Brussell, 15.6.2016

COM(2016) 349 final

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL

It-Tieni Rapport dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni UE-Turkija


1.Introduzzjoni

It-tendenza li ġiet rapportata fl-Ewwel Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni UE-Turkija 1 tkompli: Id-Dikjarazzjoni UE-Turkija 2 bdiet tagħti l-ewwel riżultati minkejja diversi sfidi.

It-tnaqqis drastiku fl-għadd ta’ migranti irregolari u applikanti għall-ażil li jaqsmu mit-Turkija lejn il-Greċja huwa prova tal-effettività tad-Dikjarazzjoni – u b'mod partikolari, prova li l-mudell kummerċjali tat-traffikanti jista’ jitkisser. Il-messaġġ ċar għall-migranti huwa: li wieħed jirkeb fuq dgħajsa fit-Turkija, u li jiġu pperikolati l-ħajjiet f'dan il-proċess, mhux vallapena minħabba li hemm mezz legali u sikur permezz tar-risistemazzjoni. L-Ewwel Rapport irreġistra progress tajjeb li sar fl-operazzjonalizzazzjoni tad-Dikjarazzjoni u enfasizza l-oqsma fejn għandha tittieħed azzjoni urġenti, speċjalment fir-rinfurzar tal-operazzjoni ta' kuljum u fil-proċessi ta' ritorn u ta' risistemazzjoni f'konformità sħiħa mar-regoli tal-UE u internazzjonali.

Dan it-Tieni Rapport stabbilixxa progress ulterjuri konsiderevoli li sar fl-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni UE-Turkija sa mill-Ewwel Rapport, u identifika l-passi li jmiss, meħtieġa biex tiġi kkonsolidata din il-kisba għaż-żamma tal-momentum. Dawn huma meħtieġa minħabba li l-kuntest għadu diffiċli u r-riskji ġeopolitiċi għadhom jeżistu, filwaqt li l-aspetti kollha tad-Dikjarazzjoni UE-Turkija għadhom ma ġewx stabbiliti fuq bażi soda.

Sitwazzjoni attwali

Mill-Ewwel Rapport f'April, l-għadd ta' migranti li jħallu t-Turkija għall-gżejjer Griegi qed ikompli jonqos. Fix-xahar ta' qabel l-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni, madwar 1 740 migrant kienu qed jaqsmu l-Baħar Eġew lejn il-gżejjer Griegi kull ġurnata. B'kuntrast ma dan, mill-1 ta' Mejju, l-għadd ta' wasliet ta' kuljum naqas għal 47. Aktar importanti, l-għadd ta' ħajjiet mitlufa fil-Baħar Eġew naqas b'mod sostanzjali; qabel id-Dikjarazzjoni UE-Turkija, pereżempju, fix-xahar ta' Jannar intilfu 89 ħajja fil-baħar, filwaqt li mill-20 ta' Marzu ntilfu seba' ħajjiet fil-baħar, anki jekk sebgħa huma wisq.

Koordinazzjoni msaħħa u l-appoġġ ipprovdut mill-Kummissjoni

Kif ġie rrapportat f'April, il-Koordinatur tal-UE – li jmexxi tliet timijiet fi Brussell, Ateni u Ankara – jiżgura segwitu ta' kuljum mal-awtoritajiet Griegi u Torok, l-Aġenziji tal-UE u organizzazzjonijiet internazzjonali, u l-Istati Membri involuti.

L-Aġenziji tal-UE qed jipprovdu wkoll l-appoġġ meħtieġ għall-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni. L-iskjeramenti attwali 3 fil-Greċja huma: 43 interpretu, 47 espert dwar l-ażil u 51 uffiċjal li jakkompanja ("escort officers"), li huma numri li jikkorrispondu mal-ħtiġijiet attwali li ġew identifikati.

Kooperazzjoni bejn l-UE u t-Turkija fil-prevenzjoni tal-migrazzjoni irregolari

Attivitajiet ta' rondi (patrolling) kontinwi mill-awtoritajiet Torok u Griegi tul iż-żoni kostali tagħhom huma fattur importanti biex jipprevejnu lill-migranti milli jaqsmu l-Baħar Eġew. L-awtoritajiet Griegi u Torok issa jiskambjaw l-informazzjoni fuq bażi regolari 4 . Tul l-ewwel ħames xhur fl-2016, il-Gwardja tal-Kosta Griega allertat lill-kontroparti Torka tagħha dwar 120 każ ta' tiftix u salvataġġ, li wassal għar reazzjoni speċifika fi 42 każ, u bagħtet ukoll 189 messaġġ rigward 268 dgħajsa ta' migranti, li wassal għal reazzjoni mill-awtoritajiet Torok fuq 31 dgħajsa.

Operazzjonijiet li għadhom għaddejjin minn Frontex u NATO jkomplu jtejbu l-attivitajiet ta' twissija bikrija u ta' kontroll u l-qsim ta' informazzjoni operazzjonali mal-Gwardji tal-Kosta Griegi u Torok. Minn April, Frontex skjera uffiċjal ta' kollegament fuq il-flagship tan-NATO "Bonn", għalkemm NATO għad irid jaħtar uffiċjal ta' kollegament għal Frontex. Fil-preżent, Frontex u NATO qed jaħdmu fuq proċeduri ta' operazzjoni standard u qed jiżviluppaw stampa komuni tas-sitwazzjoni li tkopri ż-żoni ta' operazzjoni tagħhom biex tkun permessa l-attività ta' NATO fil-Baħar Eġew sabiex tkompli tittejjeb ir-rata ta' identifikazzjoni għolja u biex jitħaffef l-iskambju tal-informazzjoni dwar inċidenti, rotot u metodi ta' faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali.

L-UE tkompli tappoġġa l-kapaċità tal-Gwardja tal-Kosta Torka fil-Baħar Eġew bi programm ta' EUR 14-il miljun biex jiġi appoġġat l-akkwist ta' dgħajjes u sistemi ta' radar mobbli għal reazzjoni veloċi. F'Mejju, il-Kummissjoni impenjat EUR 20 miljun biex issaħħaħ il-kapaċità ta' salvataġġ tal-Gwardja tal-Kosta Torka.

Il-kooperazzjoni operazzjonali tkompli wkoll permezz tal-uffiċjali ta' kollegament. L-iskjerament ta' uffiċjal ta' kollegament ta' Frontex f'Ankara minn April ippermetta kuntatti operazzjonali regolari u rapportar ta' kuljum 5 mal-Punt ta' Kuntatt Nazzjonali ta' Frontex. Mit-2 ta' Mejju 2016, ġie stazzjonat Uffiċjal ta' Kollegament Tork mal-Europol.

L-awtoritajiet Torok waqqfu unitajiet dwar il-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali u t-traffikar ta' bnedmin – għalkemm dawn għad ma għandhomx il-persunal sħiħ – u qed jieħdu passi leġiżlattivi biex jimplementaw pieni akbar għal min jittraffika l-bnedmin. L-iskambju ta' dejta u ta' attivitajiet relatati mal-analiżi tar-riskju konġunt fost l-awtoritajiet inkarigati mill-ġestjoni tal-fruntieri qed jiżdiedu permezz tal-adozzjoni ta' regolament dwar it-twaqqif ta' Ċentru Nazzjonali ta' Koordinazzjoni u ta' Riskju Konġunt. Attwalment, hemm fis-seħħ unitajiet analitiċi f'tal-anqas tliet ajruporti internazzjonali.

It-Task Force interistituzzjonali dwar l-Istrateġija ta' Informazzjoni tal-Migranti mwaqqfa mill-Kummissjoni kienet qed taħdem biex jiġu identifikati l-kanali li jintużaw minn applikanti għall-ażil u migranti biex tinkiseb informazzjoni, jiġu definiti u mmirati messaġġi ewlenin, u biex jitħejja u jinxtered il-kontenut. Ġie żviluppat u mqassam materjal informattiv u ta' komunikazzjoni mill-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil f'hotspots u lil Delegazzjonijiet tal-UE f'pajjiżi tal-oriġini u ta' tranżitu tal-migranti. Il-Kummissjoni ħejjiet ukoll vidjows dwar ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni. Il-Kummissjoni bdiet kampanja ta' informazzjoni flimkien mal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati bbażata fuq it-testimonji ta' vittmi ta' traffikanti tal-bnedmin u persuni li jiffaċilitaw l-immigrazzjoni illegali 6 li kellha suċċess, u qed tiżviluppa proġetti ġodda biex tikkontrobatti r-rakkonti tat-traffikanti, b'mod partikolari fl-Afganistan.

Il-Kummissjoni qed tuża wkoll kanali regolari tal-midja biex tgħaddi l-messaġġ lir-refuġjati u lil migranti f'pajjiżi terzi, filwaqt li tisfrutta n-netwerks ta' ġurnalisti lokali, li jindirizzaw l-udjenzi ewlenin fil-lingwi tagħhom stess. Qed issir ukoll ħidma fuq "ċentru ta' informazzjoni" ċentrali onlajn għal aktar minn 300 miljun migrant u refuġjat mad-dinja kollha 7 .

