|
29.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 358/8 |
Dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill: Pożizzjoni (UE) Nru 15/2016 tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 91/2003 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija, fir-rigward tal-ġbir ta' data dwar merkanzija, passiġġieri u inċidenti
(2016/C 358/02)
I. INTRODUZZJONI
|
1. |
Fit-30 ta' Awwissu 2013, il-Kummissjoni ppreżentat lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija, fir-rigward tal-ġbir ta' data dwar merkanzija, passiġġieri u inċidenti. |
|
2. |
Il-pożizzjoni fl-ewwel qari tal-Parlament Ewropew ġiet adottata fil-Plenarja fil-11 ta' Marzu 2014. |
|
3. |
Saret laqgħa informali tat-trilogu fil-25 ta' Novembru 2014 mar-rappreżentanti tat-tliet istituzzjonijiet. Matul din il-laqgħa, intlaħaq qbil dwar test ta' kompromess. |
|
4. |
Fid-19 ta' Diċembru 2014, il-COREPER ħa nota iżda ma approvax il-kompromess milħuq matul it-Trilogu, bil-kwistjoni prinċipali tkun l-istudji pilota obbligatorji li għandhom isiru mill-Istati Membri. |
|
5. |
Wara saru negozjati informali intensi bejn il-Presidenzi suċċessivi: LV, LU u NL mal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni. |
|
6. |
Fl-24 ta' Mejju 2016 seħħ trilogu informali finali bejn it-tliet istituzzjonijiet fejn eventwalment intlaħaq qbil dwar test ta' kompromess finali. |
|
7. |
Fit-3 ta' Ġunju 2016, il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti kkonferma dan il-qbil dwar it-test ta' kompromess finali fl-anness bil-ħsieb li jintlaħaq qbil bikri fit-tieni qari dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija, fir-rigward tal-ġbir ta' data dwar merkanzija, passiġġieri u inċidenti. |
|
8. |
Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (TRAN) qabel dwar it-test li jirrifletti r-riżultat tal-mandat u fil-15 ta' Ġunju 2016, il-President tal-Kumitat indirizza ittra lill-President tal-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti, fejn iddikjara li, jekk il-Kunsill jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari f'konformità mat-test kif anness mal-ittra tagħhom u li ġie kkonfermat mill-COREPER fit-3 ta' Ġunju 2016, huwa jirrakkomanda lill-Plenarja li l-pożizzjoni tal-Kunsill tiġi aċċettata mingħajr emendi, soġġett għal verifika mill-ġuristi lingwisti, fit-tieni qari tal-Parlament. |
II. OBJETTIV
|
9. |
L-iskop tal-abbozz ta' regolament huwa li jimmodifika r-Regolament (KE) Nru 91/2003 sabiex jaġġorna, jissimplifika u jottimizza l-qafas legali eżistenti għall-istatistika Ewropea dwar it-trasport bil-ferrovija u li jallinjah mal-kuntest istituzzjonali l-ġdid. |
III. ANALIŻI TAL-POŻIZZJONI KOMUNI
|
10. |
Wara l-votazzjoni fil-Plenarja, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill wettqu negozjati bil-għan li jikkonkludu qbil bikri fit-tieni qari abbażi ta' pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari li l-Parlament seta' japprovaha kif kienet. It-test tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari jirrifletti b'mod sħiħ il-kompromess milħuq bejn il-koleġislaturi. |
|
11. |
Il-kwistjoni prinċipali ewlenija bejn iż-żewġ istituzzjonijiet kienet it-talba tal-Parlament Ewropew għal data addizzjonali, b'mod partikolari dwar is-sikurezza, l-aċċessibbiltà, u l-punti ferrovjarji transkonfinali abbandunati. Il-biċċa l-kbira tad-data mitluba diġà nġabret minn servizzi jew aġenziji oħra tal-Kummissjoni. Eventwalment intlaħaq kunsens peress li l-iffirmar ta' żewġ memoranda, wieħed bejn il-Eurostat u d-DG Move u l-ieħor bejn il-Eurostat u l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea, ta lill-Parlament Ewropew il-garanzija li d-data li talbu hija ttrattata u ser tkun disponibbli faċilment għall-pubbliku. Ġiet miżjuda wkoll premessa ġdida li tissottolinja l-ħtieġa ta' kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-entitajiet rilevanti bil-ħsieb li jipprovdu informazzjoni aċċessibbli b'mod faċli kif ukoll utli għaċ-ċittadini tal-Unjoni u għal partijiet ikkonċernati oħra dwar is-sigurtà tat-trasport bil-ferrovija u l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja. |
IV. KONKLUŻJONI
|
12. |
Il-pożizzjoni tal-Kunsill tirrifletti b'mod sħiħ il-kompromess milħuq fin-negozjati bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, bil-qbil tal-Kummissjoni. Il-kompromess huwa kkonfermat mill-ittra li l-President tal-Kumitat TRAN indirizzata lill-President tal-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti fil-15 ta' Ġunju 2016. |