|
18.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 17/46 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Proposti leġislattivi li jemendaw id-Direttivi dwar l-iskart
(2017/C 017/09)
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI
Emenda 1
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2000/53/KE dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw, 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi u 2012/19/UE dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku – COM(2015) 593 final – 2015/0272 (COD).
Artikolu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
Emenda tad-Direttiva 2006/66/KE |
Emenda tad-Direttiva 2006/66/KE |
||||
|
Id-Direttiva 2006/66/KE hija emendata kif ġej: |
Id-Direttiva 2006/66/KE hija emendata kif ġej: |
||||
|
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
Raġuni
L-għan ewlieni ta’ din id-Direttiva huwa li jiġi minimizzat l-impatt negatiiv tal-batteriji fuq l-ambjent billi jiġu evitat ir-rilaxx ta’ sustanzi perikolużi (metalli tqal) fl-ambjent. Hija tistabbilixxi regoli għat-tqegħid fis-suq ta’ batteriji u r-rimi speċjali tagħhom.
L-Istati Membri jippromovu r-riċerka dwar metodi ta’ riċiklaġġ li jipproteġu l-ambjent u kosteffettivi għal kull tip ta’ batteriji u akkumulaturi. Il-batteriji organiċi huma ġenerazzjoni ġdida ta’ batteriji li ma għandhom l-ebda materjal perikoluż. Qed isiru attivitajiet marbutin mar-Riċerka u l-Innovazzjoni fl-Ewropa kollha. Minbarra l-komponenti ambjentalment siguri, il-batteriji għandhom potenzjal ekonomiku enormi u firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet.
Mingħar l-emenda proposta, ilbatteriji organiċi ser ikunu soġġetti għar-rekwiżiti speċjali tar-rimi maħsubin għġall-batteriji konvenzjonali, għalkemm ma jagħmlux ħsara lill-ambjent. Dan ikun ta’ ostaklu għall-innovazzjoni teknoloġika li tappoġġja l-għanijiet ambjentali u timpedixxi wkoll lil din l-innovazzjoni milli tikkontribwixxi għat-tkabbir u l-impjiegi fl-Ewropa. Għalhekk, il-batteriji organiċi għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.
Emenda 2
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE dwar ir-rimi ta' skart f’terraferma (COM(2015) 594 – final – 2015/0274 (COD))
Artikolu 1 (6)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
||||
|
“Artikolu 15 |
“Artikolu 15 |
||||
|
Rappurtar |
Rappurtar |
||||
|
1. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għal kull sena tal-kalendarju, id-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(2) u (5). Għandhom jirrappurtaw din id-dejta b'mod elettroniku sa 18-il xahar minn tmiem is-sena ta' rappurtar li għaliha tkun inġabret id-dejta. Id-dejta trid tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 5. L-ewwel rapport għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena] sal-31 ta' Diċembru [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena]. |
1. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għal kull sena tal-kalendarju, id-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(2) u (5). Għandhom jirrappurtaw din id-dejta b'mod elettroniku sa 18-il xahar minn tmiem is-sena ta' rappurtar li għaliha tkun inġabret id-dejta. Id-dejta trid tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 5. L-ewwel rapport għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena] sal-31 ta' Diċembru [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena]. |
||||
|
2. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw id-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-miri stabbiliti fl-Artikolu 5(2) sal-1 ta' Jannar 2025. |
2. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw id-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-miri stabbiliti fl-Artikolu 5(2) sal-1 ta' Jannar 2025. |
||||
|
3. Id-dejta li jirrapporta l-Istat Membru skont dan l-Artikolu għandha tkun akkumpanjata b'rapport ta' verifika tal-kwalità. |
3. Id-dejta li jirrapporta l-Istat Membru skont dan l-Artikolu għandha tkun akkumpanjata b'rapport ta' verifika tal-kwalità. |
||||
|
4. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-dejta rappurtata skont dan l-Artikolu, u tippubblika rapport dwar ir-riżultat tar-reviżjoni tagħha. Ir-rapport għandu jevalwa l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-dinja, is-sorsi tad-dejta u l-metoloġija użata fl-Istati Membri, kif ukoll il-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità u l-konsistenza ta' dik id-dejta. Il-valutazzjoni tista' tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għat-titjib. Ir-rapport għandu jitfassal kull tliet snin. |
4. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-dejta rappurtata skont dan l-Artikolu, u tippubblika rapport dwar ir-riżultat tar-reviżjoni tagħha. Ir-rapport għandu jevalwa l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-dinja, is-sorsi tad-dejta u l-metoloġija użata fl-Istati Membri, kif ukoll il-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità u l-konsistenza ta' dik id-dejta. Il-valutazzjoni tista' tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għat-titjib. |
||||
|
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-format għar-rappurtar tad-dejta skont il-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 17(2) ta' din id-Direttiva.”; |
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-format għar-rappurtar tad-dejta skont il-paragrafu 1. Dawk l-atti ta ' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 17(2) ta ' din id-Direttiva. |
||||
|
|
6. Kull fejn ikun vijabbli, u b’konformità mal-prinċipju ta’ regolamentazzjoni aħjar, kwalunkwe obbligu ta’ rappurtar addizzjonali li joriġina minn din id-Direttiva għandu jsir primarjament permezz tal-użu jew it-titjib ta’ obbligi ta’ rappurtar nazzjonali eżistenti, sakemm ikun jista’ jiġi garantit li l-informazzjoni mogħtija dwar l-iskart tkun standardizzata kif dovut. Il-ħolqien ta’ linji ġodda ta’ rappurtar esklussivament biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva għandu jkun l-aħħar għażla, partikularment fir-rigward tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom flimkien iwettqu valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ rappurtar addizzjonali qabel ma l-Istati Membri jintroduċu regoli ta’ implimentazzjoni biex jikkonformaw mal-obbligi ta’ rappurtar ta’ din id-Direttiva. ”; |
Raġuni
Dan huwa f'konformità mal-Pakkett ta’ Regolamentazzjoni Aħjar tal-UE u l-Opinjoni riċenti tal-KtR dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi ambjentali tal-UE. L-informazzjoni għandha tkun standardizzata sabiex tkun tista’ titqabbel meta jiġu adottati miżuri biex itejbu l-ġestjoni tal-iskart.
Emenda 3
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart – COM(2015) 595 final – 2015/0275 (COD)
Artikolu 1(8)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||
|
“Artikolu 8a |
“Artikolu 8a |
||||||||||||||||||||||||
|
Rekwiżiti ġenerali għall-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur |
Rekwiżiti ġenerali għall-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur |
||||||||||||||||||||||||
|
[…] |
[…] |
||||||||||||||||||||||||
|
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-detenturi tal-iskart immirati mill-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, stabbiliti skont l-Artikolu 8(1), ikunu infurmati dwar is-sistemi disponibbli ta' ġbir tal-iskart, kif ukoll dwar il-prevenzjoni tar-rimi taż-żibel . L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri wkoll biex joħolqu inċentivi sabiex id-detenturi tal-iskart jieħdu sehem fis-sistemi ta' ġbir b'mod separat li jkunu fis-seħħ, speċifikament permezz ta' inċentivi jew regolamenti ekonomiċi, fejn xieraq. |
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-detenturi tal-iskart immirati mill-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, stabbiliti skont l-Artikolu 8(1), ikunu infurmati dwar is-sistemi ta’ teħid lura, ċentri approvati tal-użu mill-ġdid, preparazzjoni permessa għaċ-ċentri tal-użu mill-ġdid u is-sistemi ta' ġbir tal-iskart disponibbli, kif ukoll dwar il-prevenzjoni tar-rimi ta’ skart u żibel . L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri wkoll biex joħolqu inċentivi sabiex id-detenturi tal-iskart , il-produtturi u l-bejjiegħa jieħdu sehem fis-sistemi ta' ġbir b'mod separat li jkunu fis-seħħ, speċifikament permezz ta' inċentivi jew regolamenti ekonomiċi, fejn xieraq. |
