IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 16.3.2016
COM(2016) 165 final
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI GĦALL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL EWROPEW U L-KUNSILL
L-ewwel rapport dwar ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 16.3.2016
COM(2016) 165 final
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI GĦALL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL EWROPEW U L-KUNSILL
L-ewwel rapport dwar ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni
1Introduzzjoni
Fl-2015, madwar 880,000 persuna waslet fl-Unjoni Ewropea mill-Greċja u l-Italja. F’Mejju 2015, għall-ewwel darba fl-istorja tal-politika Ewropea dwar il-migrazzjoni, il-Kummissjoni pproponiet li jiġu rilokati persuni bi bżonn ċar ta’ protezzjoni internazzjonali fl-UE, minn Stati Membri taħt pressjoni qawwija għal Stati Membri oħrajn tal-Unjoni Ewropea. F’Settembru 2015, il-Kunsill adotta żewġ deċiżjonijiet legalment vinkolanti 1 li jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ rilokazzjoni temporanju u eċċezzjonali għal 160,000 applikant bi bżonn ċar ta’ protezzjoni internazzjonali mill-Italja u mill-Greċja 2 .
Fl-istess ħin, bil-ħsieb li tindirizza l-kriżi migratorja globali b'mod komprensiv u biex tintwera solidarjetà mal-pajjiżi terzi affettwati bl-istess mod, il-Kummissjoni rrakkomandat skema ta’ risistemazzjoni tal-UE għal 20,000 persuna fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali. F’Lulju 2015, l-Istati Membri, flimkien mal-Istati Assoċjati ta' Dublin, qablu li jirrisistemaw 22 504 persuna fi bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali, fuq perjodu ta' sentejn mil-Lvant Nofsani, il-Qarn tal-Afrika u l-Afrika ta’ Fuq.
Waqt li l-flussi jkomplu fl-2016, madankollu, s’issa 937 persuna biss ġew rilokati mill-Italja u l-Greċja, u 4,555 biss ġew risistemati. Il-livell mhux sodisfaċenti ta' implimentazzjoni taż-żewġ skemi huwa dovut għal varjetà ta' fatturi inkluż in-nuqqas ta' rieda politika mill-Istati Membri li jwasslu b'mod sħiħ u f'waqtu fuq l-obbligu tagħhom ta' rilokazzjoni. Sa reċentement, il-politika permissiva fil-Balkani tal-Punent kienet ostaklu addizzjonali għall-iskema ta' rilokazzjoni billi l-parti l-kbira ta' applikanti eliġibbli jivvjaġġaw 'il quddiem minflok ma jiġu rilokati b'sistema ordnata. B’mod parallel, l-Istati Membri kienu riluttanti li jirrisistemaw minħabba li l-persuni komplew jaslu b’mod irregolari.
B’segwitu għar-rapport tal-Kummissjoni 3 dwar kif tista' tiġi rristawrata l-ordni fuq ir-rotta tal-Mediterran tal-Lvant/Balkani tal-Punent, kif ukoll il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-18-19 ta’ Frar u l-laqgħa tal-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tas-7 ta’ Marzu 4 , l-Istati Membri qablu li jadottaw approċċ Ewropew u li tintemm il-politika permissiva. Huma fakkru wkoll fil-bżonn li l-Greċja tingħata appoġġ f’dan il-mument diffiċli, filwaqt li titqies il-qagħda umanitarja diffiċli ħafna li qed tiżviluppa malajr fuq il-post. F'dan ir-rigward, bil-flussi kontinwi, aktar minn 100,000 migrant jistgħu jinsabu maqbuda fil-Greċja fi żmien xahar, skont il-Kummissarju Għolji għar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHCR). Għalhekk sejħu għal aċċellerazzjoni sostanzjali tal-implimentazzjoni tar-rilokazzjoni biex tittaffa l-pressjoni għolja li bħalissa qed taffettwa lill-Greċja.
Din il-Komunikazzjoni twieġeb għall-obbligu skont l-Artikolu 12 taż-żewġ Deċiżjonijiet tal-Kunsill biex tirraporta lill-Kunsill kull sitt xhur dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet u l-pjanijiet direzzjonali għall-Italja u l-Greċja. Din twieġeb ukoll l-impenn tal-Kummissjoni taħt il-Pjan Direzzjonali “Lura għal Schengen" 5 biex tirrapporta kull xahar dwar l-implimentazzjoni ta’ rilokazzjoni u ta’ risistemazzjoni. Din il-Komunikazzjoni tanalizza l-isfidi identifikati u l-lezzjonijiet meħuda f’dawn l-ewwel xhur ta' implimentazzjoni tal-iskemi ta’ rilokazzjoni u ta’ risistemazzjoni u tipproponi rakkomandazzjonijiet u azzjonijiet fuq perjodu qasir biex titjieb ir-rata ta’ implimentazzjoni.
2Rilokazzjoni
2.1Sfond legali u pajjiżi li qed jipparteċipaw fl-iskemi ta’ rilokazzjoni tal-UE
Wara ż-żewġ deċiżjonijiet f’Settembru 2015, 106 000 applikant għall-ażil għandhom jiġu rilokati mill-Italja 6 u l-Greċja 7 sa Settembru 2017. Il-54,000 l-oħra ġew assenjati biex jiġu rilokati mill-Italja u l-Greċja, sakemm il-Kummissjoni ma tibgħatx proposta lill-Kunsill qabel is-26 ta’ Settembru 2016 biex jiġi adattat il-mekkaniżmu ta’ rilokazzjoni 8 . Barra minn hekk, f’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta’ Lulju 2015, l-Istati Membri xorta waħda jkollu jwiegħdu fuq l-allokazzjoni ta’ 7,744 postijiet li fadal taħt l-ewwel Deċiżjoni tal-Kunsill, minn total ta’ 40,000 post. L-Istati Membri għandhom l-obbligu li jirrilokaw mill-Italja u l-Greċja n-numru ta’ persuni allokati lilhom skont l-Annessi I u II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1601 9 kif ukoll dawk miftehma fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1523 10 f’konformità mal-figuri definiti fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta’ Lulju 2015. Dan l-obbligu għandu jiġi sodisfatt fuq perjodu ta’ sentejn.
F'konformità mal-pożizzjonijiet speċjali tagħhom taħt il-Protokolli 21 u 22 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit u l-Irlanda mhumiex marbuta b'din id-Deċiżjoni, iżda jistgħu jiddeċiedu li jipparteċipaw. Fis-6 ta' Ottubru 2015, l-Irlanda ipparteċipat fiż-żewġ Deċiżjonijiet tal-Kunsill u diġà qed tirrijalloka applikanti mill-Italja u l-Greċja. Barra minn hekk, l-Istati Assoċjati ta' Dublin (l-Iżvizzera, in-Norveġja u l-Liechtenstein) esprimew l-interess tagħhom li jipparteċipaw fl-iskema ta’ rilokazzjoni meħtieġa u qegħdin jiffinaliżżaw arranġamenti bilaterali mal-Italja u l-Greċja biex jibdew rilokazzjoni mill-iktar fis possibbli. L-Ungerija u l-Awstrija għadhom ma wegħdu l-ebda postijiet għar-rilokazzjoni skont id-Deċiżjoni 2015/1523. L-Ungerija u s-Slovakkja ressqu azzjonijiet 11 quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE biex tirrevedi l-legalità tat-tieni Deċiżjoni tal-Kunsill dwar ir-rilokazzjoni. Dawn l-azzjonijiet m’għandhomx effett sospensiv u l-Istati Membri b’hekk jibqgħu obbligati li jirrilokaw skont id-deċiżjoni inkwistjoni.
Il-pressjoni migratorja fuq l-Iżvezja u l-Awstrija wasslet lil dawn iż-żewġ Stati Membri biex jitolbu sospensjoni temporanja tal-obbligi skont id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rilokazzjoni. Biex jiġu indirizzati dawn it-talbiet, f’Diċembru 2015 il-Kummissjoni adottat proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sospensjoni temporanja tal-obbligi tal-Iżvezja skont iż-żewġ Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rilokazzjoni 12 u fi Frar 2016 proposta għal Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill dwar is-sospensjoni temporanja ta’ 30 % tan-numru ta’ applikanti li għandhom jiġu rilokati mill-Awstrija skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1601. Id-deċiżjoni rigward l-Awstrija ġiet adottata mill-Kunsill fl-10 ta’ Marzu 2016. B'riżultat ta' dan, l-Awstrija tibbenefika minn sospensjoni ta' sena għar-rilokazzjoni ta’ 1,065 applikant. Il-proposta dwar l-Iżvezja għadha qed tiġi diskussa mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew.
2.2Il-pjanijiet direzzjonali ppreżentati mill-Italja u l-Greċja
F’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament dwar Deċiżjonijiet ta’ Rilokazzjoni, il-Greċja u l-Italja ressqu lill-Kummissjoni u lill-Kunsill pjanijiet direzzjonali b’miżuri fil-qasam tal-ażil, l-ewwel akkoljenza u r-ritorn, immirati lejn it-tisħiħ tal-kapaċità, il-kwalità u l-effiċjenza tas-sistemi tagħhom f’dawn l-oqsma, kif ukoll miżuri sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tad-Deċiżjonijiet ta’ Rilokazzjoni. Il-pjanijiet direzzjonali ġew ikkomunikati lill-Istati Membri u l-Istati Assoċjati ta' Dublin kollha u ġew diskussi fis-sessjoni ta' ħidma dwar ir-rilokazzjoni organizzata mill-Kummissjoni fil-21 ta' Settembru 2015 u l-Forum dwar ir-Rilokazzjoni u r-Risistemazzjoni tal-1 ta' Ottubru 2015.
Il-Kummissjoni rrapportat b’mod regolari 13 dwar il-progress miksub s’issa kemm mill-Greċja kif ukoll mill-Italja fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ prijorità fl-oqsma ewlenin li għalihom jirreferu l-pjanijiet: l-istabbiliment ta' hotspots funzjonanti, l-implimentazzjoni tal-programm ta' rilokazzjoni, l-iżgurar ta' ritorni effettivi ta' migranti li mhumiex intitolati għall-protezzjoni internazzjonali, it-tisħiħ tal-ġestjoni tal-fruntieri u l-ħolqien ta' kapaċità ta' akkoljenza suffiċjenti u xierqa.
Rigward l-Italja, hija impenjat ruħha skont il-pjan direzzjonali tagħha li twaqqaf sitt hotspots, ħamsa fi Sqallija u wieħed fil-Pulja. Attwalment, erba’ hotspots saru operattivi, filwaqt li waħda ġiet trasformata f’ċentru ta' rilokazzjoni, il-ħames hotspot tħabbret mill-Italja fil-Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni tal-10 ta’ Marzu 2016 u l-pożizzjoni finali tagħha għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni Ewropea mingħajr dewmien. Kif indikat fil-pjan direzzjonali, il-hotspots Taljani huma relatati mill-qrib mal-proċess ta’ rilokazzjoni li għalih proċedura standardizzata u effiċjenti ġiet żviluppata b’involviment b’saħħtu tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (EASO) f’dan il-proċess. Proċedura għat-trasferiment ta’ minorenni mhux akkumpanjati taħt id-Deċiżjonijiet ta’ Rilokazzjoni għad trid tiġi stabbilita. F’termini ta’ akkomodazzjoni tat-tieni livell għal dawk li jfittxu l-ażil, il-postijiet disponibbli attwalment huma konformi ma’ dawk iddikjarati fil-pjan direzzjonali. Madankollu, ċerti kisbiet fl-effiċjenza jkunu mixtieqa, b’mod partikolari bit-twaqqif ta’ distribuzzjoni ta’ dawk li jfittxu ażil aktar organizzata fit-territorju Taljan. Postijiet ta’ akkoljenza għall-minorenni mhux akkumpanjati huma disponibbli skont il-pjanijiet direzzjonali, għalkemm postijiet addizzjonali għandhom ikunu disponibbli sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel bejn l-ewwel u t-tieni livell ta’ akkoljenza. Min-naħa l-oħra, l-akkoljenza ta’ persuni li għandhom jiġu ritornati għadu estremament limitat u taħt il-limitu ddikjarat fil-pjan direzzjonali li jwassal għal sfidi sinifikanti għall-implimentazzjoni rapida ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn. Il-ħidma li għaddejja dwar ir-riforma tas-sistema tal-ażil Taljana għandha titlesta qabel is-sajf bl-għan li tindirizza n-nuqqasijiet li fadal u tiżgura proċedura ta’ ażil aktar effiċjenti, inkluż fir-rigward tat-tnaqqis tal-frammentazzjoni fil-kwalità tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-pajjiż kollu.
Rigward il-Greċja, din ħadet l-impenn taħt il-pjan direzzjonali tagħha li tistabbilixxi ħames hotspots. Erba’ bħalissa huma operattivi u waħda għad trid tiġi finalizzata fil-gżira ta’ Kos. Jidher li l-proċessi fil-hotspots huma effiċjenti u effettivi għar-reġistrazzjoni ta’ numri kbar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fuq bażi ta’ kuljum filwaqt li xi titjib ulterjuri tas-sistema ċentrali tal-IT qed isir sabiex tiġi ttrattata ż-żieda qawwija tal-input tal-marki tas-swaba’. Kontrolli sistematiċi kontra bażijiet ta’ dejta ta’ sigurtà jridu jkunu kompletament stabbiliti u għadhom meħtieġa sforzi sabiex jiġu identifikati u jiġi żgurat segwitu għal każijiet ta’ frodi ta’ dokumenti. Għalkemm il-provvista ta’ informazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-kandidati għar-rilokazzjoni huma parti mill-approċċ hotspot fil-Greċja, is-Servizz tal-Ażil Grieg u l-EASO huma preżenti biss fi tliet gżejjer. Fid-dawl taż-żieda f'daqqa ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi preżenti fuq it-territorju tagħha, il-Greċja issa qed iżżid il-ħidma fuq is-sistema ta' akkomondazzjoni permezz tal-involviment tal-militar u bl-appoġġ tal-Unjoni Ewropea permezz ta' finanzjament u l-Mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili tal-Unjoni Ewropea. L-EASO beda jespandi l-operazzjonijiet tiegħu biex iżid il-kapaċità ta’ reġistrazzjoni tal-Greċja. F'dak li jirrigwarda r-ritorni, il-Greċja reċentement żiedet ir-riammissjonijiet fit-Turkija. Madanakollu, il-kapaċità ta' detenzjoni għadha pjuttost limitata u bosta ċentri ta' detenzjoni għandhom bżonn jittranġaw.
Għandu jiġi nnutat li għad irid isir progress mill-Greċja fir-rigward tas-sistema ta’ ażil ġenerali tagħha. Il-miżuri meħtieġa f’dan ir-rigward ġew identifikati mill-Kummissjoni f’rakkomandazzjoni tal-10 ta’ Frar 2016 14 . Il-Greċja rrappurtat dwar dan fl-4 ta’ Marzu. Il-Kummissjoni għamlet valutazzjoni preliminari tar-risposta u se tkun f’kuntatt mal-awtoritajiet Griegi sabiex tfittex kjarifiki addizzjonali. Il-Kummissjoni se tkompli tissorvelja mill-qrib il-progress li sar mill-Greċja u twettaq il-valutazzjoni tagħha dwar jekk il-kundizzjonijiet ikunux tali li jippermettu lill-Istati biex progressivament jerġgħu jibdew it-trasferimenti individwali lejn il-Greċja skont ir-Regolament ta’ Dublin, qabel il-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju.
L-Annessi 3 u 4 jipprovdu ħarsa ġenerali fuq il-progress li sar mill-Italja u l-Greċja fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet direzzjonali u l-passi li għad iridu jittieħdu.
2.3Xejriet ewlenin wara ħames xhur ta’ implimentazzjoni tal-iskemi ta’ rilokazzjoni
Ir-rata ta’ implimentazzjoni bil-mod iżda l-ewwel sinjali ta’ xejra pożittiva: Sal-15 ta’ Marzu 2016, 937 persuna biss ġew rilokati (368 mill-Italja u 569 mill-Greċja). Madankollu, l-esperjenza fl-ewwel ġimgħa ta’ Marzu fejn 287 persuna (241 minnhom mill-Greċja waħedha) ġew rilokati malajr wriet li jekk l-Istati Membri jkunu impenjati, ir-rilokazzjoni tista’ taħdem.
Kif muri fil-figura 1 hawn taħt, ir-ritmu ta’ rilokazzjoni żdied b’mod sinifikanti fl-ewwel ġimgħat ta’ Marzu, iżda għadu insuffiċjenti biex jintlaħqu l-għanijiet taż-Żewġ Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rilokazzjoni, li huma miżuri ta’ emerġenza maħsuba biex itaffu l-pressjoni sinifikanti tal-ażil fuq il-Greċja u l-Italja. Peress li dawn il-pressjonijiet huma għoljin ħafna, b’mod partikolari fil-Greċja, il-ħtieġa għal azzjoni msaħħa issir dejjem aktar urġenti.
Figura 1 - Trasferimenti ta' Rilokazzjoni Ottubru 2015 - 15 ta' Marzu 2016
L-Istati Membri għamlu dikjarazzjonijiet f’fora differenti li wassal biex 6,884 postijiet ta’ rilokazzjoni jkunu disponibbli. Madanakollu, fil-15 ta' Marzu, in-numru totali ta' indikazzjonijiet ta' rieda ta' rilokazzjoni ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali malajr (il-"wegħdiet formali") mill-Istati Membri ta' rilokazzjoni jammonta għal 3,723. Mil-lat pożittiv, ħafna Stati Membri ħatru uffiċjali ta’ kollegament li għandhom rwol ewlieni fil-proċedura.
Żieda qawwija fin-numru ta’ applikanti: Matul l-ewwel ħames xhur ta’ implimentazzjoni, in-numru tal-applikanti għal rilokazzjoni kien baxx (pereżempju, madwar 20 persuna kuljum fil-Greċja). Dan kien parzjalment minħabba l-fiduċja limitata tal-migranti fl-iskema ta’ rilokazzjoni.
Madankollu, fl-ewwel ġimgħa ta’ Marzu, in-numru ta’ applikanti żdied b’mod sinifikanti (pereżempju 300 persuna kuljum fil-Greċja). Parzjalment, dan huwa konsegwenza tar-restrizzjonijiet imposti fuq il-fruntiera Greċja/l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja iżda wkoll sforzi addizzjonali biex tixerred l-informazzjoni, inkluż l-iskjerament ta’ timijiet mobbli tal-EASO barra l-hotspots biex jiġi mmassimizzat l-involviment. Madankollu, ir-riskji ta’ ħarba ladarba l-persuna tiġi notifikata dwar l-Istat Membru ta’ rilokazzjoni għadhom hemm.
Żieda fin-numru ta’ nazzjonalitajiet eliġibbli għar-rilokazzjoni iżda wkoll żieda fl-imprevidibbiltà dwar nazzjonalitajiet ġodda potenzjalment affettwati mid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill: Rilokazzjoni tapplika għan-nazzjonalitajiet b’rata ta’ rikonoxximent medja tal-UE għall-protezzjoni internazzjonali ta’ 75 % jew aktar. Din l-informazzjoni hija bbażata fuq data tal-Eurostat u hija aġġornata kull tliet xhur abbażi tar-rapporti tal-Eurostat. Imbagħad il-Kummissjoni tinforma lill-EASO dwar in-nazzjonalitajiet eliġibbli għal rilokazzjoni, li imbagħad jinforma lill-punti ta' kuntatt nazzjonali. B’hekk, kull erba’ xhur, jistgħu jiġu miżjuda jew irtirati nazzjonalitajiet mil-lista ta’ dawk eliġibbli għar-rilokazzjoni, li toħloq inċertezza fost il-migranti u l-partijiet ikkonċernati. Abbażi tal-aħħar dejta ta' kull tliet xhur tal-Eurostat (ir-raba kwart tal-2015), in-nazzjonalitajiet eliġibbli għal rilokazzjoni bħalissa huma 15 l-Burundi, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana, l-Eritrea, il-Costa Rica, Saint Vincent u l-Grenadini, il-Bahrain, l-Iraq, il-Maldivi, is-Sirja, u l-pajjiżi u t-territorji barranin Brittanniċi 16 . Meta mqabbel mal-perjodu preċedenti ta’ rapport ta' kull tliet xhur, il-Jemen u s-Sważiland ma jibqgħux eliġibbli għar-rilokazzjoni.
Ir-rilokazzjoni tal-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali li huma vulnerabbli, inklużi minorenni mhux akkumpanjati qed tkun ta’ sfida: Numru limitat ħafna biss ta’ minorenni mhux akkumpanjati (MMA) (wieħed jew tnejn mill-Greċja għall-Finlandja) ġew rilokati minkejja d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rilokazzjoni ta’ applikanti vulnerabbli biex jiġu pproċessati bi prijorità. Ir-raġunijiet għal dan huma varji, inkluż in-nuqqas ta’ ħajra ta’ Stati Membri ta’ rilokazzjoni biex jaċċettaw rilokazzjoni ta’ MMA (minorenni mhux akkumpanjati) u n-nuqqas ta’ proċeduri speċifiċi fl-Italja u l-Greċja biex jippermetti t-trasferiment ta’ MMA. Ir-rilokazzjoni ta’ MMA huwa proċess kumpless billi xi migranti, partikolarment Eritrej fl-Italja, iddikjaraw li huma adulti sabiex ma jiġux separati mill-grupp li jkunu waslu magħhom. L-Italja u l-Greċja qed jiżviluppaw proċeduri ġodda biex il-MMA jkunu jistgħu jiġu rilokati malajr, skont l-aħjar interessi tat-tfal u skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. L-awtoritajiet Taljani u l-FRONTEX qed jipprovdu esperti dwar il-kalkolu tal-età. Diversi organizzazzjonijiet qed iżidu wkoll l-isforzi tagħhom biex jipprovdu faċilitajiet ta’ akkoljenza xierqa fil-Greċja (pereżempju ċentri ta’ Appoġġ għat-Tfal u l-Familja UNICEF).
B’mod iktar ġenerali, ma hemm l-ebda dejta speċifika disponibbli dwar in-numru ta’ trasferimenti vulnerabbli għar-rilokazzjoni ta’ applikanti għal protezzjoni internazzjonali. Madanakollu, l-esperjenza prattika turi li ħafna applikanti li jappartjenu għal din il-kategorija (pereżempju, nisa tqal, persuni b’diżabbiltà, persuni anzjani). Minkejja s-sejħa lill-Istati Membri biex jibgħatu indikazzjonijiet rigward il-kapaċità tagħhom li jirċievu persuni partikolarment vulnerabbli, kważi l-ebda Stat Membru ma rrapporta l-ebda kapaċità kredibbli.