2.Ir-ritorn tal-migranti irregolari ġodda kollha mill-Greċja lejn it-Turkija

Id-Dikjarazzjoni tipprevedi r-ritorn tal-migranti irregolari ġodda kollha u l-applikanti għal ażil li l-applikazzjonijiet tagħhom ġew iddikjarati inammissibbli jew bla bażi, meta jaqsmu mit-Turkija lejn il-gżejjer Griegi. Dawn il-miżuri jitweqqu strettament skont ir-rekwiżiti li joriġinaw mid-dritt tal-UE u internazzjonali, u b'rispett sħiħ għall-prinċipju ta' non-refoulement.

2.1    Stat preżenti

Mill-4 ta' April, meta beda r-ritorn tal-migranti irregolari, u fil-qafas tad-Dikjarazzjoni 462 persuna 8 li daħlu b'mod irregolari wara l-20 ta' Marzu u li ma applikawx għall-ażil jew irrevokaw volontarjament l-applikazzjoni għall-ażil tagħhom, ġew ritornati mill-Greċja lejn it-Turkija, inklużi 31 Sirjan li rritornaw volontarjament. Ċittadinanzi oħrajn inkludew Pakistanjani, Afgani, Bangladeshjani, u Iranjani, kif ukoll persuni mill-Iraq, l-Indja, il-Kongo, l-Alġerija, is-Sri Lanka, il-Marokk, in-Nepal, is-Somalja, il-Kosta tal-Avorju, l-Eġittu, u l-Awtorità Palestinjana. B'kollox 1 546 immigrant irregolari ġew irritornati mill-Greċja lejn it-Turkija matul l-2016.

Il-pass tar-ritorni kien aktar bil-mod milli mistenni, minħabba ż-żmien meħtieġ biex jiġu skjerati u mħarrġa l-esperti dwar l-ażil, u biex jiġu stabbiliti l-oqsma ta' ħidma għall-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għall-ażil fil-hotspots. Id-domanda għall-ażil żdiedet bil-kbir: virtwalment, il-migranti kollha li jaslu b'mod irregolari fil-gżejjer Griegi mill-20 ta' Marzu applikaw għall-ażil. Il-Kumitati ta' Appell ta' Xogħol b'Lura 9 , kompetenti biex jiġu eżaminati l-appelli kollha kontra d-deċiżjonijiet ta' inammissibiltà tal-prim'istanza meħudin mis-servizz ta' Ażil Grieg għal applikanti li jaslu fil-gżejjer Griegi wara l-20 ta' Marzu 2016, irrikjedew il-ħin biex jipprovdu d-deċiżjonijiet tagħhom. Fil-maġġorparti tagħhom, huma annullaw id-deċiżjonijiet tal-prim'istanza dwar l-inammissibiltà: mid-deċiżjonijiet ta' appell li ngħataw sa issa, rigward 70 persuna, f'każ ta' tnejn biss ġew ikkonfermati d-deċiżjonijiet ta' inammissibiltà tal-prim'istanza.

2.2    Passi legali

Sabiex ikun żgurat ir-rispett sħiħ tad-dritt tal-UE u internazzjonali, il-Greċja u t-Turkija t-tnejn li huma ħadu għadd ta' passi leġiżlattivi u amministrattivi. L-awtoritajiet Griegi qablu li jkompli jemendaw il-leġiżlazzjoni tagħhom biex iwaqqfu Awtorità ta' Appell ġdida u Kumitati ta' Appell ġodda responsabbli minn stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali meħudin mis-Servizz tal-Ażil Grieg.

Barra milli jipprovdu ċertu kunfidenza li s-Sirjani ritornati kollha se jingħataw protezzjoni temporanja mar-ritorn, l-awtoritajiet Torok ipprovdew aktar assigurazzjonijiet bil-miktub lill-Kummissjoni li kull persuna mhux Sirjana li tfittex protezzjoni internazzjonali fit-Turkija se tgawdi minn protezzjoni kontra r-refoulement, konformi ma' standards internazzjonali, skont id-Dritt applikabbli dwar il-Barranin u l-Protezzjoni Internazzjonali. It-Turkija adottat ukoll Regolament dwar permessi tax-xogħol għal applikanti ta' protezzjoni internazzjonali u min għandu stat ta' protezzjoni internazzjonali. Bdiet ukoll timplimenta pjan ta' direzzjoni mmirat biex jitnaqqas b'mod sinifikanti (minn 12 000 sa 13 000 kull xahar) ix-xogħol b'lura fl-applikazzjonijiet pendenti għall-protezzjoni internazzjonali, li se jħaffef l-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għall-ażil minn persuni mhux Sirjani. B' dawn l-isforzi miżjuda, l-għan huwa li kull applikazzjoni ġdida għal protezzjoni internazzjonali se tiġi pproċessata fi żmien sitt xhur. It-Turkija qablet ukoll li tippermetti lill-UE timmoniterja regolarment is-sitwazzjoni ta' Sirjani u ta' persuni mhux Sirjani ritornati lejn it-Turkija, inkluż l-aċċess għal kampijiet u ċentri tar-refuġjati, u kkonkludiet ftehim mal-UNHR biex jipprovdi aċċess għal ċentri ta' detenzjoni sabiex tiġi mmoniterjata l-implimentazzjoni tal-proċeduri ta' protezzjoni internazzjonali. Diġà saru l-ewwel żjarat f'dawn il-kampijiet u ċentri ta' detenzjoni. Il-Parlament Tork approva d-dħul fis-seħħ ta' dispożizzjonijiet għal ċittadini ta' pajjiżi terzi tal-Ftehim ta' Riammissjoni UE-Turkija mill-1 ta' Ġunju. Il-liġi relevanti ġiet iffirmata mill-Uffiċċju tal-President fit-18 ta' Mejju u ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tat-Turkija fl-20 ta' Mejju. Il-kundizzjonijiet kollha għad-dħul fis-seħħ avvanzat tal-ftehim ta' riammissjoni, inkluż fir-rigward ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, issa jinsabu fis-seħħ. Madankollu, għad hemm il-ħtieġa ta' deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri Tork għall-applikazzjoni tal-liġi qabel ikunu jistgħu jitwettqu r-riammissjonijiet definiti ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi.

Il-Kummissjoni kompliet tappoġġa lill-Greċja billi tipprovdiha bl-elementi kollha biex tikkonkludi li t-Turkija hija pajjiż terz sigur u / jew l-ewwel pajjiż ta' ażil skont it-tifsira tad-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Ażil għall-fini li jirritornaw lejn it-Turkija l-migranti irregolari li qasmu b'mod irregolari lejn il-gżejjer Griegi mit-Turkija mill-20 ta' Marzu 2016, skont it-termini tad-Dikjarazzjoni UE-Turkija.

Aktar riċenti, fil-5 ta' Mejju 2016, il-Kummissjoni bagħtet lill-awtoritajiet Griegi l-valutazzjoni bil-miktub tagħha tal-miżuri meħuda mit-Turkija. Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, it-Turkija ħadet il-miżuri leġiżlattivi u l-miżuri l-oħra indikati fil-Komunikazzjoni tagħha tas-16 ta' Marzu 2016 10 , sabiex tippermetti lill-Greċja tiddikjara fuq il-bażi ta' valutazzjonijiet individwali applikazzjoni għall-ażil inammissibbli skont l-Artikolu 33(2)(b) jew (c) tad-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Ażil, kemm għal applikanti għall-ażil Sirjani, kif ukoll għal dawk mhux Sirjani li qasmu irregolarment lejn il-gżejjer Griegi mit-Turkija mill-20 ta' Marzu 2016. Barra minn hekk, fil-laqgħa tal-Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni fl-20 ta' Mejju 2016, l-Istati Membri indikaw li huma jikkondividu din il-valutazzjoni 11 .  

Id-Dikjarazzjoni UE-Turkija ċċarat li l-applikazzjonijiet kollha għall-ażil għandhom jiġu trattati abbażi tal-valutazzjoni individwali, skont id-dritt tal-UE u internazzjonali, inkluż il-prinċipju ta' non-refoulement. Sat-12 ta' Ġunju 2016, mill-1 429 applikazzjoni għall-ażil mressqa minn persuni li qasmu mit-Turkija lejn il-gżejjer Griegi mill-20 ta' Marzu 2016, 267 ġew iddikjarati inammissibbli mis-Servizz dwar l-Ażil Grieg. L-applikazzjonijiet kollha għall-ażil ġew eżaminati fuq bażi individwali.

Sat-12 ta' Ġunju 2016, ġew imressqa 252 appell kontra dawn id-deċiżjonijiet quddiem il-Kumitati ta' Appell Griegi li kienu ħadu 70 deċiżjoni fejn taw l-appell u żewġ (2) deċiżjonijiet li rrifjutaw l-appell. L-appelli kollha ġew eżaminati fuq bażi individwali. Wieħed miż-żewġ applikanti, li l-appell tiegħu ġie rifjutat, appella lill-Qorti Amministrattiva Griega, fejn talab l-effett sospensiv tal-appell (il-persuna għandu jibqa' l-Greċja waqt li d-deċiżjoni ta' appell tkun pendenti). Id-deċiżjoni tal-Qorti dwar l-effett sospensiv tal-appell għadha mistennija.

