15.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/230


P8_TA(2016)0098

Ftehim dwar Kooperazzjoni Strateġika bejn ir-Repubblika Federattiva tal-Brażil u l-Europol *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' April 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Strateġika bejn ir-Repubblika Federattiva tal-Brażil u l-Europol (13980/2015 – C8-0010/2016 – 2016/0801(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

(2018/C 058/29)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (13980/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0010/2016),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(2) tagħha,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/934/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tadotta r-regoli implimentattivi li jirregolaw ir-relazzjonijiet tal-Europol mal-imsieħba, inkluż l-iskambju ta' data personali u informazzjoni kklassifikata (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 5 u 6 tagħha,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/935/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tiddetermina l-lista ta' Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom il-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet (3),

wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0070/2016),

1.

Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tivvaluta, wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament il-ġdid dwar il-Europol (2013/0091(COD)), id-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-ftehim ta' kooperazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni biex tinforma lill-Parlament u lill-Kunsill dwar l-eżitu ta' din il-valutazzjoni u, jekk xieraq, tressaq rakkomandazzjoni għal awtorizzazzjoni biex jingħata bidu għal negozjar mill-ġdid internazzjonali tal-ftehim;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Europol.


(1)  ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.

(2)  ĠU L 325, 11.12.2009, p. 6.

(3)  ĠU L 325, 11.12.2009, p. 12