzju huwa mistenni li jiffaċilita u jħaffef ir-reġistrazzjoni sħiħa tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali.

Azzjonijiet biex titjieb il-kapaċità ta' reġistrazzjoni tas-Serviżż ta' Ażil Grieg: Il-kapaċità tas-Servizz tal-Ażil Grieg biex jipproċessa t-talbiet ta' rilokazzjoni żdiedet b'mod sinifikanti matul l-aħħar xahar bil-ħolqien ta' gruppi mħallta ta' uffiċjali tar-reġistrazzjoni tas-Servizz tal-Ażil Grieg u esperti tar-reġistrazzjoni tal-EASO f'Ateni, Thessaloniki, u Alexandroupoli. Din il-kapaċità hija mistennija li tiżdied aktar fil-ġimgħat li ġejjin. Is-Servizz tal-Ażil Grieg reċentement impjega 21 uffiċjal addizzjonali għall-ipproċessar ta' talbiet ta' rilokazzjoni. Din iż-żieda se tkun ibbilanċjata mal-kollokazzjoni ta' numru ekwivalenti ta' esperti addizzjonali tal-EASO. Server ġdid għall-Unità tas-Servizz tal-Ażil ta' Dublin ġie akkwistat u twassal mill-EASO, u dan se jirriżulta f'żieda sostanzjali fil-pass li bih jintbagħtu talbiet ta' rilokazzjoni lill-Istati Membri, billi s-server il-ġdid jista' jappoġġa aktar utenti fl-istess ħin.

Kumplessivament, kif muri fil-grafika, il-kapaċità tas-Sistema tal-Ażil Griega sabiex tirreġistra u tippreżenta t-talbiet tar-rilokazzjoni żdiedet b'mod kontinwu. Filwaqt li, flimkien maż-żieda fl-għadd ta' reġistrazzjonijiet, kien hemm żieda simili fl-għadd ta' impenji, il-kapaċità li jitressqu talbiet ta' rilokazzjoni qed tikber b'rata ħafna aktar mgħaġġla mit-tweġibiet mill-Istati Membri ta' rilokazzjoni. Din id-differenza fir-rata tista' ssir ostakolu sinifikanti fis-segwitu tal-eżerċizzju ta' prereġistrazzjoni tal-massa.

Azzjonijiet biex tittejjeb il-koordinazzjoni u biex jitqassar il-ħin ta' rispons għat-talbiet ta' rilokazzjoni: il-Proċeduri Operattivi Standard għall-hotspots għadhom iridu jiġu adottati biex iqisu d-Dikjarazzjoni UE-Turkija. Protokoll ta' Rilokazzjoni ġie elaborat b'mod konġunt mill-Kummissjoni, is-Servizz tal-Ażil Grieg, il-UNHCR, l-EASO, u l-IOM bl-għan li tiġi żgurata implimentazzjoni rapida tal-proċedura ta' rilokazzjoni. Il-Protokoll jiddeskrivi l-kompitu ta' kull attur u jistabbilixxi limiti ta' żmien speċifiċi għal kull pass fil-fluss tax-xogħol tar-rilokazzjoni, inkluż il-ħin ta' reazzjoni mill-Istati Membri ta' rilokazzjoni biex titħaffef ir-rilokazzjoni. Il-Protokoll ġie diskuss mal-Uffiċjali ta' Kollegament tal-Istati Membri f'Ateni fis-26 ta' April. Issa għandu jiġi approvat bħala kwistjoni ta' urġenza, l-iktar tard fil-laqgħa li jmiss tal-Uffiċjali ta' Kollegament f'Ateni fil-bidu ta' Ġunju.

Azzjonijiet biex titjieb il-kapaċità ta' akkoljenza fil-Greċja: Fit-13 ta' Mejju, il-kapaċità totali ta' akkoljenza fil-Greċja hija ta' 47,400 post. Mill-20,000 post allokati skont l-iskema tal-kiri mill-UNHCR f'Diċembru 2015, fil-11 ta' Mejju, kienu disponibbli 5,368 post inklużi 2,514-il post f'lukandi/binjiet sħaħ, 1,789 post f'appartamenti, 875 post fiċ-ċentru Lagadikia, 120 post f'familji ta' akkoljenza, u 70 post f'faċilitajiet apposta għall-minorenni mhux akkumpanjati. Skont din l-iskema, l-UNHCR qed tippjana li tagħmel total ta' 6,000 post disponibbli f'ċentri ta' rilokazzjoni li se jakkomodaw l-applikanti ta' rilokazzjoni kollha rreġistrati kif suppost. Fit-13 ta' Mejju, 875 post kienu diġà disponibbli fiċ-ċentru Lagadikia u 723 migrant kienu diġà ġew akkomodati. Għaddejjin diskussjonijiet bejn il-UNHCR u l-awtoritajiet Griegi fir-rigward tal-forniment ta' aktar siti għall-bini ta' ċentri ta' rilokazzjoni apposta għall-applikanti li għandhom jiġu rilokati, l-aktar fir-reġjun ta' Attica.