Din l-esperjenza riċenti turi biċ-ċar li s-salvagwardji previsti mid-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Ażil, kif imsemmija fil-Komunikazzjoni tas-16 ta' Marzu, huma fis-seħħ u rispettati. L-appoġġ kontinwu (permezz ta' proġetti ffinanzjati skont il-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija) u t-titjib fil-kapaċità ta' ażil u ta' reċezzjoni Torka se jkomplu jiffaċilitaw l-valutazzjoni individwali tal-applikazzjonijiet għall-ażil. Dan juri l-fraġilità tal-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni sa issa.

2.3    Passi operazzjonali

Bl-appoġġ tal-Kummissjoni u l-Frontex, il-hotspots ġew adattati biex jiffaċilitaw ir-ritorn rapidu lejn it-Turkija mill-gżejjer, u biex jiġu integrati uffiċjali tar-ritorn u tal-ażil fl-infrastruttura u fil-flussi ta' ħidma tagħhom. Minkejja dan it-titjib, madwar 8 450 migrant għadhom fil-gżejjer Griegi, li jaqbeż il-kapċità ta' reċezzjoni mfassla biex takkomoda 7 450 persuna. Dan iwassal għal affollament u pressjoni eċċessivi fuq il-faċilitajiet, fost l-oħrajn għal minorenni u gruppi vulnerabbli oħrajn. In-nuqqasijiet fil-koordinazzjoni mill-awtoritajiet fil-hotspots ikomplu jostakolaw il-ġestjoni effettiva ta' din is-sitwazzjoni.

Jeħtieġ urġentement li t-total tal-kapaċità ta' riċezzjoni fuq l-art prinċipali u fuq il-gżejjer jiżdied b'mod sinifikanti. Il-Greċja bdiet tittrasferixxi l-migranti bejn il-gżejjer u l-gruppi l-aktar vulnerabbli lejn faċilitajiet speċifiċi. Dan għandu jiżdied, b'mod partikolari billi jiġu mċaqalqa dawk li l-applikazzjoni għall-ażil tagħhom instabet ammissibbli mill-gżejjer.

Sar xi titjib biex tissaħħaħ is-sigurtà fil-hotspots, primarjament fl-oqsma fejn joperaw is-Servizz dwar l-Ażil u l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil; madankollu, is-sigurtà fiċ-ċentri ta' akkoljenza u fil-hotspots Griegi għad trid tiġi mtejjba 12 , sabiex il-migranti u l-ħaddiema fil-post jiġu protetti minħabba l-affollament eċċessiv, il-frustrazzjoni u r-rikorrenti bejn gruppi ta' migranti.

2.4     Assistenza finanzjarja mill-UE

Mill-Ewwel Rapport tal-20 ta' April, il-Kummissjoni tat EUR 56 miljun oħra ta' finanzjament ta' emerġenza skont il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni biex iżżid il-kapaċità tal-awtoritajiet Griegi li jirreġistraw wasliet ġodda u jipproċessaw it-talbiet għall-ażil tagħhom. Dan il-finanzjament se joħloq kundizzjonijiet aħjar għal migranti vulnerabbli u jsaħħaħ il-proċess ta' reġistrazzjoni u ta' ażil b'riżorsi umani addizzjonali, infrastruttura tal-IT aħjar, aktar disponibbiltà ta' interpreti u aċċess aħjar għal informazzjoni. Dan il-finanzjament, mogħti fl-20 ta' Mejju, se jappoġġa:

EUR 30 miljun biex tkun appoġġata l-ħidma tal-UNHCR dwar il-pjan ta' reazzjoni għal emerġenza għall-Greċja u biex tissaħħaħ il-kapaċità tas-Servizz dwar l-Ażil Grieg u tas-Servizz ta' Akkoljenza u Identifikazzjoni stabbilit ġdid.

Tlettax-il miljun euro lill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni biex tkun ipprovduta assistenza lill-migranti l-aktar vulnerabbli li jinsabu maqbuda l-Greċja.

Tlettax-il miljun euro lill-Ministeru tal-Intern u Rikostruzzjoni Amministrattiva Grieg u lis-Servizz ta' Ażil Grieg biex titjieb l-effiċjenza tal-proċess tal-ażil, jissaħħaħ il-proċess ta' reġistrazzjoni u jiġi pprovdut appoġġ operazzjonali lill-Pulizija Ellenika fil-fruntieri esterni.

Barra minn hekk, fl-24 ta' Mejju, il-Kummissjoni tat EUR 25 miljun fil-finanzjament ta' emerġenza tagħha lill-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil biex tittejjeb il-kapaċità tagħha li tkompli tappoġġa lill-awtoritajiet Griegi. Dan il-finanzjament addizzjonali se jippermetti l-iskjerament ta' Stat Membru addizzjonali u interpreti u wkoll ta' uffiċċji mobbli fil-hotspots biex jassistu l-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għall-ażil, filwaqt li b'hekk jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni, kif ukoll għall-iskema ta' rilokazzjoni ta' emerġenza tal-UE.

Għadhom għaddejjin diskussjonijiet mal-awtoritajiet Griegi dwar talbiet ta' assistenza ta' emerġenza ulterjuri, inkluż talba mill-Ministeru tas-Saħħa Grieg. Dan is-sett finali ta' talbiet ta' assistenza ta' emerġenza jista' jlesti l-implimentazzjoni tal-pjan ta' reazzjoni għal emerġenza għall-Greċja stabbilit f'Marzu 2016.

Din l-assistenza ta' emerġenza riċenti tingħaqad ma' fondi ta' emerġenza li ngħataw qabel u tal-EUR 509 miljun allokati lill-Greċja għall-perjodu 2014-2020 permezz tal-programmi nazzjonali tagħha skont fondi disponibbli (il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni), li skont tagħhom huwa disponibbli wkoll finanzjament sostanzjali biex tkun appoġġata l-implimentazzjoni tal-politiki tal-ażil u tar-ritorn.

Barra minn hekk, qed tingħata aktar kunsiderazzjoni lir-rinforz tal-baġits operazzjonali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil (minn Lulju).

Sfidi ewlenin u l-passi li jmiss

Il-Greċja, bl-appoġġ ikkoordinat tal-UE u tal-Istati Membri tagħha, għandha:

Iżżid il-kapaċità tagħha li tindirizza l-valutazzjoni individwali ta' applikazzjonijiet għall-ażil u appelli fl-aktar ħin xieraq possibbli, speċjalment permezz tal-użu tal-kunċett tal-pajjiż terz bla periklu.

Tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura r-riammissjoni rapida lejn it-Turkija ta' migranti irregolari li waslu wara l-20 ta' Marzu 2016.

Iżżid il-kapaċità ta' akkoljenza tal-gżejjer u tittrasferixxi lejn l-art prinċipali dawk l-applikanti li l-applikazzjonijiet għall-ażil tagħhom instabu li huma ammissibbli.

Ittejjeb b'mod sinifikanti l-koordinazzjoni, il-provvista ta' servizzi u s-sigurtà fiċ-ċentri ta' akkoljenza Griegi fil-hotspots.

Tagħmel l-aħjar użu mill-finanzjament tal-UE pprovdut lill-Greċja, tiżgura komplimentarjetà bejn l-assistenza ta' emerġenza u azzjonijiet iffinanzjati permezz ta' programmi nazzjonali, kif ukoll tirrinforza l-baġit operazzjonali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil.

3.Risistemazzjoni "Wieħed għal Wieħed" mit-Turkija lejn l-UE

Skont id-Dikjarazzjoni, l-UE se tirrisistema Sirjan mit-Turkija lejn l-UE għal kull Sirjan ritornat lejn it-Turkija mill-gżejjer Griegi. Tingħata priorità lil migranti li ma jkunux daħlu jew ippruvaw jidħlu b'mod irregulari fl-UE, fil-qafas tal-impenji eżistenti. Din l-iskema "Wieħed għal Wieħed" hija mmirata li tgħin biex tħaffef is-sitwazzjoni fit-Turkija u biex tissodisfa l-impenn tal-UE biex tipprovdi rotot legali għall-vittmi tal-kriżi Sirjana biex jissetiljaw fl-UE.

3.1    Stat preżenti

Sar progress sostanzjali biex jiġi stabbilit qafas operazzjonali għat-twettiq ta' operazzjonijiet ta' risistemazzjoni mit-Turkija lejn l-UE. Barra mill-103 Sirjan risistemati rrapportati fl-Ewwel Rapport, sat-8 ta' Ġunju, 408 Sirjan ieħor ġew risistemati mit-Turkija għall-Iżvezja, il-Ġermanja, in-Netherlands, il-Lussemburgu, l-Italja, il-Litwanja u l-Portugall 13 , li jġib it-total ta' risistemazzjonijiet implimentati mit-Turkija għal 511. F'dan il-punt ta' żmien, l-għadd ta' Sirjani risistemati b'mod sostanzjali jaqbeż l-għadd ritornati skont id-Dikjarazzjoni UE-Turkija.

Minkejja dan, huwa importanti li wieħed ikompli jżid l-għadd sostanzjali ta' risistemazzjonijiet sabiex jiġi kkomunikat messaġġ ċar lis-Sirjani li ġiet stabbilita rotta sikura u legali għalihom biex jidħlu fl-UE. Barra minn hekk, fil-preżent, hemm aktar minn 2 300 Sirjan fil-gżejjer Griegi li għaddejjin mill-proċess ta' valutazzjoni ta' inammissibilità ta' applikazzjoni għall-ażil.

