|
15.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 58/252 |
P8_TA(2016)0125
Il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u l-moviment liberu ta’ dik iddejta (Regolament dwar il-Protezzjoni ta’ Dejta Ġenerali) ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' April 2016 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwaril-moviment liberu ta' dik id-data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament dwar il-Protezzjoni ta' Data Ġenerali) (05419/1/2016 – C8-0140/2016 – 2012/0011(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
(2018/C 058/40)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (05419/1/2016 – C8-0140/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Kamra tar-Rappreżentanti Belġjana, il-Bundesrat Ġermaniż, is-Senat Franċiż, il-Kamra tad-Deputati tal-Italja u l-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Mejju 2012 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-10 ta' Ottubru 2012 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tas-7 ta' Marzu 2012 (3) u tad-19 ta' Novembru 2015 (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni (COM(2016)0214), |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (5) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0011), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0139/2016), |
|
1. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari; |
|
2. |
Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 229, 31.7.2012, p. 90.
(2) ĠU C 391, 18.12.2012, p. 127.
(3) ĠU C 192, 30.6.2012, p. 7.
(4) ĠU C 67, 20.2.2016, p. 13.
(5) Testi adottati, 12.3.2014, P8_TA(2014)0212.