Il-UNHCR impenjat ruħha li tiżgura t-trasport tal-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali kollha li ġiet aċċettata l-applikazzjoni ta' rilokazzjoni tagħhom mill-Istati Membri ta' rilokazzjoni lejn il-faċilitajiet immexxija b'appoġġ tal-UNHCR f'Ateni għall-fażi ta' qabel it-tluq. Dawn l-iżviluppi huma mistennija li jtejbu sostanzjalment l-effiċjenza tal-fluss tax-xogħol tar-rilokazzjoni.

L-Italja

Azzjonijiet biex jagħmlu l-hotspots kompletament operattivi: Bħalissa l-hotspots ta' Pozzallo, Lampedusa, Trapani u Taranto huma operattivi. F'Pozzallo, huma meħtieġa xogħlijiet addizzjonali biex ikomplu jittejbu l-funzjonalità u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-hotspot. F'Taranto, għandu jiġi miżjud l-għoli taċ-ċnut madwar il-faċilità u għandha tiġi installata l-arja kkundizzjonata biex tiġi żgurata l-ġestjoni tajba tal-flussi migratorji fil-faċilità. Minħabba żidiet qawwija fl-għadd ta' wasliet matul l-aħħar jiem, jidher ċar li l-kapaċità disponibbli tal-hotspots operattivi ma tkunx biżżejjed għax-xhur tas-sajf. Bħala konsegwenza, l-Italja identifikat aktar hotspots li għandhom jinfetħu matul is-sajf.

Minħabba li għadd kbir ta' żbarki jseħħu barra ż-żoni kritiċi attwali, l-awtoritajiet Taljani għandhom iħaffu t-twaqqif ta' hotspots mobbli. Għal dan l-għan, l-awtoritajiet Taljani qed jiffinalizzaw l-istabbiliment ta' hotspots mobbli li għandhom isiru operattivi qabel is-sajf. L-awtoritajiet Taljani bħalissa qed jiddiskutu mal-Frontex l-akkwist u l-użu ta' xi installazzjonijiet fil-portijiet ikkonċernati. Barra minn hekk, Proċeduri Operattivi Standard għall-hotspots ġew iffinalizzati u waslu biex jitqassmu lill-awtoritajiet lokali rilevanti u lill-partijiet ikkonċernati.

Azzjonijiet biex titjieb il-koordinazzjoni: L-uffiċċji l-ġodda tat-Task Force Reġjonali tal-Unjoni Ewropea (EURTF) f'Catania saru operattivi mis-27 ta' April 2016. F'kooperazzjoni mal-Ministeru tal-Intern Taljan, l-EASO qiegħed iħejji sessjoni ta' bini tal-kapaċità dwar ir-rilokazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-operaturi fil-livell lokali (questure u prefetture), u dan jikkontribwixxi għall-ipproċessar effiċjenti tal-każijiet ta' rilokazzjoni u għal prattika konsistenti. B'mod ġenerali, huwa rakkomandat ukoll li jinħatru punti fokali għal kull hotspot sabiex jaġixxu bħala kontroparti għall-aġenziji involuti fl-operazzjonijiet u sabiex iħejju pjanijiet ta' kontinġenza f'kull hotspot għal ċaqliq addizzjonali u l-kapaċità li jiġu rreġistrati l-migranti għax-xhur tas-sajf.

Azzjonijiet biex jitjiebu l-kapaċitajiet ta' akkoljenza u pproċessar fl-Italja: Bħala parti mill-isforz biex tiġi rrazzjonalizzata r-rilokazzjoni u jiġi żgurat li spazji addizzjonali jkunu disponibbli fiċ-ċentri reġjonali apposta, il-Ministeru tal-Intern qed iċaqlaq migranti minn dawn iċ-ċentri u jagħmel rinnovamenti f'oħrajn addizzjonali. Id-disponibbiltà tal-kapaċità ta' akkoljenza tat-tieni livell kemm għall-applikanti għar-rilokazzjoni kif ukoll għall-persuni l-oħra li jfittxu ażil jistgħu jkunu ta' sfida matul ix-xhur tas-sajf u jistgħu jsiru ostaklu għall-funzjonament rapidu tal-hotspots. Il-proċess biex titnieda proċedura ta' sejħa għall-akkwist ta' titjiriet għat-trasport tal-migranti fit-territorju Taljan mill-punti ta' wasla għandu jiġi konkluż malajr kemm jista' jkun.

Azzjonijiet biex jindirizzaw l-isfidi relatati mar-rilokazzjoni ta' applikanti vulnerabbli u minorenni mhux akkumpanjati: Kien hemm aktar laqgħat mal-Ministeru tal-Intern dwar l-istabbiliment ta' proċeduri biex jiġu rilokati minorenni mhux akkumpanjati, iżda dawn għadhom ma ġewx konklużi. Proġetti pilota ddedikati biex jiżguraw il-kapaċitajiet ta' valutazzjoni tal-età f'hotspots magħżula għandhom jibdew fil-ġimgħat li ġejjin. Kapaċità addizzjonali għat-trattament għall-vittmi ta' tortura u ta' traffikar hija rakkomandata wkoll sabiex tiżgura l-akkomodazzjoni xierqa tagħhom.