3.2    Passi legali

Sar qbil dwar proċeduri Operattivi Standard rapidi sabiex jgħinu jaċċelleraw il-proċess ta' risistemazzjoni fit-28 ta' April 2016 14 .

Id-diskussjonijiet leġiżlattivi dwar il-proposta tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Marzu tkomplew bil-mod, sabiex 54 000 post li kienu inizjalment previsti għal rilokazzjoni jsiru disponibbli, bil-għan li Sirjani mit-Turkija lejn l-UE jitħallew jidħlu legalment permezz ta’ risistemazzjoni, ammissjoni umanitarja jew modi legali oħrajn, bħal viżi umanitarji, boroż ta’ studju, kif ukoll skemi ta' riunifikazzjoni ta' familji 15 . Il-Kummissjoni qed taħdem mill-qrib mal-koleġiżlaturi għal adozzjoni rapida ta' din il-proposta.

3.3    Passi operazzjonali

Tim ta' risistemazzjoni, stabbilit mill-Kummissjoni fid-Delegazzjoni tal-UE f'Ankara, ikompli jikkoordina u jassisti l-operazzjonijiet tal-Istati Membri u s-sħubija mas-sħab ewlenin (l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni, il-UNHCR u d-Direttorat Ġenerali Tork għall-Ġestjoni tal-Migrazzjoni). Dan ix-xogħol standardizza l-aspetti loġistiċi tal-proċess ta' risistemazzjoni abbażi ta' mudell tal-UNHCR komuni għar-riferiment ta' każijiet lill-Istati Membri. Il-metodoloġija tipprovdi informazzjoni ewlenija standard rigward il-kandidati. Huwa disponibbli wkoll ċentru ta' intervisti komuni f'Ankara stabbilit bl-għajnuna tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni għall-Istati Membri biex jitwettqu intervisti ma' kandidati Sirjani għal risistemazzjoni.

Sfidi ewlenin u l-passi li jmiss

It-tkomplija tal-iżvilupp ta' għadd sostanzjali ta' risistemazzjonijiet mit-Turkija għall-UE.

L-adozzjoni rapida tad-deċiżjoni proposta biex jintużaw għal skopijiet ta’ risistemazzjoni u ta' forom oħra ta' ammissjoni 54 000 post, oriġinarjament previsti għal rilokazzjoni.

L-iżgurar tal-operazzjoni bla ostakli tal-operazzjonijiet ta' risistemazzjoni sostanzjalment miżjuda permezz ta' koordinazzjoni fuq l-art f'Ankara.

4.Il-prevenzjoni ta’ rotot tal-baħar jew tal-art ġodda għall-migrazzjoni irregolari mit-Turkija

It-tnaqqis gradwali tal-flussi irregolari fir-rotta tal-Lvant tal-Mediterran jirriskja li jżid il-pressjoni fuq rotot oħra. Il-Kummissjoni, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Frontex qed jimmoniterjaw is-sitwazzjoni mill-qrib. Sa issa, ma hemm ebda evidenza sostanzjali li qed jiżviluppaw rotot ġodda bħala riżultat dirett tad-Dikjarazzjoni UE-Turkija. L-isforzi li jiġu kkontrollati l-flussi fuq ir-rotta tal-Lvant tal-Mediterran ikomplu.

Għalkemm ġew irreġistrati xi ftit inċidenti iżolati li jinvolvu dgħajjes li jaslu direttament mit-Turkija, ma hemm ebda evidenza diretta li dawn huma riżultat ta' spostament mir-rotta tal-Lvant tal-Mediterran għal dik Ċentrali.

Ġiet osservata żieda fl-attivitajiet ta' kuntrabandu tul ir-rotta tal-Balkani tal-Punent riżultat tal-miżuri tal-fruntieri li effettivament jagħlqu l-kuritur tal-Balkani tal-Punent. In-nies ikomplu jfittxu opportunitajiet biex jgħaddu mill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent lejn l-Istati Membri tal-Ewropa Ċentrali, partikolarment l-Awstrija u l-Ġermanja. Ġiet osservata żieda żgħira fil-qsim bejn il-Greċja u l-Bulgarija u t-Turkija u l-Bulgarija, iżda ċ-ċifri ġenerali għadhom baxxi.

Għadd ta' refuġjati riċentement waslu fi Kreta, minn Antalya fin-Nofsinhar tat-Turkija, wara li persuni li jiffaċilitaw l-immigrazzjoni illegali kienu wegħduhom li joħduhom l-Italja. Il-Faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali permezz ta' dgħajjes bil-qlugħ jew jottijiet lejn l-Italja mit-Turkija mhijiex fenomenu ġdid. Avveniment traġiku riċenti, meta dgħajsa nqalbet qrib Kreta, għadu qiegħed jiġi investigat iżda l-indikazzjonijiet jissuġġerixxu li hija kienet telqet mill-Eġittu.

5.Skema Volontarja ta’ Ammissjoni Umanitarja

Id-Dikjarazzjoni pprevediet l-attivazzjoni tal-Iskema ta' Ammissjoni Umanitarja Volontarja mat-Turkija, ladarba l-qsim irregolari bejn it-Turkija u l-UE jkunu qed jispiċċaw jew tal-anqas ikunu naqsu sostanzjalment u b'mod sostenibbli. Il-Proċeduri Operattivi Standard għall-Iskema ta' Ammissjoni Umanitarja Volontarja qed jiġu żviluppati fil-Kunsill f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil, il-UNHCR u l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni. It-test ġie maqsum mat-Turkija fis-7 ta' Ġunju. Ladarba sar qbil dwar il-Proċeduri Operattivi Standard, għandha ssir valutazzjoni dwar jekk il-kundizzjonijiet li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta' din l-iskema ġewx issodisfati.

6.Liberalizzazzjoni tal-viża

Ir-rapport ta' progress tal-Kummissjoni 16 tal-4 ta' Mejju 2016 dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali tal-Liberalizzazzjoni tal-Viża nnota progress tajjeb mill-awtoritajiet Torok u inkoraġġihom iżidu l-isforzi tagħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha sabiex jiksbu l-liberalizzazzjoni tal-viża. Seba' rekwiżiti minn 72 – li kollha kemm huma fformaw il-bażi tal-proċess tal-liberalizzazzjoni tal-viża mat-Turkija mill-2013 – ma kinux ġew issodisfati u xi wħud minnhom kienu ta' importanza partikolari. Ir-rapport ġie akkumpanjat minn proposta 17 biex it-Turkija tiġi ttrasferita għal-lista ta' pajjiżi mingħajr l-obbligu ta' viża 18 . Din il-proposta saret bil-ftehim li l-awtoritajiet Torok jissodisfaw, bħala kwistjoni ta' urġenza, il-valuri referenzjarji pendenti tal-Pjan ta' Direzzjoni, kif impenjaw ruħhom li jagħmlu fit-18 ta' Marzu 2016. Ir-rapport spjega wkoll li f'dak il-mument, għal raġunijiet prattiċi u proċedurali, tnejn 19 mis-seba' valuri referenzjarji pendenti jeħtieġu żmien ta' implimentazzjoni itwal, li jagħmilha impossibbli li jiġu ssodisfati fiż-żmien tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-rapport ta' progress. Għalhekk, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Torok qablu dwar modi prattiċi ta' implimentazzjoni ta' dawn il-valuri referenzjarji qabel is-sodisfazzjoni komplut tagħhom.

Il-ħames valuri referenzjarji l-oħra diġà identifikati fir-rapport tal-4 ta' Mejju li għandhom jiġu ssodisfati huma:

Biex tiġi adottata l-miżura biex tipprevjenti l-korruzzjoni prevista mill-Pjan ta' Direzzjoni, jiġu żgurat segwitu effettiv għar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Grupp ta' Stati kontra l-Korruzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa (GRECO).

Sabiex il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta personali tiġi allinjata mal-istandards tal-UE, speċjalment biex jiġi żgurat li l-awtorità tal-protezzjoni tad-dejta tkun tista' taġixxi b'mod indipendenti u li l-attivitajiet tal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi jkunu fl-ambitu tal-liġi.

Sabiex jiġi konkluż ftehim ta’ kooperazzjoni operazzjonali mal-Europol.

Sabiex tiġi offruta kooperazzjoni ġudizzjarja effettiva fi kwistjonijiet kriminali lill-Istati Membri kollha tal-UE.

Sabiex jiġu riveduti l-leġiżlazzjoni u l-prattiki dwar it-terroriżmu skont l-istandards Ewropej, speċjalment billi tiġi allinjata aħjar id-definizzjoni ta' terroriżmu sabiex l-ambitu tad-definizzjoni jitnaqqas u billi jiġi introdott il-kriterju tal-proporzjonalità.