||||||||||||||||||||||||
|
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kull organizzazzjoni li titwaqqaf biex timplimenta l-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur f'isem produttur ta' prodotti: |
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kull organizzazzjoni li titwaqqaf biex timplimenta l-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur f'isem produttur ta' prodotti: |
||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||
|
4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-kontributi finanzjarji mħallsa mill-produttur sabiex jikkonforma mal-obbligi tiegħu ta' responsabbiltà estiża tal-produttur: |
4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-kontributi finanzjarji mħallsa mill-produttur sabiex jikkonforma mal-obbligi tiegħu ta' responsabbiltà estiża tal-produttur: |
||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||
|
5. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas xieraq ta' monitoraġġ u infurzar bil-għan li jiżgura li l-produtturi tal-prodotti qegħdin jimplimentaw l-obbligi tagħhom ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, kif ukoll bil-għan li jiżgura li l-mezzi finanzjarji qegħdin jintużaw sew, u li l-atturi kollha involuti fl-implimentazzjoni tal-iskema jirrappurtaw dejta affidabbli. |
5. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas xieraq ta' monitoraġġ u infurzar bil-għan li jiżgura li l-produtturi tal-prodotti qegħdin jimplimentaw l-obbligi tagħhom ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, kif ukoll bil-għan li jiżgura li l-mezzi finanzjarji qegħdin jintużaw sew, u li l-atturi kollha involuti fl-implimentazzjoni tal-iskema jirrappurtaw dejta affidabbli. |
||||||||||||||||||||||||
|
Fejn, fit-territorju ta' Stat Membru, organizzazzjonijiet multipli jimplimentaw l-obbligi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur f'isem il-produtturi, l-Istat Membru għandu jwaqqaf awtorità indipendenti li jissorvelja l-implimentazzjoni tal-obbligi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur. |
Fejn, fit-territorju ta' Stat Membru, organizzazzjonijiet multipli jimplimentaw l-obbligi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur f'isem il-produtturi tal-istess tip ta’ prodott, l-Istat Membru , jew l-awtoritajiet sottonazzjonali kompetenti, għandhom iwaqqfu awtorità indipendenti (mekkaniżmu ta' koordinament) li jissorvelja l-implimentazzjoni tal-obbligi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur. |
||||||||||||||||||||||||
|
6. L-Istati Membri għandhom joħolqu pjattaforma li tiżgura djalogu regolari fost il-partijiet ikkonċernati involuti fl-implimentazzjoni tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, inklużi l-operaturi privati jew pubbliċi tal-iskart, l-awtoritajiet lokali, u fejn xieraq, l-operaturi rikonoxxuti ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid. […]” |
6 . L-Istati Membri għandhom jiżguraw li skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur jikkontribwixxu għall-prevenzjoni u l-ġbir tal-iskart, u jappoġġjaw inizjattivi ta’ tindif. |
||||||||||||||||||||||||
|
|
7. L-Istati Membri għandhom joħolqu pjattaforma li tiżgura djalogu regolari fost il-partijiet ikkonċernati involuti fl-implimentazzjoni tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, inklużi l-operaturi privati jew pubbliċi tal-iskart, l-awtoritajiet lokali, u fejn xieraq, l-operaturi ta' użu mill-ġdid u ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid. […]” |
Raġuni
Ir-regoli tal-UE għandhom jippermettu r-responsabbiltà sħiħa tal-produtturi għal skart iġġenerat. Minħabba li s-suq huwa mifrux mal-UE kollha, dan għandu jiġi żgurat permezz ta’ kriterji minimi komuni. F’konformità mas-sussidjarjetà ir-responsabbiltà estiża tal-produttur għandha tiġi definita fil-livell nazzjonali/lokali.
