Brussell, 18.2.2016

COM(2016) 73 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

Ir-Rapport Annwali dwar l-Implimentazzjoni tal-Parti IV tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra


RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

Ir-Rapport Annwali dwar l-Implimentazzjoni tal-Parti IV tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra

1.    L-Introduzzjoni

Fl-2015, il-Parti IV tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Amerika Ċentrali li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (minn hawn’ il quddiem, "il-Ftehim") li tkopri l-Kummerċ daħlet fit-tieni sena tal-implimentazzjoni tagħha 1 . Skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 20/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 li jimplimenta l-klawsola ta’ salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra 2 (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "ir-Regolament"), il-Kummissjoni għandha tjippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport jissodisfa dan ir-rekwiżit u huwa strutturat kif ġej:

Sommarju tal-istatistika u valutazzjoni ġenerali tal-flussi kummerċjali (Taqsima 2 ta’ dan ir-rapport);

Informazzjoni dwar l-attivitajiet tad-diversi korpi responsabbli mis-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-Ftehim (Taqsima 3), inkluż dwar l-issodisfar tal-obbligi skont it-Titolu dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli (Taqsima 4);

Informazzjoni dwar l-attivitajiet ta’ sorveljanza imsemmija fir-Regolament (Taqsima 5).

2.IL-VALUTAZZJONI KUMPLESSIVA: L-EVOLUZZJONI TAL-KUMMERĊ

2.1.Il-Metodoloġija

Kif indikat fir-rapport preċedenti dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim 3 , l-EUROSTAT u l-istatistika tal-Amerika Ċentrali juru diverġenzi sinifikanti. L-Istatistika tal-UE ġeneralment taqbeż b’mod sinifikanti l-istatistika tal-Panama fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-UE lill-Panama, iżda tibqa’ ferm taħt l-istatistika tal-Costa Rica fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-UE lill-Costa Rica, filwaqt li f’pajjiżi oħra tar-reġjun id-diverġenzi jibqgħu raġonevoli. Dawn il-mudelli ġew diskussi fil-kuntest tas-Sottokumitat dwar l-Aċċess għas-Suq stabbiliti permezz tal-Ftehim. Jidher li, minħabba l-importanza taż-Żona ta’ Kummerċ Ħieles tal-Panama, li hija fost l-akbar fid-dinja, frazzjoni sinifikanti ta’ flussi kummerċjali ddikjarati bħala li ġew esportati lill-Panama ma tidħolx “in fine” fis-suq tal-Panama iżda tiġi esportata mill-ġdid lejn pajjiżi oħrajn tal-Amerika Latina.

Minħabba din is-sitwazzjoni, intlaħaq qbil mal-Amerika Ċentrali biex tiġi skambjata dejta tan-negozjar fuq bażi annwali u biex titwettaq analiżi konġunta ibbażata fuq l-istatistiċi tal-importazzjoni rispettivi li għandhom it-tendenza li jitqiesu aktar affidabbli minn statistiċi tal-esportazzjoni.

Fl-analiżi li ġejja, il-flussi tal-kummerċ huma deskritti abbażi tal-approċċ maqbul mal-Amerika Ċentrali: L-importazzjonijiet tal-UE huma stmati fuq il-bażi ta’ dejta estratta mill-EUROSTAT f’Mejju 2015 billi l-esportazzjonijiet tal-UE lejn l-Amerika Ċentrali huma bbażati fuq l-istatistika tal-Amerika Ċentrali disponibbli fl-istess data. Minħabba li d-dejta tal-aħħar tiġi espressa f’dollari Amerikani, dawn l-istatistiċi inqalbu f’euro bl-applikazzjoni tar-rata tal-kambju annwali użata mill-EUROSTAT 4 .

Għandu jiġi mfakkar li t-tibdiliet osservati fil-flussi tal-kummerċ ma jistgħux jiġu attribwiti biss lill-implimentazzjoni tal-Ftehim, peress li ħafna fatturi oħra jinfluwenzaw lil dawn iċ-ċifri.

2.2.L-evoluzzjoni tal-flussi kummerċjali globali mal-Amerika Ċentrali (oġġetti)

Skont l-istatistika ppubblikata mis-Segretarjat għall-Integrazzjoni Ekonomika tal-Amerika Ċentrali (SIECA), il-flussi tal-kummerċ bejn il-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali u l-bqija tad-dinja żdiedu b’1.4 % bejn l-2013 u l-2014. Min-naħa l-oħra, għall-istess perjodu, skont l-EUROSTAT, il-flussi kummerċjali globali tal-UE naqsu b’2.3% bejn l-2013 u l-2014. Minkejja dan it-tnaqqis ġenerali fil-flussi tal-kummerċ u, filwaqt li mhuwiex possibbli li wieħed jiġbed xi konklużjonijiet definittivi minn dan, kien hemm tendenza ta’ żieda fil-flussi tal-kummerċ għal ċerti pajjiżi u għal oġġetti speċifiċi.

Il-fluss tal-kummerċ bejn l-UE u l-Amerika Ċentrali żdied b'1.2% għal EUR 10.5 biljuni. Il-bilanċ kummerċjali tal-UE mal-Amerika Ċentrali jippreżenta defiċit li naqas iżda li xorta kien jammonta għal EUR 1.7 biljun fl-2014 (is-sena ta' qabel id-defiċit kien ta’ EUR 2.2 biljun).