2.4Azzjoni meħuda mill-Kummissjoni u mill-aġenziji tal-UE
Il-Kummissjoni bagħtet ittri amministrattivi lill-Istati Membri ta’ rilokazzjoni fl-10 ta’ Frar fejn appellat biex iħaffu l-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill u jindirizzaw ħafna mill-ostakli identifikati. Bagħtet ukoll ittri simili lill-Italja u l-Greċja b’rakkomandazzjonijiet biex itejbu u jħaffu l-proċedura ta’ rilokazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni fetħet proċeduri ta’ ksur kontra l-Italja u l-Greċja dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament Eurodac u kontra l-Greċja rigward id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta’ Akkoljenza.
Kif previst taħt l-iskema ta' rilokazzjoni, l-Italja u l-Greċja jirċievu finanzjament permezz tal-programmi nazzjonali tagħhom tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) (somma addizzjonali f'daqqa ta' EUR 500 għal kull persuna rilokata) bħala appoġġ għall-isforzi tagħhom ta' rilokazzjoni. L-assistenza finanzjarja hija pprovduta wkoll lill-Istati Membri ta’ rilokazzjoni li se jirċievu somma f’daqqa ta’ EUR 6,000 għal kull persuna rilokata taħt il-programmi nazzjonali tal-AMIF tagħhom. Total ta' EUR 1,040 miljun ġew allokati għar-rilokazzjoni ta' 160,000 persuna u l-programmi nazzjonali tal-AMIF ġew riveduti biex jinkludu l-ammonti korrispondenti għal 98,547 persuna li għandhom jiġu rilokati (total ta' EUR 644,5 miljun). Fl-aħħarnett, appoġġ finanzjarju sostanzjali sar disponibbli taħt l-Għajnuna ta' Emerġenza tal-AMIF għall-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM) għall-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta' rilokazzjoni ta' emerġenza fil-Greċja u l-Italja.
Fl-10 ta' Marzu l-Kummissjoni adottat modifiki għall-programmi ta' ħidma għall-2016, billi żieded il-finanzjament tal-għajnuna ta' emerġenza tal-AMIF u l-Fond għas-Sigurtà Interna (FSI) b'EUR 275.5 miljun addizzjonali. Sabiex jiġi ffinanzjat finanzjament ta' emerġenza addizzjonali, il-fondi AMIF u FSI previsti fil-baġit tal-UE għall-2016, li għadhom ma ġewx allokati, se jintużaw. Iż-żieda tal-finanzjament ta' emerġenza ssegwi l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-18-19 ta' Frar 2016, li jsejħu għal azzjoni urġenti biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni umanitarja fil-Greċja u fil-Balkani tal-Punent, bl-użu tal-mezzi kollha tal-UE u nazzjonali biex din tittaffa. Il-baġit oriġinali ta' EUR 188.98 miljun għal assistenza ta' emerġenza taħt l-AMIF u l-FSI għall-2016 issa ġie msaħħah b'EUR 193.5 miljun addizzjonali għall-AMIF u EUR 82 miljun għall-FSI b'total ta' EUR 464 miljun għall-2016 biex jiġu indirizzati l-bżonnijiet ta' finanzjament l-iktar urġenti tal-Istati Membri fil-kuntest tal-kriżi tar-refuġjati.
Il-Kummissjoni waqqfet Task Force dwar l-Istrateġija tal-Informazzjoni tal-Migranti (MIS) li tiġbor l-atturi istituzzjonali rilevanti kollha, wara talba tal-Kunsill ĠAI sabiex tiggarantixxi li dawk li jfittxu l-kenn u l-migranti jirċievu informazzjoni adegwata. It-Task Force tikkoordina l-attivitajiet ta’ informazzjoni, inkluż kontenut u produzzjoni u tixrid ta’ materjal ta’ informazzjoni, f’livell interistituzzjonali u tiggarantixxi l-koerenza ta’ dawn l-attivitajiet mal-Istrateġija tal-Informazzjoni tal-Migranti.
Il-Kummissjoni ħolqot tim iddedikat għall-hotspots li huwa preżenti fuq il-post flimkien mal-FRONTEX, l-EASO u l-Europol.
Minbarra l-iskjerar sinifikanti ta’ esperti, inklużi timijiet mobbli, l-EASO qed jiżviluppa bosta għodod biex jassistu f’diversi passi tar-rilokazzjoni (fuljetti informattivi, informazzjoni ta’ qabel it-tluq, strument li jqabbel, għodda għall-identifikazzjoni ta’ każijiet vulnerabbli). Il-kunċett ta’ taħriġ speċifiku, inklużi moduli mfassla apposta għall-ħtiġijiet ta’ minorenni mhux akkumpanjati u għall-punti ta’ aċċess, ġie żviluppat ukoll.
2.5Azzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri ta’ Rilokazzjoni
|
Ostakoli u sfidi ewlenin li għandhom jingħelbu |
|
Wegħdiet formali insuffiċjenti u ta' numru limitat |
|
Użu skorrett ta’ preferenzi mill-Istati Membri |
|
Ħin ta’ rispons fit-tul għal talbiet ta’ rilokazzjoni |
|
Ostakoli relatati ma’ kontrolli ta’ sigurtà |
|
Rifjuti mhux iġġustifikati |
|
Nuqqas ta’ informazzjoni ta’ qabel it-tluq mill-Istat Membru ta’ rilokazzjoni Rispons insuffiċjenti għas-Sejħa għall-esperti tal-EASO |
Wegħdiet formali insuffiċjenti u ta' numru limitat: in-numru ta' wegħdiet huwa b’mod ċar insuffiċjenti biex jintlaħqu l-obbligi skont id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rilokazzjoni. In-numru totali ta' wegħdiet huwa 3,723 fil-15 ta' Marzu 2016, li jirrappreżenta 2.33 % tal-160,000 trasferiment ta' rilokazzjoni li għandhom jiġu implimentati. Tliet Stati Membri (il-Kroazja, l-Ungerija, is-Slovenja u s-Slovakkja) s’issa ma għamlux postijiet disponibbli għar-rilokazzjoni. 18-il Stat Membru biss wegħdu li jirrilokaw mill-Greċja u 19-il Stat Membru biss mill-Italja. Bosta Stati Membri għamlu biss wegħdiet limitati ħafna fid-dawl tal-allokazzjoni totali tagħhom u għal perjodu limitat ta’ żmien. In-numru baxx ta’ wegħdiet jolqot b’mod partikolari lill-Greċja. Wara r-restrizzjonijiet applikati fuq il-fruntieri tal-Greċja/l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja hu importanti ferm li tiżdied malajr ir-rata ta' wegħdiet biex tgħin ittaffi s-sitwazzjoni umanitarja diffiċli ħafna li qed tiżviluppa rapidament fuq il-post.
Użu skorrett ta’ preferenzi mill-Istati Membri: l-objettiv ewlieni tal- preferenzi huwa li tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tal-persuna rilokata fl-Istat Membru ta’ rilokazzjoni 17 . Madankollu, xi Stati Membri esprimew listi twal jew limitanti ta’ preferenzi għal profil tal-applikanti li jiġu rilokati. Xi Stati Membri ta' rilokazzjoni huma riluttanti li jirċievu talbiet ta' rilokazzjoni li jikkonċernaw nazzjonalitajiet speċifiċi, applikanti singoli, jew minorenni mhux akkumpanjati, minħabba nuqqas ta' interpretazzjoni, programmi ta' integrazzjoni jew kapaċità ta' akkoljenza. oħrajn jistqarru b’mod ċar li se jaċċettaw biss familji. Il-maġġoranza tal-Istati Membri jużaw il-preferenzi bħala mezz sabiex jeskludu kandidati possibbli aktar milli biex ikun hemm tqabbil aħjar fil-proċess ta’ integrazzjoni aħjar. L-awtoritajiet Taljani u Griegi jipprovaw kemm jista’ jkun jissodisfaw il-preferenzi espressi (dejjem b’rispett għall-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni) anki jekk dawn mhumiex vinkolanti fuq il-Greċja u l-Italja. Xi Stati Membri ta’ rilokazzjoni użaw il-preferenzi bħala raġuni għar-rifjut ta’ talba ta’ rilokazzjoni, li mhuwiex permess skont id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 18 .
Ħin ta’ rispons fit-tul fit-tweġiba għal talbiet ta’ rilokazzjoni: Risposta rapida mill-Istati Membri ta’ rilokazzjoni hija kruċjali biex tiżdied il-kredibbiltà tal-iskema ta’ rilokazzjoni. Madankollu, il-proċedura ta’ rilokazzjoni b’mod ġenerali taqbeż il-limitu ta’ xahrejn stabbilit fiż-żewġ Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rilokazzjoni, parzjalment minħabba n-nuqqas ta’ tweġiba rapida mill-Istati Membri ta’ rilokazzjoni 19 . Dan ma jħallix li l-iskema ta’ rilokazzjoni tilħaq ir-ritmu regolari u kostanti li teħtieġ biex issir kompletament operattiva u biex tissodisfa l-ħtiġijiet urġenti fuq il-post. Dan jagħmel ukoll it-trasferimenti ta' rilokazzjoni aktar kumplessi biex jitħaddmu minħabba li l-aċċettazzjoni u t-trasferiment ta’ gruppi kbar joħloq sfidi loġistiċi għall-Italja, il-Greċja u l-IOM (Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni).
Il-ħin twil ta’ rispons qed jikkomprometti wkoll l-effikaċja tal-mekkaniżmu ta’ rilokazzjoni billi jimmina l-fiduċja f’għajnejn il-migranti li sikwit jagħżlu l-programm biex imbagħad jinstab li t-trasferiment rapidu imwiegħed ma jimmaterjalizzax, u dan jikkontribwixxi għal żieda fir-riskju ta' ħarba.
Ostakoli relatati mal-kontrolli ta’ sigurtà, inkluż l-iskambju tad-dejta tal-marki tas-swaba’: Ir-raġuni ewlenija għad-dewmien fit-tweġiba għal talbiet ta’ rilokazzjoni hija kontrolli addizzjonali tas-sigurtà. Mill-attakki ta' Pariġi f'Novembru 2015 'l hawn, bosta Stati Membri jridu jwettqu kontrolli ta' sigurtà fuq l-applikanti għal rilokazzjoni qabel ma jwieġbu għat-talba ta' rilokazzjoni. Dan huwa konformi mad-Deċiżjonijiet ta’ Rilokazzjoni, iżda dawn il-kontrolli addizzjonali ta’ sigurtà, madankollu għandhom jiġu mwettqa malajr kemm jista’ jkun. Il-kwistjonijiet ewlenin rigward il-kontrolli tas-sigurtà huma dawn li ġejjin:
oIntervisti sistematiċi tas-sigurtà 20 . Xi Stati Membri qed jitolbu għal intervisti sistematiċi biex jivvalutaw jekk l-applikant ma jaqax taħt raġuni ta’ rifjut tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill. Ħafna drabi dan ikun relatat mal-applikazzjoni estensiva tal-klawżola ta’ esklużjoni 21 tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 22 li għandha tiġi interpretata b’mod strett. L-eżistenza ta’ raġunijiet ta’ rifjut għandha tirriżulta prinċipalment mill-fajls ta' rilokazzjoni sottomessi mill-Italja u l-Greċja, li jinkludu skedi dwar elementi speċifiċi identifikati fil-proċess potenzjalment b’enfażi fuq din il-bażi ta’ esklużjoni;
oBosta Stati Membri talbu ripetutament il-marki tas-swaba’ tal-applikanti miksuba għall-għanijiet tar-Regolament Eurodac 23 permezz ta’ DubliNet bħala meħtieġa biex iwettqu l-kontrolli tas-sigurtà. Il-Kummissjoni diġà infurmat lill-Istati Membri li dan mhuwiex permess taħt il-qafas legali attwali u ppreżentat lill-Istati Membri soluzzjonijiet alternattivi għall-iskambju ta’ marki tas-swaba’ permezz tal-kanali ta’ kooperazzjoni tal-pulizija.
Il-Greċja u l-Italja saħħew l-isforzi biex iwettqu l-kontrolli tas-sigurtà kemm fil-livell tal-hotspots kif ukoll fil-pajjiż sħiħ bħala tweġiba għat-tħassib rilevanti tal-Istat Membru ta’ rilokazzjoni. Dawn il-verifiki jinkludu t-tiftix fid-bażi ta' dejta nazzjonali tagħhom, kif ukoll bażijiet ta' dejta Ewropej u internazzjonali (SIS u SLTD tal-Interpol, VIS) qabel ma jibagħtu kwalunkwe talba ta’ rilokazzjoni. Il-kapaċità fil-hotspots żdiedet ukoll permezz tal-inklużjoni ta' magni Eurodac addizzjonali, inklużi magni tar-raġġi X, konnessjoni stabbli mal-Internet u żieda fil-kapaċità tas-server. Barra minn hekk, l-Italja qed tippjana li jinħatar korrispondent tas-sigurtà li jkun f’kuntatt mill-qrib mal-Uffiċjali ta’ Kollegament għal għanijiet ta' sigurtà. Dawn il-kontrolli għandhom joffru biżżejjed garanziji lill-Istat Membru ta’ rilokazzjoni u jnaqqsu l-għadd ta’ kontrolli addizzjonali tas-sigurtà u intervisti.
Rifjuti mhux iġġustifikati ta’ talbiet ta’ rilokazzjoni: Xi Stati Membri użaw referenza ġenerali għas-sigurtà nazzjonali, l-ordni pubblika jew l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet ta’ esklużjoni tad-Direttiva tal-Kwalifikazzjoni 24 biex jirrifjutaw applikazzjonijiet mingħajr ġustifikazzjonijiet speċifiċi. Din il-prattika li wieħed jonqos milli jagħti raġunijiet għar-rifjuti mhix konformi mad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rilokazzjoni u tmur kontra l-ispirtu ta’ kooperazzjoni leali.
Nuqqas ta’ informazzjoni ta’ qabel it-tluq mill-Istat Membru ta’ rilokazzjoni: l-għoti ta’ informazzjoni ta’ qabel it-tluq huwa kruċjali biex tiġi żgurata attitudni ta’ kooperazzjoni fost l-applikanti kif ukoll biex jiġu evitati l-ħarba u movimenti sekondarji. Bosta migranti jixtiequ jmorru fi Stat Membru speċifiku u jiġu b’ideat minn qabel billi jkunu jafu biss ftit Stati Membri (pereżempju dawk fejn ikun hemm qraba jew ħbieb). Barra minn hekk, l-informazzjoni żbaljata hija kontinwament imxerrda permezz tal-mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali. L-informazzjoni ta’ qabel it-tluq fil-waqt tan-notifika rigward id-deċiżjoni ta’ rilokazzjoni lill-applikant hija għalhekk kruċjali. L-awtoritajiet Taljani u Griegi għandhom ikunu kapaċi jipprovdu informazzjoni ta’ kwalità għolja u attraenti biex jirrassiguraw lill-applikanti dwar l-Istat Membru li se jiġu ttrasferiti fih. L-uffiċjali ta’ kollegament għandhom ir-rwol kruċjali li jwieġbu l-mistoqsijiet u t-tħassib tal-applikanti. Madankollu, il-maġġoranza tal-Istati Membri ta’ rilokazzjoni s’issa għadhom ma ppreparawx pakketti ta’ informazzjoni ta’ qabel it-tluq xierqa. Dan jagħmilha iktar diffiċli li jiksbu l-fiduċja tal-applikanti li għandhom jiġu rilokati fi Stati Membri inqas magħrufa u biex jiżguraw li huma jibqgħu impenjati għall-proċess mingħajr ħarba.
Rispons mhux suffiċjenti għas-sejħa għal esperti tal-EASO: Minkejja l-fatt li l-Istati Membri offrew 201 espert għas-sejħa ġenerali mill-EASO għal 374 espert, ir-rispons ma kienx suffiċjenti għal sejħiet speċifiċi u skjeramenti attwali. Dan jidher b’mod ċar li huwa insuffiċjenti minħabba s-sitwazzjoni kritika, b’mod partikolari fil-Greċja. Barra minn hekk, l-esperti għandhom it-tendenza li jkunu disponibbli għal perjodi limitati ta’ żmien li jnaqqas l-effiċjenza tal-iskjerar meta dawn jitilqu wara li jsiru operattivi u l-parteċipanti ġodda jridu jiġu mħarrġa. Fl-1 ta’ Marzu, l-EASO ppubblika sejħa ġdida li titlob 39 espert fil-Greċja; 12-il espert biss ġew offruti. Fid-dawl tad-deterjorament tas-sitwazzjoni fil-Greċja, sejħa oħra tnediet fid-9 ta’ Marzu fejn ġew mitluba 57 espert addizzjonali.
2.6Azzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Italja u l-Greċja
|
Ostakoli u sfidi ewlenin li għandhom jingħelbu |
|
Il-ħtieġa li l-hotspots kollha jsiru kompletament operattivi u jitkomplu jiġu implimentati l-pjanijiet direzzjonali Il-kapaċitajiet ta' akkoljenza u reġistrazzjoni insuffiċjenti fil-Greċja |
|
Il-kapaċità ta' koordinazzjoni insuffiċjenti |
|
Is-segwitu insuffiċjenti tal-applikanti |
Għall-Italja u l-Greċja
Il-ħtieġa li l-Italja u l-Greċja jagħmlu l-hotspots kollha operattivi u jkomplu jimplimentaw il-pjanijiet direzzjonali: Filwaqt li sar progress sinifikanti fl-operazzjoni ta’ erba' hotsports minn ħamsa ppjanati fil-Greċja (l-Anness 3) u erba' minn sitta miftuħa fl-Italja (l-Anness 4) minkejja l-livell relattivament baxx ta’ wasliet irrappurtati s’issa, għandu jkun żgurat li l-hotspots kollha jkunu kompletament funzjonali malajr kemm jista’ jkun. Madankollu, il-finalizzazzjoni tal-implimentazzjoni tal-hotspots m’għandhiex tintuża bħala raġuni biex jiġi limitat l-għadd ta’ wegħdiet. Barra minn hekk, huwa possibbli li jiġu rilokati nies minn barra l-hotspots dment li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 5(9) tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (nazzjonalità eliġibbli, identifikazzjoni, reġistrazzjoni u marki tas-swaba’).
Kapaċità ta' koordinazzjoni insuffiċjenti: l-għadd dejjem jikber ta’ atturi involuti fil-proċedura ta' rilokazzjoni u l-bżonn li titħaffef ir-reġistrazzjoni tal-applikanti u t-trasferimenti jeħtieġu sforzi ta’ koordinazzjoni addizzjonali inkluż is-sorveljanza tal-attività ta’ diversi NGOs li jipprovdu informazzjoni fil-hotspots. L-iżvilupp tal-Proċeduri Operattivi Standard u l-protokolli li qegħdin jitħejjew għandhom itejbu s-sitwazzjoni.
Is-segwitu insuffiċjenti tal-applikanti: li l-applikanti jiġu infurmati regolarment u kif xieraq dwar l-istat attwali tal-applikazzjoni tagħhom huwa kruċjali biex jiġu evitati l-ħarba u biex dawn jiġu żgurati li għadhom parti mill-iskema ta’ rilokazzjoni, b’mod partikolari fil-każ ta’ tweġibiet tard mill-Istat Membru ta’ rilokazzjoni. Madankollu, bħalissa, is-segwitu mill-qrib mhuwiex żgurat.
Għall-Greċja
Il-kapaċitajiet ta’ akkoljenza insuffiċjenti fil-Greċja: faċilitajiet adegwati ta’ akkoljenza huma kritiċi sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ ħarba u biex jiġi pprovdut l-ispazju meħtieġ biex il-migranti jiġu infurmati dwar il-proċedura ta’ rilokazzjoni. Wara l-Laqgħa tal-Mexxejja Ewropej dwar il-flussi ta' migranti tul ir-Rotta tal-Balkani tal-Punent fil-25 ta’ Ottubru u f’konformità mal-pjan direzzjonali tagħha, il-Greċja impenjat ruħha li toħloq 50,000 post ta’ akkomodazzjoni bl-għan li tindirizza l-ħtiġijiet ta' akkoljenza kemm ta’ dawk li qed ifittxu ażil kif ukoll il-migranti irregolari. S’issa, jidher li hemm 40,351 post ta’ akkoljenza disponibbli. Barra minn hekk, l-UNHCR ma kkonkludiex il-ftehimiet kollha meħtieġa biex tintlaħaq il-mira ta’ 20,000 post taħt l-iskema tal-kiri. Barra minn hekk, l-iskema tal-kiri hija aktar adattata għall-akkoljenza ta' tul medju sa twil tal-applikanti għall-ażil milli l-applikanti għar-rilokazzjoni, minħabba n-natura tal-akkomodazzjoni pprovduta u l-postijiet imxerrda. Minħabba l-għadd dejjem jikber ta’ applikanti maqbudin fil-Greċja, hemm ħtieġa urġenti biex jiġu pprovduti siti ta' akkoljenza ddedikati għall-applikanti ta' rilokazzjoni. Il-Kummissjoni għalhekk tinsab fil-proċess li tivvaluta modifiki possibbli għall-iskema tal-kiri tal-UNHCR. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tibda malajr l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Kontinġenza u Rispons 25 , li taħtu se jingħata appoġġ finanzjarju addizzjonali lill-Greċja.
Il-kapaċità ta' reġistrazzjoni fil-Greċja: l-għadd dejjem jikber ta' migranti li jingħaqdu mal-iskema ta’ rilokazzjoni jaqbeż ferm il-kapaċità tas-Servizz tal-Ażil Grieg għar-reġistrazzjoni ta’ kuljum. Bħalissa, iż-żmien ta’ stennija mlll-mument meta l-migrant jiddeċiedi li jingħaqad mal-iskema ta’ rilokazzjoni u l-mument meta hu/hi jkun jista’ jirreġistra l-applikazzjoni għall-ażil huwa ta’ madwar tliet ġimgħat. Il-Greċja qed issaħħaħ il-kapaċità tagħha b’100 membru tal-persunal addizzjonali li għandhom jiġu rreklutati minn Ġunju 26 . Barra minn hekk l-EASO qed tidderieġi sistema ġdida biex tappoġġa l-Uffiċċju tal-Ażil Grieg fir-reġistrazzjoni tal-każijiet ta’ rilokazzjoni direttament bl-Ingliż. Jekk tkun ta’ suċċess, din is-sistema għandha tiġi estiża għall-uffiċċji reġjonali kollha tal-ażil fil-Greċja fejn każijiet ta’ rilokazzjoni jista’ jeħtieġ li jiġu rreġistrati.