Azzjonijiet biex tiżdied l-aċċettabilità u l-fiduċja tal-migranti fl-iskema u biex jiġi evitat l-irtirar: Biex jiġi evitat l-irtirar u tinbena immaġni pożittiva għar-rilokazzjoni fost il-gruppi fil-mira, fuq talba tal-awtoritajiet Taljani, l-EASO, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri ta' rilokazzjoni, qed jiġbor testimonjanzi ta' persuni rilokati b'suċċess mill-Italja biex jaqsmu l-esperjenza pożittiva tagħhom ma' applikanti oħra li għandhom jiġu rilokati. L-ewwel materjali ta' vidjow kienu diġà miksuba mil-Latvja u mir-Rumanija u għandhom jintużaw bħala parti mill-informazzjoni ta' qabel it-tluq. Bosta partijiet ikkonċernati matul iż-żjarat reċenti fuq il-post ikkonfermaw attitudni aktar miftuħa għar-rilokazzjoni minn migranti ta' nazzjonalitajiet eliġibbli.

2.3Azzjonijiet mill-Kummissjoni u mill-aġenziji tal-UE 

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni kompliet tappoġġa lill-Italja u lill-Greċja fuq il-post. Dan inkluda appoġġ sabiex jiġi żviluppat il-Protokoll tar-Rilokazzjoni fil-Greċja u jiġu organizzati l-laqgħat tal-Uffiċjali ta' Kollegament fiż-żewġ pajjiżi. Il-Kummissjoni qed tippjana laqgħat speċifiċi biex tindirizza d-diffikultajiet fir-rilokazzjoni ta' minorenni mhux akkumpanjati.

Il-Kummissjoni qiegħda taħdem ukoll mal-Presidenza Netherlandiża tal-Kunsill, u f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet Taljani u Griegi, sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-ewwel Rapport dwar ir-Rilokazzjoni u r-Risistemazzjoni u ż-żewġ dokumenti tal-Presidenza, 18 inkluż l-iżvilupp ta' kwestjonarju biex jiġi identifikat it-tħassib dwar is-sigurtà tal-Istati Membri u biex jinstabu modi biex dawn jiġu indirizzati.

Biex tappoġġa lill-awtoritajiet Griegi kif ukoll lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-NGOs li joperaw fil-Greċja fil-ħidma tagħhom biex jimmaniġġaw il-kriżi tar-refuġjati, il-Kummissjoni tat aktar minn EUR 56 miljun f'għajnuna ta' emerġenza matul il-perjodu ta' rappurtar. B'dan, il-finanzjament ta' emerġenza totali lill-Greċja jammonta għal EUR 237 mill-bidu tal-2015.

Fl-aħħar nett, bħala parti mill-monitoraġġ tagħha tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rilokazzjoni, il-Kummissjoni qajmet u se tkompli tqajjem tħassib ma' dawk l-Istati Membri li sa issa naqsu milli jwettqu l-obbligi tagħhom

Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil

Azzjonijiet biex jitħaffef il-proċess ta' rilokazzjoni u tiżdied il-kapaċità tar-reġistrazzjoni tas-Servizz tal-Ażil Grieg: L-EASO attwalment għandu 33 espert, tmien interpreti u tliet membri tal-persunal allokati biex jappoġġaw il-proċedura ta' rilokazzjoni fil-Greċja. L-EASO qed jimplimenta proġett pilota ta' reġistrazzjoni fil-Greċja. Il-proġett pilota kien suċċess billi rdoppja l-kapaċità tar-reġistrazzjoni ta' xi wħud mill-uffiċċji reġjonali tas-Servizz tal-Ażil Grieg (pereżempju, f'Tessaloniki, l-kapaċità tar-reġistrazzjoni telgħet minn 25 każ għal kull jum għal 50 każ għal kull jum).

Tagħlimiet mill-proġett pilota tal-EASO

1.Ir-riorganizzazzjoni tal-kompiti fil-proċess ta' reġistrazzjoni tista' żżid b'mod sinifikanti l-effiċjenza;

2.Gruppi mħallta (uffiċjali tas-Servizz tal-Ażil Grieg, esperti u interpreti tal-EASO) jtejbu l-effiċjenza tal-proċess. Sabiex il-gruppi jkunu stabbli, l-esperti u l-interpreti tal-EASO jenħtieġ li jkunu assenjati għal mill-inqas sitt ġimgħat biex jiġu mmassimizzati r-riżorsi (jitnaqqas il-ħin ta' taħriġ);

3.Koordinaturi mill-EASO u mis-Servizz tal-Ażil Grieg jiffaċilitaw id-distribuzzjoni/organizzazzjoni tal-kompiti;

4.Kompetenza ta' appoġġ tal-EASO se tkun meħtieġa wkoll għas-segwitu ta' każijiet aktar sensittivi.

L-EASO se jappoġġa wkoll l-eżerċizzju ta' prereġistrazzjoni tal-massa fil-Greċja permezz tal-allokazzjoni ta' erba' esperti f'kull tim u se jieħu sehem fil-kampanja ta' informazzjoni tal-massa qabel l-eżerċizzju ta' prereġistrazzjoni. L-EASO ser iżid ukoll l-appoġġ tiegħu għar-reġistrazzjoni mis-Servizz tal-Ażil Grieg ta' mhux aktar minn 70 espert wara t-tlestija tal-eżerċizzju ta' prereġistrazzjoni. Il-kapaċità tal-passi sussegwenti tal-proċedura ta' rilokazzjoni se jkollha tiġi mkabbra b'mod simili biex jiġi evitat il-ħolqien ta' ostakoli iktar 'il quddiem matul il-proċedura.