Pajjiż  

Esportazzjoni

Importazzjoni

Fluss totali

Il-Costa Rica

1,065.

6.7%

3,771.

-5.8 %

4,836.

-3.3 %

Il-Gwatemala

976

6.8 %

674.

10.5 %

1,650.

8.3 %

Il-Honduras

470

35.0 %

834

14.8 %

1,305

21.3 %

In-Nikaragwa

246

3.5 %

284

1.6 %

530

2.5 %

Il-Panama

1,180

8.3 %

380

-15.5 %

1,561

1.3 %

L-El Salvador

465

-10.3 %

167

-20.9 %

632

-13.4 %

TOTAL

4,402

7.2 %

6,110

-2.7 %

10,513

1.2 %

Il-fluss tal-kummerċ bejn l-UE u l-Amerika Ċentrali u l-evoluzzjoni annwali tiegħu

(f’miljuni ta' euro - sena 2014) 

L-esportazzjonijiet tal-UE lejn l-Amerika Ċentrali żdiedu b’ 7.2 % filwaqt li l-importazzjonijiet mill-Amerika Ċentrali tal-UE naqsu b’ 2.7 %. Din l-evoluzzjoni negattiva hija marbuta ma’ żewġ sfidi ewlenin li tħabbat wiċċha magħhom l-Amerika Ċentrali:

(1) It-tnaqqis qawwi fl-importazzjonijiet tal-kafè huwa dovut għan-nixfa severa u għall-epidemija coffee rust (l-hekk imsejħa "roya" bl-Ispanjol). Dan it-tnaqqis diġà laqat pajjiżi tal-Amerika Ċentrali fl-2014. L-importazzjonijiet tal-UE ta’ Kafè tal-Amerika Ċentrali (HS 0901) naqsu minn EUR 1.1 biljun fl-2012 għal EUR 0.7 biljun fl-2014. Dan l-impatt diġà mmaterjalizza fl-2014 fir-reġjun kollu.

Fl-2014, El Salvador kien il-pajjiż tal-Amerika Ċentrali fejn l-esportazzjonijiet tal-kafè lejn l-UE naqsu l-aktar meta mqabbla mal-2013. L-importazzjoni tal-kafè minn dan il-pajjiż, li huwa t-tieni l-aktar prodott impurtat, kompla naqas b'61% għal EUR 27 miljun.

Fis-27 ta’ Mejju 2015, il-Kummissjoni adottat programm ta’ kooperazzjoni ta’ EUR 15-il miljun biex tgħin lill-Amerika Ċentrali fil-ġlieda kontra l-coffee rust (mard tal-werqa ikkawżata minn fungus). L-għan ta’ dan il-programm huwa li jżid il-kapaċità tar-reġjun biex ifassal u jimplimenta politiki, programmi u miżuri biex jgħinu lit-taqsimiet l-aktar vulnerabbli tal-popolazzjoni li jgħixu fiż-żoni tal-produzzjoni tal-kafè fl-Amerika Ċentrali u r-Repubblika Dominikana.

(2) Ir-rilokazzjoni għax-Xlokk tal-Asja mill-akbar esportatur tal-Costa Rica ta’ komponenti tal-IT. Din l-intestatura (HS 8473) irrappreżentat 61% ta’ esportazzjonijiet lejn l-UE tal-Costa Rica fl-2012. L-effett beda jiġi nnutat fl-2014, iżda minħabba r-rilokazzjoni progressiva ta’ din l-attività, kellu aktar impatt fuq l-esportazzjonijiet tal-Costa Rica fl-2014. Bejn l-2012 u l-2013, din l-intestatura naqset minn EUR 2.6 biljun għal EUR 1.8 biljun, ekwivalenti għal tnaqqis ta’ -19% tal-importazzjoni tal-UE mill-Costa Rica jew -12% tal-importazzjoni tal-UE mill-Amerika Ċentrali bħala reġjun.

Għalkemm huma konsiderevoli f’termini assoluti, dawn l-isfidi huma kkonċentrati fuq żewġ prodotti bħall-importazzjonijiet mill-Amerika Ċentrali lejn l-UE li fadal u huma estremament dinamiċi: dawn żdiedu bi 11.1% fl-2014.

 

2012

2013

2014

%

HS 0901 u 8473

3,792,829

3,019,885

2,471,355

-18.2 %

Bilanċ

2,999,379

3,262,174

3,638,965

11.1 %

Totali

6,792,208

6,282,059

6,110,320

-2.7 %

It-Tqassim tal-importazzjonijiet tal-UE mill-Amerika Ċentrali u l-evoluzzjoni annwali tagħhom (f’Euro)

Din is-sitwazzjoni tiżvela d-dipendenza għolja tal-esportazzjonijiet mill-Amerika Ċentrali lejn l-UE fuq ftit prodotti minkejja l-fatt li n-numru ta’ prodotti esportati lejn l-UE fl-2014 żdied bi +3% meta mqabbel mas-sena ta’ qabel, u kopra sa 2,657 linja tariffarja. Madankollu, l-aktar 5 prodotti importati għadhom jirrappreżentaw 61% tal-importazzjonijiet totali tal-UE mill-Amerika Ċentrali. Dawn il-prodotti, skont l-ordni ta’ importanza, huma: immuntar elettroniku ta’ magni tal-ipproċessar ta’ dejta, kafè, banana, ananas u żejt tal-palm mhux raffinat.

