15.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/254


P8_TA(2016)0127

L-użu tad-dejta fir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (UE PNR) ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' April 2016 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tad-dejta fir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti serji (COM(2011)0032 – C7-0039/2011 – 2011/0023(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2018/C 058/42)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0032),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-punt (d) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 82(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 87(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0039/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-kontribuzzjonijiet imressqa mill-Parlament Bulgaru, is-Senat Ċek, il-Bundesrat Ġermaniż, is-Senat Taljan, is-Senat Olandiż, il-Kunsill Nazzjonali Awstrijakk, il-Parlament Portugiż u s-Senat Rumen dwar l-abbozz tal-att leġiżlattiv,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tal-5 ta' Mejju 2011 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tat-25 ta' Marzu 2011 (2),

wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' April 2014 fil-Kawżi Magħquda C-293/12 u C-594/12, Digital Rights Ireland u Seitlinger et  (3),

wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (4),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-7 ta' Diċembru 2015, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 188 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0150/2013),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-18 ta' Settembru 2014 dwar ħidma mhux mitmuma mis-seba' leġiżlatura parlamentari,

wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0248/2015),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 218, 23.7.2011, p. 107.

(2)  ĠU C 181, 22.6.2011, p. 24.

(3)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' April 2014, Digital Rights IrelandSeitlinger et, Kawżi Magħquda C-293/12 u C-594/12, ECLI:UE:C:2014:238.

(4)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.


P8_TC1-COD(2011)0023

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' April 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta’ data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u kriminalità serja

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, d-Direttiva (UE) 2016/681.)