Il-Kummissjoni tappoġġa lit-Turkija fil-ħidma li għad trid twettaq biex tissodisfa l-punti ta’ riferiment kollha li fadal tal-pjan ta' direzzjoni għal-liberalizzazzjoni tal-viża, f’konformità mad-Dikjarazzjoni. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi progress ulterjuri li sar mill-awtoritajiet Torok sa issa, inkluż mit-tielet rapport ta' progress adottat fl-4 ta' Mejju 2016 20 , speċjalment id-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi tal-Ftehim ta' Riammissjoni UE-Turkija fl-1 ta' Ġunju 2016 li għandu jiġi komplut b'deċiżjoni mill-Kunsill tal-Ministri Tork bħala kwistjoni ta' urġenza biex tiġi permessa r-riammissjoni attwali. Tul il-missjoni teknika fit-2-3 ta' Ġunju 2016, il-Kummissjoni kellha diskussjonijiet inkoraġġanti mal-awtoritajiet Torok dwar soluzzjonijiet konkreti u passi prattiċi, inklużi l-bidliet leġiżlattivi u proċedurali meħtieġa dwar il-valuri referenzjarji pendenti. Il-kooperzzjoni bejn it-Turkija u l-Kunsill tal-Ewropa dwar l-implimentazzjoni tas-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem jistgħu jikkontribwixxu għal dan il-proċess. Il-Grujpp ta' Ħidma tal-Kunsill tal-Ewropa ltaqa' fit-13 ta' Ġunju 2016.

Flimkien mal-analiżi li tingħata lill-proposti tal-Kummissjoni biex tiġi emendata l-lista ta' pajjiżi mingħajr obbligu ta' viża, il-koleġiżlaturi qed jaħdmu wkoll fuq il-proposta tal-Kummissjoni 21 biex jissaħħaħ il-mekkaniżmu ta' sospensjoni eżistenti, li jistabbilixxi ċ-ċirkostanzi li jwasslu għal sospensjoni possibli tal-ivvjaġġar mingħajr viża għal ċittadini tal-pajjiżi kollha li, bħala prinċipju, mhumiex soġġetti għal dak l-obbligu.

7.Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija

Il-Faċilità għandha baġit ta’ EUR 3 biljun għall-2016-2017. Dan huwa magħmul minn EUR 1 biljun mill-baġit tal-UE, u EUR 2 biljun mill-Istati Membri tal-UE. L-Istati Membri kollha bagħtu ċ-ċertifikat ta' kontribuzzjoni 22 għaż-EUR 2 biljun li wiegħdu 23 . Il-Faċilità, għalhekk, issa hija operazzjonali bis-sħiħ.

Il-finanzjament skont il-Faċilità huwa implimentat bħala assistenza umanitarja jew mhux umanitarja tal-UE. Skont l-assistenza umanitarja, il-Kummissjoni tqiegħed għad-dispożizzjoni allokazzjoni skont il-Faċilità u tistieden lil organizzazzjonijiet umanitarji magħżula jippreżentaw proposti għal azzjonijiet preskritti b'għajnuna għar-refuġjati fit-Turkija. Skont l-assistenza mhux umanitarja, il-Kummissjoni għandha tidentifika l-proġetti tat-Turkija li jiffittjaw mal-objettivi tal-Faċilità u oqsma prijoritarji li tista' tiffinanzja biex tgħin lir-refuċjati. Malli jaslu mill-Istati Membri, il-Kummissjoni tirriserva allokazzjonijiet fil-baġit bħala impenji speċifiċi, li jippermettulha tiffirma kuntratti, li min-naħa tagħhom jiskattaw l-iżborżi f'intervalli regolari skont il-progress fl-implimentazzjoni tal-kuntratt.

Kumitat ta' Tmexxija tal-Faċilità

Fit-12 ta' Mejju, il-Kumitat ta' Tmexxija tal-Faċilità qabel li l-Faċilità għandha tiffoka fuq sitt oqsma prijoritarji: (1) assistenza umanitarja, (2) ġestjoni tal-migrazzjoni, (3) edukazzjoni, (4) saħħa, (5) infrastruttura muniċipali u (6) appoġġ soċjo-ekonomiku. Huwa qabel ukoll dwar iż-żewġ modalitajiet ta' implimentazzjoni tal-Faċilità – assistenza umanitarja u mhux umanitarja – u analizza l-abbozz ta' valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet li se jiġi finalizzat f'Ġunju 2016. Il-Kummissjoni hija impenjata li tmexxi 'l quddiem l-implimentazzjoni abbażi tal-prinċipji ewlenin li jmexxu l-implimentazzjoni tal-Faċilità: il-veloċità, l-effiċjenza, l-effikaċja, u relazzjoni ta' ħidma mill-qrib mal-awtoritajiet Torok.

Implimentazzjoni tal-baġit tal-Faċilità sa issa

Mill-EUR 1 biljun mill-baġit tal-UE previst għall-Faċilità, l-analiżi hija ta' EUR 250 miljun fl-2016 u EUR 750 miljun fl-2017. Dan se jiġi kkombinat ma' EUR 2 biljun li jiġu mill-Istati Membri fil-forma ta' dħul assenjat estern. Mit-EUR 3 biljun, sa issa ġew allokati b'kollox EUR 740 miljun, kemm għal assistenza umanitarja kif ukoll mhux umanitarja (ara aktar 'l isfel għal analiżi rispettiva). Mis-740 miljun allokati, ġew kuntrattati EUR 150 miljun. Minn dawn il-EUR 150 miljun kuntrattat, EUR 105 miljun ġew żborżati sa issa.

Fid-dettall:

Skont il-pakkett tal-assistenza umanitarja tal-Faċilità, fit-3 ta' Ġunju 2016 il-Kummissjoni ppubblikat Pjan ta' Implimentazzjoni Umanitarju (Humanitarian Implimentation Plan - HIP) b'baġit ta' aktar minn EUR 500 miljun. Skont dan il-Pjan, EUR 75 miljun oħra mill-baġit tal-UE se jiġu kuntrattati qabel tmiem Lulju 2016. Huwa jkopri wkoll, għall-ewwel darba, kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri, li se jiġu kuntrattati gradwalment minn Settembru 2016 sa tmiem is-sena. Da jingħaqad mad-EUR 90 miljun ta' assistenza umanitarja kuntrattati qabel il-15 ta' April 2016 biex jiżdiedu l-attivitajiet umanitarji f'assistenza għall-ikel u mhux għall-ikel, kenn, protezzjoni, saħħa u edukazzjoni. Bħala total, sa issa ġew allokati EUR 595 miljun għal assistenz umanitarja, li minnhom ġew kuntrattati EUR 90 miljun. Mid-EUR 90 miljun kuntrattati, kien hemm żborż ta' EUR 70 miljun.

Skont il-pakkett ta' assistenza mhux umanitarja, erba' proġetti ġodda mmirati lejn it-Turkija b'valur ta' madwar EUR 28 miljun ġew kuntrattati mill-20 ta' April 2016 skont il-Fond Fiduċjarju Reġjonali tal-UE b'reazzjoni għall-Kriżi Sirjana (minn hawn 'il quddiem il-Fond Fiduċjarju tal-UE), ffinanzjat b'fondi tal-Faċilità 24 . Dawn il-proġetti jipprovdu infrastruttra edukattiva addizzjonali għal 24 000 tfal refuġjat, taħriġ tal-ħiliet għal 24 000 Sirjan żgħażugħ 25 , appoġġ soċjali għal aktar minn 74 000 Sirjan l-aktar vulnerabbli 26 , kif ukoll żieda fl-aċċess għal universitajiet Torok għal Sirjani żgħażagħ fis-sena akkademika li jmiss. 27 Anki għal assistenza mhux umanitarja, ġew allokati EUR 20 miljun biex isaħħu l-kapaċità tal-Gwardja tal-Kosta Torka. B'kollox, sa issa ġew allokati EUR 145 miljun għal assistenza mhux umanitarja, li minnhom ġew kuntrattati EUR 60 miljun. Mis-EUR 60 miljun kuntrattati, kien hemm żborż ta' EUR 35 miljun.

Fil-preżent, il-Kummissjoni qed tħejji sett ulterjuri ta' miżuri ffinanzjati mill-Faċilità fl-oqsma tal-edukazzjoni, is-saħħa, l-infrastruttura muniċipali u soċjali, u l-appoġġ soċjo-ekonomiku, li għandhom jiġu ppreżentati għal approvazzjoni mill-Istati Membri qabel tmiem Lulju. L-istima tal-allokazzjoni għal dawn il-miżuri tammonta għal madwar EUR 1 250 miljun.

It-total tal-ammont impenjat skont il-Faċilità għal assistenza umanitarja u mhux umanitarja għandu, qabel tmiem is-sajf 2016, jiżdied għal EUR 2 biljun għall-2016-2017 u, sal-istess żmien, l-ammonti kontrattati għandhom jiżdiedu għal EUR 1 biljun, soġġett għal kooperazzjoni bla ostakli u fiż-żmien mal-awtoritajiet Torok. Il-Kummissjoni se tagħmel ukoll l-isforzi meħtieġa biex tiżgura aċċellerazzjoni tal-iżborżi skont il-Faċilità.

Passi li jmiss f'assistenza umanitarja

Il-Pjan ta' Implimentazzjoni Umanitarju stabbilit aktar 'il fuq għandu żewġ linji prinċipali:

I.l-iżvilupp ta' sistema ta' protezzjoni soċjali ta' emerġenza għar-refuġjati fit-Turkija. Dan se jiffunzjona permezz ta' sistema ta' trasferiment ta’ riżorsi permezz ta’ skeda elettronika biex tkopri l-ħtiġijiet bażiċi tar-refuġjati l-iktar vulnerabbli permezz ta’ trasferimenti ta’ kull xahar fil-livell ta' unitajiet domestiċi. B'dan il-mod, ir-refuġjati se jkunu jistgħu jkopru l-ħtiġijiet tagħhom f'termini ta' ikel, kenn u edukazzjoni b'mod li huwa aktar prevedibbli u dinjifikat, kif ukoll kosteffikaċi u effiċjenti.

