27.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 224/204


P8_TA(2016)0462

Ftehim UE-Tuvalu dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Tuvalu dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (09764/2016– C8-0268/2016 – 2016/0100(NLE))

(Approvazzjoni)

(2018/C 224/42)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (09764/2016),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Tuvalu dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (09760/2016),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 77(2)(a), u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8–0268/2016),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0333/2016),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u ta' Tuvalu.