28.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 487/111


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew jinsabu mhedda minn diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom”

(COM(2016) 418 final — 2016/0193 (COD))

(2016/C 487/18)

Konsultazzjoni

Parlament Ewropew, 4.7.2016

Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 8.7.2016

Bażi legali

L-Artikoli 117 u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Sezzjoni responsabbli

Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali

Adottata fis-sessjoni plenarja

21.9.2016

Sessjoni plenarja Nru

519

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

169/1/4

Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa sodisfaċenti u diġà ta fehmtu dwar is-suġġett fl-opinjonijiet preċedenti tiegħu dwar “Regolament għall-emenda tal-Fondi Strutturali – miżuri speċifiċi għall-Greċja”, adottata fit-8 ta’ Ottubru 2015 (1), dwar “Il-ġestjoni finanzjarja u r-regoli tad-diżimpenn għal Stati Membri f’diffikultajiet serji”, adottata fid-19 ta’ Settembru 2013 (2), dwar “Il-Fondi Strutturali — Dispożizzjonijiet Ġenerali” adottata fil-25 ta’ April 2012 (3) u dwar “Dispożizzjonijiet emendatorji dwar il-ġestjoni finanzjarja — Fondi Strutturali — għal ċerti Stati Membri li jinsabu f’diffikultà” adottata fis-27 ta’ Ottubru 2011 (4), iddeċieda, matul il-519-il sessjoni plenarja tiegħu tal-21 u t-22 ta’ Settembru 2016 (seduta tal-21 ta’ Settembru 2016), b’169 vot favur, vot wieħed (1) kontra u 4 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost u li jagħmel referenza għall-pożizzjoni li ħa fid-dokumenti msemmija hawn fuq.

Brussell, il-21 ta’ Settembru 2016.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Georges DASSIS


(1)  Opinjoni tal-KESE dwar “Il-Proposta għal Regolament tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il- Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi għall-Greċja”” (ĠU C 32 tat-28.1.2016, p.20).

(2)  Opinjoni tal-KESE dwar “il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-ġestjoni finanzjarja, għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew li huma mhedda b’diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom u r-regoli tad-diżimpenn għal ċerti Stati Membri” (ĠU C 341 tal-21.11.2013, p.27).

(3)  Opinjoni tal-KESE dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006” (ĠU C 191 tad-29.6.2012, p.30).

(4)  Opinjoni tal-KESE dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-ġestjoni finanzjarja, għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b’diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom” (ĠU C 24 tat-28.1.2012, p.81).