|
13.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 204/308 |
P8_TA(2016)0355
Linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Settembru 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (COM(2016)0071 – C8-0098/2016 – 2016/0043(NLE))
(Konsultazzjoni)
(2018/C 204/43)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2016)0071), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 148(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0098/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-8 ta' Lulju 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0247/2016), |
|
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata; |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
|
3. |
Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
|
4. |
Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali; |
|
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
Emenda 1
Proposta għal deċiżjoni
Premessa - 1 (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 2
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 3
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 4
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 5
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 6
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 6a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 7
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri kif stabbiliti fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ Ottubru 2015 dwar linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (4) għandhom jinżammu għall-2016 u għandhom ikunu kkunsidrati mill-Istati Membri fil-politiki tal-impjiegi tagħhom . |
Il-linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri, kif stabbiliti fl-Anness , qed jiġu adottati. Dawn il-linji gwida għandhom ikunu kkunsidrati mill-Istati Membri fil-politiki tal-impjiegi u fil-programmi ta' riforma tagħhom, u għandu jsir rapport dwar dan f'konformità mal-Artikolu 148(3) tat-TFUE . |
Emenda 8
Proposta għal deċiżjoni
Anness (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Linja gwida 5: Inżidu d-domanda għax-xogħol |
|
|
L-Istati Membri, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, għandhom jindirizzaw b'mod effikaċi u fil-pront il-kwistjoni serja tal-qgħad, u jiffaċilitaw u jinvestu fil-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli u ta' kwalità, jindirizzaw l-aċċessibbiltà għall-gruppi li qegħdin f'riskju u jnaqqsu l-ostakli lin-negozji biex iħaddmu persuni fil-livelli kollha tal-ħiliet u fis-setturi kollha tas-suq tax-xogħol, inkluż billi jnaqqsu l-burokrazija, filwaqt li jirrispettaw l-istandards soċjali u tax-xogħol, jippromwovu l-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ, u b'mod partikolari jappoġġjaw il-ħolqien u t-tkabbir ta' intrapriżi mikro, żgħar u medji ħalli tiżdied ir-rata tan-nisa u l-irġiel fis-suq tax-xogħol. L-Istati Membri għandhom jippromwovu attivament, fost l-oħrajn, l-impjiegi ekoloġiċi u dawk fil-qasam tas-saħħa u s-settur marittimu, kif ukoll l-ekonomija soċjali u l-innovazzjoni soċjali. |
|
|
Il-ħaddiema għandu jonqsilhom il-piż tat-taxxa u minflok dan għandhom jerfgħuh sorsi oħrajn ta' tassazzjoni li jagħmlu inqas ħsara lill-impjiegi u lit-tkabbir filwaqt li għandu jitħares id-dħul għal protezzjoni soċjali adegwata u l-infiq immirat lejn l-investiment pubbliku, l-innovazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi. It-tnaqqis fit-tassazzjoni fuq ix-xogħol għandu jkun immirat lejn komponenti rilevanti tal-piż tat-taxxa u għandu jsir bil-ħsieb li tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni u jonqsu l-ostakli u d-diżinċentivi għall-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, b'mod partikolari għall-persuni b'diżabilità u għall-aktar persuni mbiegħda mis-suq tax-xogħol, filwaqt li jiġu rispettati l-istandards eżistenti tax-xogħol. |