Fl-Italja, timijiet ta' appoġġ għall-ażil tal-EASO komplew japplikaw approċċ flessibbli bis-saħħa tal-allokazzjoni ta' timijiet mobbli li jistgħu jintbagħtu f'diversi postijiet użati għall-iżbark. Barra minn hekk, allokazzjonijiet oħra huma adattati malajr skont il-ħtiġijiet li jinbidlu kontinwament. Sa mill-bidu ta' Mejju, espert wieħed tal-EASO u medjatur kulturali wieħed ġew allokati f'ċentru ġdid ta' reġistrazzjoni fi Crotone, sabiex jiżguraw reġistrazzjoni fil-ħin ta' wasliet ġodda eliġibbli għar-rilokazzjoni. B'mod parallel, l-allokazzjonijiet għal Milan ma tkomplewx minħabba bidla fil-ħtiġijiet.

3Risistemazzjoni

Skont informazzjoni li waslet mill-Istati li qed jipparteċipaw, 6,321 persuna ġew risistemati sat-13 ta' Mejju 2016 fil-qafas tal-iskema ta' risistemazzjoni tal-20 ta' Lulju 2015 lejn 16-il Stat ta' risistemazzjoni (l-Awstrija, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Iżlanda, l-Irlanda, l-Italja, il-Liechtenstein, il-Litwanja, in-Netherlands, in-Norveġja, l-Iżvizzera u r-Rejnu Unit). Il-maġġoranza tal-Istati li pparteċipaw fl-iskema indikaw li l-isforzi ta' risistemazzjoni tagħhom kienu primarjament, iżda mhux kompletament diretti lejn Sirjani li jgħixu fil-Ġordan, il-Libanu u t-Turkija.

In-numru ta' risistemazzjonijiet mit-Turkija qed ikompli jiżdied hekk kif l-Istati Membri qed jiffinalizzaw l-istimi tagħhom ta' fajls imressqa quddiemhom mit-Turkija permezz tal-UNHCR. Mill-4 ta' April 2016, 177 Sirjan ġew risistemati mit-Turkija skont il-parti tar-risistemazzjoni tal-iskema 1:1. L-Iżvezja rċeviet l-akbar numru, 55, segwita mill-Ġermanja b'54, In-Netherlands bi 52, il-Finlandja bi 11 u l-Litwanja b'5. 723 persona oħra diġà ġew approvati u qegħdin jistennew biex jiġu trasferiti lejn 7 Stati Membri tal-UE differenti.

B'kollox, 19-il Stat Membru u Stat Assoċjat wieħed indikaw li, għalissa, kważi 12,200 post ġew allokati għar-risistemazzjonijiet mit-Turkija. Minn dawn, kważi 1,900 post huma attwalment mistennija li jimtlew bejn Mejju u Lulju 2016, skont l-għadd ta' Sirjani rritornati mill-Greċja.

B'mod parallel, il-Kummissjoni Ewropea ffaċilitat id-diskussjonijiet bejn l-Istati Membri tal-UE u l-Istati Assoċjati, it-Turkija, il-UNHCR u l-EASO, għall-finalizzazzjoni ta' Proċeduri Operattivi Standard (SOPs) rapidi, li jiddefinixxu l-qsim tar-responsabbiltajiet bejn l-atturi differenti involuti. L-SOPs finalment ġew approvati permezz ta' skambju ta' ittri mill-Istati Membri tal-UE, l-Istati Assoċjati u t-Turkija fit-12 ta' Mejju 2016.

Konsultazzjonijiet mill-qrib qed ikomplu wkoll f'Ankara, fi Brussell u f'Ġinevra dwar kif jistgħu jkomplu jiġu kkoordinati l-operazzjonijiet, jiġu ssimplifikati l-proċeduri u jiġu ottimizzati r-riżorsi biex jiġi żgurat proċess ta' risistemazzjoni rapidu u effiċjenti biżżejjed sabeix jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-iskema 1:1, filwaqt li jittieħed kont tal-ħtiġijiet ta' kandidati individwali. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni waqqfet Tim ta' Risistemazzjoni tal-UE fid-Delegazzjoni tal-UE f'Ankara. Qed jiġu organizzati laqgħat kull ġimgħa mal-Istati Membri tal-UE u l-Istati Assoċjati. Ġie wkoll miftiehem li laqgħat ta' livell tekniku bejn it-Tim ta' Risistemazzjoni tal-UE u d-Direttorat Ġenerali tat-Turkija għall-Immaniġġar tal-Migrazzjoni se jsiru fuq bażi ta' kull ġimgħa. Dan jippermetti l-ġbir ta' informazzjoni u t-tqabbil tan-noti dwar sfidi speċifiċi. Dan jgħin ukoll biex jipprovdi appoġġ speċifiku lill-Istati Membri bi ftit jew l-ebda esperjenza fir-risistemazzjoni. Hija żgurata wkoll il-koordinazzjoni mar-rappreżentanti tal-UNHCR u tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (OIM). B'mod partikolari, kompliet il-ħidma biex jintlaħaq ftehim dwar sett armonizzat ta' informazzjoni dwar il-kandidati għal risistemazzjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-UNHCR lill-Istati Membri individwali, dwar sett ta' servizzi standard ta' risistemazzjoni offruti mill-OIM u dwar il-possibbiltajiet biex jiġu żgurati faċilitajiet komuni li l-Istati Membri jistgħu jużaw għall-missjonijiet tagħhom ta' għażla f'Ankara (kmamaar għall-intervisti eċċ.).