Emenda 4
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart – COM(2015) 595 final – 2015/0275 (COD)
Artikolu 1(9)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
||||
|
“Artikolu 9 |
“Artikolu 9 |
||||
|
Il-prevenzjoni tal-iskart |
Il-prevenzjoni tal-iskart |
||||
|
1. […] |
1. […] |
||||
|
2. L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' prevenzjoni tal-iskart. Għal dan il-għan, għandhom jużaw indikaturi u miri xierqa kwalitattivi u kwantitattivi, speċifikament fuq il-kwantità per capita tal-iskart muniċipali li jintrema jew li huwa soġġett għall-irkupru tal-enerġija. |
2. L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' prevenzjoni tal-iskart. Għal dan il-għan, għandhom jużaw indikaturi u miri assoluti xierqa kwalitattivi u kwantitattivi, speċifikament fuq il-kwantità per capita tal-iskart muniċipali li jintrema jew li huwa soġġett għall-irkupru tal-enerġija. |
||||
|
[…]” |
[…]” |
Raġuni
L-indikaturi għandhom ikunu bbażati fuq il-kwantità tal-iskart prodott, bħal 100 kg skart residwu per capita, biex tiġi stabbilita mira rappreżentattiva u effettiva, anke għal pajjiżi b’ekonomiji żgħar u/jew li diġà qed jipproduċu inqas skart.
Emenda 5
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart – COM(2015) 595 final – 2015/0275 (COD)
Artikolu 1(10)(a)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
|
Raġuni
Id-Direttiva l-ġdida tipprevedi firxa ta’ mekkaniżmi biex tiġi indirizzata l-kwistjoni ta’ nuqqas ta’ konformità jew ta' nonkonfromità, iżda wkoll sabiex iħeġġu l-progress. Madankollu f’ħafna każijiet fehim insuffiċjenti fil-livell tal-UE dwar ir-responsabbiltajiet reġjonali u lokali rigward l-iskart iwassal biex il-miri tal-UE ma jintlaħqux tajjeb.
Emenda 6
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart – COM(2015) 595 final – 2015/0275 (COD)
Artikolu 1(10)(c)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||||||
|
|
||||||||
|
|
Raġuni
Il-miżuri proposti għall-iskart mhux perikoluż tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni, li jirrappreżentaw proporzjon sinifikanti mill-iskart kollu, mhumiex ambizzjużi biżżejjed f'dan ir-rigward. Minflok l-mira konġunta attwali għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u r-radam, nipproponu li għall-inqas, bħala approċċ ġenerali, jiġu stabbiliti miri speċifiċi għar-riċiklaġġ ta' materjali speċifiċi tal-kostruzzjoni, f'ħidma favur l-ekonomija ċirkolari.
Emenda 7
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart – COM(2015) 595 final – 2015/0275 (COD)
L-Artikolu 1(10)(d)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||||||||||
|
|
||||||||||||
|
|
Raġuni
Iż-żamma tal-objettiv ta' 70 %, kif propost is-sena l-oħra mill-Kummissjoni Ewropea, titqies bħala opportunità mitlufa peress li r-riċiklaġġ joħloq impjiegi fil-livell lokali u jipproduċi emissjonijiet fi kwantitajiet iżgħar meta mqabbel mar-rimi f'miżbliet jew l-inċinerazzjoni. Il-KtR kellu l-opportunità li jenfasizza li r-riżultati pożittivi miksuba f'xi Stati Membri u f'xi reġjuni juru li huwa possibbli li jintlaħqu miri ambizzjużi, jew għall-inqas nersqu viċin tagħhom, sakemm il-kundizzjonijiet ġenerali jkunu favorevoli u tkun ġiet żviluppata l-kapaċità amministrattiva meħtieġa (1).
Emenda 8
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart – COM(2015) 595 final – 2015/0275 (COD)
Artikolu 1(13)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
Artikolu 1(13) |
Artikolu 1(13) |
||||
|
|
||||
|
“L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-ġbir b'mod separat tal-bijoskart fejn ikun vjabbli teknikament, ambjentalment u ekonomikament , u fejn ikun xieraq biex jiżgura l-istandards rilevanti ta' kwalità għad-demel, kif ukoll biex jintlaħqu l-miri stipulati fl-Artikolu 11(2)(a), (c) u (d), u 11(3). |
“L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-ġbir b'mod separat tal-bijoskart sakemm ma jintweriex li dan ma jkunx prattiku fil-livell tekniku, ambjentali u ekonomiku , biex jiżgura l-istandards rilevanti ta' kwalità għad-demel, kif ukoll biex jintlaħqu l-miri stipulati fl-Artikolu 11(2)(a), (c) u (d), u 11(3). |
||||
|
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri, kif ikun xieraq, u skont l-Artikoli 4 u 13, biex iħeġġu: |
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri, kif ikun xieraq, u skont l-Artikoli 4 u 13, biex iħeġġu: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
Il-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri għandha twettaq valutazzjoni, sal-2018, dwar l-opportunità li jiġu stabbiliti kriterji minimi tal-kwalità għall-kompost u għad-diġestat mill-bijoskart, sabiex jiġi garantit livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent. ” |
Raġuni
L-emenda proposta għandha l-għan li tagħmel il-ġbir mill-proporzjon bijoloġiku obbligatorju. Il-kontenut tad-dikjarazzjoni tal-ittra (a) għandu jiġi pperfezzjonat fis-sens li r-riċiklaġġ tal-bijoskart jintrabat mal-produzzjoni ta' kompost u diġestat ta' kwalità, inkella jintremew f'miżbla minflok ma jiġu rriċiklati.