II.l-implimentazzjoni ta' qafas ta' protezzjoni għar-refuġjati l-aktar vulnerabbli, inklużi edukazzjoni mhux formali, saħħa u proġetti ta' ġestjoni ta' informazzjoni. Se jkun inkluż ukoll l-użu ta' finanzjament biex ikun hemm reazzjoni veloċi għal ħtiġijiet umanitarji urġenti u mhux mistennija. L-attivitajiet skont il-Pjan ta' Implimentazzjoni Umanitarju se jibdew minn tmiem Lulju 2016.

Il-provvista ta' assistenza umanitarja taħt il-Faċilità tkompli tiġi implimentata skont id-dritt tal-UE dwar l-għajnuna umanitarja u skont il-prinċipji stabbiliti fil-Kunsens Ewropew dwar l-Assistenza Umanitarja 28 .

Passi li jmiss fl-assistenza mhux umanitarja

Il-Kummissjoni qed tħejji assistenza sostanzjali permezz ta' miżuri speċjali, permezz ta' tliet mezzi differenzi:

I.l-iżgurar ta' aċċess sostenibbli għall-edukazzjoni għal tfal ta' refuġjati u aċċess għall-kura tas-saħħa, implimentati minn għotjiet diretti mal-ministeri Torok relevanti, li għandhom jiġu ffinanzjati u żborżati abbażi tal-kostijiet attwali mġarrba u mħallsa. Dan għandu jiżgura l-veloċità, l-effiċjenza u s-sostenibilità.

II.il-provvista ta' finanzjament sostanzjali għal infrastruttura muniċipali u soċjali, inklużi saħħa u edukazzjoni, u appoġġ soċjo-ekonomiku, ħidma ma' Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali. Pakkett ta' intervenzjonijiet se jkun lest għal konsultazzjoni u ftehim mal-awtoritajiet Torok sa tmiem Ġunju.

III.finanzjament addizzjonali għall-Fond Fiduċjarju tal-UE, b'mod partikolari biex jappoġġa proġetti minn isfel għal fuq, inkluż f'oqsma ġodda bħal taħriġ vokazzjonali u aċċess għas-suq tax-xogħol.

Sfidi ewlenin u l-passi li jmiss

Tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa tal-proġetti diġà mnedija biex jipprovdu ikel u edukazjoni, l-miżura speċjali li tappoġġa migranti ritornati u l-miżura eċċezzjonali għall-Gwadja tal-Kosta Torka.

Jiġi implimentat il-Pjan ta' Implimentazzjoni Umanitarju adottat fit-3 ta' Ġunju 2016.

Jiġu mħejjija u adottati l-miżuri speċjali dwar l-edukazzjoni u s-saħħa u dwar l-infrastruttura muniċipali u soċjali u l-appoġġ soċjo-ekonomiku, kif ukoll il-pagament supplimentari tal-Fond Fiduċjarju Reġjonali tal-UE b'Reazzjoni għall-Kriżi tas-Sirja, sa tmiem Lulju 2016.

Jiġu implimentati ħames proġetti addizzjonali ffinanzjati (EUR 84 miljun) skont il-Fond Fiduċjarju Reġjonali għall-Kriżi tas-Sirja sas-Sajf 2016.

Jiġu pprogrammati, imħejjija u adottati intervenzjonijiet addizzjonali skont il-Fond Fiduċjarju Reġjonali tal-UE b'Reazzjoni għall-Kriżi tas-Sirja biex ikopru l-edukazzjoni, is-saħħa, u oqsma oħra mmirati bħal taħriġ vokazzjonali u aċċess għas-suq tax-xogħol.

Jiġi organizzat it-tielet Kumitat ta' Tmexxija fit-30 ta' Ġunju 2016.

8.Aġġornar tal-Unjoni Doganali

Ir-relazzjonijiet ekonomiċi mat-Turkija għadhom b'saħħithom, b'negozju bilaterali ta' EUR 140 biljun fl-2015, u fejn l-UE hija responsabbli minn żewġ terzi tal-investiment barrani fit-Turkija. Dan il-livell ta' integrazzjoni ekonomika u industrijali u r-riformi meħtieġa biex jirrinforzaw l-fiduċja tal-investituri ġew diskussi fl-ewwel Djalogu Ekonomiku ta' Livell Għoli li nżamm bejn l-UE u t-Turkija fi tmiem April, fil-preżenza ta' istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u s-settur privat. Ġiet diskussa wkoll il-ħtieġa li tiġi aġġornata u modernizzata l-Unjoni Doganali li għandha 20 sena, il-magna ewlenija ta' din l-integrazzjoni ekonomika profonda.

Il-Kummissjoni qed tavvanza fit-tħejjija ta' Valutazzjoni tal-Impatt 29 . Ġew irċevuti 173 tweġiba fil-konsultazzjoni pubblika 30 li ntemmet fid-9 ta' Ġunju. Il-maġġorparti tat-tweġibiet kienu ġejjin minn negozji jew assoċjazzjonijiet ta' impriżi tal-UE u Torok, fejn ħafna minnhom diġà qed jieħdu vantaġġ mill-Unjoni Doganali attwali. Dawn se jiddaħħlu fir-rapport ta' Valutazzjoni tal-Impatt li se jiġi finalizzat mill-Kummissjoni f'Ottubru 2016, filwaqt li jkun abbażi ta' studju estern li għaddej bħalissa. Huwa misenni li l-abbozzi ta' direttivi ta' negozjar se jitħejjew għall-adozzjoni mill-Kummissjoni fir-raba' (4) kwart tal-2016 u jiġu ppreżentati lill-Kunsill.

9.Il-proċess ta’ adeżjoni

Il-Kummissjoni ppreżentat Abbozz ta' Pożizzjoni Komuni dwar il-Kapitolu 33 (dispożizzjonijiet finanzjarji u baġitarji) fil-Kunsill fid-29 ta' April, li jippermetti lill-Kunsill jiddeċiedi dwar il-ftuħ ta' dan il-Kapitolu sal-aħħar ta' Ġunju.

Il-ħidma ta' tħejjija tkompli b'pass aċċelerat biex tagħmel progress fuq ħames Kapitoli oħra, mingħajr preġudizzju fuq il-pożizzjonijiet tal-Istati Membri skont ir-regoli eżistenti. Il-Kummissjoni u s-SEAE kienu qed jaħdmu fuq id-dokumenti preparatorji kollha relatati fir-rebbiegħa bil-għan li jippreżentawhom lill-Kunsill kif ġej:

Il-ħidma ta' tħejjija ġiet finalizzata fil-qasam tal-enerġija (il-Kapitolu 15). Ir-rapport ta’ skrinjar aġġornat ingħata mill-Kummissjoni fid-29 ta' April 2016.

Fl-oqsma ewlenin tad- drittijiet ġudizzjarji u fundamentali, u tal-ġustizzja, l-libertà u s-sigurtà (il-Kapitoli 23 u 24), wara l-konsultazzjonijiet tekniċi f'April u abbażi ta' informazzjoni aġġornata rċevuta mit-Turkija tul Mejju, il-Kummissjoni timmira li tiffinalizza d-dokumenti sa tmiem Ġunju. Dawn il-kapitoli jkopru firxa ta’ kwistjonijiet kritiċi bħalma huma d-drittijiet fundamentali, il-ġudikatura, il-politika kontra l-korruzzjoni, il-migrazzjoni u l-ażil, ir-regoli tal-viża, il-ġestjoni tal-fruntieri, il-kooperazzjoni tal-pulizija u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u kontra t-terroriżmu.  L-UE tistenna li t-Turkija tirrispetta l-ogħla standards f'dak li għandu x'jaqsam mad-demokrazija, l-istat tad-dritt, ir-rispett tal-libertajiet fundamentali, inkluża l-libertà tal-espressjoni.

Dwar l-edukazzjoni u l-kultura (il-Kapitolu 26), it-Turkija ppreżentat il-pożizzjoni aġġornata tan-negozjati tagħha fl-24 ta’ Marzu u, fuq din il-bażi, il-Kummissjoni se tiffinalizza l-Abbozz aġġornat tal-Pożizzjoni Komuni fit-2 ta' Mejju 2016.

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) aġġorna r-rapport ta’ skrinjar dwar il-politika estera, is-sigurtà u d-difiża (il-Kapitolu 31) li ħareġ fl-20 ta' Mejju 2016.

10.Kundizzjonijiet umanitarji fis-Sirja

L-UE u t-Turkija għandhom mira komuni li jindirizzaw is-sitwazzjoni umanitarja fis-Sirja u jipprevjenu aktar spostament. Il-mobilizzazzjoni tal-assistenza meħtieġa u l-iżgurar tal-aċċess umanitarju għal persuni fil-bżonn fis-Sirja jeħtieġu kooperazzjoni mill-qrib bejn l-UE u t-Turkija.