|
|
Il-politiki li jiżguraw li l-pagi jippermettu introjtu adegwat li jiggarantixxi l-għajxien jibqgħu importanti għall-ħolqien tal-impjiegi u għat-tnaqqis tal-faqar fl-Unjoni. Flimkien mas-sħab soċjali, l-Istati Membri għandhom għalhekk jirrispettaw u jinkoraġġixxu mekkaniżmi tal-iffissar tal-pagi ħalli l-pagi reali jkunu jistgħu jwieġbu għall-iżviluppi fil-produttività u jgħinu jikkoreġu diverġenzi tal-passat mingħajr ma jinkoraġġixxu pressjoni deflazzjonarja. Dawn il-mekkaniżmi għandhom jiżguraw riżorsi suffiċjenti biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet bażiċi, filwaqt li jitqiesu l-indikaturi tal-faqar speċifiċi għal kull Stat Membru. Għalhekk għandhom jitqiesu d-differenzi fil-ħiliet u l-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol lokali bil-għan li jiġu żgurati pagi għal għajxien deċenti madwar l-Unjoni. Meta jiġu biex jiffissaw il-pagi minimi f'konformità mal-leġiżlazzjoni u l-prattiki nazzjonali, l-Istati Membri u s-sħab soċjali għandhom jiżguraw l-adegwatezza tagħhom kif ukoll iqisu l-impatt li dawn iħallu fuq il-faqar fost dawk li jaħdmu, l-introjtu tal-familji, id-domanda aggregata, il-ħolqien tal-impjiegi u l-kompetittività. |
|
|
L-Istati Membri għandhom inaqqsu l-burokrazija sabiex itaffu l-piż fuq l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, billi dawn jikkontribwixxu b'mod konsiderevoli għall-ħolqien tal-impjiegi. |
|
|
Linja gwida 6: Insaħħu l-provvista tax-xogħol u l-ħiliet |
|
|
L-Istati Membri għandhom jippromwovu produttività sostenibbli u impjegabbiltà ta' kwalità permezz ta' provvista adegwata ta' għarfien u ħiliet rilevanti, magħmula aċċessibbli u disponibbli għal kulħadd. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-kura tas-saħħa, is-servizzi soċjali u s-servizzi tat-trasport li qed jiffaċċjaw jew se jiffaċċjaw nuqqas ta' persunal fit-terminu medju. L-Istati Membri għandhom jagħmlu investimenti effikaċi f'edukazzjoni inklużiva u ta' kwalità għolja minn età bikrija u fis-sistemi tat-taħriġ vokazzjonali u għandhom itejbu l-effikaċja u l-effiċjenza tagħhom ħalli jiżdiedu l-kompetenzi u l-livell tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol, filwaqt li tiżdied id-diversità tal-ħiliet, u b'hekk din tkun tista' tantiċipa aħjar u tissodisfa l-ħtiġijiet tant flessibbli tas-swieq tax-xogħol dinamiċi f'ekonomija li qed issir dejjem aktar diġitali. Għal dan il-għan, għandu jiġi kkunsidrat il-fatt li l-“ħiliet mhux tekniċi” bħall-komunikazzjoni qed isiru dejjem aktar importanti għal għadd kbir ta' impjiegi. |
|
|
L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ billi, fost l-oħrajn, jintroduċu korsijiet volontarji dwar l-intraprenditorija u jinkoraġġixxu l-ħolqien ta' intrapriżi tal-istudenti fl-iskejjel sekondarji u fil-kulleġġi. L-Istati Membri, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, għandhom iżidu l-isforzi tagħhom biex ma jħallux liż-żgħażagħ jitilqu mill-iskola u biex jiżguraw tranżizzjoni bla intoppi mill-edukazzjoni u t-taħriġ għall-ħajja professjonali, biex jitjieb l-aċċess u jitneħħew l-ostakli għal tagħlim ta' kwalità għolja għall-adulti kollha b'enfasi partikolari fuq gruppi b'riskju għoli u l-ħtiġijiet tagħhom, billi joffru taħriġ mill-ġdid ta' ħiliet meta t-telf ta' impjiegi u t-tibdil fis-suq tax-xogħol ikunu jeħtieġu riintegrazzjoni attiva. Fl-istess ħin l-Istati Membri għandhom jimplimentaw strateġiji għal tixjiħ attiv biex jippermettu ħajja tax-xogħol b'saħħitha sal-età reali tal-irtirar. |
