|
9.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 50/154 |
P8_TA(2016)0077
Ftehim UE-Andorra dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat ta' Andorra li jipprovdi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' riżervi fuq id-dħul fil-forma ta' pagamenti ta' mgħax (COM(2015)0631 – C8-0028/2016 – 2015/0285(NLE))
(Konsultazzjoni)
(2018/C 050/21)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2015)0631), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Abbozz tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat ta' Andorra li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' riżervi fuq id-dħul fil-forma ta' pagamenti ta' mgħax (15510/2015), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 115 kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (b) u l-paragrafu (8), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0028/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 108(7), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0047/2016), |
|
1. |
Japprova l-konklużjoni tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Prinċipat ta' Andorra. |