2.7Rakkomandazzjonijiet għal rimedju tal-isfidi identifikati
|
Rakkomandazzjonijiet prinċipali għall-Istati Membri ta’ rilokazzjoni Iżidu b’mod sinifikanti l-għadd u l-frekwenza tal-wegħdiet; Iwieġbu għal talbiet ta’ rilokazzjoni mill-Italja u l-Greċja fi żmien ġimgħa minn meta jirċievuhom; Iħaffu t-twettiq ta’ kontrolli tas-sigurtà addizzjonali bl-għan li dawn isiru fi żmien ġimgħa u b’enfażi fuq każijiet debitament ġustifikati; Jipprovdu pakketti tal-informazzjoni ta’ qabel it-tluq inkluża informazzjoni kwalitattiva u attraenti għall-applikanti wara n-nota ta’ gwida tal-EASO; Jirrispondu b’urġenza għas-sejħa għal esperti tal-EASO biex jingħata appoġġ lill-Italja u b’mod partikolari lill-Greċja, sabiex tiġi żgurata kontinwità akbar fl-iskjerar ta’ esperti; Ir-rakkomandazzjoni prinċipali għall-Greċja u l-Italja Iżidu l-kapaċità tas-Servizz tal-Ażil Grieg, bl-appoġġ tal-EASO, ta' reġistrazzjoni ta’ applikanti li għandhom jiġu rilokati, bit-tqabbil taż-żieda sinifikanti fl-għadd ta’ migranti eliġibbli li huma interessati jissieħbu f’din l-iskema; Ilestu l-operat sħiħ tal-hotspots kollha; Isaħħu l-isforzi biex iwettqu kontrolli sistematiċi tas-sigurtà u biex itejbu l-kwalità tal-informazzjoni pprovduta fit-talbiet ta' rilokazzjoni mibgħuta lill-Istati Membri u jaħtru korrispondent tas-sigurtà; Itejbu l-kapaċità ta’ koordinazzjoni billi jiffinalizzaw u jimplimentaw kemm jista’ jkun malajr Proċeduri Operattivi Standard u Protokolli ta’ rilokazzjoni; Iżidu l-kapaċità ta’ akkoljenza tal-Greċja billi jagħmlu disponibbli 50,000 post impenjati taħt il-Pjan Direzzjonali mill-aktar fis possibbli; Jiffinalizzaw, malajr kemm jista’ jkun, proċeduri biex jiffaċilitaw ir-rilokazzjoni ta’ minorenni mhux akkumpanjati. Il-fluss tax-xogħol ideali għar-rilokazzjoni abbażi tal-esperjenza fl-ewwel ġimgħa ta’ Marzu fil-Greċja huwa indikat fl-Anness 5. |
2.7.1 Min-naħa tal-Istati Membri ta' rilokazzjoni
Azzjonijiet biex jiġi indirizzat l-għadd żgħir ta’ wegħdiet: L-Istati Membri ta’ rilokazzjoni kollha għandhom iżidu n-numru formali ta’ wegħdiet li saru permezz ta’ DubliNet filwaqt li jirrispettaw il-massimu ta’ tliet xhur żmien stabbilit fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill. Dawn il-wegħdiet għandhom ikunu konsistenti mal-kwota allokata lill-Istat Membru ta’ rilokazzjoni u jieħdu kont sħiħ tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza fuq il-post.
Azzjonijiet sabiex jitnaqqas l-użu mhux korrett ta’ preferenzi: L-Istati Membri ta’ rilokazzjoni għandhom jillimitaw sa fejn possibbli l-preferenzi espressi, billi jużawhom biss fid-dawl tal-integrazzjoni aħjar u għandhom ikunu lesti li jilqgħu kull tip ta’ migranti (familji, minorenni mhux akkumpanjati, applikanti maskili waħedhom);
Azzjonijiet biex jitħaffef il-ħin tar-rispons għal talbiet ta' rilokazzjoni: L-Istati Membri ta’ rilokazzjoni għandhom iwieġbu għal talbiet ta’ rilokazzjoni fi żmien ġimgħa. F’dan is-sens, fir-rigward tal-kontrolli tas-sigurtà, il-Frontex għandha twettaq verifiki sistematiċi ta' sigurtà tal-ewwel linja, inkluż l-aċċess għas-SIS u rwol imsaħħaħ għall-Europol fil-verifiki tat-tieni linja għandu jkun previst filwaqt li l-Italja u l-Greċja jkomplu bl-isforzi tagħhom biex iwettqu kontrolli sistematiċi ta' sigurtà u biex itejbu l-kwalità tal-informazzjoni pprovduta fit-talbiet ta' rilokazzjoni mibgħuta lil Stati Membri.
L-Istati Membri ta’ rilokazzjoni għandhom jiffokaw kontrolli addizzjonali ta’ sigurtà u, b’mod partikolari, intervisti, f’każijiet debitament ġustifikati jiġifieri suspetti ġustifikati u motivati li persuna tista’ taqa’ taħt waħda mir-raġunijiet għar-rifjut. Ir-raġunijiet għandhom jiġu kkomunikati malajr kemm jista’ jkun lill-awtoritajiet Taljani u Griegi. F’kull każ, dawn il-verifiki addizzjonali, inklużi l-intervisti, għandhom jitwettqu fi żmien il-mira ta' ġimgħa żmien għar-rispons biex ma jdewmux il-proċess. Fejn l-Istati Membri ta’ rilokazzjoni jkollhom raġuni valida għar-rifjut abbażi tas-sigurtà nazzjonali, l-ordni pubblika jew ir-riskju ta’ esklużjoni, dawn għandhom ikunu speċifikati lill-Italja u l-Greċja.
Azzjonijiet biex jiġu indirizzati l-isfidi relatati mar-rilokazzjoni ta’ applikanti vulnerabbli u MMA: L-Istati Membri ta’ rilokazzjoni għandhom jagħmlu disponibbli malajr kemm jista’ jkun postijiet għal persuni vulnerabbli u MMA u jżidu l-kapaċitajiet ta’ akkoljenza tagħhom għal dan it-tip ta’ applikant kif ukoll jiżguraw gwardjani xierqa.
Azzjonijiet biex tiżdied l-aċċettazzjoni tal-migranti u l-fiduċja fl-iskema u l-evitar ta’ ħruġ: L-Istati Membri ta’ rilokazzjoni għandhom jintensifikaw konsiderevolment l-informazzjoni ta’ qabel it-tluq b’mod partikolari għall-Istati Membri inqas magħrufa mill-migranti. L-Istati Membri ta’ rilokazzjoni għandhom jipprovdu malajr kemm jista' jkun informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-ażil tal-Greċja u l-Italja kif ukoll l-EASO u l-IOM wara n-nota ta’ gwida żviluppata mill-EASO. L-Uffiċjali ta’ Kollegament għandhom ikunu pprovduti b’biżżejjed materjal ta’ informazzjoni u jkunu preżenti matul il-fażi tan-notifika biex iwieġbu l-mistoqsijiet tal-migranti u jindirizzaw it-tħassib tagħhom. L-attivitajiet ta’ taħriġ li l-EASO qed jippjana għandhom jipprovdu wkoll skambji tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri, inkluż dwar aspetti ta’ informazzjoni u l-bini tal-fiduċja reċiproka.
Azzjonijiet biex jiġu evitati movimenti sekondarji wara trasferimenti ta' rilokazzjoni: L-Istati Membri ta’ rilokazzjoni għandhom jagħmlu użu sħiħ mill-għodda disponibbli fl-acquis dwar l-ażil (obbligi ta’ rappurtar, il-provvista lill-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali ta’ kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza biss fin-natura, id-detenzjoni taħt ċerti ċirkostanzi). It-trasferimenti ta’ Dublin lill-Greċja għandhom jerġgħu jibdew hekk kif jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet 27 .
Azzjonijiet għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-EASO sabiex jingħata appoġġ lill-Italja u l-Greċja: l-Istati Membri kollha għandhom iwieġbu għas-sejħa għal esperti tal-EASO u jżidu l-flessibbiltà fl-iskjerar tagħhom biex ikopru s-sentejn koperti mid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill.
2.7.2. Min-naħa tal-Italja u l-Greċja
Azzjonijiet biex titħaffef ir-reġistrazzjoni tal-applikanti: Il-Greċja għandha tiffinalizza r-reklutaġġ ta’ 100 impjegat addizzjonali malajr kemm jista’ jkun u taċċetta l-appoġġ imsaħħaħ tal-EASO fil-proċedura tar-reġistrazzjoni. Il-mira għandha tkun li jiġi żgurat li l-migranti jkunu jistgħu jirreġistraw l-applikazzjoni għall-ażil tagħhom fi żmien massimu ta’ tlett ijiem mill-mument li fih jissieħbu fl-iskema.
Azzjonijiet biex titjieb il-koordinazzjoni: L-Italja għandha tadotta u timplimenta bis-sħiħ il-Proċeduri Operattivi Standard applikabbli għall-hotspots. L-Italja u l-Greċja għandhom jiffinalizzaw u jimplimentaw bis-sħiħ il-Protokolli għar-rilokazzjoni b’kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati kollha (UNHCR, IOM, l-EASO, l-NGOs u l-Kummissjoni).
Azzjonijiet biex jitjiebu l-kapaċitajiet ta’ akkoljenza fil-Greċja: Il-Greċja għandha tagħmel disponibbli malajr kemm jista’ jkun il-50,000 post li hija ntrabtet li tipprovdi skont il-pjan direzzjonali, inkluż għal migranti li jkunu għadhom kif waslu. L-UNHCR għandu jikkonkludi l-ftehimiet ta’ implimentazzjoni biex tintlaħaq il-mira ta’ 20,000 post taħt l-iskema tal-kiri mill-aktar fis possibbli u tiġi żgurata sistema ċentralizzata ta’ akkomodazzjoni għall-migranti li jipparteċipaw fl-iskema ta’ rilokazzjoni. Dan huwa kruċjali biex jiġi żgurat it-trasferiment effettiv fid-diversi stadji tal-proċess, l-orjentazzjoni kulturali u jitnaqqsu r-riskji ta’ ħarba.
Azzjonijiet biex jitħaffef il-ħin ta’ rispons għal talbiet ta’ rilokazzjoni: L-Italja u l-Greċja għandhom iwettqu kontrolli sistematiċi inkluż it-tiftix fil-bażijiet tad-dejta nazzjonali tagħhom, kif ukoll fil-bażijiet tad-dejta Ewropej u internazzjonali (SIS u l-bażijiet ta’ dejta tal-Interpol, VIS) u jwettqu intervisti tas-sigurtà qabel ma jibagħtu kwalunkwe talba ta’ rilokazzjoni; L-Italja u l-Greċja għandhom jissottomettu informazzjoni sħiħa fit-talbiet ta' rilokazzjoni mibgħuta lejn l-Istati Membri ta’ rilokazzjoni. It-talba ta' rilokazzjoni għandha tinkludi (1) il-fajl ta' reġistrazzjoni; (2) l-informazzjoni dwar il-kontrolli tas-sigurtà li jkunu saru; (3) ir-riżultati tal-kontrolli tas-sigurtà; u (4) il-hotspots li permezz tagħhom il-migranti jkunu għaddew; L-Italja u l-Greċja għandhom jaħtru korrispondent tas-sigurtà wkoll sabiex jiffaċilita l-iskambju tal-informazzjoni, inklużi l-marki tas-swaba’ permezz tal-kanali ta’ kooperazzjoni tal-pulizija. Il-Kummissjoni u l-esperti tal-Istati Membri għandhom jassistu lill-Italja u l-Greċja biex jelaboraw ulterjorment mistoqsijiet relatati mas-sigurtà u biex jipprovdu gwida dwar il-formulazzjoni ta’ rifjuti.
Azzjonijiet biex jiġu indirizzati l-isfidi relatati mar-rilokazzjoni tal-applikanti vulnerabbli u l-MMA: L-Italja u l-Greċja għandhom jiffinalizzaw, malajr kemm jista’ jkun, proċeduri għar-rilokazzjoni ta’ MMA, f’konformità mal-aħjar interessi tagħhom u jagħmlu użu mill-għodod disponibbli ppreparati mill-EASO.
2.7.3 Min-naħa tal-EASO
Azzjonijiet sabiex jitnaqqas l-użu mhux korrett ta’ preferenzi: L-EASO għandu jiffinalizza l-iżvilupp ta’ strument li jqabbel malajr kemm jista’ jkun, u l-aktar tard sal-aħħar ta’ Ġunju, biex jiffaċilita l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għar-rilokazzjoni, b’mod partikolari minħabba l-probabbiltà ta’ żieda fl-għadd ta’ applikazzjonijiet matul is-sajf. Madankollu, il-mekkaniżmu ta’ tqabbil jkun fattibbli u effettiv biss jekk il-preferenzi espressi jkunu wiesgħa biżżejjed.
Azzjoni biex jitnaqqas iż-żmien tat-tweġiba għar-rilokazzjoni: L-EASO għandu jkompli jappoġġa lill-Italja u jibda jappoġġa lill-Greċja biex iwettqu intervisti speċifiċi biex jinstabu raġunijiet għall-esklużjoni potenzjali waqt ir-reġistrazzjoni tal-applikazzjonijiet tagħhom.
Azzjonijiet biex jiġu indirizzati l-isfidi relatati mar-rilokazzjoni ta’ applikanti vulnerabbli u MMA: L-EASO għandu jkompli jxerred l-għodda tiegħu biex jidentifika l-applikanti vulnerabbli u jtejjeb il-ġbir tad-dejta dwar ir-rilokazzjoni ta’ każijiet vulnerabbli. Barra minn hekk, l-EASO qed jiżviluppa għodda biex iwettaq Valutazzjoni tal-Aħjar Interessi għal tfal mhux akkumpanjati li huma eliġibbli għar-rilokazzjoni li tista’ tkun ta’ użu fil-hotspots u lil hinn.
Azzjonijiet biex tiżdied l-aċċettazzjoni tal-migranti u l-fiduċja fl-iskema u l-evitar ta’ ħruġ:
L-EASO għandu jżid il-viżibbiltà fuq is-siti ta’ informazzjoni (hotspots u kontinentali). L-esperti tal-EASO għandhom jiġu identifikati b’mod ċar, kif ukoll jiġu pprovduti b’tagħmir addattat. Huwa wkoll kruċjali li tkun żgurata l-konsistenza tal-informazzjoni, pereżempju l-EASO jista’ jipprovdi taħriġ ta' ġurnata jew jumejn għall-esperti ġodda dwar it-test ta' informazzjoni li għandu jiġi segwit u kif għandha tingħata din l-informazzjoni. L-EASO għandu jmexxi wkoll l-aspettattivi tal-migranti meta jipprovdi l-informazzjoni b'mod partikolari rigward il-proċedura, b'enfażi fuq in-nuqqas ta’ għażla dwar l-Istat Membru ta’ rilokazzjoni;
L-EASO u l-IOM għandhom isaħħu r-rwol tagħhom b’informazzjoni ta’ qabel it-tluq u b’orjentazzjoni kulturali min-notifika sat-tluq lejn l-Istat Membru ta’ rilokazzjoni. Membru tal-persunal tal-EASO jew tal-IOM wieħed jista’ jkun preżenti matul in-notifika tad-deċiżjoni. L-EASO għandu jiġi informat immedjatament dwar dawk li jfittxu ażil li jesprimu inċertezza rigward l-aċċettar tad-deċiżjoni. Sessjonijiet ta’ informazzjoni speċifiċi jistgħu jitwettqu mill-EASO u l-Uffiċjal ta' Kollegament rilevanti wara n-notifika tad-deċiżjoni;
L-EASO għandu jintensifika l-kampanji ta’ informazzjoni addizzjonali, inklużi fuljetti/kotba, vidjows, midja soċjali, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni u ma’ partijiet ikkonċernati oħra. Dan ikun essenzjali biex tiżdied il-fiduċja tal-applikanti fir-rilokazzjoni u tonqos lejn dawk li jiffaċilitaw id-dħul klandestin tal-migranti. Dawn l-attivitajiet jistgħu jinkludu (a) paġna Facebook speċifika għar-rilokazzjoni fejn l-EASO u l-Istati Membri jistgħu jippubblikaw stejjer ta' rilokazzjoni ta' suċċess u b'mod ġenerali preżenza aktar immirata fil-midja soċjali wkoll permezz ta' Twitter u l-apps tal-mowbajl; (b) aktar videos fejn l-applikanti li jkunu ġew rilokati b'suċċess jirrakkontaw l-esperjenza tagħhom; (c) aktar involviment tal-komunità ta' migranti fl-Istati Membri ta’ rilokazzjoni, b’mod partikolari ta’ dawk li ġew rilokati b’suċċess.
2.7.4 Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tkompli tappoġġa b’mod sħiħ l-Italja u l-Greċja u se tkompli wkoll:
Tgħin biex tikkoordina aħjar permezz tal-fora eżistenti (laqgħat ta’ Uffiċjali ta’ Kollegament, laqgħat ma’ Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali rispettivi, Forum dwar ir-Rilokazzjoni u r-Risistemazzjoni u l-Ħbieb tal-Hotspots) billi dawn kienu utli għad-diskussjoni ta' kwistjonijiet ġuridiċi, sfidi prattiċi u ostakli tal-mekkaniżmu ta’ rilokazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, il-ħolqien ta’ netwerks u t-titjib tal-fiduċja reċiproka b’mod partikolari wara esperjenza ta’ rilokazzjoni b’suċċess.
Tissorvelja l-implimentazzjoni: Tiżgura li l-implimentazzjoni sħiħa u korretta tal-acquis tal-UE dwar l-ażil tkun element ewlieni tar-rispons tal-UE għall-kriżi tal-migrazzjoni u prijorità għall-Kummissjoni taħt l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni.
3Risistemazzjoni
3.1Il-Qagħda Attwali
Wara r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Ġunju 2015 dwar l-iskema ta’ risistemazzjoni Ewropea 28 , 27-il Stat Membru 29 flimkien mal-Istati Assoċjati ma' Dublin ftehmu fl-20 ta’ Lulju 2015 30 li jirrisistemaw, permezz ta’ skemi multilaterali u nazzjonali, 22,504 persuni spostati minn barra l-UE li huma fi bżonn ċar ta’ protezzjoni internazzjonali fi żmien sentejn. Filwaqt li xi Stati Membri ħadu sehem fil-programmi ta’ risistemazzjoni għal ħafna snin permezz tal-UNHCR, dan huwa l-ewwel sforz komuni tal-UE dwar ir-risistemazzjoni u għal għadd ta’ Stati Membri din hija l-ewwel esperjenza ta’ risistemazzjoni.
Fuq il-bażi tal-informazzjoni li waslet mingħand l-Istati Parteċipanti 4,555 persuna ġew risistemati sal-15 ta’ Marzu 2016 fl-Awstrija, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, Franza, l-Irlanda, l-Italja, in-Netherlands, ir-Renju Unit, in-Norveġja, il-Liechtenstein u l-Iżvizzera taħt l-iskema. Il-maġġoranza tal-Istati li jipparteċipaw fl-iskema indikaw li l-isforzi ta’ risistemazzjoni tagħhom huma primarjament, imma mhux esklussivament, diretti lejn is-Sirjani fil-Ġordan, il-Libanu u t-Turkija. Kull persuna risistemata fil-qafas tal-iskema għandha tiġi riferuta għand l-Istati parteċipanti mill-UNHCR, li għalhekk għandu rwol ewlieni fil-proċess.
L-iskema hija appoġġata mill-fondi tal-UE; b’kollox aktar minn EUR 150 miljun ġew magħmula disponibbli għall-Istati Membri għall-implimentazzjoni. Ħames Stati Membri - il-Finlandja, Franza, l-Irlanda, l-Iżvezja u r-Renju Unit - indikaw l-intenzjoni tagħhom li jilqgħu numru akbar ta’ persuni milli wiegħdu taħt l-iskema tal-20 ta’ Lulju u jiżguraw l-implimentazzjoni tagħhom taħt il-programmi nazzjonali.
L-Istati Membri kollha qed jagħmlu enfażi qawwija fuq l-iskrining tas-sigurtà, li għalih ikunu responsabbli huma stess u li jista’ jseħħ f’diversi stadji fil-proċedura ta’ risistemazzjoni. Hemm kooperazzjoni tajba ħafna mal-UNHCR, li huwa meqjus bħala msieħeb indispensabbli fil-proċess. Ħafna Stati Membri jiddependu wkoll fuq l-appoġġ loġistiku tal-IOM fil-proċeduri ta' qabel it-tluq u tat-tluq.
Għalkemm ir-reġjuni prijoritarji miftiehma skont il-Konklużjonijiet tal-20 ta’ Lulju 2015 huma pjuttost wiesgħa, il-biċċa l-kbira tal-Istati Parteċipanti ddeċidew li jirrisistemaw mill-pajjiżi ġirien tas-Sirja.
3.2Sfidi
B’differenza mill-obbligi taħt iż-żewġ skemi ta’ rilokazzjoni, l-impenji tal-Istati Membri skont l-iskema ta’ risistemazzjoni tal-20 ta’ Lulju 2015 huma bbażati fuq wegħdiet volontarji. Filwaqt li l-iskema hija pass importanti ħafna f’termini ta’ sforzi konġunti tal-UE dwar ir-risistemazzjoni, din ma toħloqx qafas ċar ta’ risistemazzjoni b’regoli u proċeduri komuni għall-Istati parteċipanti, iżda hija fil-biċċa l-kbira tagħha ġabra ta’ programmi u proċeduri nazzjonali, li f’xi Stati Membri għadhom f’fażi bikrija. Filwaqt li xi Stati Membri wiegħdu taħt il-Konklużjonijiet tal-20 ta’ Lulju l-kwota nazzjonali ta’ risistemazzjoni kollha tagħhom (in-Netherlands), xi oħrajn wiegħdu numri 'l fuq mill-kwota nazzjonali tagħhom (Franza). Barra minn hekk, Stati Membri, bħall-Finlandja jew ir-Renju Unit, wiegħdu numri li jirrappreżentaw biss parti mill-impenji ta’ risistemazzjoni rispettivi tagħhom. Barra minn hekk, l-iskema ta’ risistemazzjoni tal-20 ta’ Lulju ma tistabbilixxi l-ebda skeda ta’ intervalli li fihom għandhom jitwettqu r-risistemazzjonijiet, inkluż in-numru ta’ persuni li għandhom jiġu risistemati f'ċertu perjodu ta’ żmien. Qafas li huwa kkoordinat b’mod mhux xieraq bħal dan jirriżulta f’nuqqas ta’ sorveljanza u informazzjoni frammentata u jagħmilha diffiċli għall-Kummissjoni li tissorvelja l-funzjonament tal-iskema 31 .
