27.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 224/222


P8_TA(2016)0473

Il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-migrazzjoni, tar-rifuġjati u tas-sigurtà

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-migrazzjoni, tar-rifuġjati u tas-sigurtà (COM(2016)0313 – C8-0246/2016 – 2016/2120(BUD))

(2018/C 224/52)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0313 – C8-0246/2016),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/623 tal-21 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3), u b'mod partikolari l-punt 12 tiegħu,

wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, li l-Kummissjoni adottat fit-18 ta' Lulju 2016 (COM(2016)0300), kif emendat bl-Ittra emendatorja Nru 1/2017 (COM(2016)0679),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, adottata mill-Kunsill fit-12 ta' Settembru 2016 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fl-14 ta' Settembru 2016 (11900/2016 – C8-0373/2016),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali għall-2017 (4),

wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fis-17 ta' Novembru 2016 (14635/2016 – C8-0470/2016),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0351/2016),

A.

billi, wara li ġew eżaminati l-possibilitajiet kollha għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonjiet ta' impenn fl-ambitu tal-intestatura 3, jidher li hija meħtieġa l-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għall-approprjazzjonijiet ta' impenn;

B.

billi l-Kummissjoni kienet ipproponiet il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità b'ammont ta' EUR 530 miljun lil hinn mil-limitu massimu tal-intestura 3, biex tikkomplementa l-finanzjament previst fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2017, bl-għan li tiffinanzja miżuri fil-qasam tal-migrazzjoni, tar-rifuġjati u tas-sigurtà;

C.

billi b'hekk l-ammont totali tal-Istrument ta' Flessibilità għas-sena finanzjarja 2017 intuża kompletament;

1.

Jinnota li l-limiti massimi għall-2017 għall-intestatura 3 ma jippermettux il-finanzjament xieraq ta' miżuri urġenti fil-qasam tal-migrazzjoni, tar-rifuġjati u tas-sigurtà;

2.

Jaqbel, għalhekk, li l-Istrument ta' Flessibilità jiġi mmobilizzat għal ammont ta' EUR 530 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn;

3.

Jaqbel, barra minn hekk, mal-allokazzjoni proposta tal-approprjazzjonijiet korrispondenti ta' pagament ta' EUR 238,3 miljun fl-2017, EUR 91 miljun fl-2018, EUR 141,9 miljun fl-2019 u EUR 58,8 miljun fl-2020;

4.

Itenni li l-mobilizzazzjoni ta' dan l-istrument, kif previst fl-Artikolu 11 tar-Regolament dwar il-QFP, tindika għal darb'oħra n-neċessità assoluta ta' aktar flessibilità għall-baġit tal-Unjoni, u jtenni l-pożizzjoni espressa fil-qafas tar-rieżami/reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP li l-ammont annwali tal-Istrument ta' Flessibilità jiżdied għal EUR 2 biljun;

5.

Itenni l-opinjoni tiegħu li ilha stabbilita li, mingħajr preġudizzju għall-possibilità li l-approprjazzjonijiet ta' pagament jiġu mobilizzati għal intestaturi baġitarji speċifiċi permezz tal-Istrument ta' Flessibilità mingħajr mobilizzazzjonijiet preċedenti f'impenji, il-pagamenti li jirriżultaw minn impenji preċedentement mobilizzati permezz tal-Istrument ta' Flessibilità jistgħu jingħaddu biss oltre l-limiti massimi;

6.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

7.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

8.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(2)  ĠU L 103, 22.4.2015, p. 1.

(3)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(4)  Testi adottati, P8_TA(2016)0411.


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-migrazzjoni, tar-rifuġjati u tas-sigurtà

(It-test f’dan l-anness mhux riprodott hawnhekk peress li jikkorrispondi għall-att finali, id-Deċiżjoni (UE) 2017/342.)