L-UE u t-Turkija komplew jużaw riżorsi sostanzjali għar-rispons umanitarju. Il-ħidma tat-Task Force Umanitarja tal-Grupp Internazzjonali ta' Appoġġ għas-Sirja mat-Turkija huma ta' importanza kbira għal din il-ħidma. L-UE u t-Turkija jaħdmu flimkien biex jippromwovu aċċess sħiħ u bla ostakli fis-Sirja kollha u biex jegħlbu l-ostakli, inkluż fit-Task Force Umanitarja tal-Grupp Internazzjonali ta' Appoġġ għas-Sirja, li ffaċilitat l-aċċess għal 820 000 persuna fil-bżonn f'żoni attakkati u li diffiċli jintlaħqu fl-2016.

L-għoti ta' assistenza tranfruntiera minn pajjiżi ġirien bħat-Turkija jibqa' element tar-reazzjoni li huwa essenzjali u li żdied fl-importanza minħabba ż-żieda fil-ġlied u minħabba li tnaqqas l-aċċess fit-Tramuntana tas-Sirja. Fl-2015, 27 % tal-assistenza umanitarja fis-Sirja kienet mogħtija mit-Turkija. Dan ikompli jkun prijoritarju, inkluż il-provvista ta' assistenza vitali għal 160 000 persuna spostata internament li huwa stmat li nqabdu fit-Tramuntana tas-Sirja tul il-fruntiera mat-Turkija, minħabba l-intensifikazzjoni tal-ġlied fis-Sirja, b'mod partikolari madwar Aleppo, Idlib u Al-Hasakeh. It-Turkija nnifisha tkompli tagħti assistenza essenzjali lil persuni maqbuda fin-naħa Sirjana tal-fruntiera. Barra minn hekk, it-Turkija għandha rwol partikolarment importanti biex tgħin l-NGOs joperaw b'mod transfruntier bil-viża u r-reġistrazzjoni.

L-UE se tkompli tipprovdi għajnuna umanitarja lin-nies madwar is-Sirja, u allokat EUR 140 miljun inizjali għall-2016 għal attivitajiet biex jiġu salvati l-ħajjiet, li kważi nofshom diġà ġew ikkummissjonati. Dan il-finanzjament se jappoġġa setturi bħas-saħħa, l-iġjene, il-protezzjoni u r-reazzjoni ta' emerġenza biex ikun hemm reazzjoni veloċi għal emerġenzi u spostamenti ġodda, bi prijorità kontinwa għal żoni attakkati, diffiċli li jintlaħqu u ta' spostament.

11. Konklużjoni

Id-Dikjarazzjoni UE-Turkija kompliet tagħti riżultati konkreti. Sar progress tajjeb sabiex id-dikjarazzjoni tkun operazzjonali. L-isforzi konġunti mill-awtoritajiet Griegi u Torok, il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-aġenziji tal-UE bdew jipprovdu l-operazzjoni ta' kuljum tal-proċessi tar-ritorn u ta' risistemazzjoni f'konformità sħiħa mar-regoli tal-UE u internazzjonali.

Issa li l-Istati Membri kollha bagħtu ċ-ċertifikati ta' kontribuzzjoni tagħhom biex ikopru ż-EUR 2 biljun mwiegħda għall-2016-2017, l-iżborż aċċellerat tal-Faċilità jista' jiġi implimentat bis-sħiħ. Ġew imnedija proġetti li se jappoġġaw lir-refuġjati mis-Sirja fit-Turkija u l-UE qiegħda fil-proċess li tagħmel kuntratt ta' EUR 1 biljun sa tmiem is-sajf. Dan se jiżgura li min jeħtieġ protezzjoni internazzjonali jirċievi l-appoġġ li jeħtieġ.

Madankollu, is-suċċess akkwistat sa issa huwa dgħajjef, u għadu kmieni wisq biex jiġi konkluż li l-aspetti kollha tad-Dikjarazzjoni UE-Turkija huma funzjonali bis-sħiħ. Kif innotat fl-Ewwel Rapport, ma hemm l-ebda lok għal kompjaċenza b’mod partikolari minħabba li wieħed mill-aktar elementi diffiċli - l-operat ta’ kuljum tal-proċessi ta' ritorn u ta' risistemazzjoni fir-rispett sħiħ tar-regoli tal-UE u internazzjonali - għadu ma jistax jitqies implimentat kompletament. L-implimentazzjoni b'suċċess tiddependi l-aktar fuq id-determinazzjoni politika tan-naħat kollha biex jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa. Il-Kummissjoni tikkunsidra li għandha tingħata attenzjoni urġenti prinċipalment għall-passi li ġejjin:

Il-Greċja għandha żżid il-kapaċità tagħha li tindirizza l-valutazzjoni individwali tal-applikazzjonijiet u l-appelli għall-ażil fi żmien kemm jista' jkun adegwat biex jiġu żgurati r-ritorni u r-riammissjonijiet, speċjalment permezz tal-użu tal-kunċett tal-pajjiż terz bla periklu, kif ukoll biex ittejjeb il-kapaċità ta' akkoljenza fuq il-gżejjer u ttejjeb il-maniġment u l-koordinazzjoni ta' kuljum tal-hotspots, bl-appoġġ koordinat tal-UE u l-Istati Membri tagħha.

L-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jikkonsolidaw sforzi ta' risistemazzjoni mit-Turkija lejn l-UE.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiffinalizzaw malajr il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar il-proposta tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Marzu 2016 biex l-54 000 post oriġinarjament previst għar-rilokazzjoni jintużaw għall-finijiet ta’ risistemazzjoni.

It-Turkija għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tissodisfa l-punti ta' riferiment li fadal għal-liberalizzazzjoni tal-viża, malajr kemm jista' jkun, dan sabiex l-UE tkun tista' tneħħi r-rekwiżiti tal-viża għaċ-ċittadini Torok.

Il-Kummissjoni se tippreżenta t-Tielet Rapport tagħha dwar il-progress imwettaq fl-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni UE-Turkija f'Settembru tal-2016.

(1)

     COM(2016) 231 final, 20 April 2016 ("l-Ewwel Rapport").

(2)

     http://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2016/03/07-eu-turkey-meeting-statement/

(3)

     L-għadd ta' esperti huwa ddeterminat mill-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil u FRONTEX b'rabta mal-Kummissjoni u mal-awtoritajiet Griegi u jiddependi mill-ħtiġijiet operazzjonali identifikati. Pereżempju, l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil ħareġ talba adizzjonali għal 20 espert dwar l-ażil fit-13 ta' Ġunju. Frontex lesta li tiskjera u / jew iżżid l-għadd ta' esperti ta' riammissjoni u tirritorna uffiċjali li jakkompanjaw u tkompli tipprovdi għall-mezzi ta' transport meħtieġa biex jiġi żgurat ir-ritorn tal-migranti irregolari mill-Greċja għat-Turkija.

(4)

     Iċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni tas-Salvataġġ u ċ-Ċentru ta' Operazzjonijiet għall-Gwardja tal-Kosta Ellenika f'Piraeus u ċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni konġunt tas-Salvataġġ Marittimu tal-Gwardja tal-Kosta Torka f'Ankara. Il-Kmandanti Reġjonali fil-Baħar Eġew tal-Gwardji tal-Kosta Torok u Elleniċi ltaqgħu fis-26 ta' Mejju 2016 f'Izmir, filwaqt li komplew jintensifikaw il-kooperazzjoni ta' kuljum tagħhom.

(5)

     L-uffiċjal ta' kollegament ffaċilita wkoll żjara fil-kwartieri ġenerali ta' Frontex minn delegazzjoni tad-Direttorat Ġenerali Tork għall-Ġestjoni tal-Migrazzjoni (Directorate General of Migration Management - DGMM) u fil-preżent qed iħejji żjara reċiproka f'Lulju 2016.

(6)

     tellingtherealstory.org

(7)

     Il-kontenut għal tali portal jista' jiġi pprovdut minn midja prinċipali tal-UE skont konsorzju li jinkludi Deutsche Welle, Radio France Internationale, France 24, RMC Arabic, ANSA, u Radio Netherlands International.

(8)

     Dan jirrappreżenta żieda ta' 137 ritorn mill-Ewwel Rapport tal-20 ta' April 2016.

(9)

     Imwaqqaf permezz tad-Digriet Presidenzjali 114/2010 għal perjodu tranżizzjonali sal-bidu tal-operazzjonijiet tal-Awtorità ta' Appell ġdida u l-Kumitati ta' Appell ġodda.

(10)

     COM(2016) 166 final, 16 ta' Marzu 2016.

(11)

     "L-Istati Membri kkondividew l-analiżi magħmula mill-Kummissjoni dwar il-miżuri li ttieħdu mit-Turkija mill-20 ta' Marzu, inkluż il-valutazzjoni tagħha li t-Turkija ħadet il-passi meħtieġa identifikati fil-Komunikazzjoni tas-16 ta' Marzu. L-Istati Membri esprimew il-konvizzjoni li l-migranti jistgħu u għandhom jiġu ritornati lejn it-Turkija f'konformità mad-Dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta' Marzu." Ir-riżultat tal-laqgħa tal-Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni tal-20 ta' Mejju 2016, 9183/16.