|
|
Filwaqt li jiżguraw il-livell ta' ħiliet meħtieġ minn suq tax-xogħol li kontinwament qed jinbidel u jappoġġjaw l-edukazzjoni u t-taħriġ flimkien ma' programmi ta' edukazzjoni tul il-ħajja, l-Istati Membri għandhom iżommu f'moħħhom li l-impjiegi li jeħtieġu ftit kwalifiki huma meħtieġa wkoll u li l-opportunitajiet ta' impjieg huma aħjar għal dawk li għandhom ħafna kwalifiki milli għal dawk li għandhom kwalifiki medji jew baxxi. |
|
|
L-aċċess għal servizzi ta' edukazzjoni u kura għall-but ta' kulħadd u ta' kwalità għolja fil-bidu tat-tfulija għandu jkun prijorità għall-politiki komprensivi u l-investiment flimkien mal-appoġġ għall-familja u l-ġenituri u miżuri ta' rikonċiljazzjoni li jgħinu lill-ġenituri jibbilanċjaw il-ħajja tax-xogħol ma' tal-familja, bħala kontribut għall-prevenzjoni tat-tluq bikri mill-iskola u għaż-żieda fl-opportunitajiet għaż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol. |
|
|
Il-kwistjoni tal-qgħad, b'mod partikolari l-qgħad fit-tul u l-qgħad reġjonali għoli, għandha tiġi solvuta b'mod effikaċi u f'waqtu, kif ukoll evitata permezz ta' taħlita ta' miżuri min-naħa tad-domanda u min-naħa tal-provvista. Permezz ta' strateġiji komprensivi u li jsaħħu lil xulxin għandhom jiġu indirizzati l-għadd ta' persuni qiegħda għal żmien twil u l-problema tan-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet u ta' ħiliet skaduti, billi fost l-oħrajn jingħata appoġġ attiv personalizzat u bbażat fuq il-ħtiġijiet u jiġu pprovduti skemi ta' protezzjoni soċjali xierqa lil dawn il-persuni biex jerġgħu lura fis-suq tax-xogħol b'mod infurmat u responsabbli. Anke l-qgħad fost iż-żgħażagħ għandu jiġi indirizzat b'mod komprensiv permezz ta' strateġija globali għall-impjieg taż-żgħażagħ. Dan jinkludi investiment fis-setturi li jistgħu joħolqu impjiegi ta' kwalità għaż-żgħażagħ u billi l-atturi rilevanti bħas-servizzi ta' appoġġ għaż-żgħażagħ, il-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u s-servizzi pubbliċi tal-impjiegi jingħataw il-mezzi meħtieġa ħalli l-Pjanijiet ta' Implimentazzjoni nazzjonali tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ tagħhom jimplimentawhom għalkollox u b'mod konsistenti, iżda wkoll bl-użu rapidu tar-riżorsi min-naħa tal-Istati Membri. L-aċċess għall-finanzjament għal dawk li jagħżlu li jibdew negozju għandu jiġi ffaċilitat permezz ta' disponibbiltà usa' ta' informazzjoni, tnaqqis ta' burokrazija eċċessiva u l-possibbiltà li l-benefiċċji tal-qgħad ta' diversi xhur jiġu konvertiti f'għotja inizjali bil-quddiem wara l-preżentazzjoni ta' pjan tan-negozju u f'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali. |
|
|
Fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' politiki kontra l-qgħad, l-Istati Membri għandhom iqisu l-inugwaljanzi lokali u reġjonali u jikkooperaw mas-servizzi pubbliċi lokali tal-impjiegi. |
|
|