Hemm differenzi sostanzjali fost l-Istati Membri rigward il-programmi ta’ risistemazzjoni u l-prattiki rispettivi tagħhom, bħalma huma l-kriterji tal-għażla, it-tul tal-proċeduri, il-programmi ta’ orjentazzjoni ta’ qabel it-tluq, l-għodod ta’ integrazzjoni, l-istatus mogħti lil persuni ammessi, il-permessi ta’ residenza kif ukoll in-numru ta’ postijiet disponibbli għar-risistemazzjoni.
L-Istati Membri jagħżlu kandidati għar-risistemazzjoni fuq il-bażi ta’ missjonijiet ta’ għażla jew permezz ta' rieżami tal-fajls sottomessi lilhom mill-UNHCR. Dan għandu impatt fuq it-tul ta’ żmien tal-proċedura, li tista' ddum minn ftit ġimgħat sa sentejn bejn is-sottomissjoni tal-każ mill-UNHCR sal-wasla fil-pajjiż ospitanti. Barra minn hekk, diversi Stati Membri semmew il-fatt li huma kellhom idewmu l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' risistemazzjoni minħabba żieda fin-numru ta’ wasliet spontanji ta’ migranti u persuni li jfittxu l-ażil.
In-nuqqas ta’ kapaċitajiet ta’ akkoljenza u t-tiftixa ta' akkomodazzjoni xierqa ssemmew spiss bħala sfidi partikolari, speċjalment f’każijiet ta’ risistemazzjoni ta' familji kbar, jew meta jkunu qed jiġu ttrattati każijiet partikolarment vulnerabbli. Klirjanzi ta’ ħruġ minn pajjiżi terzi, ġew ukoll ikkwotati bħala problematiċi f’ċerti każijiet, billi jwasslu għal dewmien sinifikanti fil-proċedura u minħabba dan, il-wasliet ikun jridu jiġu skedati mill-ġdid.
Fejn il-persunal tal-ambaxxati tal-Istati Membri jkun involut fit-teħid tal-bijometriċi jew fil-ħruġ ta' dokumenti tal-ivvjaġġar tal-kandidati għar-risistemazzjoni nuqqas ta’ kapaċità ta' riżorsi umani u l-ħtieġa għal taħriġ xieraq ġew imsemmija.
Il-bini tal-kapaċità fil-qasam tar-risistemazzjoni: Filwaqt li bosta pajjiżi tal-UE, bħall-Iżvezja, id-Danimarka, in-Netherlands, il-Ġermanja jew il-Finlandja, pereżempju, ilhom jirrisistemaw numru ta’ snin, sa tmiem l-2017 taħt l-iskema Ewropea ġdida, 10 Stat Membru 32 huma mistennija li jirrisistemaw għall-ewwel darba, għalkemm l-ebda minnhom ma bdew jimplimentaw il-programm s’issa. Dawn l-Istati Membri jiffaċċjaw sfidi li jinkludu l-bini ta’ kapaċitajiet għat-twaqqif ta’ mekkaniżmu ta’ risistemazzjoni nazzjonali, in-nuqqas ta’ esperjenza fit-tmexxija ta’ missjonijiet u fl-għażla tal-kandidati, il-provvista tal-aħjar kundizzjonijiet possibbli għall-integrazzjoni tar-refuġjati risistemati, u r-rebħa tal-appoġġ pubbliku għar-risistemazzjoni fost il-pubbliku ġenerali. Bosta minnhom esprimew interess li jitgħallmu mill-kompetenza, l-esperjenza u l-prattika tajba dwar il-mekkaniżmi użati mill-Istati Membri b'tradizzjoni twila ta’ risistemazzjoni. Jidher li hemm ħtiġijiet speċifiċi ffukati fuq is-sostenn u l-assistenza fit-twettiq ta’ missjonijiet ta’ għażla, fin-negozjar u l-koordinazzjoni mal-pajjiżi terzi fejn issir ir-risistemazzjoni, fl-organizzar ta' programmi ta’ orjentazzjoni kulturali qabel it-tluq, eżamijiet mediċi, arranġamenti għall-ivvjaġġar, u fl-istabbiliment ta' mekkaniżmi ta’ akkoljenza u integrazzjoni.
3.3L-iffaċċar tal-isfidi
Il-qsim tal-għarfien u tal-esperjenza u l-ħidma mas-sħab
Huwa ċar li l-iskambji ta’ prattiki u esperjenza, speċjalment bejn dawk l-Istati Membri li għadhom ġodda fir-risistemazzjoni u dawk li għandhom tradizzjoni itwal ta’ risistemazzjoni għandhom jiġu intensifikati. Barra minn hekk, il-kooperazzjoni prattika fil-proċess ta’ risistemazzjoni permezz, pereżempju, tal-kondiviżjoni tal-loġistika, l-organizzazzjoni ta’ titjiriet lokali, u l-iskambju ta’ tagħrif dwar każijiet individwali, jistgħu jiġu kkunsidrati.
Biex jiffaċilitaw tali skambji prattiċi, l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu minn żjarat bilaterali għal programmi ta’ risistemazzjoni rispettivi. Eżempju tajjeb ta’ din il-prattika kienet żjara ta’ ħidma prattika lill-programm ta’ risistemazzjoni nazzjonali Netherlandiż organizzat fil-marġini tal-workshop tal-ATCR (Il-Konsultazzjonijiet Annwali bejn Tliet Partijiet dwar ir-Risistemazzjoni) fit-18 ta’ Frar 2016. L-Istati Membri b’esperjenza twila fir-risistemazzjoni għandhom jiġu inkoraġġuti jorganizzaw żjarat bħal dawn u jistiednu lil kontropartijiet minn madwar l-UE, b’mod partikolari minn dawk il-pajjiżi li għadhom biss qed jibdew bir-risistemazzjoni. Iż-żjarat jistgħu jinkludu elementi tal-proċedura tal-wasla, bħar-reġistrazzjoni u l-ħlas, kif ukoll il-parteċipazzjoni f’missjonijiet ta’ għażla.
Il-kooperazzjoni prattika tista’ tiġi esplorata wkoll fil-qafas tal-proġett EU-FRANK 33 iffinanzjat mill-UE, li għandu l-għan li jiffaċilita r-risistemazzjoni u l-ammissjoni tar-refuġjati permezz tal-kondiviżjoni tal-għarfien. Il-proġett tal-Aġenzija Żvediża tal-Migrazzjoni bejn l-2016 u l-2020 għandu l-għan li joffri appoġġ operattiv lill-Istati Membri biex iżidu jew jibdew mill-ġdid programmi ta' risistemazzjoni u jiffaċilitawlhom il-kapaċità addizzjonali ta' risistemazzjoni u ammissjoni umanitarja. Żjara ta’ studju fl-Iżvezja mill-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja saret f’Ottubru 2015. F’April, l-Istati Membri huma mistennija li jiġu offruti permezz ta’ “sistema ta' ħbieb”, opportunità oħra biex jissieħbu bħala osservaturi fl-attivitajiet ta’ risistemazzjoni ta' Stati Membri oħra, bħal missjonijiet ta’ għażla, programmi ta’ orjentazzjoni kulturali, trasferiment ta’ refuġjati, jew arranġamenti ta’ akkoljenza.
Il-Forum għall-iskambju ta’ esperjenzi bejn stati ta’ risistemazzjoni offrut mill-ATCR, inklużi l-workshops tiegħu, hija għodda ta’ valur. L-Istati Membri l-ġodda għandhom ikomplu jiġu mħajra biex jipparteċipaw f’dawn l-iskambji.
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni organizzat erba’ Forums ta' Risistemazzjoni u Rilokazzjoni fejn l-Istati Membri kollha kif ukoll l-UNHCR u l-IOM ipparteċipaw, u se tkompli torganizza laqgħat bħal dawn regolarment. Dawn il-laqgħat kif ukoll il-workshops tal-EASO dwar ir-risistemazzjoni huma opportunitajiet tajbin għal skambji u tagħlim fost l-esperti nazzjonali. Kooperazzjoni eqreb ma’ sħab oħra fil-proċess ta’ risistemazzjoni, b’mod partikolari l-UNHCR, l-IOM, is-soċjetà ċivili, u l-gvernijiet/muniċipalitajiet lokali tista' wkoll tgħin biex jissolvew bosta sfidi li l-Istati ta’ risistemazzjoni jiffaċċjaw. Il-ħidma ma’ muniċipalitajiet u NGOs tista’ b’mod partikolari tiġi esplorata sabiex jingħelbu l-problemi ta’ arranġamenti u kapaċitajiet ta’ akkoljenza u l-miżuri ta’ integrazzjoni.
Titjib fil-monitoraġġ tal-iskema
Għall-kredibbiltà tal-iskema huwa importanti li jiġu onorati l-wegħdiet miftiehma, minkejja tibdil possibbli fiċ-ċirkostanzi għall-Istati Membri partikolarment affettwati mill-fluss ta’ migranti u refuġjati. F’dan il-kuntest huwa importanti li l-progress ikun immonitorjat u rrappurtat regolarment. Dan l-element madankollu jeħtieġ li jiġi msaħħaħ, hekk kif l-informazzjoni dwar il-progress tal-iskema, inkluż għall-finijiet ta’ dan ir-rapport, inġabret permezz ta’ mezzi differenti (inkluż il-kwestjonarju mibgħut fit-8 ta’ Marzu li wieġbuh 17-il Stat, taħt l-Arranġamenti Integrati tal-UE għal Rispons Politiku f'Sitwazzjonijiet ta' Kriżi (IPCR)) li jistgħu jwasslu għal informazzjoni inkompleta jew inkonsistenti.
L-Eurostat jiġbor dejta annwali dwar ir-risistemazzjoni u se jkompli jagħmel dan ukoll fil-kuntest ta’ din l-iskema. Madankollu, fis-sitwazzjoni attwali, informazzjoni aktar regolari u dettaljata dwar il-progress hija meħtieġa. L-EASO nieda ġbir ta’ dejta ta’ kull xahar dwar ir-risistemazzjoni sa minn Marzu u l-ewwel informazzjoni hija mistennija li tiġi magħmula disponibbli f’April 34 . Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri u l-Istati Assoċjati biex jiżguraw ġbir bla xkiel u f’waqtu tal-informazzjoni. Jekk tkun meħtieġa informazzjoni aktar urġenti jew speċifika mill-Istati ta’ risistemazzjoni, in-netwerk tal-IPCR jista' jibqa' jintuża.
Rabta mal-isforzi globali ta’ risistemazzjoni
L-isforz ta’ risistemazzjoni tal-UE għandu jiżgura li l-Unjoni tieħu s-sehem tagħha ta’ responsabbiltà globali biex tipprovdi mezzi legali ta' protezzjoni lir-refuġjati. Il-laqgħa ta’ Livell Għoli tal-UNHCR dwar il-Kondiviżjoni tar-Responsabbiltà Globali permezz ta’ Mogħdijiet għall-Ammissjoni tar-Rifuġjati Sirjani f’Ġinevra fit-30 ta’ Marzu 2016 se tkun l-ewwel opportunità li jmiss għall-UE u l-Istati Membri tagħha biex iżidu l-appoġġ u l-parteċipazzjoni tagħhom f’inizjattivi internazzjonali mmirati lejn l-indirizzar tal-isfidi globali tal-migrazzjoni u tar-refuġjati, u jagħmlu pressjoni għal aktar wegħdiet.
Implimentazzjoni tal-Iskema Volontarja ta’ Ammissjoni Umanitarja mat-Turkija
Biex tiġi implimentata l-Iskema Volontarja ta’ Ammissjoni Umanitarja mat-Turkija u f’konformità mad-Dikjarazzjoni tal-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tas-7 ta’ Marzu 2016, għandha titkompla l-ħidma lejn l-istabbiliment ta’ skema kredibbli. Impenji ta’ politika konkreti huma meħtieġa mill-Istati Membri u l-Istati Assoċjati li huma interessati jieħdu sehem f’din l-iskema, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam man-numru ta’ persuni li għandhom jiddaħħlu u f’liema perjodu ta’ żmien. Barra minn hekk, jeħtieġ li jintlaħaq ftehim fuq il-kundizzjonijiet biex titnieda u tiġi operata l-iskema mill-Partijiet kollha, inkluż mal-awtoritajiet Torok.
Sistema strutturata ta’ risistemazzjoni fl-UE
Filwaqt li jinbena fuq l-esperjenza fl-inizjattivi ta' risistemazzjoni u ammissjoni umanitarja li għaddejjin, il-Kummissjoni se tressaq proposta dwar ir-risistemazzjoni fl-UE kollha biex tinkwadra l-politika tal-UE dwar ir-risistemazzjoni. Dan għandu jippermetti li jkun hemm approċċ komuni u koordinat sikur u legali biex jaslu fl-UE persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni. Din l-inizjattiva se tippermetti wkoll lill-UE biex tiġbor l-isforzi ta’ risistemazzjoni Ewropej b’mod aktar sistematiku u tagħti s-sehem ġust tagħha ta’ responsabbiltà globali biex ir-refuġjati fid-dinja jingħataw kenn.
4Il-pass li jmiss
Wara r-rakkomandazzjonijiet deskritti f’dan ir-rapport, l-Istati Membri għandhom ikomplu jtejbu l-implimentazzjoni tal-iskemi ta' rilokazzjoni u risistemazzjoni u jindirizzaw sfidi kbar. B'mod aktar urġenti, il-pass tar-rilokazzjoni għandu jitħaffef b’mod sinifikanti u jirrispondi b’mod konsistenti u effettiv għas-sitwazzjoni umanitarja ta’ emerġenza fuq il-post.
Il-proċess ta' rilokazzjoni jinvolvi bosta partijiet ikkonċernati u diversi fatturi kkontribwew s’issa għal din l-implimentazzjoni baxxa ħafna. Dan ir-rapport juri li filwaqt li l-problemi għadhom iridu jiġu indirizzati, l-Italja, il-Greċja u l-aġenziji differenti involuti fir-rilokazzjoni qegħdin iżidu l-isforzi tagħhom biex jiżguraw li sehemhom fil-proċess ikun implimentat mingħajr tfixkil. Madankollu, dawn l-isforzi għandhom ikunu akkumpanjati minn impenn simili min-naħa tal-Istati Membri ta’ rilokazzjoni. Ir-rieda tal-Istati Membri ta’ rilokazzjoni li jimplimentaw b’mod sħiħ l-obbligi tagħhom hija kruċjali sabiex ir-rilokazzjoni taħdem biex ikun żgurat li l-iskema tilħaq l-għan tagħha li tipprovdi appoġġ ta’ emerġenza għal kemm l-Italja kif ukoll il-Greċja biex dawn ikunu jistgħu jlaħħqu aħjar mal-influss kbir ta' migranti.
Il-Kummissjoni kkalkulat li biex jintlaħaq l-għadd ta’ impenji diġà allokati (106,000) taħt iż-żewġ Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rilokazzjoni fuq medja ta’ 18.5-il xhar li fadal, rata ta’ kull xahar ta' rilokazzjoni ta’ 5,679 għandha tinkiseb bħala minimu. Dan ifisser medja ta’ madwar 187 trasferiment kuljum u proċedura ta’ rilokazzjoni ta’ massimu ta’ ġimagħtejn. L-esperjenza reċenti ta’ trasferimenti ta' rilokazzjoni lejn il-Portugall mill-Greċja turi li l-proċedura ta’ rilokazzjoni tista’ tiġi implimentata wkoll fi żmien ġimgħa. Fuq il-bażi ta’ dan il-kalkolu, il-Kummissjoni tqis li tal-inqas 6 000 rilokazzjoni għandhom jitlestew sa meta jinħareġ it-tieni Rapport tagħha dwar ir-Rilokazzjoni u r-Risistemazzjoni fis-16 ta’ April, u li biż-żieda fir-rata, tal-inqas 20 000 rilokazzjoni għandhom jitlestew sa meta jinħareġ it-Tielet Rapport fis-16 ta’ Mejju, minħabba s-sitwazzjoni umanitarja ta’ emerġenza fuq il-post.
B’mod parallel, sabiex tiġi enfasizzata l-importanza tas-solidarjetà ma’ pajjiżi terzi affettwati fir-reġjun u r-rwol ta’ toroq legali għall-migrazzjoni, jeħtieġ li l-Istati Membri jiksbu riżultati fuq il-bqija tas-17,949 post ta’ risistemazzjoni. Matul il-bqija tal-perjodu, jeħtieġ li l-Istati Membri jirrisistemaw medja ta’ 855 persuna fi bżonn ta’ protezzjoni fuq bażi ta’ kull xahar.
B’konformità mal-impenn tagħha skont il-Pjan Direzzjonali “Lura għal Schengen”, il-Kummissjoni se tirrapporta kull xahar dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-impenji ta’ rilokazzjoni u ta’ risistemazzjoni.
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1523 tal-14 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u tal-Greċja, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1601 tat-22 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja.
Minn dawn il-160 000, 54 000 kienu maħsuba biex jiġu rilokati mill-Ungerija fil-proposta tal-Kummissjoni, iżda se jiġu rilokati mill-Italja u l-Greċja, minflok, jekk ma ssir l-ebda deċiżjoni li temenda t-tieni deċiżjoni tal-Kunsill dwar ir-rilokazzjoni sa Settembru 2016.
COM(2016)85 finali.
EUCO 1/16; SN 28/16.
COM(2016) 120 finali.
39,600 applikant għandhom jiġu rilokati mill-Italja skont iż-żewġ deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rilokazzjoni.
66,400 applikant għandhom jiġu rilokati mill-Greċja skont iż-żewġ Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rilokazzjoni.
L-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1601.
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1601 tat-22 ta’ Settembru 2015.
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1523 tal-14 ta’ Settembru 2015.
C-643/15 u C-647/15.
COM(2015) 677 finali.
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni "Ġestjoni tal-kriżi tar-refuġjati: miżuri operazzjonali, baġitarji u legali immedjati skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni" (COM(2015) 490, it-23 ta’ Settembru 2015).
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni "Ġestjoni tal-kriżi tar-refuġjati: Is-Sitwazzjoni Attwali rigward l-Implimentazzjoni tal-Azzjonijiet Prijoritarji fl-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni" (COM(2015) 510, l-14 ta' Ottubru 2015).
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Rapport ta’ Progress dwar l-implimentazzjoni tal- “hotspots” fil-Greċja” (COM(2015) 678, il-15 ta’ Diċembru 2015).
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni "Is-Sitwazzjoni Attwali rigward l-Implimentazzjoni tal-Azzjonijiet Prijoritarji fl-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni" (COM(2016) 85, l-10 ta' Frar 2016).
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Rapport ta’ Progress dwar l-implimentazzjoni tal-approċċ “hotspots” fil-Greċja” (COM(2016) 141 finali, l-4 ta' Marzu 2016.
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni indirizzata lir-Repubblika Ellenika dwar il-miżuri urġenti li għandhom jittieħdu mill-Greċja sabiex jerġgħu jibdew it-trasferimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 604/2013, (C(2016) 871 tal-10 ta' Frar 2016.
Meta ġew adottati d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill, in-nazzjonalitajiet eliġibbli għar-rilokazzjoni kienu mis-Sirja, l-Iraq u l-Eritrea. Fl-ewwel aġġornament- (Q3–2015), in-nazzjonalitajiet eliġibbli għar-rilokazzjoni kienu: Il-Bahrejn, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana, l-Eritrea, l-Iraq, is-Sirja, is-Swaziland u l-Jemen.
Uħud minn dawn in-nazzjonalitajiet jirrappreżentaw inqas minn 200 applikant għal protezzjoni internazzjonali fl-UE fil-perjodu referenzjarju. Peress li d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rilokazzjoni ma jinkludu l-ebda dispożizzjoni dwar in-numru minimu ta’ deċiżjonijiet għall-kalkolu tal-medja madwar l-UE kollha, in-nazzjonalitajiet bi ftit deċiżjonijiet iżda kollha pożittivi jaqgħu faċilment fl-ambitu tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar ir-rilokazzjoni.
Ara l-Premessa 28 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1523 u l-Premessa 34 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1601.
Skont l-Artikolu 5(7) tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rilokazzjoni, rifjuti jistgħu jsiru “biss fejn ikun hemm raġunijiet raġonevoli għalxiex iqisuh jew iqisuha bħala periklu għas-sigurtà nazzjonali jew l-ordni pubbliku tagħhom jew fejn ikun hemm raġunijiet serji għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-esklużjoni li jinsabu fl-Artikoli 12 u 17 tad-Direttiva 2011/95/UE”.
Pereżempju, il-Polonja ssottomettiet il-wegħda tagħha fis-16 ta’ Diċembru. L-ebda talba ta' rilokazzjoni ma ġiet aċċettata sal-15 ta’ Marzu. Min-naħa l-oħra, il-Portugall ressaq it-tieni wegħda fis-26 ta’ Frar 2016 u r-rilokazzjoni saret fis-7 ta’ Marzu. Fil-fatt, fil-każ tal-Portugall, it-trasferiment seħħ fi żmien ġimgħa wara li rċieva t-talba ta’ rilokazzjoni mill-Greċja.
L-intervisti għad-determinazzjoni tal-istatus ta’ refuġjat tal-applikant għal rilokazzjoni qabel ma tiġi aċċettata talba ta' rilokazzjoni jmorru b’mod ċar kontra l-ittra u l-ispirtu tal-iskema u m’għandhomx jintalbu.
L-Artikoli 12 u 17 tad-Direttiva 2011/95/UE.
L-Artikolu 5(7) taż-żewġ Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rilokazzjoni.
Ir-Regolament (UE) Nru 603/2013.
Id-Direttiva 2011/95/UE.
Ammont addizzjonali ta’ EUR 275.5 miljun taħt il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u l-Fond għas-Sigurtà Interna, ġie approvat fl-10 ta’ Marzu mill-Kummissjoni biex tappoġġa lill-Greċja.
Is-Servizz tal-Ażil se jissaħħaħ b’29 impjegat ġdid f’April. B’kollox 100 impjegat se jiġu rreklutati sa Ġunju ta’ din is-sena. Il-kapaċità ta’ reġistrazzjoni attwali tas-servizz hija ta’ 80 każ kuljum madwar il-pajjiż.
Ir-Rakkomandazzjoni indirizzata lir-Repubblika Ellenika dwar il-miżuri urġenti li għandhom jittieħdu mill-Greċja sabiex jerġgħu jibdew it-trasferimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 C(2016) 871, l-10 ta' Frar 2016; Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill, Lura għal Schengen — Lura għal Schengen — Pjan Direzzjonali COM(2016) 120 finali, l-4 ta’ Marzu 2016.
C(2015) 3560 finali.
L-Ungerija ma tipparteċipax.
