15.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/229


P8_TA(2016)0097

Rata standard minima ta' VAT *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' April 2016 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud f'dak li għandu x'jaqsam mal-perjodu ta' obbligu li tiġi rispettata r-rata standard minima (COM(2015)0646 – C8-0009/2016 – 2015/0296(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

(2018/C 058/28)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2015)0646),

wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0009/2016),

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0063/2016),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jiddispjaċih li l-Kummissjoni ppubblikat l-proposta tagħha daqshekk tard li jfisser li l-applikazzjoni ta' rata standard minima ta' VAT tkun retroattiva;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

5.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda 1

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 97

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru  2017 , ir-rata standard ma tistax tkun inqas minn 15 %.

Mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru  2018 , ir-rata standard ma tistax tkun inqas minn 15 %.