Għandhom jiġu indirizzati d-dgħufijiet strutturali fis-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ ħalli jkunu żgurati riżultati fit-tagħlim ta' kwalità filwaqt li jkun evitat u jingħeleb it-tluq bikri mill-iskola, u tiġi promossa edukazzjoni komprensiva u ta' kwalità għolja mil-livell l-aktar bażiku tagħha. Dan jeħtieġ sistemi edukattivi flessibbli b'enfasi fuq il-prattika. L-Istati Membri, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, għandhom itejbu l-kwalità tar-riżultati tas-sistema edukattiva billi jagħmluha aċċessibbli għal kulħadd, jistabbilixxu u jtejbu s-sistemi ta' tagħlim doppju, adattati għall-ħtiġijiet tagħhom, bit-titjib tat-taħriġ professjonali u ta' oqfsa eżistenti bħall-Europass, filwaqt li jiżguraw, fejn ikun hemm bżonn, taħriġ mill-ġdid ta' ħiliet u rikonoxximent tal-ħiliet miksuba barra s-sistema edukattiva formali. Ir-rabtiet bejn l-edukazzjoni u s-suq tax-xogħol għandhom jissaħħu, filwaqt li jiġi żgurat li l-edukazzjoni tkun wiesgħa biżżejjed biex tipprovdi lin-nies b'bażi solida għall-impjegabbiltà tul il-ħajja. |
|
|
L-Istati Membri għandhom jikkoordinaw aħjar is-sistemi tat-taħriġ tagħhom mas-suq tax-xogħol sabiex itejbu t-tranżizzjoni mit-taħriġ għad-dinja tax-xogħol. L-impjiegi ekoloġiċi u s-settur tal-kura tas-saħħa huma partikolarment essenzjali fil-kuntest tad-diġitalizzazzjoni u f'termini ta' teknoloġiji ġodda. |
|
|
Jeħtieġ li tonqos aktar id-diskriminazzjoni fis-suq tax-xogħol kif ukoll fir-rigward tal-aċċess għas-suq tax-xogħol, l-aktar għall-gruppi li jiffaċċjaw diskriminazzjoni jew esklużjoni, bħan-nisa, l-anzjani, iż-żgħażagħ, il-persuni b'diżabilità u l-migranti legali. Fis-suq tax-xogħol għandhom ikunu żgurati l-ugwaljanza bejn is-sessi, inkluża paga ugwali, u l-aċċess għal servizzi ta' edukazzjoni u kura ta' kwalità u għall-but ta' kulħadd fil-bidu tat-tfulija kif ukoll il-flessibbiltà meħtieġa biex tiġi evitata l-esklużjoni ta' dawk b'waqfiet fil-karriera tagħhom minħabba responsabbiltajiet familjari bħal dawk li jieħdu ħsieb il-familja. Għalhekk, id-Direttiva dwar in-Nisa fil-Bordijiet għandha tiġi żblukkata mill-Istati Membri. |
|
|
F'dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom iqisu l-fatt li r-rati ta' żgħażagħ li mhumiex qed jaħdmu, jistudjaw jew jitħarrġu (NEETs) huma ogħla għan-nisa milli għall-irġiel u li l-fenomenu tan-NEETs jeżisti primarjament minħabba żieda fil-qgħad fost iż-żgħażagħ iżda wkoll minħabba inattività mhux marbuta mal-edukazzjoni. |
|
|
L-Istati Membri għandhom jagħmlu użu sħiħ, effikaċi u effiċjenti mill-Fond Soċjali Ewropew u fondi oħrajn ta' appoġġ li għandha l-Unjoni biex jiġġieldu l-faqar u jtejbu l-impjiegi ta' kwalità, l-inklużjoni soċjali, l-edukazzjoni, l-amministrazzjoni pubblika u s-servizzi pubbliċi. Il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi u l-pjattaformi ta' investiment tiegħu għandhom ikunu wkoll mobilizzati sabiex jiġi żgurat li jinħolqu impjiegi ta' kwalità u li l-ħaddiema jingħataw il-ħiliet meħtieġa għat-tranżizzjoni tal-Unjoni lejn mudell ta' tkabbir sostenibbli. |
|
|
Linja gwida 7: Intejbu l-funzjonament tas-swieq tax-xogħol |
|
|
L-Istati Membri għandhom inaqqsu s-segmentazzjoni fis-suq tax-xogħol billi jindirizzaw l-impjiegi prekarji, is-sottoimpjieg, ix-xogħol mhux iddikjarat u l-kuntratti li ma jispeċifikawx il-ħinijiet tax-xogħol. Għandhom isiru regoli li jħarsu x-xogħol u l-istituzzjonijiet ħalli jinħoloq ambjent xieraq għar-reklutaġġ filwaqt li dawn ikunu joffru livelli xierqa ta' protezzjoni lil min jaħdem u lil min qed ifittex xogħol jew jaħdem b'kuntratt temporanju, part-time jew atipiku jew b'kuntratt tax-xogħol indipendenti, billi jinvolvu b'mod attiv lill-partijiet soċjali u jippromwovu n-negozjar kollettiv. Għandhom ikunu żgurati impjiegi ta' kwalità għal kulħadd, u dan mil-lat