11130/15; “Konklużjonijiet tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar ir-risistemazzjoni, permezz ta’ skemi multilaterali u nazzjonali, ta’ 20 000 persuna fi bżonn ċar ta’ protezzjoni internazzjonali”.
Dwar il-qagħda attwali abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u l-Istati Assoċjati, ara l-Annessi 6 u 7.
Il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, l-Estonja, il-Greċja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja u s-Slovenja.
EU-FRANK: L-Iffaċilitar tar-Risistemazzjoni u l-Ammissjoni tar-Refuġjati permezz ta’ Għarfien Ġdid. Minbarra l-Iżvezja, is-sħab jinkludu n-Netherlands, il-Belġju, l-Italja, l-Ungerija, l-Iżvizzera, l-UNHCR u l-EASO. Ġie senjalat interess ukoll mill-Awstrija, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, Franza, u l-Portugall.
Il-proposta għall-ġbir ġiet imħaddna mill-Bord ta’ Tmexxija tal-EASO fil-laqgħa tiegħu tal-20-21 ta’ Jannar 2016.
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 16.3.2016
COM(2016) 165 final
ANNESS
tal-
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL EWROPEW U L-KUNSILL
L-ewwel rapport dwar ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni
Anness I: Rilokazzjonijiet mill-Greċja sal-15 ta’ Marzu 2016
|
Stat Membru |
Impenjat b’mod formali 1 |
Rilokati Effettivament |
Impenn legalment previst fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill |
|
L-Awstrija 2 |
1 491 |
||
|
Il-Belġju |
2 415 |
||
|
Il-Bulgarija |
160 |
2 |
831 |
|
Il-Kroazja |
594 |
||
|
Ċipru |
65 |
6 |
181 |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
20 |
1 655 |
|
|
L-Estonja |
23 |
204 |
|
|
Il-Finlandja |
170 |
77 |
1 299 |
|
Franza |
570 |
242 |
12 599 |
|
Il-Ġermanja |
40 |
37 |
17 209 |
|
L-Ungerija |
988 |
||
|
L-Iżlanda |
|||
|
L-Irlanda |
40 |
10 |
240 |
|
Il-Latvja |
26 |
6 |
295 |
|
Il-Liechtenstein |
|||
|
Il-Litwanja |
80 |
6 |
420 |
|
Il-Lussemburgu |
70 |
30 |
309 |
|
Malta |
6 |
6 |
78 |
|
In-Netherlands |
150 |
48 |
3 797 |
|
In-Norveġja |
|||
|
Il-Polonja |
65 |
4 321 |
|
|
Il-Portugall |
330 |
84 |
1 778 |
|
Ir-Rumanija |
255 |
15 |
2 572 |
|
Is-Slovakkja |
652 |
||
|
Is-Slovenja |
30 |
349 |
|
|
Spanja |
150 |
6 647 |
|
|
L-Iżvezja 3 |
2 378 |
||
|
L-Iżvizzera |
|||
|
TOTAL |
2 250 |
569 |
63 302 |
Trażmess permezz ta’ DubliNet skont l-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill.
Proposta tal-Kummissjoni għal 30 % sospensjoni tal-obbligi tal-Awstrija skont id-deċiżjonijiet ta’ Rilokazzjoni għal sena (COM(2016) 80 final). Adottat fl-10 ta' Marzu 2016.
Proposta tal-Kummissjoni għal sospensjoni sħiħa tal-obbligi tal-Iżvezja skont id-deċiżjonijiet ta’ Rilokazzjoni għal sena (COM(2015) 677 final) għadha qed tiġi diskussa mill-Kunsill u l-Parlament.
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 16.3.2016
COM(2016) 165 final
ANNESS
tal-
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL
L-ewwel rapport dwar ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni
Anness II: Rilokazzjonijiet mill-Italja sal-15 ta' Marzu 2016
|
Stat Membru |
Impenjati b’mod formali 1 |
Effettivament rilokati |
Impenn legalment previst fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill |
|
L-Awstrija 2 |
462 |
||
|
Il-Belġju |
30 |
24 |
1 397 |
|
Il-Bulgarija |
90 |
471 |
|
|
Il-Kroazja |
374 |
||
|
Ċipru |
15 |
139 |
|
|
Ir-Repubblika Ċeka |
10 |
1 036 |
|
|
L-Estonja |
8 |
125 |
|
|
Il-Finlandja |
150 |
96 |
779 |
|
Franza |
200 |
41 |
7 115 |
|
Il-Ġermanja |
10 |
20 |
10 327 |
|
L-Ungerija |
306 |
||
|
l-Iżlanda |
|||
|
L-Irlanda |
20 |
360 |
|
|
Il-Latvja |
20 |
186 |
|
|
II-Liechtenstein |
|||
|
Il-Litwanja |
251 |
||
|
Il-Lussemburgu |
30 |
248 |
|
|
Malta |
17 |
15 |
53 |
|
In-Netherlands |
50 |
50 |
2 150 |
|
In-Norveġja |
|||
|
Il-Polonja |
35 |
1 861 |
|
|
Il-Portugall |
388 |
65 |
1 173 |
|
Ir-Rumanija |
260 |
1 608 |
|
|
Is-Slovakkja |
250 |
||
|
Is-Slovenja |
10 |
218 |
|
|
Spanja |
50 |
18 |
2 676 |
|
L-Iżvezja 3 |
50 |
39 |
1 388 |
|
L-Iżvizzera |
30 |
||
|
TOTAL |
1 473 |
368 |
34 953 |
Trażmessi permezz ta’ DubliNet skont l-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill.
Il-Proposta tal-Kummissjoni għal sospensjoni ta' 30 % tal-obbligi tal-Awstrija skont id-Deċiżjonijiet ta’ Rilokazzjoni għal sena (COM(2016) 80 finali). Adottata fl-10 ta' Marzu 2016.
Il-proposta tal-Kummissjoni għal sospensjoni sħiħa tal-obbligi tal-Iżvezja skont id-Deċiżjonijiet ta’ Rilokazzjoni għal sena (COM(2015) 677 finali), li għadha qed tiġi diskussa mill-Kunsill u mill-Parlament.
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 16.3.2016
COM(2016) 165 final
ANNESS
tal-
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL EWROPEW U L-KUNSILL
L-ewwel rapport dwar ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni
Anness III Il-Greċja - Rapport tas-Sitwazzjoni Attwali
|
Rakkomandazzjoni Diċembru 2015 |
Stat ta' progress |
|
|
Żoni Hotspot |
Il-Greċja jeħtiġilha tlesti l-kostruzzjoni tal-hotspots f'Lesvos, Leros u Chios, f'konformità mal-iskeda ppjanata. Ix-xogħlijiet tal-kostruzzjoni f'Kos għandhom jibdew immedjatament u l-lokazzjoni f'Samos għandha tiġi identifikata sabiex tiġi introdotta l-hotspot sal-aħħar ta' Jannar. |
✓ Erba’ hotspots (Lesvos, Chios, Samos u Leros) huma operazzjonali bl-għajnuna u l-koordinazzjoni temporanja tal-armata, għalkemm għad fadal jitlestew bosta azzjonijiet għall-funzjonament tagħhom bil-veloċità massima (pereż. it-tielet linja ta’ reġistrazzjoni f’Lesvos, il-konnessjoni ta’ netwerks għall-kontenitur ta' akkomodazzjoni f’Samos, ċerti servizzi f’Leros u Samos, eċċ.). X Ix-xogħlijiet bdew f'Kos (qabel kien il-kamp Pyli) u fil-hotspot u qed javvanzaw, però għadha ma ġiet ikkomunikata ebda data ta' tlestija finali. X Il-proċedura ta' akkwist nazzjonali għas-servizzi meħtieġa għall-operazzjoni tal-hotspots (partikularment il-forniment tal-ikel u t-tindif) għadha ma ġietx iffinalizzata. Din il-ġimgħa l-Armata Griegi qegħda tniedi akkwist imħaffef għas-servizzi li ġejjin: it-trasport, il-forniment tal-ikel, is-servizzi mediċi, it-tindif ta’ hotspots kollha u l-akkoljenza u ċ-ċentri ta’ akkoljenza. L-ewwel għoti ta' kuntratt huwa mistenni għal din il-ġimgħa. |
|
Il-Greċja, f'kollaborazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea, mal-aġenziji tal-UE, u mal-UNHCR, għandha tottimizza l-organizzazzjoni tal-hotspots abbażi ta' evalwazzjoni tal-ħtiġijiet ta' kull gżira u abbażi tas-sejbiet tal-proġett pilota interaġenziji. F'dan il-kuntest għandha titwaqqaf sistema strutturata għall-iżbark minn punti uffiċjali ta' żbark kif ukoll trasport lejn iż-żoni hotspot. |
✓ Intbagħtu Timijiet ta' Pattulja tal-Kosta mill-Frontex f'Lesvos, f'Chios u f'Samos. Il-proċeduri ta' żbark f'Leros qed jitwettqu b'mod kontrollat: kważi 100 % tal-wasliet qed isiru fuq il-gżira ta’ Farmakonisi u sussegwentement il-migranti jiġu ttrasferiti għal Leros minn uffiċjali tal-Gwardja tal-Kosta u tal-FRONTEX. ✓ Għalissa l-awtoritajiet lokali, ta' spiss assistiti minn NGOs, jieħdu ħsieb it-trasport tal-migranti mill-punti ta’ żbark għaċ-ċentri ta' reġistrazzjoni u miċ-ċentri ta’ reġistrazzjoni għall-portijiet. X Il-gvern ikkommetta ruħu li jippreżenta l-qafas ta’ att legali (fil-forma ta’ emenda tal-Liġi 3907/2011) dwar il-mekkaniżmi ta’ stabbiliment u koordinazzjoni tal-hotspots fil-Parlament fil-jiem li ġejjin. Ġaladarba l-att tal-qafas legali jkun fis-seħħ, il-Proċeduri Operattivi Standard jiġu adottati permezz ta’ deċiżjoni ministerjali komuni li tiddefinixxi r-rwoli u l-proċeduri fil-ġestjoni tal-hotspots. Il-maniġers / il-gvernaturi tal-hotspot se jinħatru wkoll. X Għadd suffiċjenti ta' karozzi tal-linja għandu jkun disponibbli malajr sabiex tkompli tiġi aġġornata s-sistema ta' żbark fuq il-gżejjer. In-Netherlands offrew vetturi (vannijiet), inklużi karrijiet lill-Greċja. Il-vetturi u l-karrijiet huma mgħammra b'apparat mediku. Stati Membri oħra għandhom jikkontribwixxu iktar għat-talba għal karozzi tal-linja skont il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (Union Civil Protection Mechanism, UCPM). X Jeħtieġ li jiġi stabbilit it-trasport ta’ dawk li mhumiex fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali miż-żoni hotspot direttament lejn faċilitajiet ta’ detenzjoni disponibbli. |
|
|
Fuq il-bażi ta' valutazzjoni tal-ħtiġijiet raffinata, l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-esperti meħtieġa sabiex jiżguraw it-tnedija sħiħa tal-hotspots hekk kif jitlestew ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni. Il-Greċja mbagħad għandha tassigura li jintbagħtu għadd suffiċjenti ta' kapijiet ta' timijiet u tassigura li fiż-żona hotspot ikun hemm persunal suffiċjenti tas-sigurtà. |
X Il-Pulizija Ellenika għandha żżid iktar il-preżenza tagħha fil-faċilitajiet tal-hotspots sabiex tiżgura s-sigurtà tal-faċilitajiet u tal-persunal tal-aġenziji mibgħuta. X Il-Frontex u l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ għall-Ażil (European Asylum Support Office, EASO) żiedu l-preżenza tagħhom (attwalment 559 u 16-il uffiċjal rispettivament), iżda iktar esperti għadhom meħtieġa speċjalment peress li hotspots addizzjonali huma operazzjonali. X L-Istati Membri ma pprovdewx biżżejjed esperti. X Il-Greċja għandha tkompli tipprovdi kapijiet ta' timijiet |
|
|
Il-Greċja għandha takkwista – mingħajr iktar dewmien u billi tagħmel użu mill-proċeduri aċċellerati / simplifikati li hemm provvediment għalihom fid-Direttivi 2004/18/KE u 2014/24/UE f'każi ta' "urġenza" jew "urġenza estrema" – il-magni addizzjonali tat-teħid tal-marki tas-swaba' meħtieġa. |
F’termini ta’ reġistrazzjoni (Eurodac): ✓ Id-90 magna tat-teħid tal-marki tas-swaba' li ordna l-EASO kollha waslu għand l-awtoritajiet Griegi. ✓ Il-Pulizija Ellenika akkwistat sitt (6) stazzjonijiet għat-teħid tal-marki tas-swaba' u dawn intbagħtu f'Lesvos. ✓ Tliet (3) stazzjonijiet għat-teħid tal-marki tas-swaba' ġew skjerati minn Frontex f'Idomeni fil-fruntiera bejn il-Greċja u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għar-reġistrazzjoni ta' migranti li ma ġewx irreġistrati fil-hotspots. ✓ Kemm il-Kummissjoni kif ukoll il-Frontex osservat li sar progress sinifikanti sa minn Settembru 2015 u bħalissa l-migranti kollha ta’ iktar minn 14-il sena li ġew riferuti għall-hotspots huma rreġistrati skont il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen X Il-konnessjonijiet tal-istazzjonijiet tal-EURODAC għal dan in-netwerk, u kapaċità ta’ server ċentrali, għadhom mhumiex siguri u affidabbli (jaħdmu bil-mod). Il-Kummissjoni u l-EU-LISA qed jappoġġaw lill-Pulizija Ellenika fit-titjib il-funzjonalità tas-sistemi tal-IT u sabiex tiżdied il-kapaċità tagħha biex tappoġġa bis-sħiħ is-sistema ta’ reġistrazzjoni. |
|
|
Is-sistemi tal-IT għandhom jiġu aġġornati biex l-ewwel iniedu Sistema Awtomatizzata għall-Identifikazzjoni tal-Marki tas-Swaba' (Automated Fingerprinting Identification System, AFIS) vera u proprja u mbagħad biex jiżguraw li l-interkonnessjonijiet bejn il-bażijiet tad-dejta nazzjonali u tal-UE / internazzjonali jkunu stabbiliti, biex b'hekk ikun jista' jsir kontroll sħiħ tal-migranti li jidħlu mal-bażijiet tad-dejta tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) II / tad-Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqa u Mitlufa (Stolen and Lost Travel Documents, STLD) tal-Interpol. |
F’termini ta’ kontrolli ta’ sigurtà: ✓ Fil-hotspots, issa teknikament hemm terminals disponibbli li jippermettu kontrolli mal-bażijiet tad-dejta tas-SIS, tal-Interpol u tal-Europol apparti l-bażi tad-dejta taċ-ċittadini ta' pajjiż terz tal-pulizija nazzjonali. ✓ Il-EUROPOL qiegħed fil-proċess li jiffinalizza l-iskjerament ta' timijiet fil-hotspots kollha sabiex jitwettqu verifiki ta' sigurtà tat-tieni livell fil-bażi ta' dejta tal-EUROPOL. ✓ Is-sistema unika ta’ aċċess awtomatizzat għall-bażijiet ta’ data ta’ sigurtà rilevanti (nazzjonali, tas-SIS u tal-Interpol), bdiet topera fil-hotspots kollha. X Kontrolli sistematiċi kontra dawn il-bażijiet tad-dejta għandhom jiġu stabbiliti bis-segwitu rilevanti. Għandha tiġi żviluppata aktar Sistema Awtomatizzata għall-Identifikazzjoni tal-Marki tas-Swaba' sħiħa. |
|
|
Il-Greċja, bl-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenziji tal-UE, għandha tiddefinixxi l-ħtiġijiet f'termini tal-medjaturi kulturali / interpreti u ssaħħaħ il-preżenza tagħhom fiż-żoni hotspot. |
X L-awtoritajiet Griegi għandhom jiddefinixxu l-ħtiġijiet tagħhom f’termini ta’ medjaturi kulturali / interpreti. X L-awtoritajiet Griegi għandhom jistabbilixxu grupp ta’ interpreti, possibbilment permezz ta' kuntratt qafas sabiex ikunu jistgħu jipprovdu servizzi ta' interpretazzjoni fl-aħħar mument. |
|
|
Jeħtieġ li l-koordinazzjoni tittejjeb aktar billi jsir użu sistematiku u effettiv tal-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni li tpoġġew fis-seħħ. Il-koordinaturi maħtura għall-gżejjer għandhom jingħataw is-saħħa permezz ta' Termini ta' Referenza ddedikati biex jikkoordinaw l-atturi governattivi u mhux governattivi rilevanti kollha involuti fil-postijiet hotspot. |
✓ L-abbozz tal-att li jistabbilixxi l-hotspots (ara hawn fuq) jinkludi dispożizzjonijiet iddedikati għall-ħatra ta' koordinaturi tal-hotspots, koordinaturi tal-pulizija u koordinaturi speċjali li jiġġestixxu r-relazzjoni mal-partijiet ikkonċernati kollha involuti fil-proċedura tal-hotspot. X Ladarba l-leġiżlazzjoni l-ġdida tkun fis-seħħ, jeħtieġ li l-awtoritajiet Griegi jsegwu malajr il-proċedura rilevanti sabiex jaħtru l-koordinaturi maħsuba skont il-leġiżlazzjoni adottata reċentement. |
|
|
L-EUROPOL għandha ssaħħaħ il-preżenza tagħha fil-Greċja u għandha tikkonkludi ftehimiet operazzjonali mal-awtoritajiet Griegi sabiex tappoġġahom fil-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin ta' persuni. L-appoġġ għandu jinkludi t-tnedija ta' investigazzjonijiet finanzjarji, azzjonijiet kontra l-frodi ta' dokumenti, u użu aħjar tan-netwerks tal-Uffiċjali għall-Komunikazzjoni dwar l-Immigrazzjoni (Immigration Liaison Officers, ILO) f'pajjiżi terzi bħala sorsi ta' informazzjoni rilevanti. |
✓ L-uffiċjali tal-Europol skjerati bħalissa fil-Greċja: uffiċjal (1) tal-Europol fit-Task Force Reġjonali tal-UE f’Piraeus, erba' (4) uffiċjali tal-Europol f'Lesvos, żewġ (2) uffiċjali tal-Europol f'Chios, żewġ (2) uffiċjali tal-Europol f'Leros, żewġ (2) uffiċjali tal-Europol f'Samos, ✓ Il-Frontex bagħtet esperti ta' Livell Avvanzat dwar id-Dokumenti (Advanced Level Document, ALDO) fiż-żoni hotspot kollha flimkien ma' tagħmir iddedikat għall-identifikazzjoni ta' dokumenti frodulenti. X Il-Pulizija Ellenika ddeċidiet li tuża dokument ta’ reġistrazzjoni ġdid u aktar sofistikat, inklużi elementi ta’ sigurtà, biex jintuża fil-hotspots kollha. Madankollu, għalkemm diġà qed jintuża timbru ġdid, għad ma hemmx biżżejjed karta tas-sigurtà. Printers speċjali se jkunu meħtieġa biex jiġu stampata dejta fuq dan id-dokument ta’ reġistrazzjoni ġdid. X Il-Greċja għandha takkwista aktar tagħmir għall-qbid ta' dokumenti frodulenti sabiex tissupplimenta dawk diġà skjerati. Huwa mistenni li talba għal finanzjament se tiġi ppreżentata f’dan ir-rigward. X Jeħtieġ li l-awtoritajiet Griegi jiżguraw segwitu xieraq dwar każijiet ta' dokumenti frodulenti misjuba u jsaħħu l-operazzjonijiet ta' eżekuzzjoni tal-liġi fuq il-gżejjer sabiex jonqos in-negozju ta' faċilitazzjoni ta' dħul klandestin ta' persuni. |
|
|
Il-Pulizija Ellenika għandha tipprovdi taħriġ lill-uffiċjali tal-pulizija li jitpoġġew fil-hotspots għall-identifikazzjoni tad-dokumenti falsifikati. |
X Għadu qed jiġi kkunsidrat. |
|
|
Rilokazzjoni |
Jeħtieġ li tiżdied l-informazzjoni mogħtija lir-refuġjati dwar il-programm ta' rilokazzjoni, fost l-oħrajn billi tiżdied il-preżenza tal-persunal tas-Servizz tal-Ażil Grieg u tal-EASO fil-hotspots kif ukoll billi jingħata u jinxtered materjal ta' informazzjoni lil kandidati potenzjali ta' rilokazzjoni dwar il-proċess ta' rilokazzjoni u d-drittijiet u d-dmirijiet tagħhom f'dak il-kuntest. L-Uffiċjali ta' Kollegament tal-Istati Membri għandhom jagħtu informazzjoni lill-kandidati ta' rilokazzjoni dwar il-pajjiżi ta' destinazzjoni assenjati, inkluż dwar is-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza tagħhom. |
✓ Is-Servizz tal-Ażil huwa attiv f'Lesvos, Chios u Samos. L-EASO bagħat esperti f’Samos għall-għoti ta’ informazzjoni. X Matul il-proċess sħiħ, inkluż anki qabel it-teħid tal-marki tas-swaba', għandha tingħata informazzjoni b'mod sistematiku u fil-lingwi relevanti kollha fil-hotspots kollha lill-applikanti għall-ażil dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont l-iskema ta’ rilokazzjoni. L-EASO għandu jiskjera esperti għal dan l-għan fil-lokazzjonijiet hotspot li fadal. X Aktar Stati Membri għandhom jipprovdu pakketti ta’ informazzjoni għall-persuni li jiġu rilokati (ftit Stati Membri (il-Belġju, l-Irlanda, il-Polonja u l-Portugall) biss ipprovdew din l-informazzjoni sa issa). L-EASO qegħda wkoll tmexxi proċess għall-koordinazzjoni ta' informazzjoni qabel it-tluq minn Stati Membri ta' Rilokazzjoni, Stati Membri għandhom jirrispondu b'ħeffa għall-gwida li ġiet ipprovduta mill-Aġenzija. |
|
Jeħtieġ li tiżdied b'mod sostanzjali l-kapaċità li jiġu rreġistrati u pproċessati l-applikazzjonijiet għal ażil. Għal dan il-għan, is-Servizz tal-Ażil Grieg beħsiebu jirrekluta 40 membru addizzjonali fil-persunal sa nofs Frar, u dan għandu jżid il-kapaċità tiegħu biex ikun jista' jirreġistra 100-120 applikazzjoni kuljum. Jeħtieġ li jkun hemm żidiet addizzjonali fil-persunal biex tiżdied ir-reġistrazzjoni. |
✓ L-EASO qed tappoġġa lill-awtoritajiet Griegi f'Lesvos u f'Samos biex janalizzaw in-nazzjonalitajiet tal-applikanti għar-rilokazzjoni. ✓ Sa April se jiġu reklutati 37 persuna u (massimu ta') 40 persuna oħra f’Ġunju 2016. Il-postijiet previsti li jifdal jimtlew f'Jannar 2017. Il-finanzjament meħtieġ huwa ggarantit permezz ta’ finanzjament ta’ emerġenza taħt il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (Asylum, Migration and Integration Fund, AMIF). ✓ Proġett pilota biex tiżdied il-kapaċità ta’ reġistrazzjoni beda bl-appoġġ tal-EASO Peress li attwalment hemm effett lembut fil-kapaċità ta' reġistrazzjoni u l-interess jiżdied fir-rilokazzjoni minn Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi eliġibbli, il-proġett pilota għandu jitlesta b'ħeffa u jiġi estiż. |
|
|
L-Istati Membri għandhom inaqqsu b'mod sostanzjali ż-żmien ta' reazzjoni għat-talbiet ta' rilokazzjoni ppreżentati mill-awtoritajiet Griegi (u jevitaw il-kontrolli eċċessivi u ad hoc li jseħħu fil-Greċja). |