Id-destinazzjoni ewlenija tal-esportazzjonijiet tal-UE lejn l-Amerika Ċentrali tibqa’ il-Panama (26%) segwita mill-Gwatemala u l-Costa Rica (24% u 22% rispettivament). L-esportazzjonijiet ewlenin fl-2014 kienu ta’ makkinarju u tagħmir mekkaniku (27% tal-esportazzjonijiet tal-UE) segwit minn tagħmir elettriku u farmaċewtiċi (12.5% kull wieħed), vettura bil-mutur u oġġetti tal-azzar (10% kull wieħed).

Ġew irreġistrati varjazzjonijiet pożittivi notevoli fi prodotti bħal:

Importazzjonijiet ta' Hut u Krustaċej mill-Amerika Ċentraliżdiedu bi 28% għal EUR 250 miljun u b'mod partikolari, l-importazzjonijiet ta' Gambli ffrizati żdiedet b'36% (minn EUR 124 miljun għal EUR 169 miljun),

Importazzjonijiet ta' Frott u ġewż mill-Amerika Ċentrali żdiedu b' 16% għal EUR 1,4 biljun u b'mod partikolari, l-importazzjonijiet ta' ananas żdiedet bi 18% (minn EUR 456 miljun għal EUR 537 miljun),

L-importazzjonijiet ta' Rum fi fliexken żdiedu b’110% (minn EUR 8.5 miljun għal EUR 18-il miljun)

Wieħed għandu jinnota x-xejriet pożittivi speċifiċi tal-fluss kummerċjali bejn l-UE u l-Honduras, li żdiedu b' 21% fl-2014, l-ogħla żieda fir-reġjun. Dan id-dinamiżmu huwa kkaratterizzat minn żieda qawwija ta’ esportazzjonijiet ewlenin tal-UE (+35%) kif ukoll importazzjonijiet tal-UE (+14.5%). Iż-żieda ta' esportazzjonijiet tal-UE lejn il-Honduras kienet intensa b'mod partikolari fl-intestaturi li ġejjin: +34% f'Makkinarju u Apparat mekkaniku (HS84) sa EUR 207 miljun, +65% f'Makkinarju Elettriku (HS85) sa EUR 93 miljun, +54% f'Oġġetti tal-Ħadid (HS73) U +42% fi Prodotti farmaċewtiċi (HS30). Bl-istess mod, iż-żieda ta' importazzjonijiet mill-Honduras kienet inifikanti, b'mod partikolari f'dawn l-intestaturi: +64% f'Żejt veġetali (HS15) sa EUR 113 miljun, +26% f'Ħut u Krustaċej (HS03) sa EUR 50 miljun, +168% f'Zokkor (HS17) sa EUR 15-il miljun, +22% f'Aċċessorji tal-ħwejjeġ (HS61) sa EUR 49 miljun u +71% f'Minerali u Rmied (HS26) sa EUR 22 miljun.

2.3.L-użu ta’ preferenzi tariffarji skont il-Ftehim

L-użu tal-preferenzi tariffarji mogħtija mill-Ftehim jista’ jiġi stmat billi tiġi vvalutata l-frazzjoni tal-fluss kummerċjali li qed isir fi ħdan il-qafas tal-Ftehim. Dan il-proporzjon jirrikjedi dejta tal-approvazzjoni doganali dettaljata. L-Amerika Ċentrali informat lill-UE li l-bażijiet ta’ dejta ġestiti mill-awtoritajiet doganali rispettivi tagħhom fl-Amerika Ċentrali mhumiex adattati għal skambju regolari ta’ statistika dettaljata biex tiġi analizzata l-preferenza tat-tariffa, ħlief il-Costa Rica li pprovdiet lill-UE b’din id-dejta.

Fuq il-bażi tal-istatistika tal-Costa Rica, jidher li 8.8% tal-esportazzjoni totali tal-UE lejn il-Costa Rica (fil-valur) huwa magħmul fil-qafas tal-Ftehim. Din ir-rata ta’ utilizzazzjoni baxxa hija minħabba l-iskeda tat-tneħħija fit-tul tal-Costa Rica u f’dan l-istadju bikri tal-implimentazzjoni, għalhekk frazzjoni limitata biss tal-esportazzjonijiet tal-UE jista’ jkollhom interess li jużaw il-preferenza offruta mill-Ftehim. Madankollu, għandu jiġi nnutat li r-rata tal-utilizzazzjoni għall-esportazzjonijiet tal-UE kklassifikati skont il-linji tariffarji li ġew kompletament liberalizzati mill-Costa Rica tammonta għal 48.4%, u din ir-rata tilħaq il-71 % għall-esportazzjonijiet tal-UE kklassifikati skont il-linji tariffarji li għalihom il-Costa Rica tat kwota lill-UE.

