9.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 333/4


Avviż mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi fiż-żona “Moszczenica”

(2015/C 333/04)

Din il-proċedura tikkonċerna l-għoti ta’ konċessjonijiet għall-prospettar jew l-esplorazzjoni ta’metan mis-saffi tal-faħam fiż-żona “Moszczenica” fil-Provinċja ta’ Śląskie:

Isem

Sistema ta’ koordinati 2000

X

Y

Moszczenica

5 536 180,58

6 537 551,72

5 534 963,28

6 537 566,01

5 533 784,88

6 539 829,49

5 536 110,35

6 541 152,16

5 535 734,19

6 543 029,12

5 535 025,71

6 542 901,34

5 533 132,15

6 542 559,78

5 532 937,96

6 539 390,94

5 532 375,39

6 538 685,86

5 532 812,60

6 536 463,98

5 533 786,70

6 536 942,74

5 534 805,65

6 537 051,67

L-applikazzjonijiet iridu jkopru l-istess żona.

Applikazzjonijiet għal konċessjonijiet għandhom jiġu sottomessi lill-uffiċċju ċentrali tal-Ministeru tal-Ambjent sa mhux iktar tard min-nofsinhar (12:00 CET/CEST) fl-aħħar jum tal-perjodu ta’ 91 jum li jibda fil-jum ta’ wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-applikazzjonijiet rċevuti se jkunu vvalutati fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

(a)

it-teknoloġija proposta għax-xogħol (40 %);

(b)

il-kapaċitajiet tekniċi u finanzjarji tal-applikant (50 %);

(c)

it-tariffa proposta għall-istabbiliment tad-drittijiet tal-użufrutt tal-minjieri (10 %).

It-tariffa minima għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt tal-minjieri għaż-żona “Moszczenica” hija:

1.

għall-prospettar ta’ metan mis-saffi tal-faħam:

—   waqt perjodu bażi ta’ tliet snin: PLN 2 000,00 fis-sena;

—   għar-raba’ u għall-ħames sena ta’ validità tal-kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri: PLN 2 000,00 fis-sena;

—   Għas-sitt sena u għas-snin ta’ wara ta’ validità tal-kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri: PLN 2 098,28 fis-sena;

2.

għall-esplorazzjoni ta’ metan mis-saffi tal-faħam:

—   Waqt perjodu bażi ta’ tliet snin: PLN 4 000,00 fis-sena;

—   għar-raba’ u għall-ħames sena ta’ validità tal-kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri: PLN 4 000,00 fis-sena;

—   Għas-sitt sena u għas-snin ta’ wara ta’ validità tal-kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri: PLN 4 196,55 fis-sena;

3.

Għall-prospettar u l-esplorazzjoni tal-metan mis-saffi tal-faħam:

—   Waqt perjodu bażi ta’ ħames snin: PLN 6 000,00 fis-sena;

—   Għas-sitt, għas-seba’ u għat-tmien sena ta’ validità tal-kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri: PLN 6 000,00 fis-sena;

—   Għad-disa’ sena u għas-snin ta’ wara ta’ validità tal-kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri: PLN 6 000,00 fis-sena.

Il-proċedura ta’ valutazzjoni tal-applikazzjonijiet se titlesta f’perjodu ta’ sitt xhur mid-data ta’ skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet. L-applikanti se jirċievu notifika miktuba dwar ir-riżultat tal-proċedura.

L-applikazzjonijiet għandhom jitfasslu bil-Pollakk.

L-awtorità tal-liċenzjar se tagħti konċessjonijiet għall-prospettar jew għall-esplorazzjoni ta’ metan mis-saffi tal-faħam lill-applikant magħżul wara li tqis l-opinjoni tal-awtoritajiet relevanti, u se tikkonkludi kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri miegħu.

Sabiex ikun jista’ jwettaq attività li tinvolvi l-prospettar jew l-esplorazzjoni ta’metan mis-saffi tal-faħam fil-Polonja, operatur għandu jkollu kemm drittijiet ta’ użufrutt tal-minjieri kif ukoll konċessjoni.

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:

Ministerstwo Środowiska

Departament Geologii i Koncesji Geologicznych [Id-Dipartiment tal-Ġeoloġija u tal-Konċessjonjiet Ġeoloġiċi]

ul. Wawelska 52/54

00-922 Warszawa

POLSKA

L-informazzjoni tista’ tinkiseb minn:

Is-sit web tal-Ministeru tal-Ambjent: www.mos.gov.pl

w Departamencie Geologii i Koncesji Geologicznych

Ministerstwo Środowiska

ul. Wawelska 52/54

00-922 Warszawa

POLSKA

Tel. +48 223692449

Feks +48 223692460

Posta elettronika: dgikg@mos.gov.pl