Fil-21 ta' Marzu 2016, il-Kunsill fil-livell ta' COREPER approva l-proposta mressqa mill-Kummissjoni sabiex isiru disponibbli aktar postijiet għar-risistemazzjoni jew forom oħra ta' ammissjoni legali mit-Turkija billi emenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1601 tat-22 ta' Settembru biex jiġu rilokati l-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali mill-Italja u l-Greċja 19 . L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-Deċiżjoni għadha pendenti.

4Il-pass li jmiss

Il-Greċja qiegħda tiffaċċa kriżi umanitarja li teħtieġ implimentazzjoni rapida u sħiħa tal-obbligi assunti mill-Istati Membri fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rilokazzjoni. Rigward l-Italja, għalkemm l-għadd ta' nies disponibbli għal rilokazzjoni għadu ma rax żieda rapida, tendenzi staġunali stabbiliti tal-migrazzjoni jindikaw probabbiltà qawwija ta' żieda fl-għadd ta' wasliet.

Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew 20 għarfu l-urġenza tas-sitwazzjoni u sejħu għal aċċellerazzjoni tar-rilokazzjoni. Is-sejħiet li saru mill-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern għandhom jiġu ssodisfati b'azzjoni determinata mis-servizzi nazzjonali kompetenti fil-prattika.

Ir-riżultati miksuba sa issa għadhom ma laħħqux ma' dawn is-sejħiet. Fl-Ewwel Rapport dwar ir-Rilokazzjoni u r-Risistemazzjoni il-Kummissjoni qieset li tal-anqas għandhom isiru 6,000 rilokazzjoni sas-16 ta' April, u 20,000 sas-16 ta' Mejju. Il-Kummissjoni tkompli temmen li din ir-rata ta' rilokazzjoni tista' tintlaħaq malajr jekk il-partijiet interessati kollha, l-aktar l-Istati Membri ta' rilokazzjoni, juru rieda biex ir-rilokazzjonijiet jaħdmu u jaġixxu flimkien b'mod rapidu.

Qed jittieħdu passi biex iħaffu l-proċess. L-Italja qed tieħu passi pożittivi sabiex ittejjeb il-kapaċità meħtieġa biex tlaħħaq ma' żieda probabbli fin-numru ta' wasliet. Il-Greċja qed tippjana eżerċizzju rapidu tal-prereġistrazzjoni tal-massa li se jaċċellera l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni sħiħa tal-applikanti għar-rilokazzjoni. Wara dan l-eżerċizzju ta' prereġistrazzjoni tal-massa, numru sinifikanti ta' dawk li jfittxu l-ażil se jkunu lesti biex jiġu rilokati fix-xhur ta' wara. L-imsieħba kollha fuq il-post, inklużi l-IOM, l-EASO, il-UNHCR u l-Kummissjoni qegħdin iżidu l-isforzi u l-appoġġ finanzjarju tagħhom biex jiġi żgurat is-suċċess tal-eżerċizzju tal-prereġistrazzjoni tal-massa u s-segwitu tiegħu.

L-Istati Membri għandhom jippjanaw skont dan u jipprovdu rispons adegwat billi jżidu n-numru ta' impenji u jnaqqsu l-ħin ta' reazzjoni għal talbiet ta' rilokazzjoni (inkluż billi jillimitaw kontrolli tas-sigurtà addizzjonali għal każijiet speċifiċi u debitament iġġustifikati biss). Il-Greċja u l-Italja wkoll se jkunu jeħtieġu appoġġ addizzjonali mill-Istati Membri biex jallokaw esperti tal-EASO biex iżidu l-kapaċità ta' reġistrazzjoni fix-xhur li ġejjin. Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jikkonformaw b'mod sħiħ mal-obbligi tagħhom skont id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rilokazzjoni, u b'mod partikolari tappella lill-Istati Membri b'allokazzjonijiet kbar biex jintensifikaw l-involviment tagħhom fir-rilokazzjoni u jieħdu impenji skont id-daqs tal-allokazzjoni tagħhom.

Min-naħa tagħha, il-Greċja għandha tinvesti bis-sħiħ biex tiżgura s-suċċess tal-eżerċizzju tal-prereġistrazzjoni u tiżgura li ċ-ċentri kollha previsti ta' rilokazzjoni jkunu miftuħa u operattivi. Sa issa, iċ-ċentru ta' rilokazzjoni ta' Lagadikia, viċin Tessaloniki, biss huwa miftuħ. Iż-żewġ ċentri ta' rilokazzjoni li baqa', partikolarment għal Ateni, għandhom jitlestew malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard miż-żmien tar-rapport tax-xahar id-dieħel.