Emenda 9
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart – COM(2015) 595 final – 2015/0275 (COD)
Artikolu 1(17)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
Raġuni
Il-prevenzjoni ta’ skart muniċipali hija konformi mal-miri stabbiliti mis-7 Programm ta’ Azzjoni Ambjentali u l-mandat tal-Kummissjoni, skont l-Artikolu 9(c) tad-Direttiva Qafas. Diversi programmi nazzjonali għall-prevenzjoni tal-iskart diġà għandhom miri kwantitattivi.
Emenda 10
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ – COM(2015) 596 final – 2015/0276 (COD)
L-Artikolu 1(3)(b)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||
|
|
Raġuni
Ma hemmx mira stabbilita għall-2030 għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik. Bħala minimu, il-Kummissjoni Ewropea għandha tintalab tippreżenta tali mira sa ftit snin oħra.
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA
Il-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,
Kummenti ġenerali
|
1. |
jilqa’ bi pjaċir il-proposti leġislattivi li jemendaw id-Direttivi dwar l-iskart fil-Pakkett ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari u jiġbed l-attenzjoni dwar il-benefiċċji għall-konsumaturi, l-intrapriżi, l-ambjent u l-ekonomija tal-UE; |
|
2. |
f’dan il-kuntest, jenfasizza li t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari se toħloq impjiegi ġodda, iżżid il-kompetittività tal-intrapriżi żgħar, ta’ daqs medju u kbar tal-UE, tagħti spinta lill-iżvilupp ta’ teknoloġiji nodfa u tnaqqas id-dipendenza tal-Ewropa mill-materja prima u l-enerġija importati; |
L-allinjament tad-definizzjonijiet
|
3. |
jilqa' b'sodisfazzjon is-sett ċar ta' definizzjonijiet armonizzati fid-diversi direttivi dwar l-iskart u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tiżgura li d-definizzjonijiet kollha jkunu konformi mal-Katalgu ta' Skart Ewropew, sabiex jiġu evitati l-ambigwitajiet, u tiżgura li tkun disponibbli data komparabbli dwar il-progress milħuq mill-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali; |
|
4. |
jirrakkomanda li l-koleġislaturi jipprevedu xorta waħda definizzjoni ta' “rimi taż-żibel f'postijiet pubbliċi”. |
Kontrolli
|
5. |
jirrakkomanda li jissaħħu l-kontrolli fuq vjeġġi illegali ta’ skart li fost l-oħrajn inaqqsu b’mod sinifikanti d-disponibbiltà ta’ kwantità ta’ skart suffiċjenti fit-territorju tal-UE biex tħaddem l-ekonomija ċirkolari tal-UE ibbażata fuq il-valur tar-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid; |
Tikkettar
|
6. |
jitlob l-ittikkettar obbligatorju tal-prodotti ta’ konsum kummerċjalizzati fl-UE f’mod li jiddefinixxi b’mod ċar kif jintagħżel l-iskart skont makrokategoriji tal-ġbir ta’ skart għal kategoriji koperti minn ġbir separat stabbilit. Fil-każ li l-prodott jwassal għal skart li jaqa’ f’diversi kategoriji, it-tikketta għandha tindika kif il-komponenti differenti jistgħu jiżżarmaw fid-diversi kategoriji ta’ materjal separat, fejn dan huwa possibbli li jsir mill-konsumatur; |
Ir-responsabbiltà estiża tal-produttur
|
7. |
jirrimarka li l-proposta ta' armonizzazzjoni tar-rekwiżiti minimi hija essenzjali biex issaħħaħ il-prestazzjoni tal-iskema ta' responsabbiltà estiża tal-produttur fl-Istati Membri kollha; |
|
8. |