ta' sigurtà soċjoekonomika, durabbiltà, salarji adegwati, drittijiet fuq ix-xogħol, kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti (inkluż mill-perspettiva tas-saħħa u s-sikurezza), il-protezzjoni tas-sigurtà soċjali, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-edukazzjoni u l-opportunitajiet ta' taħriġ. Għalhekk hemm bżonn li ssir promozzjoni għad-dħul taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol, ir-riintegrazzjoni ta' persuni qiegħda għal żmien twil u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja, bil-forniment ta' kura bi prezz raġonevoli u bl-immodernizzar tal-organizzazzjoni tax-xogħol. Għandha ssir promozzjoni favur il-konverġenza 'l fuq fil-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Unjoni kollha. |
|
|
L-aċċess għas-suq tax-xogħol għandu jiffaċilita l-intraprenditorija, il-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli fis-setturi kollha, inklużi l-impjiegi ekoloġiċi, u l-kura soċjali u l-innovazzjoni, sabiex isir l-aħjar użu mill-ħiliet tal-persuni, jitrawwem l-iżvilupp tul il-ħajja tagħhom u titħeġġeġ l-innovazzjoni mmexxija mill-impjegati. |
|
|
Filwaqt li jibqgħu konformi mal-prinċipju ta' sħubija u mal-prattiki nazzjonali, meta jkunu qed ifasslu u jwettqu riformi u politiki rilevanti, l-Istati Membri għandhom jinvolvu mill-qrib lill-parlamenti nazzjonali, lis-sħab soċjali, lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, u għandhom jappoġġjaw it-titjib tal-funzjonament u l-effikaċja tad-djalogu soċjali fil-livell nazzjonali, b'mod speċjali f'dawk il-pajjiżi bl-ikbar problemi ta' devalwazzjoni tal-pagi minħabba d-deregolamentazzjoni reċenti tas-swieq tax-xogħol u d-dgħufija tan-negozjar kollettiv. |
|
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw standards ta' kwalità bażiċi għall-politiki attivi tas-suq tax-xogħol billi jtejbu l-livell ta' kemm ikunu mmirati, kemm jilħqu 'l bogħod, kemm ikunu mifruxin, u kemm jinteraġixxu ma' miżuri ta' appoġġ bħas-sigurtà soċjali. Billi jipprovdu servizzi pubbliċi tal-impjiegi kwalifikati ħafna li jagħtu appoġġ individwalizzat u billi joħolqu sistemi li jkejlu l-prestazzjoni, dawn il-politiki għandhom jimmiraw li jtejbu l-aċċess għas-suq tax-xogħol, isaħħu n-negozjar kollettiv u d-djalogu soċjali u jgħinu għal tranżizzjonijiet sostenibbli fis-suq tax-xogħol. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li b’mod effettiv, is-sistemi tal-protezzjoni soċjali tagħhom jattivaw u jagħmluha possibbli biex kull min jista’, jieħu sehem fis-suq tax-xogħol, filwaqt li jipproteġu lil dawk li (temporanjament) huma esklużi mis-swieq tax-xogħol u/jew ma jistgħux jieħdu sehem fihom, u jħejju lill-individwi għal riskji potenzjali u kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali varjabbli, billi jinvestu fil-kapital uman. L-Istati Membri għandhom jintroduċu, bħala waħda mill-miżuri possibbli biex biha jitnaqqas il-faqar u f'konformità mal-prattika nazzjonali, introjtu minimu proporzjonali għas-sitwazzjoni soċjoekonomika speċifika tagħhom. L-Istati Membri għandhom jippromwovu swieq tax-xogħol inklużivi miftuħa għal kulħadd u jistabbilixxu miżuri effikaċi kontra d-diskriminazzjoni. |
|
|