X Ir-reazzjonijiet tal-Istati Membri għat-talbiet ta' rilokazzjoni għadhom bil-mod ukoll u dan huwa parzjalment responsabbli għar-rata sinifikanti ta' rtirar mill-proċess ta' rilokazzjoni. X l-Istati Membri ma jagħtux biżżejjed informazzjoni minn qabel dwar l-ippjanar tar-rilokazzjoni tagħhom. Dan huwa assolutament neċessarju sabiex jippermetti lill-awtoritajiet Griegi iżidu l-effiċjenza tal-proċess. X Diversi Stati Membri jitolbu intervista sistematika ta’ sigurtà li jridu jitwettqu. |
|
|
L-Istati Membri għandhom iżidu b'mod sostanzjali l-garanziji tagħhom skont il-programm ta' rilokazzjoni. |
X Garanziji insuffiċjenti u numri ta' persuni rilokati Sal-15 ta’ Marzu, 18-il Stat Membru biss kienu għamlu wegħdiet ta’ rilokazzjoni lill-Greċja. Ta' min jinnota wkoll li reċentement, żdiedu b'mod konsiderevoli wegħdiet minn Stati Membri, u attwalment jeċċedu n-numru ta' applikanti eliġibbli għal rilokazzjoni li l-Greċja rreġistrat, madankollu tali wegħdiet jiġu eżawriti malajr peress li l-interess tal-migranti li jinkitbu fil-programm żdied. |
|
|
Miżuri Addizzjonali identifikati wara l-adozzjoni tal-Komunikazzjoni f'Diċembru |
||
|
Total ta' 123 applikant għal rilokazzjoni ħarbu u 88 irtiraw l-applikazzjoni tagħhom mill-bidu tal-iskema |
X Il-Greċja għandha taċċerta li l-applikanti għall-ażil għal rilokazzjoni huma miġburin f'faċilitajiet apposta fejn il-każijiet tagħhom jistgħu jiġu segwiti mill-qrib. X L-Istati Membri għandhom jiffinalizzaw, f’kollaborazzjoni mal-EASO, pakketti ta’ informazzjoni mmirati. Dawn għandhom jiġu pprovduti lill-applikanti għall-ażil li għandhom jiġu rilokati man-notifika fil-pajjiż tad-destinazzjoni tagħhom (ara hawn fuq). |
|
|
Minuri wieħed mhux Akkumpanjat ġie ttrasferit lejn il-Finlandja. Għad hemm pendenti 10 talbiet, li tlieta (3) minnhom ġew aċċettati mill-Finlandja wkoll sa mill-bidu tal-proċess ta’ rilokazzjoni |
X Il-Greċja għandha tiffinalizza proċeduri ddedikati għat-trasferiment ta' vjaġġaturi minorenni mhux akkumpanjati. X L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu postijiet iddedikati għal vjaġġaturi minorenni mhux akkumpanjati. |
|
|
Xi Stati Membri invokaw kriterji oħrajn apparti dawk previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill biex jirrifjutaw il-fajls ta' rilokazzjoni. |
X L-Istati Membri għandhom japplikaw b’mod strett il-kriterji previsti skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill meta jirrifjutaw applikazzjonijiet għal rilokazzjoni. B’mod partikolari, applikazzjonijiet għal rilokazzjoni ma għandhomx jiġu miċħuda minħabba raġunijiet marbutin mal-preferenzi espressi mill-Istat Membru li jikkonċernaw il-profili tal-applikanti li jiġu rilokati. |
|
|
Ritorn |
Jeħtieġ li l-awtoritajiet Griegi jiżviluppaw strateġija ċara għal ritorni furzati u jidentifikaw il-pajjiżi terzi ta' prijorità għal impenn u jindirizzaw nuqqasijiet fis-sistema ta' detenzjoni tagħhom. Jeħtieġ li l-Greċja tissimplifika l-proċeduri amministrattivi tagħha sabiex tippermetti ritorn rapidu. |
✓ Il-Greċja qed tuża proċeduri simplifikati għall-ħruġ ta’ deċiżjonijiet ta’ ritorn għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jkunux intitolati għal protezzjoni. ✓ Fil-15 ta’ Frar, il-Frontex nediet pjan ta’ appoġġ operazzjonali lill-Greċja, l-Italja u l-Bulgarija. X Il-Greċja, mal-Kummissjoni u bl-appoġġ tekniku tal-Frontex, għandhom jawtorizzaw, bħala kwistjoni ta’ prijorità, fuq perkors ċar ta’ implimentazzjoni ta’ pjan operazzjonali għal attivitajiet ta’ ritorn u riammissjoni wara d-dikjarazzjoni tas-Samit bejn l-UE u t-Turkija, abbażi ta’ ppjanar ċar u valutazzjoni tal-ħtiġijiet mill-Greċja, tipprovdi appoġġ għall-elementi kollha fl-eżekuzzjoni tal-proċedura ta’ ritorn, kif meħtieġ. X Il-Greċja għandha tagħmel użu sħiħ mill-possibiltajiet li toffri l-leġiżlazzjoni Griega f'konformità mad-Direttiva dwar ir-Ritorn biex il-migranti irregolari jinżammu f’detenzjoni sal-limitu massimu ta’ 18-il xahar sabiex jiġi evitat li tintemm id-detenzjoni qabel it-tneħħija effettiva X Il-Greċja għandha tagħmel użu sħiħ u rapidu mill-possibiltajiet ta' appoġġ minn programmi ffinanzjati mill-UE dwar ritorn, b'mod partikulari EURINT, ERIN u Eurlo. |
|
Il-Greċja għandha bżonn iżżid ir-ritorni furzati u volontarji, kif ukoll tieħu l-passi neċessarji sabiex tiżgura l-assorbiment immedjat tal-finanzjament disponibbli mill-programm nazzjonali AMIF. |
✓ Programm ta' emerġenza ta' Ritorn Volontarju Assistit (Assisted Voluntary Return, AVR) li jappoġġa r-ritorn volontarju ta' 1 000 migrant ġie ffinanzjat mill-AMIF. Sa issa iktar minn 1 800 migrant ġew irreġistrati għal tluq volontarju. X Il-proċedura ta' sejħa għall-offerti għall-Programm AVR ġdid li se jiġi ffinanzjat mill-programm nazzjonali AMIF tlestiet u l-kuntratt għandu jiġi ffirmat dil-ġimgħa. X Programm ta' emerġenza għal ritorni furzati (li għandu jiġi implimentat mill-Pulizija Ellenika) ġie ffinanzjat mill-AMIF. Madankollu, il-proċedura ta' sejħa għall-offerti għat-trasportazzjoni (għoti ta' biljetti) għal operazzjonijiet ta' ritorn sfurzat fuq titjiriet kummerċjali għadha għaddejja u jeħtieġ li tiġi ffinalizzata peress li hija kwistjoni urġenti. |
|
|
L-attivitajiet ta' ritorn tal-awtoritajiet Griegi għandhom jiffokaw aktar fuq in-nazzjonalitajiet l-aktar rilevanti fil-kuntest tal-hotspots (Pakistani, iżda anki Afgani, Iranjani u mill-Bangladexx), minflok fuq l-enfasi attwali fuq iċ-ċittadini tal-Albanija u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. |
X Ara hawn fuq fir-rigward ta’ pjan operazzjonali. Tali pjan għandu jikkunsidra n-nazzjonalitajiet li bħalissa deħlin fil-Greċja bħala parti mill-flussi migratorji irregolari, li ma jaqgħux taħt profil ta' refuġjat. |
|
|
L-informazzjoni rigward ir-Ritorn Volontarju Assistit għandu jiġi promoss lill-migranti sa mir-residenza tagħhom fiż-żoni hotspot. Kampanja ta' kuntatt għandha tkun ikkunsidrata f'żoni eqreb tal-fruntiera ma' dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. |
✓L-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (International Organization for Migration, IOM) fetħet uffiċċji dedikati f'Lesvos u hija preżenti f'Samos. X Punti ta' wasla ddedikati għandhom jiġu mwaqqfa urġentament f'hotspots oħra u fil-Greċja Ċentrali għal migranti ritornati minn Idomeni sabiex tingħatalhom l-opportunità għal AVR. X L-IOM għandha tkun preżenti fiċ-ċentri kollha ta' detenzjoni fil-Greċja sabiex toffri l-għażla ta' Ritorn Volontarju Assistit lill-migranti biex jiġu ritornati. |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea, appoġġata mill-Istati Membri għandha tkompli żżid l-impenn tagħha mal-pajjiżi terzi sabiex tiżgura riammissjoni aktar faċli tal-migranti li ma jkunux intitolati għal protezzjoni internazzjonali. Dan jinkludi wkoll b'mod partikulari aktar sforzi sabiex tiżgura r-riammissjoni taċ-ċittadini ta' pajjiż terz mit-Turkija. |
✓ Ir-riżultati ta' skambji riċenti mal-awtoritajiet Pakistani ġew milqugħa mill-Kumitat Konġunt ta' Riammissjoni. Bħala prijorità, pass importanti issa huwa li jiġi kkonfermat b’mod konkret dan il-pass pożittiv b’titjiriet ġodda fil-ġimgħat li ġejjin mill-Greċja lejn il-Pakistan. ✓F'Marzu, it-Turkija aċċettat lura 519-il migrant irregolari. X Wara d-dikjarazzjoni komuni tas-Samit UE-Turkija, l-awtoritajiet Griegi għandhom isaħħu l-isforzi tagħhom b'mod partikulari billi jgħaġġlu iktar it-talbiet għal riammissjoni lejn it-Turkija u jnaqqsu r-riskju li l-migranti jaħarbu waqt il-proċedura. It-Turkija għandha tikkollabora aktar mill-qrib ukoll mal-awtoritajiet Griegi sabiex l-għadd ta’ migranti aċċettati għar-riammissjoni u attwalment riammessi jiżdied sostanzjalment (tmien persuni biss ġew riammessi minn 5 148 talba aċċettati mit-Turkija fl-2015). Dal-aħħar ġie reġistrat progress importanti lejn dak l-għan b' …. riammissjonijiet lejn it-Turkija matul ix-xahar ta' …. X Il-Frontex, assistita mill-Istati Membri, għandha tagħmel arranġamenti prattiċi b'ħeffa mal-Greċja skont il-pjan operazzjonali ġdid sabiex tappoġġa bi preżentazzjoni f'waqtha ta' talbiet ta' riammissjoni lit-Turkija u trasportazzjoni tal-migranti mill-post fejn inqabdu u / jew fejn qegħdin f'detenzjoni għal wieħed mit-tliet postijiet ta' tluq miftehma fil-Protokoll Grieg-Tork. X Il-Greċja stiednet lit-Turkija biex taħtar uffiċjali ta’ kollegament li jintbagħat il-Greċja bil-ħsieb li jiffaċilita t-talbiet ta' riammissjoni. X Il-Greċja għandha tiżgura d-disponibbiltà fiżika sħiħa tal-migranti aċċettati mit-Turkija għal riammissjoni (fejn meħtieġ permezz ta' detenzjoni f'waqtha qabel id-deportazzjoni). |
|
|
Il-Frontex għandha tiżgura li t-titjiriet konġunti ta' ritorn jagħmlu diversi waqfiet fil-Greċja sabiex iwettqu operazzjonijiet ta' ritorn. |
✓ Il-Frontex, assistita mill-Istati Membri, qegħda tikkoordina u tappoġġa l-operazzjonijiet konġunti ta' ritorn kollha b'waqfiet fil-Greċja. ✓ Operazzjoni konġunta ta' ritorn tal-Frontex lejn il-Pakistan, b'waqfa fil-Greċja, hija ppjanata għas-16 ta' Marzu, bħala l-ewwel pass f'serje ta' sforzi ġodda biex jiġu intensifikati l-operazzjonijiet konġunti ta' ritorn tal-Frontex bl-involviment tal-Greċja. Jeħtieġ li l-awtoritajiet Griegi jirrapportaw lill-Frontex il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom fuq bażi regolari u f’waqtha sabiex l-operazzjonijiet ta’ ritorn konġunti jiġu ppjanati u eżegwiti. |
|
|
Il-kundizzjonijiet fiċ-ċentri ta' detenzjoni għandhom jittejbu b'urġenza. |
✓ L-awtoritajiet Griegi qed jipproċedu b'Kuntratt Qafas għall-provvediment ta' servizzi tal-forniment tal-ikel għal ċentri ta' detenzjoni qabel id-deportazzjoni magħluqin għall-2016-2018. Fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet legali adottati fid-29 ta' Jannar 2016, il-Pulizija Ellenika impenjat ruħha li tipprovdi ikel sakemm jitpoġġa fis-seħħ il-ftehim rilevanti. X Apparti s-servizzi ta' forniment tal-ikel, ċerti faċilitajiet ta' qabel id-deportazzjoni magħluqin, b'mod partikulari fuq il-gżejjer, għandhom jiġu rrinovati fejn meħtieġ u għandhom jinżammu kif xieraq, sabiex jipprovdu akkomodazzjoni xierqa lill-migranti f'konformità mal-istandards tal-UE. Fejn ikkunsidrat meħtieġ, lokazzjonijiet ġodda għal ċentri ta' detenzjoni fuq il-gżejjer għandhom jiġu identifikati u żviluppati, b'mod partikulari fid-dawl ta' riammissjoni rapida fit-Turkija. |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea, megħjuna mill-Istati Membri, għandha tkompli timpenja ruħha ma' pajjiżi terzi sabiex tassigura riammissjoni aktar faċli ta' migranti li ma għandhomx dritt għall-protezzjoni internazzjonali, anki permezz tal-użu mmirat tat-Trust Fund għall-Afrika. |
✓ Il-Kumitati Konġunti dwar Riammissjoni mat-Turkija u l-Pakistan ġew iltaqgħu fid-19 ta' Jannar u fit-2 ta' Frar rispettivament. Il-Kummissjoni żaret l-Afganistan u n-Niġerja biex tiddiskuti r-riammissjoni. |
|
|
Titjib tal-ġestjoni tal-fruntieri |
L-awtoritajiet Griegi u l-Frontex għandhom jiddefinixxu b'mod rapidu d-dettalji operazzjonali tal-iskjerament tal-uffiċjali tal-Frontex mal-fruntiera tat-Tramuntana Griega. |
✓ L-operazzjoni ta' Frontex fil-fruntiera tat-Tramuntana tal-Greċja għadha għaddejja. Kif ġie miftiehem ma' Frontex, il-Greċja appuntat 105 uffiċjali tal-pulizija, inklużi ħames (5) kapijiet ta' timijiet, sabiex jaħdmu flimkien ma' 25 uffiċjal ta' Frontex. L-iskjerament tagħhom huwa kofinanzjat minn Frontex. Ir-rinnovazzjoni tal-uffiċċji għall-operazzjonijiet konġunti bejn Frontex u l-Pulizija Ellenika fl-istazzjon tal-ferrovija qadima qrib Eidomeni tlestiet. X Sa issa Frontex setgħet tiskjera biss disgħa (9) minn 25 uffiċjal minħabba nuqqasijiet fil-wegħdiet tal-Istati Membri. Estensjoni possibbli tal-kamp ta' applikazzjoni tal-appoġġ operazzjonali pprovdut minn Frontex f'dan ir-reġjun tkun teħtieġ ukoll impenn ulterjuri mill-Istati Membri. ✓ Frontex se tappoġġa lill-awtoritajiet Griegi fil-verifika tal-identità ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u jekk ġewx irreġistrati fil-bażi ta' dejta relevanti. ✓ Frontex offriet li żżid l-appoġġ operazzjonali fil-fruntieri tat-tramuntana tal-Greċja, inkluża dik mal-Albanija bil-ħsieb li tiġi żgurata s-sorveljanza ta' dawk il-fruntieri biex tipprevjeni ċaqliq sekondarju irregolari u tiddirezzjona l-flussi ta' migrazzjoni, skont il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen, lejn il-punti ta' qsim tal-fruntiera. |
|
B'segwitu għall-attivazzjoni ta' RABIT, l-Istati Membri għandhom immedjatament jagħmlu disponibbli persunal u tagħmir sabiex jassiguraw li l-bżonnijiet identifikat mill-Greċja u minn Frontex ikunu milqugħa kompletament. |
✓ It-tim ta' Intervent Rapidu Poseidon fil-gżejjer tal-Eġew ġie varat fit-28 ta' Diċembru 2015. Attwalment hemm 775 uffiċjal mistiedna u mibgħuta bħala parti mill-operazzjoni (243 membru tal-ekwipaġġ, 248 stazzjon għat-teħid tal-marki tas-swaba', 53 espert tal-iskrinjar, 30 espert avvanzat tad-dokumenti, 75 interpretu, 16-il espert 1i jagħti informazzjoni, tmien (8) uffiċjali tal-appoġġ tal-Frontex, 31 kap ta' timijiet, 71 membru tal-persunal ta' koordinazzjoni). X Il-garanziji tal-Istati Membri laħqu 65 % tal-kopertura meħtieġa. |
|
|
Kapaċita ta' akkoljenza |
Il-Greċja għandha bżonn li tlesti malajr il-kostruzzjoni tas-7 000 post għall-ħames gżejjer hotspot kollha. |
✓ Il-postijiet fil-hotspots għandhom ikunu disponibbli flimkien mat-tlestija tax-xogħlijiet ta' kostruzzjoni. L-awtoritajiet jistgħu jipprevedu kapaċità żejda addizzjonali, abbażi tas-sitwazzjoni fuq kull gżira u jekk meħtieġa. |
|
Jeħtieġ li l-Greċja ttejjeb l-akkoljenza tal-gruppi vulnerabbli, b'mod partikulari l-vjaġġaturi minorenni mhux akkumpanjati. |
✓ Il-UNICEF, l-UNCHR u Save the Children bdew proġett pilota f'Kos, Lesvos u Idomeni sabiex jindukraw lil minorenni b'mod dedikat. Dan ukoll huwa maħsub biex jiġi estiż anki għal Samos u għal Leros. ✓ Kontrolli mediċi huma previsti fil-hotspots kollha bħala pass finali fil-proċedura tar-reġistrazzjoni. X Il-Greċja għandha tistabbilixxi kapaċità xierqa ta' akkomodazzjoni għal minorenni mhux akkumpanjati u grupp vulnerabbli oħra, wara li jiġu ttrasferiti mill-gżejjer. |
|
|
Jeħtieġ li jinstabu aktar soluzzjonijiet strutturali rigward il-forniment tal-ikel u ħtiġijiet bażiċi oħrajn fil-faċilitajiet ta' akkoljenza. |
✓ L-awtoritajiet Griegi qed jipproċedu b'Kuntratt Qafas għall-provvediment ta' servizzi tal-forniment tal-ikel għal ċentri ta' akkoljament għall-2016-2018. |
|
|
Il-Greċja għandha tkompli żżid il-kapaċità ta' akkoljenza tagħha f'konformità mal-impenji tal-laqgħa tal-Mexxejja tal-Balkani tal-Punent. |
✓ L-għadd totali ta' postijiet li huma disponibbli bħalissa fil-faċilitajiet ta' akkoljenza fil-Greċja huwa 40 351 (eskluża l-iskema ta' kiri tal-UNHCR). Dawn jinkludu: 23 388 post fil-faċilitajiet ta' akkoljenza miftuħin fuq il-Greċja kontinentali. Waqt li wħud minn dawn il-faċilitajiet huma xierqa biss għal soġġorn qasira, oħrajn huma xierqa għal soġġorn itwal; 1 221 post f'faċilitajiet dedikati għal dawk li jfittxu ażil u minorenni mhux akkumpanjati fil-kontinent u fuq il-gżejjer; 5 950 post f'faċilitajiet ta' akkoljament fil-hotspots (inklużi l-1 100 post fil-faċilità ta' riserva f'Kara Tepe f'Lesvos); 4 433 post ieħor f'faċilitajiet ta' akkoljament tal-ewwel linja fuq il-gżejjer (barra il-hotspots; 5 359 post f'ċentri qabel id-deportazzjoni. Meta l-espansjoni ppjanata tal-faċilitajiet ta' Schisto, Diavata, Malakasa, and Agios Andreas titlesta, l-għadd totali ta' postijiet fil-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-Greċja jilħaq 46 351 (eskluża l-iskema ta' kiri tal-UNHCR). L-UNCHR iffirmat ftehimiet ta' implimentazzjoni mal-NGOs Praksis, Nostos, Iliaktida, Solidarity Now, u Arsis għall-provvediment ta' total ta' 16 250 post li gradwalment se jsiru disponibbli fl-2016 fil-kuntest tal-iskema ta' kiri tal-UNHCR. Fil-11/3/2016, il-UNHCR kienet qiegħed tospita 1 387 applikanti għall-ażil f'bini pprovdut permezz tal-iskema tal-kiri. X Bl-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea u l-UNHCR, il-Greċja għandha tkompli tespandi u ttejjeb il-kapaċità ta' akkoljament tagħha sabiex tilqa' l-bżonnijiet tal-migranti u r-refuġjati fit-territorji tagħha. X Bl-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea u l-UNHCR, il-Greċja għandha tkompli tespandi u ttejjeb il-kapaċità ta' akkoljament tagħha sabiex tilqa' l-bżonnijiet tal-migranti u r-refuġjati fit-territorji tagħha. |
|
|
L-Istati Membri għandhom jirrispondu immedjatament għat-talba għall-assistenza tal-EUCPM. |
✓ F'Diċembru li għadda, il-Greċja ppreżentat l-ewwel talba għal assistenza fil-kuntest tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (Union Civil Protection Mechanism, UCPM) ✓ Fid-29 ta' Frar, il-Greċja ppreżentat talba aġġornata għal assistenza mhux finanzjarja permezz tal-UCPM. X Sa issa, 14-il Stat Membru u n-Norveġja offrew assistenza mhux finanzjarja. |
|
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 16.3.2016
COM(2016) 165 final
ANNESS
tal-
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL
L-ewwel rapport dwar ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni
Anness IV: L-Italja – Rapport dwar is-Sitwazzjoni Attwali
|
Rakkomandazzjonijiet Diċembru 2015 |
Stat ta' progress |
|
|
Żoni Hotspot |
Il-hotspots f'Pozzallo u f'Villa Sikania/Porto Empedocle għandhom jinfetħu sa tmiem l-2015. Ix-xogħlijiet ta' rinnovazzjoni għal hotspots addizzjonali għandhom jibdew ukoll bil-ħsieb li jkunu lesti sal-aħħar ta' Frar 2016. |
✓ Lampedusa (minn Ottubru 2015) u Pozzallo (mid-19 ta’ Jannar 2016) huma miftuħin u operazzjonali. ✓ Dik ta' Trapani ġiet iddikjarata miftuħa f’Diċembru 2015, u x-xogħlijiet addizzjonali f’termini ta’ kostruzzjoni u proċeduri tlestew fi Frar; il-Hotspot hija kompletament operazzjonali. X Dik ta' Taranto ġiet iddikjarata miftuħa fid-29 ta’ Frar 2016 mill-Italja u l-Kummissjoni żaritha fl-istess jum. Il-faċilità tal-Hotspot qed tiġi ttestjata din il-ġimgħa. X Ma ġie żviluppat l-ebda pjan ċar għar-rinnovazzjoni ta’ Augusta u ta' Porto Empedocle. Waqt il-Kunsill ĠAI fl-10.03, il-Ministru Alfano kkonferma l-ftuħ tal-ħames post, u d-determinazzjoni uffiċjali għandha tkun ikkonfermata malajr kemm jista’ jkun. ✓ Sabiex tiġi appoġġata l-proċedura tal-assenjar tal-post ta' żbark wara avvenimenti ta' tiftix u salvataġġ u sabiex tissaħħaħ il-koordinazzjoni, ġew stabbiliti kuntatti diretti bejn il-Ministeru tal-Intern u ċ-Ċentru Internazzjonali ta’ Koordinazzjoni permezz tal-koordinatur operattiv tal-Frontex ibbażat fi Pratica di Mare. ✓ Il-Ministeru tal-Intern abbozza Proċeduri Operattivi Standard (Standard Operating Procedures, SOP) li jiddeskrivu l-attivitajiet u s-sekwenza loġika tagħhom fil-hotspots b’appoġġ mill-Kummissjoni, mill-Frontex, mill-Europol, mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (European Asylum Support Office, EASO), mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (International Organization for Migration, OIM) u mill-UNHCR. Fit-8 ta' Frar 2016 intbagħat abbozz konsolidat lill-Ministeru tal-Intern. Il-Ministeru tal-Intern Taljan għandu jadotta u jiċċirkola dawk l-SOP lill-atturi rilevanti kollha b'urġenza. |