iħeġġeġ lill-koleġislaturi biex ma jdgħajfux dawn ir-rekwiżiti u jżommu dispożizzjonijiet ewlenin bħal dawk immirati lejn il-garanzija tat-trasparenza u kopertura sħiħa tal-ispejjeż min-naħa tal-produtturi għall-awtoritajiet lokali u reġjonali b'rabta mal-ġbir, l-immaniġġjar u t-trattament tal-flussi ta' skart u informazzjoni taċ-ċittadini. Ix-xiri mill-ġdid ta’ imballaġġi li jistgħu jerġgħu jintużaw (kontenituri tal-ħġieġ, fliexken tal-plastik (PET)) mill-katini kbar ta’ ħwienet huwa probabbilment wieħed mill-aktar fatturi importanti għall-prevenzjoni tal-produzzjoni tal-iskart. |
Il-prevenzjoni tal-iskart
|
9. |
jenfasizza l-ħtieġa ta' aktar dettalji dwar ir-“rekwiżiti minimi ta' kwalità” għall-ikel u jipproponi li tiġi stabbilita proċedura standard minima għall-irkupru ta' ikel b'garanzija tas-sikurezza tal-ikel u applikabbli b'mod uniformi fl-Istati Membri; |
|
10. |
jistieden lill-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali biex iniedu kampanji ta’ komunikazzjoni u edukattivi għal sensibilizzazzjoni dwar il-prevenzjoni tal-iskart. |
Inizjattivi ta’ tindif: “Let’s Do It!” u “Clean-up Day”
|
11. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jappoġġjaw bis-sħiħ id-diversi inizjattivi tas-soċjetà ċivili fir-rigward ta’ azzjonijiet ta’ tindif tal-ambjent lokali u nazzjonali (pereżempju l-kampanja lokali “Let’s do it” jew il-jum dinji ta’ azzjoni “Let’s Clean up the World in just one day!”). |
L-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ
|
12. |
itenni t-talba li jiġu ddefiniti iktar objettivi fil-qasam tal-użu mill-ġdid. L-objettivi għandhom jkunu vinkolanti, indipendenti u maħsuba għal flussi speċifiċi ta' skart, b'mod partikolari għall-għamara, it-tessuti u l-iskart ta' tagħmir elettriku u elettroniku. It-tħejjija għall-użu mill-ġdid hija importanti għall-prevenzjoni tal-iskart, u bħar-riċiklaġġ tidher fl-ogħla livelli tal-ġerarkija tal-iskart u toffri potenzjal sigur għall-iżvilupp tal-ekonomija ċirkolari (2); |
|
13. |
f’dan il-kuntest, jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi miri minima ta’ 70 % bil-piż għall-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-plastik li għandha tintlaħaq sal-2030 fl-iskart mill-imballaġġ; |
|
14. |
jinnota li l-prevenzjoni u l-użu mill-ġdid huma marbuta ma’ attivitajiet li jseħħu b’sustanzi u oġġetti li mhumiex relatati mal-istatus ta’ skart, f’kuntrast mal-proċessi ta’ riċiklaġġ u preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, li jinvolvi materjali li għandu l-istatus ta’ skart. Minħabba l-konsegwenzi legali tal-istatus ta’ skart għall-kumpaniji u l-istituzzjonijiet, iktar kjarifika fir-rigward tad-distinzjoni bejn skart u dak li mhux skart, hija rakkomandata; |
|
15. |
jipproponi li jiġu definiti, pereżempju fil-Katalogu ta’ Skart Ewropew, il-kunċett ta’ riċiklaġġ u l-kunċett ta’ użu mill-ġdid, peress li dawn attwalment jinkludu żewġ gruppi ta’ stallazzjonijiet differenti skont il-flussi u l-ħtiġijiet speċifiċi distinti. a) L-iskart għar-riċiklaġġ jasal fuq iċ-ċineg għall-issortjar taċ-ċentri tas-sistemi tal-issortjar selettiv, fejn jerġa’ jinġabar skont il-ħtiġiet tal-industrija. b) Fil-każ ta’ skart destinat għall-użu mill-ġdid, huwa possibbli li jiġi evitat ċ-ċirkwit tas-sistema tal-ġestjoni tal-iskart. Jeħtieġ li lill-katini l-kbar tal-ħwienet tiġi offruta l-possibbiltà li jerġgħu jixtru l-imballaġġi, anke jekk id-deċiżjoni finali dwar dan l-iskart tibqa’ fid-diskrezzjoni tax-xerrej; |