(12)

     L-ittra mibgħuta mill-Ministru Supplenti tal-Politika tal-Migrazzjoni Ioannis Mouzalas tad-9 ta' Ġunju 2016 quddiem il-Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni tad-9 u l-10 ta' Ġunju 2016 tinnota li s-sitwazzjoni ta' sigurtà fil-hotspots hija diffiċli iżda u li l-Pulizija Ellenika qed itejbu l-apparat ta' sigurtà tagħhom fil-hotspot u madwarha.

(13)

     It-tielet rapport dwar ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni (COM(2016) 360 final) ikopri l-għadd ta' persuni risistemati bejn it-12 ta' April u t-13 ta' Mejju 2016. Dan it-Tieni Rapport ikopri l-għadd ta' persuni risistemati bejn l-20 ta' April u t-13 ta' Ġunju 2016.

(14)

     B'konferma b'ittra tal-10 ta' Mejju 2016 mill-awtoritajiet Torok u b' ittra tat-12 ta' Mejju 2016 mill-Kummissjoni f'isem l-Istati Membri, kif ukoll l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera.

(15)

     Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1601 tat-22 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja, COM(2016) 171 final tal-21 ta' Marzu 2016

(16)

     COM(2016) 279 final tal-4 ta' Mejju 2016.

(17)

     L-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta’ Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi ċ-ċittadini ta’ liema għandu jkollhom fil-pussess tagħhom viżi meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ- ċittadini ta’ liema huma eżenti minn dak ir-rekwiżit (ĠU L 81, 21.03.2001, p. 1). Dan iż-żmien ippermetta lill-Parlamenti nazzjonali jwettqu skrutinju parlamentari effettiv.

(18)

     Dawn it-tnejn ikkonċernaw a) l-aġġornament tal-passaport bijometriku eżistenti sabiex jiġu inklużi karatteristiċi ta' sigurtà skont l-aħħar standards tal-UE, kif ukoll b) l-implimentazzjoni bis-sħiħ tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta' Riammisjoni UE-Turkija; inkluż dawk relatati ma' ċittadini ta' pajjiżi terzi.

(19)

     COM(2016) 278 final tal-4 ta' Mejju 2016.

(20)

     COM(2016) 290 final, L-Erbgħa, 4 ta' Mejju 2016.

(21)

     Mill-Ewwel Rapport tal-20 ta' April 2016, 12-il Stat Membru ppreżentaw iċ-ċertifikati ta' kontribuzzjoni tagħhom.

(22)

     Minn dawn il-EUR 2 biljun imwiegħda, sa issa ġie rċevut ammont ta' EUR 1 285 miljun u l-ammont li fadal ta' EUR 715-il miljun se jiġi rċevut fil-ġimgħat li ġejjin.

(23)

     Aktar informazzjoni dwar il-proġetti ffinanzjati mill-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija tista tinstab fis-sit http://ec.europa.eu/enlargement/news_corner/migration/index_en.htm.

(24)

     Gesellschaft für Internationale Zusammenarbeit (GiZ) (EUR 18,2 miljun).

(25)

     Search for Common Ground (EUR 1,75 miljun).

(26)

     Stichting SPARK (EUR 5 miljun) u DAAD (EUR 2,7 miljun).

(27)

     Dikjarazzjoni Konġunta mill-Kunsill u mir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-laqgħa tal-Istati Membri fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea (2008/C25/01)

(28)

      http://ec.europa.eu/smart-regulation/roadmaps/docs/2015_trade_035_turkey_en.pdf .

(29)

      http://trade.ec.europa.eu/consultations/index.cfm?consul_id=198 .


Brussell, 15.6.2016

COM(2016) 349 final

ANNESS

għal

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL

It-Tieni rapport dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni UE-Turkija


Żieda ta’ finanzjament taħt il-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija wara d-Dikjarazzjoni tat-18 ta’ Marzu

Il-Fergħa ta’ Finanzjament skont l-Approċċ Rapidu

Assistenza Umanitarja

Miżura Speċjali dwar l-Appoġġ għal Migranti li Jirritornaw

Miżura/i Speċjali dwar l-Edukazzjoni u s-Saħħa

Appoġġ Soċjoekonomiku u Infrastruttura

Fond Fiduċjarju Reġjonali tal-UE b’Reazzjoni għall-Kriżi Sirjana (EUTF)

Il-passi li jmiss

Lulju-Settembru

L-introduzzjoni tal-Pjan ta’ Implimentazzjoni Umanitarja maqbul f’Ġunju, inkluż l-ikkuntrattar ta’ proġetti b'valur ta' EUR 75 miljun sal-aħħar ta’ Lulju.

Pendenti

Abbozz ta’ ftehim dirett għall-implimentazzjoni tal-miżura speċjali dwar l-appoġġ għal migranti li jirritornaw finalizzat f’Mejju, sakemm ikun hemm il-firma mill-awtoritajiet Torok.

Sal-aħħar ta' Lulju

Adozzjoni ta’ miżuri speċjali, inklużi għotjiet lill-Ministeri għall-Edukazzjoni u s-Saħħa.

L-aħħar ta’ Ġunju

l-24 ta' Ġunju

Roundtable tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali (IFIs) biex jiġi diskuss il-pakkett.

id-29 ta' Ġunju

Roundtable tal-IFI mat-Turkija biex japprovaw il-pakkett.

Sal-aħħar ta' Lulju

Adozzjoni ta’ finanzjament tal-IFI, fejn huwa matur, għal infrastruttura muniċipali u soċjali u appoġġ soċjoekonomiku.

Sas-sajf

Ħames proġetti oħra identifikati li jiswew EUR 84 miljun - għad iridu jiġu finalizzati u mnedija.

Sal-aħħar ta' Lulju

Adozzjoni ta’ pagament supplimentari tal-EUTF

Kontinwu

Proġetti ġodda taħt il-Fond Fiduċjarju tal-UE (EUTF) f’oqsma mhux koperti minn elementi oħra: aċċess għas-suq tax-xogħol, azzjonijiet komunitarji, inizjattivi għal għotjiet iżgħar, miżuri oħrajn ta’ integrazzjoni u mhux vinkolanti.

Kisbiet

it-3 ta' Ġunju

Il-pubblikazzjoni tal-Pjan ta’ Implimentazzjoni Umanitarja tad-DĠ ECHO tinkludi l-ewwel allokazzjoni (EUR 505.65 miljun) għas-Sistema ta’ Protezzjoni Soċjali ta’ Emerġenza (ESSN) u miżuri komplementari.

Marzu/April

Id-DĠ ECHO ffirma proġetti ma' 17-il sieħeb umanitarju b’valur ta’ EUR 90 miljun.

id-19 ta' April

L-Ewwel Miżura Speċjali ta’ EUR 60 miljun kkuntrattata biex jiġi ipprovdut ikel, kenn u kura tas-saħħa għal migranti li jirritornaw mill-Greċja.

Il-ħtiġijiet ta’ finanzjament għall-Edukazzjoni u s-Saħħa qabel kienu ġew indirizzati taħt miżuri fuq perjodu ta’ żmien qasir permezz tad-DĠ ECHO u l-EUTF.

it-22 ta' April

Roundtable IFI segwita minn laqgħat bilaterali dwar infrastruttura u appoġġ soċjoekonomiku.

Sas-26 ta’ Mejju

Erba' proġetti ġodda ta' xi madwar EUR 28 miljun addizzjonali ffirmati biex jipprovdu infrastruttura tal-edukazzjoni, taħriġ tas-snajja, appoġġ soċjali.

il-11 ta' April

Il-Bord EUTF approva n-noti ta’ kunċett ġdid.

l-4 ta' Marzu

Kuntratt reġjonali tal-UNICEF iffirmat b’ komponent ta’ EUR 37 miljun għat-Turkija.

Il-Governanza tal-Faċilità

Skeda ta’ żmien minn April

April

Approċċ rapidu ppreżentat lit-Turkija u elaborat aktar sabiex isir Nota ta’ Kunċett Strateġiku għall-implimentazzjoni tal-Faċilità.

it-12 ta' Mejju

It-Tieni Kumitat ta' Tmexxija approva n-Nota ta' Kunċett Strateġiku u rċieva preżentazzjoni tal-abbozz ta’ valutazzjoni tal-ħtiġijiet indipendenti. Qabel fuq sitt oqsma ta’ prijorità tal-Faċilità: L-Assistenza Umanitarja, il-Ġestjoni tal-Migrazzjoni, l-Edukazzjoni, is-Saħħa, l-Infrastruttura Muniċipali, u l-Appoġġ Soċjoekonomiku.

it-13 ta' Ġunju

Il-kontribuzzjoni tal-Istati Membri kollha rċevew ċertifikati, li jkopri l-ammont sħiħ ta’ EUR 2 biljun imwiegħda għall-2016-2017.

it-30 ta' Ġunju

It-tielet Kumitat ta’ Tmexxija se jissejjaħ biex jieħu kont tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ffinalizzata u biex jirrevedi l-progress fl-implimentazzjoni, inkluż dwar il-miżuri speċjali dwar l-edukazzjoni, is-saħħa, l-infrastruttura muniċipali u soċjali, u l-appoġġ soċjoekonomiku li qed jitħejjew bħalissa.

Kontinwu

Rappurtar dwar l-implimentazzjoni u l-komunikazzjoni dwar ir-riżultati miksuba