Fir-rigward ta’ importazzjonijiet lejn l-UE li joriġinaw mill-Amerika Ċentrali, 41% ta’ dan il-fluss (fil-valur) huwa magħmul fil-qafas tal-Ftehim. Ir-rata ta’ utilizzazzjoni tilħaq it-78% għall-importazzjonijiet kklassifikati skont il-linji tariffarji li għalihom l-UE tat kwoti lill-Amerika Ċentrali. Dawn il-livelli ogħla meta mqabbla ma’ dak għall-esportazzjonijiet tal-UE huma minħabba l-asimmetrija tal-iskedi: Minħabba d-differenza ta’ żvilupp bejn l-UE u l-Amerika Ċentrali, il-Ftehim joffri benefiċċji komparattivament ogħla għal importazzjonijiet tal-UE millli għal esportazzjonijiet tal-UE sakemm titlesta l-iskedi ta’ liberalizzazzjoni (sa 10 snin b’mod ġenerali, iżda sa 15-il sena għal parti żgħira tal-prodotti).

2.4.L-Użu ta' kwoti tar-rata tariffarja (TRQs)

Il-Ftehim jipprovdi għal diversi TRQs li jikkonsistu fl-għoti ta' trattament preferenzjali tat-tariffi lill-parti l-oħra sal-limitu kwantitattiv tal-kwota. ‘Il fuq minn dan il-limitu, l-importazzjonijiet huma soġġetti għall-applikazzjoni tat-tariffa tan-Nazzjon l-Aktar Favorit (MFN).

L-UE qablet li tipprovdi tmien TRQs favur l-Amerika Ċentrali fuq prodotti li ma jkollhom l-ebda aċċess preferenzjali għas-suq tal-UE qabel l-implimentazzjoni tal-Ftehim. Fl-2014, it-TRQs kienu użati biss għal żewġ kategoriji (zokkor tal-kannamiela u r-rum).

Oriġini

Prodotti

Unità

Volum tat-TRQ

L-importazzjonijiet tal-UE

Rata tal-utilizzazzjoni

L-Amerika Ċentrali

Tewm

tunnellata

550

0

0%

Ross

21,000

0

0%

Manjoka

5,000

0

0%

Laħam ta' l-ifrat

9,975

0

0%

Faqqiegħ

275

0

0%

Qamħirrum ħelu

1,560

0

0%

L-Amerika Ċentrali ħlief il-Panama

Zokkor

154,500

141,047

91%

Rum fil-kontenituri > 2 l

Litru Alkoħol Pur

730,000

243,819

33%

Il-Panama

Rum fil-kontenituri > 2 l

105,000

0

0%

Zokkor

tunnellata

12,360

8,548

69%

In-Nikaragwa

Laħam ta' l-ifrat

525

0

0%

TRQs mogħtija mill-UE lill-Amerika Ċentrali — Utilizzazzjoni fl-2014

Barra mit-TRQs, l-UE tat ukoll lill-Amerika Ċentrali deroga għar-regoli tal-oriġini taħt kwoti speċifiċi għal 118-il linja tariffarja. Fl-2014, l-ewwel sena sħiħa ta’ applikazzjoni, l-użu ta’ dawn id-derogi huwa kważi negliġibbli u l-ammonti importati taħt dawn il-kwoti jibqgħu limitati ħafna u jikkonċernaw biss frazzjoni żgħira tal-fluss kummerċjali li jistgħu jkunu eliġibbli għal trattament preferenzjali.

L-Amerika Ċentrali tat TRQs lill-UE għal ħames prodotti speċifiċi. Fl-2014, l-esportaturi tal-UE għamlu użu mill-opportunitajiet offruti minn dawn it-TRQs, ħlief dik għax-xorrox, għalkemm għad hemm xi marġni ta’ tkabbir peress li r-rata ta’ utilizzazzjoni tista' tiżdied aktar, kif indikat fit-tabella li ġejja:

 Prodotti

Kwota (tn)

Żieda annwali

Volum (tn)

Rata tal-utilizzazzjoni

perżut ippreżervat

945

45

210

22%

ħalib tat-trab

1,995

95

545

27%

Xorrox

110

10

0

0%

Ġobon

3,150

150

874

28%

Laħam tal-majjal ippreparat

945

45

47

5%

TRQs mogħtija mill-UE li l-Amerika Ċentrali - Utilizzazzjoni fl-2014

2.5.Is-Servizzi

Id-dejta kummerċjali marbuta mas-servizzi għadha lura u mhijiex disponibbli għall-2014. Għalhekk għadu mhux possibbli li ssir analiżi komparabbli ma’ dik għall-kummerċ f’oġġetti biex jiġi vvalutat l-impatt tal-ftehim.

Madankollu, fl-2013, il-kummerċ fis-servizzi flussi miżjuda sa EUR 5.9 biljun (+4.5% meta mqabbel mas-sena ta’ qabel). Fl-2013, il-Panama baqgħet l-akbar sieħeb kummerċjali fis-servizzi (50%), segwita mill-Costa Rica u l-Gwatemala (18% kull wieħed).

 Pajjiż

Kreditu

Debitu

Il-Costa Rica

560.7

494.6

El Salvador

202.2

94.0

Il-Gwatemala

817.2

204.8

Il-Honduras

151.7

186.4

In-Nikaragwa

174.7

50.1

Il-Panama

1,480.0

1,574.7

Totali

3,386.5

2,604.6

Il-kummerċ fis-servizzi bejn l-Amerika Ċentrali u l-UE fl-2013

3.L-ATTIVITAJIET TAL-KORPI TAL-IMPLIMENTAZZJONI

3.1.Is-Sottokumitat dwar Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ

Fis-26 ta’ Mejju 2015, matul il-laqgħa ta’ dan is-sottokumitat, l-Amerika Ċentrali u l-UE rrevedew:

Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-pestiċidi, is-supplimenti tal-ikel u l-valutazzjoni tal-konformità.