|
16. |
iħeġġeġ lill-koleġislaturi biex jirrakkomandaw lill-Istati Membri jintroduċu fil-programmi ta’ prevenzjoni tal-iskart tagħhom inċentivi finanzjarji għal proċessi li joħolqu inqas skart. Bl-istess mod, jistieden lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jadottaw miżuri ta’ inċentiv għat-tnaqqis tal-iskart li ma jintbagħatx għar-riċiklaġġ; |
|
17. |
jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea tevalwa jekk id-direttiva ta’ qafas għandhiex tirrikjedi l-Istati Membri jirrappurtaw skart industrijali (mhux ta’ periklu) u li l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent timmonitorja u tiġbor din id-data. Il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami tas-sitwazzjoni sal-2020, filwaqt li tevalwa l-miri dwar it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ dan il-fluss ta’ skart (3); |
|
18. |
jenfasizza li l-passaġġ minn miri għar-riċiklaġġ għal miri konġunti għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ: i) joħloq diffikultajiet fil-kejl separat tar-riċiklaġġ u tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid tal-imballaġġi u tal-iskart mill-imballaġġ; ii) jeħtieġ iktar spjegazzjonijiet. |
|
19. |
iqis li hemm bżonn jiġu identifikati metodi armonizzati sabiex jiġu kkalkulati r-rati ta’ riċiklaġġ madwar l-UE u, fir-rigward tal-iskart tal-ikel u l-iskart inert mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni, tiġi identifikata politika li tiddefinixxi l-istrumenti u l-korpi sabiex jimmonitorjaw id-data ta’ tnaqqis tal-produzzjoni tal-iskart tul il-katina kollha tal-produzzjoni, it-trasformazzjoni u l-konsum; |
|
20. |
jipproponi li l-Kummissjoni Ewropea tiżviluppa indikaturi tal-valur ambjentali ta’ tipi differenti ta’ skart. Il-leġislazzjoni attwali u l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea ma jqisux id-differenzi fil-valur ambjentali ta’ tipi differenti ta’ skart. B’dan il-mod, jiġi ċċarat fuq liema materjal għandu jkun hemm enfasi speċjali għat-titjib tal-immaniġġjar tal-iskart u li jsir iktar ekoloġiku. |
L-irkupru tal-enerġija u r-rimi f'miżbla
|
21. |
f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, jistieden l-Istati Membri jippromovu l-iżvilupp ta’ enerġija ta’ effiċjenza għolja mill-iskart, f’konformità mal-inizjattiva dwar l-iskart għall-enerġija tal-Kummissjoni Ewropea; jinnota li dawn l-impjanti ta’ enerġija mill-iskart jistgħu jgħinu lill-Unjoni ssir inqas dipendenti mill-importazzjoni tal-enerġija f’konformità mal-Unjoni tal-Enerġija; |
|
22. |
jagħraf l-importanza ta' introduzzjoni progressiva ta' restrizzjonijiet għar-rimi f'miżbla u jappoġġja l-bidla fl-approċċ tal-Kummissjoni maħsub biex jipprojbixxi r-rimi f'miżbla tal-iskart soġġett għall-ġbir b'mod separat (inkluż il-bijoskart), b'kunsiderazzjoni tal-komunikazzjoni COM(2015) 614 dwar l-ekonomija ċirkulari li tħeġġeġ l-użu kaskata tar-riżorsi bijoloġiċi li jistgħu joħolqu kompetittività permezz tal-użu mill-ġdid tagħhom (4); |
|
23. |