|
L-awtoritajiet Taljani għandhom jieħdu miżuri immedjati sabiex tiżdied il-preżenza medika fil-hotspots sabiex ikun hemm żieda fil-fillieri ta' skrinjar u teħid tal-marki tas-swaba', biex b'hekk jitħaffef il-ħin totali li jrid jieħu migrant biex ilesti l-passi /l-formalitajiet kollha fil-hotspot. |
✓ Ir-rekwiżit li jkun hemm preżenza medika l-ħin kollu ġie inkluż fil-Proċeduri Operattivi Standard għall-hotspots. X L-awtoritajiet Taljani jridu jiżguraw li l-preżenza medika f’hotspots miftuħin u li se jinfetħu effettivament tkun il-ħin kollu fil-postijiet kollha. Jekk ikun hemm bżonn, għandha tiġi żviluppata wkoll assistenza medika speċjalizzata. Jeħtieġ li din il-preżenza tiżdied sabiex ikun hemm fillieri multipli għall-iskrinjar u għat-teħid tal-marki tas-swaba', biex b'hekk jonqos il-ħin meħtieġ għal migrant biex ilesti l-passi / l-formalitajiet kollha fil-hotspot. Il-koordinazzjoni fost il-partijiet interessati li jintervjenu għandha tiġi żviluppata. X Idealment jintuża reġistru tas-saħħa uniformi għall-iżbarki kollha fl-Italja (ir-“Reġistru tas-Saħħa Personali” żviluppat mill-Ministeru tal-Intern tal-Italja bl-appoġġ tal-Kummissjoni u taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard jista’ jservi bħala eżempju). |
|
|
L-awtoritajiet Taljani jridu jagħmlu aktar sforzi, anki fuq livell leġiżlattiv, aktar malajr sabiex jipprovdu qafas legali aktar b'saħħtu biex jitwettqu attivitajiet fil-hotspot u b'mod partikolari sabiex jippermettu l-użu tal-forza fit-teħid tal-marki tas-swaba' u sabiex jiġu inklużi dispożizzjonijiet dwar id-detenzjoni fuq terminu twil għal dawk il-migranti li jirrifjutaw li jitteħdulhom il-marki tas-swaba'. Il-mira ta' rata tat-teħid tal-marki tas-swaba' ta' 100 % għall-migranti li jkunu għadhom kif waslu trid tintlaħaq mingħajr dewmien. |
✓ Ir-rati tat-teħid tal-marki tas-swaba’ rrappurtati mill-awtoritajiet Taljani, mill-IOM u mill-Frontex kważi laħqu 100 % fl-aħħar żbarki f’hotspots operazzjonali. ✓ Il-Ministeru tal-Intern ippreżenta applikazzjoni għal fondi ta’ emerġenza biex jakkwista aktar magni għat-teħid tal-marki tas-swaba’ u jaġġorna s-sistemi tal-kompjuter biex jevita t-teħid doppju tal-marki tas-swaba’. Il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni tal-għotja fit-8 ta' Frar 2016. Il-magni mixtrija se jiġu introdotti dalwaqt. X Abbozz ta’ liġi li jtejjeb il-qafas legali fir-rigward ta’ detenzjoni itwal u li jiċċara l-operazzjonijiet tat-teħid tal-marki tas-swaba’ (inkluż, bħala l-aħħar soluzzjoni, l-użu proporzjonat tal-forza) ilu lest fil-livell tekniku għal xi żmien. X It-teħid tal-marki tas-swaba’ tal-migranti li jiżbarkaw barra mill-faċilità tal-hotspot ma jistax jiġi kkonfermat b'mod indipendenti. L-iżbark kollu għandu jsir f’faċilitajiet tal-hotspots magħżulin u operazzjonali jew għandu jkun kopert minn interventi tat-tim mobbli tal-Hotspot li qiegħed fil-proċess li jiġi stabbilit. |
|
|
Il-preżenza tal-EUROPOL fl-operazzjonijiet tal-hotspots trid tiġi estiża, imtejba u ċċarata sabiex tissaħħaħ l-investigazzjoni kontra t-traffikanti tal-klandestini. Il-Pulizija tal-Istat fl-Italja u l-awtoritajiet ġudizzjarji għandhom joħorġu dispożizzjonijiet ċari u standardizzati sabiex ikun possibbli l-iskambju utli ta' informazzjoni (f'ħin reali) mal-EUROPOL, kemm mal-persunal li jkunu ntbagħtu addizzjonalment fil-post kif ukoll permezz ta' kuntatt mal-Kwartieri Ġenerali fl-Aja kif meħtieġa permezz tas-SIENA. |
✓ Ir-rwol tal-Europol huwa deskritt fil-Proċeduri Operattivi Standard tal-hotspot. Kuntatti bejn l-Europol, il-Kummissjoni u l-fergħa tal-pulizija (il-Ministeru tal-Intern), inkluża l-Unità Nazzjonali tal-Europol, għadhom għaddejjin biex itejbu l-involviment tal-Europol fuq il-post abbażi ta’ prattiki tajba żviluppati ma' xi prosekuturi u ta’ valutazzjoni tal-ħtiġijiet żviluppata mill-Kummissjoni fil-post. X Attwalment, il-preżenza tal-Europol hija limitata għal membru tal-persunal wieħed mibgħut lit-Task Force Reġjonali tal-UE f’Katanja. Bil-ftuħ reċenti fl-Europol taċ- taċ-Ċentru Ewropew kontra l-Faċilitazzjoni ta' Dħul Klandestin ta' Migranti fil-Europol, dalwaqt għandu jintbagħat mill-inqas membru ieħor tal-persunal biex jirrinforza t-tim mobbli tal-Hotspot ibbażat fi Sqallija. Għad hemm bżonn ta' aktar riżorsi biex tiġi żgurata l-preżenza xierqa u effettiva tal-Europol. |
|
|
Is-sistemi tal-IT għandhom jiġu aġġornati mingħajr dewmien sabiex jiġi żgurat li twaqqfu interkonnessjonijiet bejn il-bażijiet tad-dejta nazzjonali u UE / internazzjonali, li jippermettu kontroll sħiħ tal-migranti li jkunu għadhom kif waslu mal-bażijiet tad-dejta SIS II / Interpol STLD. |
✓ L-awtoritajiet Taljani pprovdew kjarifiki sa fejn il-marki tas-swaba’ li jkunu ttieħdu jiġu sistematikament ikkontrollati minn persunal tal-pulizija forensika maSistema Awtomatizzata għall-Identifikazzjoni tal-Marki tas-Swaba' (Automated Fingerprint Identification System, AFIS) nazzjonali u mal-Eurodac. F'każ ta' migranti li jġorru dokumenti jew li jkunu jinsabu fir-rekords tal-AFIS / Eurodac, id-dejta nominali tiġi kkontrollata mal-bażi ta' dejta prinċipali tal-pulizija Taljana, Sistema di Indagine (SDI). L-SDI hija konnessa mal-bażijiet ta’ dejta tas-SIS u tal-Interpol. Jeħtieġ li l-awtoritajiet Taljani jagħtu aktar informazzjoni dwar l-interkonnessjoni mal-bażi ta' dejta tal-Interpol. X L-interkonnessjoni bejn il-bażijiet ta' dejta għadha limitata. B’mod partikolari, ma hemm l-ebda konnessjoni diretta u awtomatika bejn il-proċess ta’ reġistrazzjoni (foglio notizie) u l-bażijiet ta’ dejta tas-SIS, tal-Europol u tal-Interpol. Dan għandu jiġi stabbilit bħala kwistjoni ta’ prijorità sabiex isiru kontrolli sistematiċi. X L-awtoritajiet Taljani qed jaġġornaw il-proċeduri tagħhom biex jiżguraw li jitwettqu l-kontrolli sistematiċi tal-migranti li jkunu għadhom kif waslu mal-bażijiet ta’ dejta eżistenti fil-livell nazzjonali, Ewropew u internazzjonali (għall-marki tas-swaba’: mal-AFIS u mal-Eurodac, għad-dejta nominali: mal-SDI, mal-bażijiet ta' dejta tas-SIS u tal-Interpol). |
|
|
L-awtoritajiet Taljani għandhom ikomplu jtejbu s-sistema ta' trasferiment tagħhom miż-żoni hotspot lejn l-art prinċipali, b'mod partikolari bl-iżvilupp ta' sistema ta' trasport bl-ajru. Jekk ikun meħtieġ, dan jista' jiġi appoġġat mill-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (Asylum, Migration and Integration Fund, AMIF- programm nazzjonali). |
X Il-proċedura ta’ ħruġ ta' offerti għal trasport bl-ajru li kellha titnieda u tiġi riveduta mill-awtorità ta’ akkwist tal-Italja (CONSIP) ġiet konkluża, u t-termini ta’ referenza qed jiġu abbozzati. L-awtoritajiet Taljani għandhom jieħdu azzjoni biex jiffinalizzaw il-proċedura malajr. |
|
|
Miżuri addizzjonali identifikati wara l-adozzjoni tal-Komunikazzjoni f'Diċembru |
||
|
Jeħtieġ li jiġu vvalutati l-ħtiġijiet u jiġi żviluppat fluss tax-xogħol apposta biex jidentifika u jilqa' kif xieraq lil vjaġġaturi minorenni mhux akkumpanjati u gruppi oħra vulnerabbli wara l-iżbark li jkunu qed jistennew biex jgħaddu minn ċentri ta’ akkoljenza u proċeduri apposta. |
X Assistenza, faċilitajiet u persunal imħarreġ apposta għandhom ikunu disponibbli fil-hotspots kollha biex ikopru l-ħtieġa tal-minorenni u tal-gruppi vulnerabbli. |
|
|
Meta wieħed iqis li se jibqa' jkun hemm żbarki barra mill-postijiet tal-hotspot minħabba kawżi ta’ force majeure jew kundizzjonijiet tal-baħar, jeħtieġ li jiġu żgurati proċeduri ta' żbark u ta’ reġistrazzjoni mobbli. |
X Sabiex jiġu trattati l-iżbarki li għadhom iseħħu barra mill-postijiet miftuħa jew magħżula tal-hotspot, f'Jannar intlaħaq ftehim bejn l-Italja u l-Kummissjoni biex jiġi stabbilit tim mobbli tal-hotspot. Id-dipartimenti tal-Libertà Ċivili u tal-Migrazzjoni (Dipartimento per le Libertà Civili e l'Immigrazione, DCLI) u tal-Pulizija (Polizia di Stato, P.S.) tal-Ministeru tal-Intern, flimkien ma aġenziji oħrajn tal-UE, qablu fuq abbozz ta' proposta. Il-P.S. tal-Ministeru tal-Intern attwalment qed jiffinalizza ppjanar konkret. Hia prevista soluzzjoni bbażata fuq vann mobbli mal-persunal tal-P.S. Taljan ibbażat f'Katanja. Din is-soluzzjoni tippermetti reġistrazzjoni u kontrolli tal-AFIS (u tal-Eurodac) kif ukoll kontrolli kostanti ta' dejta nominali mal-bażi tad-dejta tal-pulizija f'siti ta’ żbark oħra għajr il-hotspots. Nukleu inizjali jista’ jkun operazzjonali sal-aħħar ta’ Marzu, filwaqt li l-finanzjament ta’ tagħmir / vetturi addizzjonali b’fondi tal-UE jista' jitqies jekk l-Italja tħejji applikazzjoni rispettiva ta’ finanzjament. |
|
|
L-awtoritajiet Taljani għandhom jivvalutaw jekk humiex meħtieġa aktar aġġornamenti tal-faċilitajiet tal-hotspot minħabba l-perjodu tas-sajf. |
X L-awtoritajiet Taljani, il-Kummissjoni u aġenziji rilevanti għandhom iwettqu sensiela ta' żjarat konġunti biex jiddeskrivu kwalunkwe ħtiġijiet addizzjonali sabiex isaħħu l-kapaċità tal-ipproċessar tal-hotspots fid-dawl tax-xhur tas-sajf. Il-Ministeru tal-Intern Taljan huwa mistenni jipprovdi r-riżultat tal-valutazzjoni tiegħu malajr lill-Kummissjoni. |
|
|
Fit-08.03.2016 il-Ministeru tal-Intern Taljan talab lill-Kummissjoni u lil Frontex biex tivvaluta l-possibbiltà li jipprovdu mill-inqas erba’ assi navali żgħar u medji oħra (offshore patrol vessels, OPV) |
X Il-livelli attwali tal-garanziji fil-qafas tal-impriża konġunta Triton 2016 mhumiex biżżejjed, kemm fir-rigward ta’ persunal espert kif ukoll tal-assi mibgħuta lill-Italja,. L-Istati Membri huma mħeġġa - minkejja l-enfasi fuq il-Greċja - jipprovdu biżżejjed garanziji lill-Italja. |
|
|
Rilokazzjoni |
Sabiex ma jkunx hemm konfużjoni fl-għoti ta' informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom, qiegħda tiġi prodotta narrattiva ta' informazzjoni għall-migranti għall-atturi kollha involuti fil-hotspot u fil-proċess ta' rilokazzjoni. |
✓ L-EASO, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, ħareġ fuljett informattiv dwar ir-rilokazzjoni u ġie ppubblikat f’Jannar 2016. Bħalissa għaddejja ħidma biex il-fuljett attwali jiżdied b’aktar informazzjoni dettaljata dwar ir-rilokazzjoni. ✓ Fl-2015 l-EASO ħareġ filmat qasir b'informazzjoni dwar ir-rilokazzjoni. Għaddejja ħidma biex jiġi prodott materjal viżiv ieħor biex tingħata informazzjoni u spjegazzjonijiet dwar il-proċess ta’ rilokazzjoni. ✓ Ġie ffinalizzat manwal bil-passi proċedurali u operazzjonali tal-proċess ta’ rilokazzjoni għall-benefiċċju tal-operaturi fil-proċess ta’ rilokazzjoni. ✓ Se tiġi ċċirkolata lista ta’ kontroll għal proċeduri u d-dokumentazzjoni ta' rilokazzjoni għall-benefiċċju tal-awtoritajiet territorjali Taljani (b’mod partikolari l-“Questure”). ✓ L-EASO f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni u mal-Awtoritajiet Taljani organizza taħriġ speċifiku fil-viċinanzi tal-hotspots u ta-oni ta' żbark għall-benefiċċju tas-soċjetà ċivili. |
|
Kmieni fl-2016 l-awtoritajiet Taljani għandhom jiżviluppaw fluss ta' xogħol iddedikat li jippermetti t-trasferiment ta' vjaġġaturi minorenni mhux akkumpanjati taħt l-iskema ta' rilokazzjoni. |
X Bħalissa ma hemm fis-seħħ l-ebda proċedura għat-trasferiment ta’ vjaġġaturi minorenni mhux akkumpanjati taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar ir-Rilokazzjoni. Saru kuntatti inizjali mal-Ministeru tal-Intern u mal-Ministeru tal-Ġustizzja biex isir progress. |
|
|
L-EASO għandu jibgħat medjaturi kulturali malajr kemm jista' jkun flimkien mat-timijiet tiegħu sabiex iżid l-impatt tal-iskjeramenti tiegħu u ma jserraħx biss fuq l-awtoritajiet nazzjonali. |
✓ L-EASO ffirma l-kuntratt qafas mal-fornitur ta’ servizz għall-medjaturi kulturali u issa huwa kapaċi jibgħat medjaturi kulturali fl-Italja. |
|
|
L-Istati Membri għandhom inaqqsu sostanzjalment il-ħin ta' rispons għall-applikazzjonijiet ta' rilokazzjoni ppreżentati mill-awtoritajiet Taljani. |
X Iż-żmien tar-rispons għadu twil wisq, u dan inaqqas l-effiċjenza u l-effikaċja tal-proċess ta’ rilokazzjoni. ✓ Il-Kummissjoni qed tagħmel kull sforz biex l-Istati Membri jaċċelleraw il-proċess ta' rilokazzjoni u se tkompli tagħmel dan. B'mod partikolari, intbagħtu komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni lill-Uffiċjali ta' Kollegament u lill-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali fil-bidu ta' Marzu 2016 sabiex jitħaffu b'mod sinifikanti t-trasferimenti ta' rilokazzjoni. Il-laqgħat tal-Uffiċjali ta’ Kollegament tal-Istati Membri mal-Italja biex tiffaċilita l-aċċellerazzjoni tal-attivitajiet ta’ rilokazzjoni jsir fuq bażi regolari u l-frekwenza tagħhom tista’ tissaħħaħ jekk ikun meħtieġ. X L-awtoritajiet Taljani għandhom jippreżentaw kjarifika lill-uffiċjali ta’ kollegament tal-Istati Membri dwar il-proċeduri ta' sigurtà fis-seħħ fil-hotspots sabiex titnaqqas il-ħtieġa għal aktar kontrolli ta’ sigurtà. X L-Istati Membri għandhom jipprovdu motivazzjonijiet lill-awtoritajiet Taljani meta l-każijiet ta’ sigurtà nazzjonali, ta' ordni pubblika u ta' esklużjoni jiġu invokati biex jirrifjutaw lill-kandidati għal rilokazzjoni sabiex jiġi żgurat trattament xieraq mill-awtoritajiet Taljani. X L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-iskambju ta’ informazzjoni relatat mas-sigurtà fost l-awtoritajiet rilevanti tagħhom. |
|
|
L-Istati Membri għandhom ikomplu jżidu l-garanziji tagħhom bil-programm ta' rilokazzjoni u jestendu l-validità tal-impenji li jkunu saru sabiex jitqies ukoll il-livell baxx ta' wasliet fl-Italja. |
X Għalkemm l-għadd ta' garanziji huwa biżżejjed, l-Istati Membri għandhom iħaffu l-aċċettazzjonijiet u jiffaċilitaw rilokazzjonijiet addizzjonali biex iseħħu malajr (Ara l-Anness 4) X L-Istati Membri li ppreżentaw garanziji għandhom jestendu l-validità tal-garanziji li diġà saru biex jitqiesu l-livelli staġunali tal-wasliet fl-Italja. |
|
|
Il-proċess ta' rilokazzjoni għandu jkompli jiġi ottimizzat fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-grupp ta' ħidma u r-riżultati tal-Forum dwar ir-Rilokazzjoni tas-16 ta' Diċembru 2015. |
X Il-proċess ta’ rilokazzjoni jeħtieġ li jkompli jiġi ottimizzat fuq il-bażi ta’ rakkomandazzjonijiet u kjarifiki mogħtijin mill-Kummissjoni u diskussjonijiet fil-gruppi ta’ ħidma u fora rilevanti. |
|
|
Miżuri addizzjonali identifikati wara l-adozzjoni tal-Komunikazzjoni f'Diċembru |
||
|
Xi Stati Membri invokaw kriterji oħrajn apparti dawk previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill biex jirrifjutaw il-fajls ta' rilokazzjoni. |
X L-Istati Membri għandhom japplikaw b’mod strett il-kriterji previsti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill meta jirrifjutaw applikazzjonijiet għal rilokazzjoni. B’mod partikolari, applikazzjonijiet għal rilokazzjoni ma għandhomx jiġu miċħuda minħabba raġunijiet marbutin mal-preferenzi espressi mill-Istat Membru li jikkonċernaw il-profili tal-applikanti li jiġu rilokati. |
|
|
Ritorn |
L-awtoritajiet Taljani jridu jsaħħu d-djalogu tagħhom mal-pajjiżi ta' oriġini ewlenin tal-migranti irregolari u jissimplifikaw il-proċeduri amministrattivi tagħhom sabiex jiggarantixxu ritorni obbligatorji ta' malajr. |
✓ Kien hemm ritorni lejn l-Eġittu, lejn it-Tuneżija u lejn in-Niġerja li magħhom hemm ftehimiet bilaterali. ✓ Saru laqgħat mal-Ghana, mas-Senegal, mal-Gambja u mal-Kosta tal-Avorju kif ukoll bil-parteċipazzjoni tal-Prim Ministru Taljan u tal-Kap tal-Pulizija Taljana sabiex jiġu konklużi ftehimiet bilaterali. Il-Kummissjoni kienet preżenti għal-laqgħat fil-livell tekniku. X L-Italja, flimkien mal-Frontex, għandha tiddefinixxi u tniedi, bħala kwistjoni prijoritarja, bażi ċara ta’ pjan operazzjonali għal attivitajiet ta’ ritorn u ta' riammissjoni, abbażi ta’ ppjanar ċar u valutazzjoni tal-ħtiġijiet mill-Italja, tipprovdi appoġġ lill-elementi kollha fil-proċedura ta’ eżekuzzjoni tar- ritorn, fejn meħtieġ. Fil-bidu ta' Marzu bdiet diskussjoni bejn il-Frontex u l-Italja. |
|
Fid-dawl li l-proporzjon ta' migranti li ma għandhomx bżonn protezzjoni internazzjonali fost dawk li jaslu fl-Italja qed jiżdied b'rata kostanti (bħalissa aktar minn 50 % skont l-awtoritajiet Taljani), jista' jitqies li l-kapaċità ta' detenzjoni attwali fl-Italja (madwar 604 postijiet b'kollox) diġà mhijiex biżżejjed. Għandu jitqies l-użu sħiħ tal-kapaċità ta' detenzjoni eżistenti, diġà mbassar li jiġi ffinanzjat mill-Programm Nazzjonali tal-AMIF u ppjanar (urġenti) għat-tkabbir (temporanju) tal-kapaċità ta' detenzjoni tal-Italja. |
X L-Italja kompliet tnaqqas il-postijiet disponibbli fiċ-ċentri ta’ detenzjoni (CIE-Centri di identificazione ed espulsione) għal 271 post disponibbli (fid-9 ta' Marzu 2016, u l-biċċa l-kbira tal-postijiet huma riżervati għan-nisa) meta mqabbla ma’ 1,248 post previsti fil-Pjan Direzzjonali Taljan. L-awtoritajiet Taljani għandhom jirrimedjaw dan in-nuqqas b'urġenza kbira u jżidu, minflok inaqqsu, l-għadd ta’ postijiet disponibbli, bil-ħsieb li jipprevjenu li l-migranti irregolari jaħarbu u jiċċaqilqu lejn Stati Membri oħrajn b’mod irregolari. Dawn il-pjanijiet qed jiġu żviluppati bħalissa. X L-Italja għandha tipprevedi wkoll il-possibbiltà li żżid it-tul tad-detenzjoni amministrattiva fi żmien il-limitu massimu ta' 18-il xahar permess mid-Direttiva dwar ir-Ritorn, biex tiżgura li l-proċeduri kollha jistgħu jitwettqu b'suċċess mingħajr ma jkun hemm ir-riskju li l-persuni rimpatrijati jinħelsu u jaħarbu. X Barra minn hekk, l-Italja għandha tipprevedi l-possibbiltà ta’ ritorn volontarju tal-kategoriji kollha tal-migranti, inklużi l-minorenni (mhux akkumpanjati), il-familji, persuni b’vulnerabbiltajiet, filwaqt li tqis iċ-ċirkustanzi partikulari ta’ kull każ. |
|
|
L-Italja diġà nediet proċedura ta' ħruġ ta' offerti u għandha terġà toffri malajr kemm jista' jkun il-programm ta' Ritorn Volontarju Assistit sabiex tnaqqas mill-piż ta' każijiet ta' persuni lesti għar-ritorn, u possibbilment tqis applikazzjoni għall-assistenza ta' Emerġenza tal-AMIF sabiex tkopri l-perjodu sakemm jitwaqqaf il-programm il-ġdid ta' Ritorn Volontarju Assistit. |
✓ Fl-24 ta' Diċembru 2015 tnediet sejħa għall-offerti għal Ritorn Volontarju Assistit (Assisted Voluntary Return, AVR), qabel l-għażla tal-applikanti u l-aġġudikazzjoni. L-iskema l-ġdida tal-AVR għandha tkun operazzjonali sa madwar Ġunju 2016. ✓ L-IOM applikat għal finanzjament mill-AMIF mal-Kummissjoni sabiex jingħalaq id-distakk sal-bidu tal-iskema l-ġdida tal-AVR. It-talba hija attwalment sospiża. |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea, megħjuna mill-Istati Membri, għandha tkompli timpenja ruħha ma' pajjiżi terzi sabiex tassigura riammissjoni aktar faċli ta' migranti li ma għandhomx dritt għall-protezzjoni internazzjonali, anki permezz tal-użu mmirat tat-Trust Fund għall-Afrika.