L-Italja għandha tkompli żżid il-kapaċità ta' hotspots tagħha sabiex tkun tista' tindirizza ż-żieda staġjonali mistennija fix-xhur tas-sajf. L-Italja għandha wkoll tistabbilixxi proċeduri speċifiċi li jippermettu r-rilokazzjoni ta' minorenni mhux akkumpanjati.

B'mod aktar ġenerali, hemm bżonn ta' iżjed sforzi mill-atturi kollha biex tiżdied ir-rilokazzjoni ta' minorenni mhux akkumpanjati, b'mod partikolari sabiex tiġi pprovduta informazzjoni adattata għat-tfal dwar il-proċedura ta' rilokazzjoni, u jiġu pprovduti postijiet addizzjonali għall-minorenni mhux akkumpanjati fl-impenji uffiċjali.

Il-Kummissjoni se tkompli tissorvelja l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet u l-miri inklużi fl-Ewwel Rapport dwar ir-Rilokazzjoni u r-Risistemazzjoni permezz ta' dan l-eżerċizzju ta' rappurtar ta' kull xahar u tirriżerva d-dritt li tieħu azzjoni fejn l-Istati Membri ma jkunux qed jikkonformaw mal-obbligi tagħhom.

B'mod parallel, l-Istati Membri jeħtieġu li jkomplu jwettqu l-impenji ta' risistemazzjoni tagħhom, inkluż bħala parti mill-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni tal-UE u t-Turkija. F'Ġunju, il-Kummissjoni se tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni, inklużi l-isforzi ta' risistemazzjoni mwettqa bħala parti minnha.

(1)

COM (2016) 222 final.

(2)

Wasliet irregolari - Sors Frontex, kif irrappurtat mill-Greċja fil-qafas tar-rapport ta' kuljum tal-Balkani tal-Punent.

(3)

Sors: l-awtoritajiet tal-Greċja u l-UNHCR.

(4)

  http://data.unhcr.org/mediterranean/country.php?id=83 .

(5)

In-numru ta' wasliet irregolari fl-Italja permezz tal-fruntieri tal-baħar kif irrappurtat fil-JORA (Joint Operations Reporting Applications - Applikazzjonijiet tar-Rappurtar tal-Operazzjonijiet Konġunti) u miġbura fil-qafas tal-Operazzjoni Konġunta Triton 2016. Dejta li tkopri d-dħul irregolari bejn l-1 ta' Mejju u t-13 ta' Mejju (3,550 persuna) tista' tkun soġġetta għal tibdil wara l-validazzjoni.

(6)

SN 38/16, 18.03.2016

(7)

120 għal Franza, 94 għan-Netherlands, 15 għal-Latvja, 14 għar-Rumanija, 34 għall-Finlandja, 2 għall-Bulgarija, 5 għal Malta, 4 għar-Repubblika Ċeka, 12 għall-Estonja, u 28 għas-Slovenja.

(8)

13 għall-Finlandja, 2 għal-Latvja, 30 għall-Portugall, 6 għar-Rumanija u 10 għall-Iżvizzera.

(9)

38 għall-Finlandja (previsti għas-16 ta' Mejju), 166 għall-Portugall (inklużi 26 fis-17 ta' Mejju), 6 għal Malta, 77 għal-Lussemburgu u 20 għall-Belġju.

(10)

8 għal Ċipru, 10 għas-Slovenja, 34 għall-Portugall, 24 għal Spanja, 32 għall-Finlandja, 5 għall-Belġju u 24 għall-Iżvizzera.

(11)

Matul il-perjodu ta' rappurtar, il-Kroazja indikat ir-rieda tagħha li f'Lulju tibda tirriloka 20 persuna (10 għall-Italja u 10 għall-Greċja). Għalhekk, għalkemm dan huwa impenn uffiċjali, se jkun attiv biss minn Lulju 'l quddiem.

(12)

L-Estonja 20 għall-Greċja, il-Finlandja 270 għall-Greċja u 30 għall-Italja, Franza 400 għall-Greċja, l-Irlanda 40 għall-Greċja, il-Latvja 15 għall-Greċja, il-Litwanja 140 għall-Greċja, in-Netherlands 100 għall-Greċja u 25 għall-Italja u s-Slovenja 30 għall-Greċja.

(13)

L-Awstrija tibbenefika minn sospensjoni temporanja tar-rilokazzjoni sa' 30% tal-applikanti allokati lill-Awstrija skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1601. Konsegwentement, l-Awstrija għandha sospensjoni ta' sena rigward ir-rilokazzjoni ta' 1,065 persuna. Madankollu, l-obbligi ġuridiċi normali japplikaw għall-Awstrija rigward ir-rilokazzjoni tal-allokazzjonijiet li fadal, u għalhekk, impenji u rilokazzjonijiet xorta huma mistennija.

(14)

 Fil-bidu ta' April, il-Polonja ssospendiet l-ipproċessar ta' 73 talba ta' rilokazzjoni li s-Servizz tal-Ażil Grieg kien bagħat lejn lill-Polonja fuq il-bażi ta' impenn li l-Polonja ppreżentat fis-16 ta' Diċembru 2015 u għalhekk de facto ffriżat il-proċedura ta' rilokazzjoni tliet xhur u nofs wara l-preżentazzjoni tal-impenn. L-istess japplika għal talbiet mill-Italja.