Ir-regolament tal-Amerika Ċentrali dwar it-tikkettar tat-tessuti,

Ir-regolament tal-Amerika Ċentrali dwar it-tikkettar tax-xorb alkoħoliku,

Ir-regolamenti tekniċi tal-Costa Rica dwar is-sikurezza kontra n-nirien u installazzjonijiet elettriċi,

L-impenji meħuda skont ir-reġjun tal-Amerika Ċentrali biex jiżviluppaw integrazzjoni ekonomika tagħhom billi jadottaw regolamenti tekniċi reġjonali.

Bħala segwitu għal din il-laqgħa, ġew organizzati vidjokonferenzi ad hoc differenti biex isir progress fuq dawn il-kwistjonijiet.

Fir-rigward tal-impenji meħuda f’oqsma tat-TBT relatati mal-integrazzjoni ekonomika reġjonali, l-Amerika Ċentrali infurmat li qed timxi 'l quddiem minħabba li ser tidħol fis-seħħ leġiżlazzjoni ġdida għalkemm jeħtieġ li jiġu żviluppati proċeduri amministrattivi ulterjuri .

3.2.Il-Bord dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli

Fis-27, 28 u 29 ta’ Mejju 2015, l-UE u l-Amerika Ċentrali kellhom il-laqgħat tal-istituzzjonijiet inkarigati biex jissorveljaw l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli tal-Ftehim (ara parti 4 hawn taħt).

3.3.Is-Sottokumitat dwar il-Proprjetà Intellettwali

Fis-26 ta’ Mejju 2015, saret it-tieni laqgħa tas-Sottokumitat dwar id-Drittijiet ta’ Proprjetà Intellettwali (IPR) għal reviżjoni, b’mod partikolari:

Il-protezzjoni u l-infurzar tal-IPR fl-Amerika Ċentrali u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (GIs) li għalihom il-biċċa l-kbira taċ-ċertifikati ta’ protezzjoni ġiet ipprovduta qabel tmiem l-2014. Ftit oppożizzjonijiet u appelli kienu għadhom għaddejjin fil-bidu tal-2015,

Azzjonijiet possibbli biex jitrawwem ambjent abilitanti għal (prattikament sjieda privata) trasferiment tat-teknoloġija possibbli

Fir-rigward tal-IĠ, il-Partijiet urew rieda biex jiddiskutu kif il-proċeduri fil-futur jistgħu jsiru bla xkiel. Intlaħaq qbil li jittieħdu tagħlimiet mill-kumplessità tal-proċess ta’ reġistrazzjoni tal-IĠ fl-Amerika Ċentrali u li jitnieda eżerċizzju ta’ rendikont, bir-rispett dovut tal-leġiżlazzjonijiet rispettivi.

Din il-laqgħa kienet ukoll opportunità għall-UE biex tinkoraġġixxi lill-Amerika Ċentrali biex tikkunsidra l-protezzjoni tal-IPR fl-evalwazzjoni tagħhom ta’ prijoritajiet għall-kooperazzjoni, minħabba li t-trasferiment ta’ teknoloġija mis-setturi privati ser jiddependu wkoll fuq protezzjoni tajba tal-IPR fl-Amerika Ċentrali.

3.4.Is-Sottokumitat għall-Kwistjonijiet Sanitarji u Fitosanitarji

Fis-27 ta’ Mejju 2015, it-tieni laqgħa ta’ dan is-Sottokumitat kopriet kwistjonijiet tekniċi relatati mar-rekwiżiti tal-importazzjoni, il-verifiki, u l-miżui marbuta mas-saħħa tal-annimali u tal-pjanti. B’mod partikolari, l-Amerika Ċentrali u l-UE ddiskutew dwar:

Skeda ta’ żmien u arranġamenti ta’ ħidma biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet rispettivi jindirizzaw malajr u b’mod koordinat talbiet ta’ awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni;

L-importanza ta’ konformità ma’ standards, linji gwida u rakkomandazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali li jistabbilixxu l-istandards;

Il-miżuri riċenti tal-UE fil-ġlieda kontra l-batterja Xyllela Fastidiosa;

Il-livell ta’ integrazzjoni tal-Amerika Ċentrali fi kwistjonijiet SPS.

Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar l-integrazzjoni ekonomika reġjonali fi kwistjonijiet SFS, l-UE ssottolinjat il-ħtieġa li jintemmu x-xogħlijiet li jippermettu ċ-ċirkolazzjoni ħielsa fir-reġjun ta’ oġġetti tal-UE elenkati fl-Anness XIX, sal-1 ta’ Diċembru 2015.

B’mod ġenerali, dan is-sottokumitat kien pożittiv u wera riżultati inkoraġġanti, li jikkonferma li l-partijiet huma fit-triq it-tajba biex jintlaħqu riżultati pożittivi fil-qasam tal-SPS bis-saħħa ta' ħidma kontinwa dwar l-azzjonijiet maqbula.