|
✓ Il-Kumitati Konġunti dwar ir-Riammissjoni mat-Turkija u mal-Pakistan kienu saru fid-19 ta’ Jannar u fit-2 ta’ Frar 2016 rispettivament. Il-Kummissjoni żaret l-Afganistan u n-Niġerja biex tiddiskuti r-riammissjoni. ✓ Fuq nota ġenerali, l-Italja diġà ppromwoviet proġetti li għandhom ikunu ffinanzjati mill-Fond Fiduċjarju għall-Afrika u qed taħdem biex tipproponi l-approvazzjoni ta’ oħrajn ġodda. Għandha tiġi żgurata koordinazzjoni sħiħa bejn il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u l-Ministeru tal-Intern sabiex tiġi massimizzata l-koerenza tal-objettivi. |
|
|
Miżuri addizzjonali identifikati wara l-adozzjoni tal-Komunikazzjoni f'Diċembru |
||
|
Il-linji gwida li jirregolaw is-sistema ta’ Ritorn Volontarju Assistit fl-Italja huma skaduti u jeħtieġ li jsiru aktar effiċjenti. |
X Minħabba l-programm nazzjonali l-ġdid għall-AVR, l-awtoritajiet Taljani għandhom jirrevedu l-linji gwida applikabbli għall-programmi tal-AVR. X L-Italja għandha tagħmel l-aktar użu possibbli mill-programmi eżistenti ffinanzjati mill-UE, b’mod partikolari l-ERIN rigward l-integrazzjoni mill-ġdid tal-persuni rimpatrijati. |
|
|
Titjib tal-ġestjoni tal-fruntieri |
Minħabba r-riskju possibbli ta' żieda fil-wasliet mal-fruntiera bejn l-Italja u s-Slovenja, l-awtoritajiet Taljani għandhom jiżviluppaw pjanijiet ta' kontinġenza, inkluża l-possibbiltà li tintalab assistenza addizzjonali mill-Frontex / EASO. |
✓ L-Awtoritajiet Taljani u l-Frontex qablu dwar l-estensjoni tal-Operazzjoni Konġunta Triton biex tkopri l-baħar Adrijatiku tan-Nofsinhar. L-operazzjoni Triton tal-FRONTEX issa tikkonsisti f'181 uffiċjal. Tqiegħed ass tal-ajru fi Brindisi biex jappoġġa l-operazzjonijiet ta’ sorveljanza. ✓ L-Italja talbet u rċeviet kjarifika rigward il-possibbiltà li jiġu rilokati l-migranti li jidħlu mir-rotta tal-Balkani tal-Punent. ✓ L-awtoritajiet Taljani ltaqgħu mal-kontropartijiet rispettivi tal-Albanija u indikaw lista ta’ ħtiġijiet possibbli biex titjieb is-sorveljanza tal-fruntieri fl-Albanija u jitnaqqas ir-riskju tal-flussi fil-Baħar Adrijatiku. |
|
L-Istati Membri għandhom ikomplu jiżguraw li l-assi jkunu disponibbli kemm għall-operazzjonijiet ta' Triton kif ukoll tal-EUNAVFOR MED fil-Mediterran. |
✓ L-Istati Membri għandhom ikomplu jiżguraw li l-assi u l-esperti jkunu disponibbli kemm għall-operazzjonijiet Triton kif ukoll EUNAVFOR MED fil-Mediterran. Dan japplika b’mod speċjali għad-disponibbiltà tal-esperti tat-teħid tal-marki tas-swaba' li huma meħtieġa biex tiġi żgurata l-funzjonalità operazzjonali sħiħa tal-hotspots Taljani; din il-mobilizzazzjoni trid tkopri mill-inqas il-livelli minimi fil-hotspots kollha miftuħin u t-tim mobbli tal-hotspot. |
|
|
Kapaċita ta' akkoljenza |
Il-ħidma kontinwa fuq ir-riforma tas-sistema ta' ażil u akkoljenza għandha tkompli u twassal għal proċedura ta' ażil aktar sempliċi, b'mod partikolari rigward il-proċess ta' appelli u t-tnaqqis tal-frammentazzjoni fil-kwalità tat-teħid ta' deċiżjoni madwar il-pajjiż. |
X Ġie stabbilit grupp ta’ ħidma dwar ir-riforma tal-ażil fil-Ministeru tal-Intern biex jipproponi liġi ġdida dwar l-ażil li tindirizza n-nuqqasijiet u tgħaġġel il-proċeduri. X Il-ħidma għar-riforma għandha titlesta qabel il-perjodu tas-sajf, anki bil-ħsieb li jiġi indirizzat it-tħassib espress mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċeduri ta’ ksur li għadhom għaddejjin. |
|
Is-sistemi ta' monitoraġġ għandhom jitjiebu sabiex jitnaqqsu d-differenzi fil-kwalità tal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza madwar il-pajjiż u biex jiġu evitati r-riskji ta' korruzzjoni fil-ġestjoni tal-akkoljenza.
|
✓ L-awtoritajiet Taljani indikaw li s-sistema ta’ monitoraġġ Taljana għall-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza diġà tjiebet fl-2015 permezz ta’ ftehimiet mal-UNHCR u mal-IOM biex iwettqu aktar żjarat ta’ monitoraġġ apparti dawk diġà mwettqa minn Prefetturi Taljani. Matul l-2016 se jitwettqu inizjattivi ġodda biex tkompli titjieb is-sistema ta’ monitoraġġ. |
|
|
Għandha titwaqqaf bażi ta' dejta unika li torbot flimkien il-proċessi tal-ażil u tal-akkoljenza sabiex tkun iffaċilitata l-ġestjoni eħfef tal-fluss. |
X Il-bażi ta' dejta nazzjonali ġdida għar-reġistrazzjoni tal-migranti għall-ippjanar tad-distribuzzjoni tagħhom u s-sistema ta’ akkoljenza għadha mhijiex fis-seħħ, għalkemm qed tiġi ffinalizzata bil-ħsieb li tibda topera fit-tieni semestru tal-2016. X Għandhom jiġu żviluppati soluzzjonijiet tal-IT biex jintrabtu flimkien il-bażi ta' dejta għall-akkoljenza, għall-ażil u s-sistema l-ġdida li tagħmel monitoraġġ tal-preżenza tal-migranti. |
|
|
L-awtoritajiet Taljani għandhom jikkonkludu mingħajr dewmien is-sejħa għall-offerti għat-twaqqif ta' sistema ta' titjiriet għat-trasferiment tal-migranti. Il-Kummissjoni Ewropea tista' tikkunsidra tappoġġja l-iskema bħala miżura provviżorja u għal perjodu limitat ta' żmien sakemm tidħol fis-seħħ is-sejħa għall-offerti. |
X Il-proċedura tal-ħruġ ta' offerti għadha ma ġietx finalizzata sa issa u l-mogħdija tagħha għandha tiġi aċċellerata. |
|
|
Miżuri addizzjonali identifikati wara l-adozzjoni tal-Komunikazzjoni f'Diċembru |
||
|
Sistema ta’ akkoljenza għall-Vjaġġaturi Minorenni mhux Akkumpanjati |
X Għandha tiġi żgurata l-koordinazzjoni fil-livell nazzjonali bejn iċ-ċentri ta' akkoljenza ġestiti fil-livell ministerjali, reġjonali u muniċipali. Dan għandu jimplika l-użu ta’ bażi ta' dejta komprensiva u aġġornata ta’ postijiet disponibbli fit-tipi kollha ta’ faċilitajiet ta’ akkoljenza għal Vjaġġaturi Minorenni mhux Akkumpanjati fit-territorju Taljan |
|
|
L-Ewwel Postijiet ta’ akkoljenza għall-Vjaġġaturi Minorenni mhux Akkumpanjati. |
✓ Il-finanzjament ta' emerġenza tal-AMIF għall-2014 li ppermetta l-ħolqien ta' sistema ġdida ta' ċentri ta' akkoljenza tal-ewwel livell taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tal-Intern intemm fi Frar 2016 (15-il faċilità, 737 post). Minn dawn il-15 il-faċilità ta' akkolenza speċjalizzati ħafna, 13-il faċilità jinsabu fil-proċess li jirrinovaw l-attivitajiet tagħhom sat-22 ta' Awwissu 2016 (641 post disponibbli). X Se titnieda sejħa ġdida sabiex tiġi żgurata l-kontinwazzjoni wara din id-data. |
|
|
Sistema ta' akkoljenza tat-tieni livell għall-vjaġġaturi minorenni mhux akkumpanjati. |
✓ Skont il-pjan direzzjonali, kien hemm 961 post għal akkoljenza tat-tieni livell disponibbli għall-Vjaġġaturi Minorenni mhux Akkumpanjati. ✓ F'Diċembru 2015 ġiet konkluża sejħa għall-offerti għal aktar postijiet għall-Vjaġġaturi Minorenni mhux Akkumpanjati irrispettivament mill-istatus legali tagħhom (is-sistema SPRAR). X Madwar 2/3 mill-1010 postijiet addizzjonali magħżula skont is-sejħa saru disponibbli attwalment. Għandhom jkun hemm aktar postijiet li jsiru disponibbli biex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel bejn l-ewwel u t-tieni livell ta’ akkoljenza |
|
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 16.3.2016
COM(2016) 165 final
ANNESS
tal-
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL EWROPEW U L-KUNSILL
L-ewwel rapport dwar ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 16.3.2016
COM(2016) 165 final
ANNESS
tal-
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LIL L-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL EWROPEW U L-KUNSILL
L-ewwel rapport dwar ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni
Anness VI: Is-Sitwazzjoni Attwali tar-Risistemazzjoni fil-15 ta' Marzu 2016, skont il-Konklużjonijiet tal-20 ta' Lulju 2015
|
Stat Membru / Stat Assoċjat |
Wegħdiet li saru skont l-iskema tal-20 ta’ Lulju |
Total risistemati skont l-iskema mill-20 ta’ Lulju sal-15 ta’ Marzu |
Il-pajjiż terz li minnu tkun saret ir-risistemazzjoni |
|
L-Awstrija |
1 900 |
1 395 1 |
Il-Libanu: 779; Il-Ġordan: 442; It-Turkija: 173; L-Iraq: 1 |
|
Il-Belġju |
1 100 |
212 |
Il-Libanu: 204; Il-Ġordan: 4; It-Turkija: 4 |
|
Il-Bulgarija |
50 |
0 |
|
|
Il-Kroazja |
150 |
0 |
|
|
Ċipru |
69 |
0 |
|
|
Ir-Repubblika Ċeka |
400 |
52 |
Il-Libanu: 32; Il-Ġordan: 20 |
|
Id-Danimarka |
1 000 |
mhux applikabbli |
|
|
L-Estonja |
20 |
0 |
|
|
Il-Finlandja |
293 |
0 2 |
|
|
Franza |
2 375 3 |
15 4 |
Il-Ġordan |
|
Il-Ġermanja |
1 600 |
0 |
|
|
Il-Greċja |
354 |
0 |
|
|
L-Ungerija |
0 |
0 |
|
|
l-Iżlanda |
50 |
mhux applikabbli |
|
|
L-Irlanda |
520 |
251 |
Il-Ġordan, il-Libanu |
|
L-Italja |
1 989 |
96 |
Il-Libanu |
|
Il-Latvja |
50 |
0 |
|
|
Il-Liechtenstein |
20 |
20 |
It-Turkija |
|
Il-Litwanja |
70 |
0 |
|
|
Il-Lussemburgu |
30 |
0 |
|
|
Malta |
14 |
0 |
|
|
In-Netherlands |
1 000 |
231 |
Il-Libanu: 215; Il-Ġordan: 2; It-Turkija: 5; Il-Marokk: 1; l-Etjopja: 8 |
|
In-Norveġja |
3 500 |
6 5 |
Il-Ġordan, il-Libanu, u t-Turkija. |
|
Il-Polonja |
900 |
0 |
|
|
Il-Portugall |
191 |
0 |
|
|
Ir-Rumanija |
80 |
0 |
|
|
Is-Slovakkja |
100 6 |
0 |
|
|
Is-Slovenja |
20 |
0 |
|
|
Spanja |
1 449 |
0 |
|
|
L-Iżvezja |
491 |
0 7 |
|
|
L-Iżvizzera |
519 |
413 |
Il-Libanu: 349 Is-Sirja (ċittadini Iraqini u Palestinjani): 64 |
|
Ir-Renju Unit |
2 200 |
1 864 8 |
Il-Ġordan, il-Libanu, it-Turkija, l-Eġittu, l-Iraq u pajjiżi oħra abbażi ta’ ħtieġa umanitarja. |
|
TOTAL |
22 504 |
4 555 |
Tinkludi kull riunifikazzjoni tal-familja u l-każijiet ta' risistemazzjoni tal-Programm Awstrijaka ta' Ammissjoni Umanitarja.
Il-Finlandja rrisistematizzat 1 034 persuna fl-2015 skont il-programm nazzjonali tagħha, barra l-iskema tal-20 ta’ Lulju.
Din iċ-ċifra hija minbarra l-kwota nazzjonali u l-impenji preċedenti ta’ Franza.
Franza diġà għażlet 460 persuna mill-Ġordan u l-Libanu għal risistemazzjoni, iżda dawn ma ġewx trasferiti sa issa.
In-Norveġja diġà aċċettat 1 500 persuna għal risistemazzjoni, iżda dawn ma ġewx trasferiti s’issa.
Din iċ-ċifra hija minbarra l-149 Assirjan risistemati mill-Iraq skont programm nazzjonali, barra l-iskema tal-20 ta’ Lulju.
L-Iżvezja rrisistematizzat 1 900 persuna fl-2015 skont il-programm nazzjonali tagħha, barra l-iskema tal-20 ta’ Lulju.
Skont l-iskemi nazzjonali ta’ risistemazzjoni eżistenti fir-Renju Unit fl-2015.
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 16.3.2016
COM(2016) 165 final
ANNESS
tal-
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL EWROPEW U L-KUNSILL
L-ewwel rapport dwar ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni
Anness VII: Pjanijiet għal Risistemazzjoni wara l-15 ta' Marzu 2016
|
Stat Membru / Stat Assoċjat ta' Dublin |
Skema ta' pjanijiet għal Risistemazzjoni minn pajjiżi terzi
|
|
|
L-Awstrija |
505 |
Il-Libanu: 59 Il-Ġordan: 200 It-Turkija: 246 |
|
Il-Belġju |
888 |
mhux applikabbli |
|
Il-Bulgarija |
50 |
It-Turkija: 20 fl-2016 30 fl-2017 |
|
Il-Kroazja |
150 |
It-Turkija |
|
Ċipru |
69 |
L-Afrika ta’ Fuq, il-Lvant Nofsani, u l-Qarn tal-Afrika |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
348 |
Sirjani fil-Ġordan (possibbilment anki fit-Turkija, il-Libanu, l-Iraq) |
|
Id-Danimarka |
1000 |
mhux applikabbli |
|
L-Estonja |
20 |
It-Turkija |
|
Il-Finlandja |
293 |
il-Ġordan u l-Libanu fl-2016
|
|
Franza |
2360 |
Il-Ġordan, il-Libanu
|
|
Il-Ġermanja |
1600 |
Il-Libanu: 1000 L-Eġittu: 300 Is-Sudan: 300 |
|
Il-Greċja |
354 |
mhux applikabbli |
|
L-Ungerija |
- |
mhux applikabbli |
|
L-Iżlanda |
50 |
mhux applikabbli |
|
L-Irlanda |
269 |
il-Libanu |
|
L-Italja |
1893 |
- is-Sudan: 50 (Eritreani) - il-Libanu: 304 (Sirjani) - Reġjuni ta’ prijorità: 1050 Sirjan (50 minnhom permezz ta’ skema ta’ sponsorizzazzjoni privata)
- il-Qarn tal-Afrika: 239 (pajjiżi tal-RDPP)
|
|
Il-Latvja |
50 |
It-Turkija |
|
il-Liechtenstein |
Impenji mwettqa |
mhux applikabbli |
|
Il-Litwanja |
70 |
It-Turkija |
|
Il-Lussemburgu |
30 |
It-Turkija |
|
Malta |
14 |
It-Turkija: 7 fl-2016 7 fl-2017 |
|
In-Netherlands |
769 |
Il-Libanu: 140 (2016; missjoni ta' risistemazzjoni f'April) It-Turkija: 140 (2016; missjoni ta' risistemazzjoni f'Ġunju) It-tieni nofs tal-missjonijiet ta’ risistemazzjoni tal-2016: 280 (id-destinazzjoni għadha mhix deċiża) |
|
In-Norveġja |
3494 |
Il-Libanu: 1500 (diġà ġew aċċettati iżda għadhom ma ġewx trasferiti)
|
|
Il-Polonja |
900 |
mhux applikabbli |
|
Il-Portugall |
191 |
It-Turkija: 100 fl-2016 91 fl-2017 |
|
Ir-Rumanija |
80 |
40 fl-2016
|
|
Is-Slovakkja |
100 |
mhux applikabbli |
|
Is-Slovenja |
20 2 |
Il-Libanu, il-Ġordan, it-Turkija |
|
Spanja |
1449 |
854 fl-2016 (li minnhom 285 kienu mit-Turkija) 595 fl-2017 |
|
L-Iżvezja |
491 3 |
Il-Libanu: 400 Il-Ġordan: 50 It-Turkija: 41 |
|
L-Iżvizzera |
106 |
Primarjament mil-Libanu iżda anki mis-Sirja. |
|
Ir-Renju Unit |
336 |
20 000 u mill-inqas 750 kull sena 4 . |
It-tmiem tal-impenn skont il-Konklużjonijiet tal-20 ta’ Lulju huwa parti mill-kwota nazzjonali għall-2016 ta' 750 persuna li għandhom jiġu risistemati.
Sal-aħħar tal-2016.
Mhux qabel l-1 ta’ Lulju 2016.
Taħt l-iskemi nazzjonali ta’ risistemazzjoni eżistenti fir-Renju Unit, 20 000 qabel l-2020.