jirrakkomanda li tibqa' tingħata prijorità lil approċċ kwalitattiv u iktar ambizzjuż maħsub biex jiġi eliminat ir-rimi ta’ skart riċiklabbli u bijodegradabbli f’miżbla; |
|
24. |
jistieden lill-Kummissjoni Ewropea teżamina l-possibbiltà li testendi l-mira ta’ massimu ta’ 10 % ta’ rimi fil-miżbliet sal-2030 fil-każ tal-iskart muniċipali u tapplikaha għat-tipi kollha ta’ skart (5). |
Derogi għal xi Stati Membri dwar il-miri għall-iskart muniċipali u għar-rimi f'miżbla
|
25. |
jaqbel mal-eżenzjonijiet mogħtija lis-7 Stati Membri li għandhom l-iktar livelli baxxi ta' mmaniġġjar tal-iskart iżda jenfassiza dwar il-bżonn li jinżammu d-dispożizzjonijiet proposti li skonthom l-Istati Membri li jinnotifikaw l-eżenzjoni għandhom jippreżentaw pjani ta' implimentazzjoni bi skedi taż-żmien dettaljati tal-miżuri meħtieġa biex jilħqu l-objettivi tagħhom. |
Rekwiżiti ta' reġistrazzjoni ta' data u ta' komunikazzjoni
|
26. |
jenfasizza n-nuqqas ta' dispożizzjoni, diġà proposta mill-Kummissjoni Ewropea fl-2014 fid-Direttiva Qafas, li skontha l-impriżi tal-industrija u tal-kummerċ għandu jkollhom reġistru tal-iskart mhux perikoluż li huma jittrattaw u, fuq talba, għandhom jagħmlu tali data għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti. |
Atti delegati
|
27. |
jesprimi tħassib dwar is-setgħa wiesgħa li d-direttivi proposti jagħtu lill-Kummissjoni Ewropea biex tadotta atti delegati, u jistieden lill-koleġislaturi jillimitaw l-użu tagħhom peress li dawn idgħajfu l-kompetenzi ta' superviżjoni tagħhom u mhumiex konformi mal-proċess demokratiku leġislattiv (6). |
Patt tas-Sindki dwar l-immaniġġjar tal-iskart
|
28. |
fid-dawl tas-suċċess notevoli tal-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija, jipproponi li titwaqqaf struttura simili dwar l-immaniġġjar tal-iskart; f'dan il-kuntest jenfasizza r-rwol tal-Kumitat tar-Reġjuni bħala l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali fil-mobilizzazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u fit-tisħiħ tal-isforzi tagħhom lejn effiċjenza ikbar tar-riżorsi, inqas ħela u iktar riċiklaġġ, użu mill-ġdid u rkupru tal-iskart fl-ibliet. |
Sussidjarjetà u proporzjonalità
|
29. |
jirrimarka li l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea ma jqajmux tħassib dwar ir-rispett tas-sussidjarjetà iżda jqajmu tħassib dwar ir-rispett tal-proporzjonalità (7). |
Brussell, il-15 ta’ Ġunju 2016
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Markku MARKKULA
(1) COM(2014) 397 final.
(2) CDR-1617-2013.
(3) CDR-1617-2013.
(4) COR-2014-04083, CdR 3751/2013, CdR 1617/2013.
(5) CdR 1617/2013.
(6) COR-2014-04083; Konsultazzjoni tal-grupp ta' esperti tas-sussidjarjetà u tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-parlamenti nazzjonali u tal-assembleji reġjonali fir-rigward tal-aspetti marbuta mas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità tal-pakkett dwar l-ekonomija ċirkolari – sinteżi u analiżi, COR-2016-1521.
(7) Ara wkoll Konsultazzjoni tal-grupp ta' esperti tas-sussidjarjetà u eżami tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-parlamenti nazzjonali u tal-assembleji reġjonali fir-rigward tal-aspetti marbuta mas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità tal-pakkett dwar l-ekonomija ċirkolari – sinteżi u analiżi, COR-2016-1521.