Għandha tkun żgurata l-mobilità tal-ħaddiema bħala dritt fundamentali u kwistjoni ta' għażla ħielsa ħalli jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tas-suq tax-xogħol Ewropew, u fost l-oħrajn dan jista’ jsir billi jissaħħu t-trasferibbiltà tal-pensjonijiet u r-rikonoxximent effettiv tal-kwalifiki u l-ħiliet u l-eliminazzjoni tal-burokrazija u ta' ostakli eżistenti oħrajn. Fl-istess waqt, l-Istati Membri għandhom jegħlbu l-ostakli lingwistiċi, u b'hekk itejbu s-sistemi tat-taħriġ f'dan il-qasam. L-Istati Membri għandhom ukoll jagħmlu użu adatt min-netwerk tal-EURES sabiex jinkoraġġixxu l-mobilità tal-ħaddiema. Għandu jiġi promoss l-investiment fir-reġjuni li qed jesperjenzaw flussi ta' ħruġ ta' ħaddiema sabiex jittaffa l-eżodu ta' mħuħ u biex il-ħaddiema mobbli jiġu mħeġġa jerġgħu lura. |
|
|
Linja gwida 8: Intejbu l-kwalità u l-prestazzjoni tas-sistemi edukattivi u tat-taħriġ fil-livelli kollha |
|
|
L-Istati Membri għandhom jagħmlu prijorità l-aċċess għas-servizzi ta' kura u edukazzjoni ta' kwalità għall-but ta' kulħadd sa mill-bidu tat-tfulija, minħabba li t-tnejn huma miżuri ta' appoġġ importanti għall-atturi tas-suq tax-xogħol u jikkontribwixxu għaż-żieda fir-rata tal-impjiegi globali filwaqt li jappoġġjaw l-individwi fir-responsabbiltajiet tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu politiki komprensivi u investimenti meħtieġa biex jitjieb l-appoġġ għall-familja u l-ġenituri u miżuri ta' rikonċiljazzjoni li jgħinu lill-ġenituri jsibu bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u tal-familja, bħala kontribut għall-prevenzjoni tat-tluq bikri mill-iskola u għaż-żieda fl-opportunitajiet taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol. |
|
|
Linja gwida 9: Niżguraw il-ġustizzja soċjali, niġġieldu l-faqar u nippromwovu l-opportunitajiet indaqs |
|
|
L-Istati Membri, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, għandhom itejbu s-sistemi tal-protezzjoni soċjali tagħhom billi jiżguraw standards bażiċi ħalli jagħtu protezzjoni effikaċi, effiċjenti u sostenibbli f'kull stadju tal-ħajja taċ-ċittadini, filwaqt li jiżguraw ħajja dinjituża, solidarjetà, aċċess għall-protezzjoni soċjali, rispett sħiħ tad-drittijiet soċjali, ġustizzja u jindirizzaw l-inugwaljanzi kif ukoll jiżguraw l-inklużjoni sabiex jeliminaw il-faqar, b'mod partikolari għall-persuni li huma esklużi mis-suq tax-xogħol u għall-gruppi aktar vulnerabbli. Hemm bżonn politiki soċjali simplifikati, aktar immirati u aktar ambizzjużi, inkluż permezz ta' kura tat-tfal u edukazzjoni ta' kwalità għall-but ta' kulħadd, taħriġ effikaċi u għajnuna fl-impjiegi, appoġġ għall-akkomodazzjoni u kura tas-saħħa ta' kwalità għolja aċċessibbli għal kulħadd, aċċess għal servizzi bażiċi bħal kontijiet bankarji u l-internet u azzjoni biex ikun evitat it-tluq bikri mill-iskola u jingħelbu l-faqar estrem, l-esklużjoni soċjali u, b'mod aktar ġenerali, kull forma ta' faqar. B'mod partikolari għandu jiġi indirizzat b'mod deċiżiv il-faqar fost it-tfal. |
|
|
Għal dan il-għan għandhom jintużaw bosta strumenti varji iżda b'mod komplementari, fosthom servizzi ta' għajnuna u attivazzjoni tax-xogħol u appoġġ għall-introjtu li jkunu maħsuba skont il-ħtiġijiet individwali. F'dan ir-rigward, hija kompetenza ta' kull Stat Membru li jiffissa livelli ta' introjtu minimu f'konformità mal-prattika nazzjonali u b'mod proporzjonali mas-sitwazzjoni soċjoekonomika speċifika fl-Istat Membru partikolari. Is-sistemi tal-protezzjoni soċjali għandhom jitfasslu b'tali mod li kull persuna, mingħajr ebda diskriminazzjoni, issibha faċli biex tikseb aċċess għalihom u tużahom, b'tali mod li jkunu jappoġġjaw l-investiment fil-kapital uman, u jkunu jgħinu biex jiġi evitat il-faqar, biex dan jonqos u biex iċ-ċittadini jitħarsu minnu u mill-esklużjoni soċjali kif ukoll minn riskji oħrajn bħal tnaqqis fis-saħħa jew telf ta' impjieg. Għandu jkun hemm enfasi partikolari fuq it-tfal li jgħixu fil-faqar minħabba l-qgħad fit-tul tal-ġenituri tagħhom. |