3.5.Is-Sottokumitat dwar il-Proċeduri tad-Dwana, l-Iffaċilitar tal-Kummerċ, u r-Regoli tal-Oriġini

Fl-1 u t-2 ta’ Ġunju 2015, l-Amerika Ċentrali u l-UE f’dan is-Sottokumitat iddiskutew:

It-twettiq mill-Amerika Ċentrali tal-impenji ta’ integrazzjoni reġjonali tagħha;

Li jkun hemm qbil dwar żewġ noti ta’ spjega fil-qasam tar-regoli ta’ oriġini u dwar kif jissolvew problemi prattiċi li jiltaqgħu magħhom l-UE u l-Amerika Ċentrali fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Kapitolu dwar ir-regoli ta’ oriġini.

L-Amerika Ċentrali u l-UE laħqu ftehim dwar noti ta’ spjegazzjoni għall-mili taċ-ċertifikati ta’ moviment EUR. 1 li se jiżguraw konsistenza u ċarezza fl-applikazzjoni prattika. Dawn in-Noti ta’ Spjega huma maħsuba wkoll biex jipprovdu livell ta’ tolleranza fuq il-formulazzjoni u l-format meħtieġ għal ċertifikati EUR. 1.

Il-Partiti għamlu progress ukoll fir-rigward tal-addattament tal-Ftehim għall-emendi ta' klassifikazzjoni introdotti bħala riżultat tas-Sistema Armonizzata tal-2012.

3.6.Is-Sottokumitat għall-Aċċess tas-Suq għall-Oġġetti

Fid-29 ta’ Mejju 2015, matul it-tieni laqgħa ta’ dan is-sottokumitat, l-Amerika Ċentrali u l-UE irrevedew l-impenji meħuda matul il-laqgħa preċedenti u ddiskutew kwistjonijiet ġodda għall-aċċess għas-suq, b’mod partikolari:

Il-leġiżlazzjoni tal-Costa Rica dwar il-prezz minimu tal-esportazzjoni tal-banana;

L-impenn tal-Costa Rica li tirrevedi s-sistema tagħha tad-dazju tas-sisa għal birer;

Il-ħlas li għandu jintalab min-Nikaragwa għall-iskennjar tal-oġġetti f’kull punt ta’ kontroll tal-fruntieri;

Li jiġu riveduti miżuri ta’ ħarsien u ġestjoni tal-kwoti.

L-UE u l-Amerika Ċentrali qablu wkoll li l-aċċess għal statistika affidabbli, aġġornata u dettaljata huwa essenzjali għall-politika kummerċjali u għalhekk impenjaw ruħhom biex jiskambjaw statistiċi biex jissorveljaw l-evoluzzjoni tal-kummerċ fi prodotti u servizzi.

3.7.Il-Kumitat ta' Assoċjażżjoni

Fit-3 ta’ Ġunju 2015, il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni kellu t-tieni laqgħa tiegħu biex jirrevedi x-xogħol imwettaq f’sottokumitati differenti iżda ddiskuta wkoll kwistjonijiet oħra relatati mal-kummerċ. Saret enfasi partikolari fuq kwistjonijiet ta’ integrazzjoni ekonomika reġjonali.

Matul din il-laqgħa, l-UE kienet sodisfatta bl-emendi reċenti għal-liġi tal-Panama dwar servizzi marittimi awżiljari (Liġi 41/2013), li neħħew ir-rekwiżiti li kienu kkawżaw tħassib, speċjalment fost l-operaturi ekonomiċi tal-UE.

Fir-rigward tal-integrazzjoni ekonomika reġjonali, l-Amerika Ċentrali spjegat li t-twettiq tal-impenji meħuda lejn l-UE ġie segwit mill-qrib mill-Ministri tal-Kummerċ tal-Amerika Ċentrali f'COMIECO. L-UE saħqet dwar l-importanza għall-Amerika Ċentrali li żżomm ħaj il-momentum pożittiv iġġenerat mill-applikazzjoni tal-ftehim u enfasizzat li l-Amerika Ċentrali għandha tagħti attenzjoni partikolari biex isir progress ulterjuri dwar dawn il-kwistjonijiet.

Fir-rigward tal-emenda meħtieġa tal-Ftehim, bħala riżultat tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-UE, il-Partijiet irrikonoxxew li, minkejja li sar xi progress, għad hemm distakk bejn l-approċċi fir-rigward tal-metodoloġija biex jiġu vvalutati l-kumpensi. Ġie miftiehem li jitkompla d-djalogu dwar dan il-punt bil-ħsieb li jintlaħaq qbil malajr kemm jista’ jkun.

3.8.Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni

Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni kellu l-ewwel laqgħa tiegħu fis-27 ta’ Ġunju 2014. Din is-sena, il-Partijiet ma qisux li kien neċessarju li tinżamm laqgħa tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni.

4.L-ISSODISFAR TAL-OBBLIGI DWAR IL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENNIBBLI

4.1    L-Aspetti istituzzjonali

It-tieni laqgħa tal-Bord dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli saret fi Brussell, il-Belġju fis-27 u t-28 ta’ Mejju 2015. Il-laqgħa ġiet ospitata mill-Kummissjoni Ewropea bil-parteċipazzjoni ta’ rappreżentanti tal-gvernijiet tas-sitt partijiet tal-Amerika Ċentrali.

