27.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 224/193


P8_TA(2016)0438

Emissjonijiet ta’ ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Novembru 2016 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis ta' emissjonijiet nazzjonali ta' ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja u li temenda d-Direttiva 2003/35/KE (COM(2013)0920 – C7-0004/2014 – 2013/0443(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2018/C 224/34)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0920),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0004/2014),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta' Lulju 2014 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-7 ta' Ottubru 2014 (2),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-30 ta' Ġunju 2016, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0249/2015),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (3);

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 451, 16.12.2014, p. 134.

(2)  ĠU C 415, 20.11.2014, p. 23.

(3)  Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-28 ta' Ottubru 2015 (Testi adottati, P8_TA(2015)0381).


P8_TC1-COD(2013)0443

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta’ Novembru 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, id-Direttiva (UE) 2016/2284.)