|
|
Is-sistemi tal-pensjonijiet għandhom ikunu strutturati b'mod li s-sostenibbiltà, is-sikurezza u l-adegwatezza tagħhom għan-nisa u l-irġiel tkun iggarantita permezz tat-tisħiħ ta' skemi tal-irtirar li jimmiraw għal introjtu ta' rtirar deċenti li tal-inqas jaqbeż is-soll tal-faqar. Is-sistemi tal-pensjonijiet għandhom jipprevedu l-konsolidazzjoni, l-iżvilupp ulterjuri u t-titjib tat-tliet pilastri tas-sistemi ta' tfaddil għall-irtirar. Il-ħolqien ta' rabta bejn l-età tal-irtirar u l-istennija tal-għomor mhijiex l-uniku strument li permezz tiegħu tista' tiġi indirizzata l-isfida tat-tixjiħ. Ir-riformi tas-sistemi tal-pensjoni għandhom ukoll, fost l-oħrajn, jirriflettu x-xejriet tas-suq tax-xogħol, ir-rata tat-twelid, is-sitwazzjoni demografika, is-sitwazzjoni tas-saħħa u tal-ġid, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-proporzjon ta' dipendenza fuq l-ekonomija. L-aqwa mod biex tiġi indirizzata l-isfida tat-tixjiħ huwa li tiżdied ir-rata ġenerali tal-impjiegi, abbażi ta', fost l-oħrajn, investimenti soċjali f'tixjiħ attiv. |
|
|
L-Istati Membri għandhom itejbu l-kwalità, l-affordabbiltà, l-aċċessibbiltà, l-effiċjenza u l-effikaċja tal-kura tas-saħħa u s-sistemi tal-kura fit-tul u s-servizzi soċjali kif ukoll il-kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti fis-setturi relatati, filwaqt li jissalvagwardjaw is-sostenibbiltà finanzjarja ta' dawn is-sistemi bit-titjib tal-finanzjament ibbażat fuq is-solidarjetà. |
|
|
L-Istati Membri għandhom jagħmlu użu sħiħ mill-Fond Soċjali Ewropew u fondi oħrajn ta' appoġġ li għandha l-Unjoni fil-ġlieda kontra l-faqar, l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni, itejbu l-aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabilità biex jippromwovu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u jtejbu l-amministrazzjoni pubblika. |
|
|
L-objettiv tal-miri ewlenin ta' Ewropa 2020, li abbażi tagħhom l-Istati Membri jistabbilixxu l-miri nazzjonali tagħhom, skont il-pożizzjonijiet inizjali u ċ-ċirkustanzi nazzjonali relattivi tagħhom, huwa li r-rata ta' impjieg għan-nisa u l-irġiel ta' bejn l-20 u l-64 tiżdied għal 75 % sal-2020; li r-rata ta' tluq bikri mill-iskola titnaqqas għal inqas minn 10 %; li s-sehem ta' dawk bejn 30 u 34 sena li temmew l-edukazzjoni terzjarja jew ekwivalenti jiżdied għal mhux inqas minn 40 %; u li titrawwem l-inklużjoni soċjali, b'mod partikolari permezz tat-tnaqqis tal-faqar, billi mill-inqas 20 miljun persuna titneħħa mir-riskju tal-faqar u tal-esklużjoni (1a) . |
(1) Testi adottati, P8_TA(2015)0261.
(1a) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1848 tal-5 ta' Ottubru 2015 dwar linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri għall-2015 (ĠU L 268, 15.10.2015, p. 28).
(1a) Testi adottati, P8_TA(2016)0058.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1848 tal-5 ta' Ottubru 2015 dwar linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (ĠU L 268, 15.10.2015, p. 28).
(1a) Il-popolazzjoni hija definita bħala l-għadd ta' persuni li huma f'riskju ta' faqar u esklużjoni skont tliet indikaturi (f'riskju ta' faqar; privazzjoni materjali; familja mingħajr impjieg), li jħalli lill-Istati Membri liberi li jistabbilixxu l-miri nazzjonali tagħhom abbażi tal-indikaturi l-aktar adatti, fid-dawl taċ-ċirkustanzi u l-prijoritajiet nazzjonali tagħhom.