Laqgħa tal-Forum ta’ Djalogu tas-Soċjetà Ċivili — li jinkludi rappreżentanti tas-soċjetà ċivili tal-UE u tal-Amerika Ċentrali — u sessjoni konġunta tal-Bord u l-Forum saret fid-29 ta’ Mejju 2015, immexxija minn rappreżentant ta’ Grupp Konsultattiv Domestiku (DAG).

Id-DAG tal-UE qabel dwar ir-regoli ta’ proċedura tiegħu u ltaqa' tliet darbiet matul is-sena. Id-DAG tal-UE huwa magħmul minn rappreżentanti minn firxa wiesgħa ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-UE u mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE). Is-segretarjat huwa provdut mill-KESE. Gruppi konsultattivi domestiċi ġew stabbiliti wkoll mill-partijiet tal-Amerika Ċentrali u kien hemm skambju ta' informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tagħhom u l-kuntatti ffaċilitati bejniethom u d-DAG tal-UE.

4.2.    L-Implimentazzjoni tal-Konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO)

Matul il-laqgħa tal-bord, il-Partijiet irrappurtaw dwar l-implimentazzjoni tagħhom tal-konvenzjonijiet tal-ILO. Diversi pajjiżi tal-Amerika Ċentrali enfasizzaw l-azzjonijiet li ħadu biex jindirizzaw it-tħaddim tat-tfal. Il-Honduras u l-Panama irrapportaw dwar il-leġiżlazzjoni u l-politiki tax-xogħol adottatati reċentement. L-UE rrappurtat dwar il-progress f’ratifika mill-Istati Membri tal-UE ta’ dan il-Protokoll il-ġdid tal-ILO li jissupplimenta l-Konvenzjoni dwar l-Abolizzjoni tax-Xogħol Furzat, kif għamlu diversi pajjiżi tal-Amerika Ċentrali. L-UE ppreżentat ukoll il-politika tagħha dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u l-istrutturi relatati għad-djalogu mal-imsieħba soċjali. Partijiet tal-Amerika Ċentrali ipprovdew għadd ta' kjarifiki dwar kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni ta’ konvenzjonijiet tal-ILO.

Ġie miftiehem programm għall-bini tal-kapaċità mal-ILO fl-2015 li se jipprovdi appoġġ fil-Gwatemala u El Salvador biex jgħinhom jissodisfaw l-impenji tagħhom taħt konvenzjonijiet tal-ILO.

4.3. L-implimentazzjoni tal-ftehimiet ambjentali multilaterali

Tpoġġiet enfasi speċjali f’laqgħa tal-Bord dwar it-tibdil fil-klima u l-partijiet irrapportaw dwar għadd ta’ azzjonijiet meħuda f’dan ir-rigward. L-Amerika Ċentrali enfasizzat il-vulnerabbiltà tagħha fis-settur agrikolu u agro-industrijali relatata mat-tibdil fil-klima u l-fenomeni meteoroloġiċi estremii.. Peress li dawn il-prodotti jikkostitwixxu l-parti l-kbira tal-esportazzjonijiet tagħha lejn l-UE, hemm impatt ekonomiku u kummerċjali ċar. Bosta pajjiżi żviluppaw programmi settorjali u miri biex titnaqqas il-marka tal-karbonju tas-setturi fil-mira. Ħafna minnhom għandhom programmi ambizzjużi li jżidu s-sehem tal-enerġija rinnovabbli u huma interessati f’investimenti u teknoloġiji f’dan is-settur. L-UE tistabbilixxi l-objettivi tat-tibdil fil-klima u l-politika ġenerali u, flimkien mal-Costa Rica, ipprovdiet struzzjonijiet dwar l-istat attwali tan-negozjati dwar il-Ftehim dwar il-Beni Ambjentali.

Ingħataw ukoll aġġornamenti dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ ta’ Speċi fil-Periklu (CITES), il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (CBD) u l-Konvenzjoni ta’ Minamata dwar il-Merkurju.

4.4. L-iżvilupp ta’ aġenda pożittiva għall-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli

Saru aktar diskussjonijiet f’laqgħa tal-Bord dwar il-prijoritajiet għal aġenda tal-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli u pożittiva li tibni fuq l-ewwel diskussjoni li saret fl-ewwel laqgħa f’Novembru 2014. Id-diskussjonijiet kienu mtejba minħabba interventi f’sessjoni konġunta tal-Bord u l-Forum ta’ Djalogu mas-Soċjetà Ċivili, fejn, inter alia, ġiet enfasizzata l-importanza li titqies id-dimensjoni tas-sessi. Barra minn hekk ġiet organizzata sessjoni ta' ħidma fi Brussell fid-29 ta’ Mejju 2015 dwar il-kummerċ ġust u s-sostenibbiltà tal-ktajjen tal-valur agrikolu, li laqqgħet flimkien rappreżentanti ta’ skemi ta’ kummerċ ġust u etiku, assoċjazzjonijiet tan-negozju u l-produtturi, kemm mil-UE kif ukoll mill-Amerika Ċentrali, biex jiskambjaw l-aħjar prattiki u esperjenzi f’dan il-qasam — b’mod partikolari fir-rigward taz-zokkor u tal-kafè. Id-diskussjonijiet komplew bejn is-sessjonijiet biex jiddefinixxu aktar oqsma ta’ prijorità kemm b'dimensjonijiet ambjentali kif ukoll lavorattivi..

