5.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 256/9


Komunikazzjoni mill-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju tan-Netherlands skont l-Artikolu 3(2) tad- Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

(2015/C 256/08)

Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi b’dan qed javża li rċieva applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tiftix għall-idrokarboni fil-blokok F5 kif indikat fuq il-mappa mehmuża bħala l-Anness 3 tar-Regolament dwar il-Minjieri (Mijnbouwregeling) (Il-Gazzetta tal-Gvern (Staatscourant) 2002, Nru 245).

B’referenza għad-Direttiva msemmija fl-introduzzjoni u l- Artikolu 15 tal-Att Minerarju (Mijnbouwwet) (Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti (Staatsblad) 2002, Nru 542), il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi b’dan jistieden lill-partijiet interessati biex iressqu applikazzjoni kompetittiva għal awtorizzazzjoni għall-prospettar għall-idrokarburi fil-blokok F5 tal-blata kontinentali tan-Netherlands.

Il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi huwa responsabbli għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, kundizzjonijiet u rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5(1), 5(2) u 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma stipulati fl-Att tal-Minjieri (Bullettin tal-Atti u d-Digrieti tal-2002, Nru 542).

L-applikazzjonijiet jintlaqgħu għal 13-il ġimgħa mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u għandhom jiġu indirizzati lil:

The Minister for Economic Affairs

Attn.: Ms J.J. van Beek, Energy and Environment Directorate

Bezuidenhoutseweg 73

Postbus 20401,

2500 EK Den Haag

NEDERLAND

L-applikazzjonijiet li jaslu wara li jiskadi dan il-perjodu ma jiġux ikkunsidrati.

Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet se tittieħed sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-iskadenza ta’ dan il-perjodu.

Aktar informazzjoni tista' tinkiseb billi ċċempel lis-Sur E.J. Hoppel fuq in-numru: +31 703797762.