15.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/256


P8_TA(2016)0131

Il-protezzjoni ta' informazzjoni ta' kompetenza u tan-negozju (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u liżvelar illegali tagħhom ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' April 2016 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni ta' kompetenza u tan-negozju (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (COM(2013)0813 – C7-0431/2013 – 2013/0402(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2018/C 058/43)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0813),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u 114, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0431/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2014 (1),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-18 ta' Diċembru 2015, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija kif ukoll tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0199/2015),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 226, 16.7.2014, p. 48.


P8_TC1-COD(2013)0402

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' April 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' konoxxenza u ta' informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, d-Direttiva (UE) 2016/943.)