5.L-IMPLIMENTAZZJONI TAR-REGOLAMENT

Ir-Regolament jistabbilixxi l-proċeduri xierqa biex tiġi evitata ħsara serja lis-settur tal-banana tal-UE jekk, bħala riżultat tat-tnaqqis ta’ dazji doganali, il-banana tiġi importata fi kwantitajiet tant akbar li tikkawża jew thedded li tikkawża dannu serju lis-settur tal-UE. F’konformità mal-Artikoli 3 u 13 tar-Regolament, il-Kummissjoni ilha tissorvelja l-iżvilupp tal-importazzjonijiet tal-banana minn pajjiżi tal-Amerika Ċentrali biex tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament humiex issodisfati biex tinbeda investigazzjoni ta’ salvagwardja jew li jiġu introdotti miżuri ta’ sorveljanza preliminari.

Fl-2014, il-Kummissjoni la tat bidu u lanqas ma rċeviet l-ebda talba biex tinbeda investigazzjoni ta’ salvagwardja jew li jiġu introdotti miżuri ta’ sorveljanza preliminari, peress li l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament li tinbeda investigazzjoni ta’ salvagwardja jew li jiġu introdotti miżuri ta’ sorveljanza preliminari qatt ma ġew issodisfatti.

Pajjiż

Volum Użat

Livelli tal-Iskattar

%

Il-Gwatemala

28,972,780

60,000,000

48%

Il-Honduras

4,502,645

60,000,000

8%

In-Nikaragwa

0

12,000,000

0%

Il-Panama

222,446,518

450,000,000

49%

Il-Costa Rica

924,184,789

1,230,000,000

75%

El Salvador

0

2,400,000

0%

Totali

1,180,106,732

1,814,400,000

65%

L-importazzjoni tal-2014 ta’ banana taħt il-mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni (f’kg)

6.    IL-KONKLUŻJONI

B’mod ġenerali, il-ftehim jidher li qed jaħdem tajjeb u l-proċess ta’ implimentazzjoni qed ikompli b’mod kostanti.

Minkejja l-ambjent ekonomiku globali stabbli, il-flussi kummerċjali tal-UE mal-Amerika Ċentrali kienu pjuttost dinamiċi. Għalkemm il-coffee rust u r-rilokazzjoni ta’ esportatur ewlieni kellhom impatt qawwi, il-bqija tal-esportazzjonijiet mill-Amerka Ċentrali lejn l-UE kibru bi 11% fl-2014. L-esportazzjonijiet tal-UE lejn l-Amerika Ċentrali żdiedu wkoll fl-istess ordni ta’ kobor.

Ir-rata ta’ użu tal-preferenzi għadha pjuttost baxxa għall-esportazzjonijiet tal-UE lejn l-Amerika Ċentrali, iżda hija aħjar għal importazzjonijiet tal-UE mill-Amerika Ċentrali. L-isforzi ta’ komunikazzjoni fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku huma meħtieġa biex jiżdied l-għarfien dwar il-benefiċċji li jista’ joffri l-Ftehim. Il-Kummissjoni hija impenjata f’azzjonijiet immirati biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-operaturi ekonomiċi dwar l-opportunitajiet ippreżentati minn dan il-Ftehim.

Il-kwoti tar-rati tariffarji li ma jkunux eżawriti, għadhom joffru opportunitajiet għal operaturi ekonomiċi biex jiġu żviluppati aktar relazzjonijiet ta’ kummerċ. Fir-rigward tal-banana, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali baqgħu ġeneralment stabbli u taħt il-livelli tal-iskattar stabbilit, b’mod li ma kienx hemm għalfejn tikkunsidra li tibda kwalunkwe sospensjoni ta’ dazji tad-dwana preferenzjali.

Għas-snin li ġejjin, il-prijorità prinċipali tal-UE tibqa' li tkompli l-kooperazzjoni tajba mal-Amerika Ċentrali biex tinkiseb l-implimentazzjoni xierqa ta’ dan il-Ftehim. Dan se jippermetti lill-operaturi ekonomiċi, il-konsumaturi u s-soċjetà ċivili miż-żewġ reġjuni biex jieħdu vantaġġ sħiħ mill-opportunitajiet li joffri. Il-funzjonament tajjeb tal-istituzzjonijiet maħluqa mill-ftehim għandu rwol ċentrali f’dan l-eżerċizzju minħabba li jippermetti d-diskussjoni u t-tiftix ta' soluzzjonijiet għal kwistjonijiet ta’ aċċess għas-suq kif ukoll sfidi oħra ta’ implimentazzjoni. Il-Kummissjoni se tkompli timpenja ruħha li tiddiskuti mal-Amerika Ċentrali xi tħassib marbut mal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim imqajma mill-partijiet interessati. Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri tal-UE u lill-Parlament Ewropew biex ikomplu jibqgħu involuti u biex jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar din il-kwistjoni.

 

(1)  ĠU L 346, 15.12.2012, p. 3.
(2)  ĠU L 17, 19.1.2013, p. 13.
(3)  COM(2015) 131
(4) Ir-rati tal-kambju medji EUR/USD kienu 1.2848 fl-2012, 1.3281 fl-2013 u 1.3285 fl-2014.