(15)

  http://ec.europa.eu/eurostat/web/products-press-releases/-/3-02052016-AP .

(16)

Sors il-Ministru tal-Intern Taljan.

(17)

Bħala total, 21 minorenni mhux akkumpanjati ġew rilokati sa issa (20 lejn il-Finlandja u 1 lejn in-Netherlands) mill-Greċja u xejn mill-Italja.

(18)

 Biex tappoġġa lill-Istati Membri fit-tisħiħ tal-isforzi ta' rilokazzjoni tagħhom, il-Presidenza Netherlandiża tal-Kunsill żviluppat żewġ dokumenti ta' rakkomandazzjoni, waħda mmirata lejn il-hotspots u r-rilokazzjoni u l-oħra dwar kontrolli ta' sigurtà. Ir-rakkomandazzjonijiet huma fil-biċċa l-kbira tagħhom konformi ma' dawk magħmula mill-Kummissjoni fl-Ewwel Rapport dwar ir-Rilokazzjoni u r-Risistemazzjoni tagħha.

(19)

COM (2016) 171 final.

(20)

Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-7 ta' Marzu 2016, http://www.consilium.europa.eu/en/press/press-releases/2016/03/07-eu-turkey-meeting-statement/.


Brussell, 18.5.2016

COM(2016) 360 final

ANNESS

tal-

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL

It-tielet rapport dwar ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni


Anness 1: Rilokazzjonijiet mill-Greċja sat-13 ta' Mejju 2016

Stat Membru

Impenjati b'mod formali 1

Effettivament Rilokati

Impenn ġuridikament previst fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill

L-Awstrija 2

1491

Il-Belġju

200

2415

Il-Bulgarija

160

4

831

Il-Kroazja

10

594

Ċipru

65

6

181

Ir-Repubblika Ċeka

30

4

1655

L-Estonja

58

19

204

Il-Finlandja

440

111

1299

Franza

1370

362

12599

Il-Ġermanja

40

37

17209

L-Ungerija

988

L-Iżlanda

L-Irlanda

80

10

240

Il-Latvja

71

21

295

Il-Liechtenstein

Il-Litwanja

220

6

420

Il-Lussemburgu

70

30

309

Malta

24

11

78

In-Netherlands

250

142

3797

In-Norveġja

Il-Polonja

65

4321

Il-Portugall

330

89

1778

Ir-Rumanija

385

29

2572

Is-Slovakkja

652

Is-Slovenja

60

28

349

Spanja

150

6647

L-Iżvezja 3

2378

L-Iżvizzera

TOTAL

4,078

909

63,302

(1)

Trażmessi permezz ta' DubliNet skont l-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill.

(2)

     Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/408 tal-10 ta' Marzu 2016 dwar is-sospensjoni temporanja tar-rilokazzjoni ta' 30 % tal-applikanti allokati lill-Awstrija skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1601 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja.

(3)

     Il-proposta tal-Kummissjoni għal sospensjoni sħiħa tal-obbligi tal-Iżvezja skont id-deċiżjonijiet ta' Rilokazzjoni għal sena (COM(2015)677 final) għadha qed tiġi diskussa mill-Kunsill u l-Parlament.


Brussell, 18.5.2016

COM(2016) 360 final

ANNESS

tal-

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL

It-tielet rapport dwar ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni


Anness 2: Rilokazzjonijiet mill-Italja sat-13 ta' Mejju 2016

Stat Membru

Impenjati b'mod formali 1

Effettivament Rilokati

Impenn ġuridikament previst fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill

L-Awstrija 2

462

Il-Belġju

30

24

1397

Il-Bulgarija

90

471

Il-Kroazja

10

374

Ċipru

15

139

Ir-Repubblika Ċeka

20

1036

L-Estonja

8

125

Il-Finlandja

180

148

779

Franza

200

137

7115

Il-Ġermanja

10

20

10327

L-Ungerija

306

L-Iżlanda

L-Irlanda

20

360

Il-Latvja

30

2

186

Il-Liechtenstein

Il-Litwanja

30

251

Il-Lussemburgu

30

248

Malta

17

15

53

In-Netherlands

75

50

2150

In-Norveġja

Il-Polonja

35

1861

Il-Portugall

388

122

1173

Ir-Rumanija

330

6

1608

Is-Slovakkja

250

Is-Slovenja

10

218

Spanja

50

18

2676

L-Iżvezja 3

50

39

1388

L-Iżvizzera

30

10

TOTAL

1,658

591

34,953

(1)

Trażmessi permezz ta' DubliNet skont l-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill.

(2)

     Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/408 tal-10 ta' Marzu 2016 dwar is-sospensjoni temporanja tar-rilokazzjoni ta' 30 % tal-applikanti allokati lill-Awstrija skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1601 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja.

(3)

     Il-proposta tal-Kummissjoni għal sospensjoni sħiħa tal-obbligi tal-Iżvezja skont id-deċiżjonijiet ta' Rilokazzjoni għal sena (COM(2015) 677 final) għadha qed tiġi diskussa mill-Kunsill u l-Parlament.


Brussell, 18.5.2016

COM(2016) 360 final

ANNESS

tal-

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL

It-tielet rapport dwar ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni


Anness 3: Is-Sitwazzjoni Attwali tar-Risistemazzjoni fit-13 ta' Mejju 2016, skont il-Konklużjonijiet tal-20 ta' Lulju 2015
u skont il-"mekkaniżmu 1:1" mat-Turkija (li japplika mill-4 ta' April 2016)

L-Istat Membru/ L-Istat Assoċjat

Impenji magħmula skont l-iskema tal-20 ta' Lulju 2015

Total risistemati skont l-iskema tal-20 ta' Lulju 2015, inkluż il-mekkaniżmu 1:1 mat-Turkija

Pajjiż terz li minnu saret ir-risistemazzjoni

L-Awstrija

1,900

1,443 1

Il-Libanu: 827; Il-Ġordan: 442; It-Turkija: 173; L-Iraq: 1

Il-Belġju

1,100

321

Il-Libanu: 313; Il-Ġordan: 4; It-Turkija: 4

Il-Bulgarija

50

0

Il-Kroazja

150

0

Ċipru

69

0

Ir-Repubblika Ċeka

400

52

Il-Libanu: 32; Il-Ġordan: 20

Id-Danimarka

1,000

481

Il-Libanu, l-Uganda

L-Estonja

20

0

Il-Finlandja

293 2

139 3

Il-Libanu; It-Turkija: 11 skont il-mekkaniżmu 1:1 (skema nazzjonali)

Franza

2,375 4

221 5

65 il-Ġordan, 156 il-Libanu

Il-Ġermanja

1,600

54

It-Turkija: 54 skont il-mekkaniżmu 1:1

Il-Greċja

354

0

L-Ungerija

0

0

L-Iżlanda

50

48

Il-Libanu

L-Irlanda

520

263

Il-Libanu

L-Italja

1,989

266

Il-Libanu

Il-Latvja

50

0

Il-Liechtenstein

20

20

It-Turkija

Il-Litwanja

70

5

It-Turkija: 5 skont il-mekkaniżmu 1:1

Il-Lussemburgu

30

0 6

Malta

14

0

In-Netherlands

1,000

353

Il-Libanu: 216; Il-Ġordan: 2; It-Turkija: 57 (li minnhom 52 skont il-mekkaniżmu 1:1); Il-Marokk: 1; L-Etjopja: 8; Il-Kenja 69

In-Norveġja

3,500

323

Il-Ġordan, il-Libanu, it-Turkija

Il-Polonja

900

0

Il-Portugall

191

0 7

Ir-Rumanija

80

0

Is-Slovakkja

100 8

0

Is-Slovenja

20

0

Spanja

1,449

0

L-Iżvezja

491

55 9

It-Turkija: 55 skont il-mekkaniżmu 1:1

L-Iżvizzera

519

413

Il-Libanu: 349

Is-Sirja: 64

Ir-Renju Unit

2,200

1,864 10

Il-Ġordan, il-Libanu, it-Turkija, l-Eġittu, l-Iraq u pajjiżi oħra skont il-ħtieġa umanitarja.

TOTAL

22,504

6,321

 

(total ta' 177 persuna ġew risistemati mit-Turkija skont il-mekkaniżmu 1:1; 166 minnhom permezz tal-iskema tal-20 ta' Lulju 2015

(1)

     Dan in-numru jinkludi l-każijiet ta' riunifikazzjoni u ta' risistemazzjoni tal-familji skont il-Programm ta' Ammissjoni Umanitarja Awstrijak.

(2)

  Dan in-numru huwa parti mill-kwota nazzjonali Finlandiża għall-2016 ta' 750 li għandhom jiġu risistemati. 

(3)

     Dan in-numru ma jinkludix 11-il Sirjan li ġew risistemati skont il-mekkaniżmu 1:1, li sar permezz tal-iskema nazzjonali Finlandiża.

(4)

     Dan in-numru jiżdied mal-kwota nazzjonali ta' Franza u l-impenji preċedenti.

(5)

     Dan in-numru huwa addizzjonali għal dawk risistemati skont l-iskemi nazzjonali ta' risistemazzjoni u l-impenji preċedenti ta' Franza fuq l-istess perjodu. Barra minn hekk, skont l-iskema nazzjonali dwar il-viżi u l-ażil, Franza tat 81 viża għal rifuġjati Sirjani vulnerabbli mit-Turkija f'April 2016.

(6)

Filwaqt li l-ebda risistemazzjoni ma seħħet skont il-Konklużjonijiet tal-20 ta' Lulju 2015, 46 Sirjan ġew risistemati fil-Lussemburgu mit-Turkija fl-2015 skont il-programm ta' risistemazzjoni nazzjonali.

(7)

     Il-Portugall irrisistema 27 Sirjan mill-Eġittu fl-2015 skont il-programm nazzjonali, barra mill-iskema tal-20 ta' Lulju 2015.

(8)

     Is-Slovakkja rrisistemat 149 Assirjan, barra mill-iskema tal-20 ta' Lulju 2015.

(9)

     L-Iżvezja rrisistemat 1,900 persuna fl-2015 skont il-programm nazzjonali tagħha, barra mill-iskema tal-20 ta' Lulju 2015.

(10)

     Skont l-iskemi nazzjonali eżistenti ta' risistemazzjoni tar-Renju Unit fl-2015.